10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 16 ta’ Frar 2020
IL-PAKISTAN
Tweġiba pastorali għall-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ Madwar nofs il-207 miljun persuna, tal-popolazzjoni tarRepubblika Iżlamika tal-Pakistan għandha inqas minn 25 sena, filwaqt li terz tal-popolazzjoni hija magħmula minn adolexxenti ta’ 14-il sena jew iżgħar. Iż-żgħażagħ Kristjani, li jgħixu f’soċjetà li hija 97% Musulmana, iħabbtu wiċċhom ma’ ħafna sfidi. Fil-fatt għal ħafna huwa kważi impossibbli li jimxu ’l quddiem professjonalment fissoċjetà u ħafna Kristjani jispiċċaw fil-livelli l-aktar baxxi tas-soċjetà. Huma ħafna li jkollhom jaħdmu
xogħlijiet sempiliċi. Isem Kristjan jista’ jkun biżżejjed biex jimpedixxi li jkomplu jistudjaw f’livell għoli ta’ edukazzjoni, u dawk li ma jħaddnux ir-reliġjon Musulmana huma meqjusin bħala ċittadini tat-tieni klassi. Studenti Kristjani ta’ spiss jiġu insultati u emarġinati, jew inkella mħajrin sew biex jikkonvertu għall-Iżlam. Għall-bniet Kristjani huwa saħansitra agħar minħabba li jiffaċċjaw il-periklu li jinħatfu u jiġu mġiegħla jiżżewġu u jikkonvertu għall-Iżlam.
Bi tweġiba għal dan, il-Knisja Kattolika fil-Pakistan qed tkompli taħdem biex tinkuraġġixxi liżżgħażagħ Kristjani biex iħossuhom kburin bil-fidi tagħhom u jagħtu tweġibiet kunfidenti kull meta jiġu ffaċċati bi preġudizzju u injoranza. Ħafna tfal Kattoliċi jattendu wkoll waħda mill-ħafna skejjel talĦadd immexxijin mill-Knisja, iżda l-adolexxenti għandhom bżonn ukoll gwida u appoġġ biex ikomplu jiffjorixxu fil-fidi. Matul is-sena 2020, “Is-Sena taż-Żgħażagħ”, ser jiġu organizzati firxa ta’ inizjattivi
differenti. Issa l-Kummissjoni Żgħażagħ tad-Djoċesi ta’ Faisalabad qed tfittex appoġġ għall-programm tal-appostolat taż-żgħażagħ. L-għan tal-programm huwa li jsaħħaħ lin-nisa u l-irġiel Kattoliċi fil-fidi tagħhom, jgħinhom biex jibqgħu sodi u fl-istess ħin isibu l-post li jixirqilhom fis-soċjetà. L-Aid to the Church in Need (ACN), permezz tat-talb u d-donazzjonijiet tal-benefatturi qed tappoġġa din l-inizjattiva.
Il-Qorti tapprova ż-żwieġ ta’ tifla Kristjana li kienet inħatfet Il-Qorti Suprema ta’ Karachi fil-Pakistan, approvat iż-żwieġ sfurzat ta’ Huma Younus, tfajla Kristjana ta’ 14-il sena li nħatfet fl-10 ta’ Ottubru f’Zia Colony, fil-belt ta’ Karachi. Joel Aamir Sahotra, mexxej prominenti tal-komunità Kristjana Pakistana u eks-deputat flAssemblea tal-Punjab, bagħat messaġġ lill-Aid to the Church in Need (ACN) li jikkundanna dan il“verdett brutali” li huwa “kontra l-liġi u l-valuri morali”. Sahotra qal: “bniet u nisa minn minoranzi reliġjużi jħossuhom aktar inċerti”. Sahota kompla
jgħid: “Meta jisfurzawhom biex jikkonvertu tkun aktar faċli biex jakkużaw u jaħtfu tifla minn minoranza reliġjuża”. Omm Huma Younus irreaġixxiet immedjatament għad-deċiżjoni tal-qorti, u ddikjarat li dan huwa sinjal ieħor “li l-Kristjani mhumiex meqjusin bħala ċittadini talPakistan”. Il-familja ta’ Huma Younus
għamlet appell fil-qorti minħabba dan il-każ, u talbet lill-imħallfin biex jannullaw l-allegat żwieġ tażżagħżugħa Kristjana minħabba li hija minorenni. Il-qorti ser tiltaqa’ mill-ġdid fl-4 ta’ Marzu, iżda l-fatt li ż-żwieġ ġie validat, fil-frattemp jagħmilha aktar diffiċli, jekk mhux impossibbli li l-qorti tikkundanna lill-awtur tal-ħtif ta’ Huma Younus. Il-ħtif tal-bniet huwa
realtà krudili fil-Pakistan. Din l-inġustizzja taffettwa prinċipalment lill-komunitajiet Kristjani u Ħindu, tnejn millminoritajiet reliġjużi ewlenin f’dan il-pajjiż ta’ maġġoranza Musulmana. Normalment in-nisa żgħażagħ, wara li jkunu nħatfu, jiġu mġiegħla jikkonvertu għall-Islam u ġegħluhom jiżżewġu rġiel anzjani.
IL-MESSIKU
Storja oħra ta’ suċċess
l-ACN tgħin biex jinbena kunvent Briġittin Is-Sorijiet tal-Ordni tas-Salvatur, li kien ġie mwaqqaf fl-Isvezja minn Santa Briġita tal-Isvezja, jgħixu ħajja kontemplattiva fi spazju żgħir. Il-kunvent kien twaqqaf fis-sena 1907 fi Puebla, il-Messiku. Bħalissa hemm 20 soru u tliet tfajliet li għadhom iridu jieħdu l-voti finali tagħhom. Ftit snin ilu, seba’ sorijiet kienu nqatlu f’inċident tat-triq li qanqal żieda qawwija fin-numru ta’ vokazzjonijiet. F’daqqa waħda, hemm aktar nisa żgħażagħ li jixtiequ jingħaqdu mal-istess Ordni. Il-kunvent ġarrab ħafna ħsarat minħabba terrimot u billi huwa antik ħafna kien hemm ħafna kesħa, umdità u ventilazzjoni inadegwata. Parti minnu kellha titwaqqa’ minħabba fini ta’ sigurtà. Dan kien problema kbira għas-sorijiet biex jgħixu hemm. Barra minn hekk il-kunvent kien wisq żgħir biex jakkomoda vokazzjonijiet ġodda. Permezz tat-talb u l-ġenerożità tal-benefatturi, l-Aid to the Church in Need (ACN) għenet b’kontribuzzjoni għall-ispiża tal-bini mill-ġdid ta’ parti mill-kunvent. Issa hemm ħafna aktar spazju u s-sorijiet se jkunu jistgħu jilqgħu aktar vokazzjonijiet. Fl-istess waqt issa għandhom kundizzjonijiet ta’ ħajja aħjar. Is-sorijiet irringrazzjaw lil dawk kollha li għenu u wiegħdu t-talb tagħhom!