10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 17 ta’ Frar 2019
L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA
“Alla ma jridx li Ismu jintuża biex jiġu trawmatizzati n-nies” Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Fl-Emirati Għarab Magħquda r-reliġjon uffiċjali hi l-Islam u, skont l-aħħar rapport tal-Aid to the Church in Need Religious Freedom in the World Report 2018, l-istatus tal-libertà reliġjuża fil-Peniżola Għarbija hu stabbli. Bejn it-3 u l-5 ta’ Frar il-Papa Franġisku għamel żjara fir-reġjun u ħa sehem f’bosta avvenimenti li laqqgħu flimkien mijiet ta’ mexxejja reliġjużi u akkademiċi ddedikati għad-djalogu bejn ir-reliġjonijiet, il-libertà reliġjuża, l-isfida kontra l-estremiżmu u l-promozzjoni tal-paċi.
Il-Papa Franġisku jiffirma dikjarazzjoni ta’ paċi fuq il-fraternità mal-Gran Imam ta’ al-Azhar Fid-Dikjarazzjoni ta’ Paċi fuq ilfraternità li ffirma l-Papa Franġisku u l-Gran Imam Ahmed el-Tayeb matul iż-żjara appostolika, iżżewġ mexxejja kkundannaw it-terroriżmu u l-vjolenza: “Alla ma jridx li ismu jintuża
biex jiġu trawmatizzati n-nies”. Il-Papa u l-Gran Imam iffirmaw “f’isem Alla li ħalaq il-bnedmin kollha l-istess fid-drittijiet u d-dinjità, f’isem il-ħajja umana innoċenti li Alla pprojbixxa li tinqatel, f’isem il-foqra, l-orfni, irromol, ir-refuġjati u l-vittmi kollha tal-gwerer u l-persekuzzjoni”. Id-dikjarazzjoni kompliet: “Nistiednu lill-mexxejja tad-dinja kif ukoll lill-periti tal-politika internazzjonali u tal-ekonomija dinjija biex jaħdmu bis-sħiħ ħalli jxerrdu l-kultura tat-tolleranza u li jgħixu flimkien fil-paċi; biex jintervjenu fl-ewwel opportunità biex iwaqqfu t-tixrid tad-demm innoċenti u jtemmu l-gwerer, ilkunflitti”. Iż-żewġ mexxejja reliġjużi appellaw għan-nies tar-reliġjonijiet
#helpsyria
Ix-xitwa kiesħa ħafna wkoll fis-Sirja.
B’donaz zjoni ta’
€50
tkun q lill-famil ed tgħin ji Kris fis-Sirja. tjani
Il-familji spustati fis-Sirja użaw flushom kollha. Issa qed jiddependu fuqna għall-bżonnijiet ta’ kuljum. Jekk jogħġbok għinhom billi tħallas il-kera ta’ xahar għal familja spostata fil“Wied tal-Kristjani”.
syria.acninternational.org/malta
Int lest li tghin? -
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
acn_malta
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 04 - ACN (Malta) - Lehen Ad HELP SYRIA 3.indd 1
06/02/2019 08:08
Il-Papa Franġisku u l-Gran Imam Ahmed el-Tayeb ikkundannaw it-terroriżmu u l-vjolenza
u l-kulturi kollha, kif ukoll lillmidja, biex jerġgħu jiskopru u jxerrdu “il-valuri tal-paċi, talġustizzja, tal-ġid, tas-sbuħija, tal-fraternità umana u talkoeżistenza”.
Huma kkundannaw il-prattiċi kollha li huma ta’ theddida għallħajja bħall-ġenoċidju, l-atti ta’ terroriżmu, l-ispostament sfurzat, it-traffikar tal-bniedem, l-abort u l-ewtanasja.
L-ETJOPJA
Ngħinu liż-żgħażagħ jegħlbu l-isfidi soċjali Iż-żgħażagħ huma t-tama tal-ġejjieni ta’ kull nazzjon u għalhekk jistħoqqilhom attenzjoni partikolari, aktar u aktar meta jiffaċċjaw xi problema. Is-sitwazzjoni fl-Etjopja hi waħda unika. Ħafna miż-żgħażagħ qed iħabbtu wiċċhom ma’ problemi ta’ faqar, qgħad u, minħabba f’hekk, qed ikollhom jemigraw lejn l-Ewropa. B’riżultat ta’ din issitwazzjoni ħafna minnhom jitilfu d-direzzjoni u l-futur tal-ħajja u l-familja. Biex tindirizza dawn ilproblemi, l-Arċidjoċesi ta’ Addis Ababa, L-Etjopja, qed torganizza programmi għaż-żgħażagħ fil-15il parroċċa tal-Arċidjoċesi bl-għan li jingħataw formazzjoni bħala group leaders u wara l-programmi, huma jkunu jistgħu jaħdmu
flimkien ma’ żgħażagħ oħra fillokalità tagħhom. Waħda mit-temi indirizzati hi l-preparazzjoni għaż-żwieġ u l-edukazzjoni sesswali. Ilprogrammi jinkludu studju talBibbja, avvenimenti mużikali u workshops ta’ kant korali. Hemm ukoll ħafna spazju għaż-żgħażagħ biex jiltaqgħu flimkien u jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi. Il-programmi jinkludu wkoll tlett ijiem ta’ rtir fis-sena li matulhom il-parteċipanti jkollhom l-opportunità jiffukaw aktar fuq irrelazzjoni tagħhom ma’ Alla. L-ACN tappoġġja bis-sħiħ dawn l-inizjattivi u permezz tat-talb u l-ġenerożità tal-benefatturi, irridu nilħqu aktar u aktar żgħażagħ biex ngħinuhom jgħixu ħajja aħjar u f’relazzjoni personali ma’ Alla.
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.