ACN (Malta) – Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju 2019

IL-ĦONDURAS

Ħtieġa kbira ta’ kura pastorali Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Il-Ħonduras hu t-tieni l-akbar pajjiż fl-Amerka Ċentrali. Il-vjolenza hi realtà preżenti b’serq, qtil u ħtif li jseħħu kuljum. Il-gwerra bejn il-gangs, il-kartelli tad-droga u l-kriminalità bidlu l-pajjiż f’wieħed perikoluż biex tgħix fih. L-inugwaljanzi soċjali u politiċi ma tistax taħbihom. Madwar 70 fil-mija tal-popolazzjoni bħalissa tgħix taħt il-marġini tal-faqar. Ħafna nies, speċjalment żgħażagħ, joħolmu li jitilqu mill-pajjiż. Minkejja li 37 fil-mija biss tal-popolazzjoni huma Kattoliċi, perċentwal estremament baxx għall-Amerka Latina, il-Knisja Kattolika hi waħda mill-ftit sinjali ta’ tama f’din l-art mifnija millvjolenza fejn ħafna min-nies mhux qed jaraw futur. Iżda, fl-istess ħin, il-Knisja stess qed tkompli sseffaq wiċċha ma’ problemi kbar inkluż il-fatt li fl-aħħar 50 sena l-popolazzjoni kibret minn 2.5 għal disa’ miljun ruħ. Għalhekk hemm bżonn kbir ta’ aktar kura pastorali

u evanġelizzazzjoni imma hemm ftit saċerdoti biex jamministraw lil dawn il-Kattoliċi kollha. Il-katekisti għandhom sehem importanti ħafna wkoll iżda hemm nuqqas kbir ukoll ta’ dawn il-lajċi. L-Aid to the Church in Need (ACN) qed tgħin bi 3,000 kopja talBibbja u 3,000 kopja ta’ DOCAT li hu best-seller internazzjonali li jitratta dwar it-tagħlim soċjali tal-Knisja Kattolika addattat għaż-żgħażagħ biex bit-tagħlim tiegħu jibnu ċiviltà ta’ mħabba. Il-formazzjoni taż-żgħażagħ hi importanti ħafna speċjalment f’pajjiż li qed jiffaċċja tant problemi soċjali kbar. Hekk se jkunu jistgħu jbiddlu s-soċjetà għal waħda aktar dinjituża fejn il-liġijiet ta’ Alla jiġu osservati.

Tfal f’waħda mill-lezzjonijiet ta’ katekeżi b’kotba provduti lilhom mill-ACN

IR-RUMANIJA

L-Isqfijiet Rumeni beatifikati ħallew warajhom wirt imprezzabbli Għoxrin sena wara ż-żjara storika ta’ San Ġwanni Pawlu II, Papa, fil-Ġnien ta’ Omm Alla l-Papa Franġisku żar ir-Rumanija mill-31 ta’ Mejju sat-2 ta’ Ġunju. Il-motto taż-żjara kien “Ejjew Nimxu Flimkien”.

ELUF TA’ KRISTJANI FILVENEZWELA JINSABU FI KRIŻI U QED JIDDEPENDU FUQ IT-TALB U L-GĦAJNUNA TAGĦNA BIEX IKOMPLU JGĦIXU. JEKK JOGĦĠBOK OFFRI QUDDIESA GĦALL-INTENZJONIJIET TIEGĦEK U FL-ISTESS ĦIN TKUN QED TASSIGURA L-GĦAJXIEN TA’ SAĊERDOTI FQAR LI JGĦIXU FOST IS-SOFFERENZI TALKRISTJANI FIL-VENEZWELA. GRAZZI! Inti tista’ tagħmel l-offerta tiegħek billi ċċempel 21487818, jew online www.acnmalta.org/mass-stipends Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

Il-MISSJONI Ż-ŻGĦIRA tagħti offerta għall-ispejjeż ta’ din ilgazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għall-erwieħ għeżież tas-saċerdoti mejtin tal-MISSJONI Ż-ŻGĦIRA. Mulej, agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-qofol ta’ din iż-żjara Papali kienet il-beatifikazzjoni ta’ seba’ Isqfijiet Kattoliċi-Griegi martri, vittmi tar-reġim Komunista (bejn l-1948-1989) u li mietu torturati fil-ħabs wara li rrifjutaw li jiċħdu l-fidi tagħhom. Mas-60,000 persuna pparteċipaw għallkonċelebrazzjoni mmexxija millPapa bis-sehem tal-Isqfijiet u għadd ta’ saċerdoti. Il-Papa Franġisku ddeskriva ħajjithom “fidi u mħabba eżemplari” u qal li taw ħajjithom “biex jopponu sistema ideoloġika illiberali li kkalpestat id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.” Il-Papa kompla: “Dawn irrgħajja, martri għall-fidi tagħhom, ħallew warajhom poplu Rumen b’patrimonju prezzjuż”. Hu onora wkoll lill-eluf ta’ Kattoliċi Rumeni li kienu ntefgħu l-ħabs, maqtula

jew ippersegwitati mill-awtoritajiet tal-era Komunista fil-pajjiż. “B’kuraġġ kbir u saħħa interjuri, huma aċċettaw priġunerija ħarxa u kull tip ta’ trattament ħażin biex ma jiċħdux il-fedeltà tagħhom lejn il-Knisja maħbuba tagħhom”. Is-seba’ Isqfijiet li l-Papa bbeatifika huma Valeriu Traian Frentiu, Vasile Aftenie, Ioan Suciu, Alexandru Rusu, Ioan Balan, Tit Liviu Chinezu u Iuliu Hossu. Iż-żjara Papali kellha aċċenn qawwi ekumeniku u Marjan hekk kif Franġisku ddedika kemm jista’ jkun ħin biex jiltaqa’ malkomunità Kattolika. Kellu wkoll laqgħa speċjali mar-rappreżentanti tal-Knisja Rumena Magħquda ma’ Ruma. Fil-belt Blaj, is-sede storika tal-Knisja Griega-Kattolika, il-Papa Franġisku ċċelebra l-Ewkaristija Mqaddsa bir-rit Biżantin.

IT-TANŻANIJA

Xhieda tal-ħniena ta’ Alla L-Aħwa Montfortjani, ispirati mill-ispirtu ta’ San Luwiġi Marija Grignion de Montfort, qed jiksbu grazzji kbar. Brothers of Christian Instruction of Saint Gabriel jiddedikaw lilhom infushom għall-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ. Br Mathai Moolakara, li jmexxi l-monasteru tagħhom f’Dar es Salaam, It-Tanżanija, qal: “L-edukazzjoni hi l-kariżma speċjali tagħna”. Fidili lejn it-tagħlim tal-Knisja, huma jwettqu l-missjoni tagħhom b’talb u b’perseveranza u qed jattiraw vokazzjonijiet ġodda. Meta bdew f’Morogoro, fl-2009, kellhom tliet novizzi biss.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.