ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- Il-Ħadd 17 ta’ Marzu 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 17 ta’ Marzu 2019

IL-VATIKAN

Matul dax-xahar nitolbu għall-Kristjani ppersegwitati Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Il-Papa Franġisku ddedika x-xahar ta’ Marzu biex nitolbu lil Alla għallKristjani ppersegwitati li jgħixu f’pajjiżi fejn il-libertà reliġjuża u d-drittijiet tal-bniedem mhumiex garantiti. Il-filmat tal-Papa, li ġeneralment jesprimi l-intenzjonijiet tal-Papa għaxxahar, did-darba ġie prodott mill-Worldwide Prayer Network b’kollaborazzjoni mal-Aid to the Church in Need (ACN). Fil-filmat il-Papa Franġisku qal li qed “insibuha diffiċli biex nemmnu imma llum hemm aktar martri milli kien hemm fis-sekli bikrija għax jgħidu l-verità u jipproklamaw lil Ġesù Kristu. Dan jiġri anki f’pajjiżi fejn il-libertà reliġjuża u d-drittijiet tal-bniedem huma mħarsa fit-teorija, fuq ilkarta.” Skont ir-Religious Freedom in the World Report 2018, ippubblikat millACN, il-Kristjaneżmu hu l-aktar reliġjon ppersegwitata fid-dinja.

Dan id-dritt fundamentali talbniedem hu mhedded serjament fi 38 pajjiż: 17 minnhom huma saħansitra kklassifikati bħala pajjiżi fejn qed isseħħ il-persekuzzjoni. Dr Thomas Heine-Geldern, ilPresident Eżekuttiv Internazzjonali tal-ACN qal li “l-intenzjoni talPapa hi sinifikanti għall-komunità Kristjana. It-talb b’risq ħutna ppersegwitati u ddiskriminati hu wieħed mill-pilastri tal-ACN. Nappoġġjaw din l-intenzjoni tal-Papa b’ferħ u gratitudni kbira.” Nistiednu lil kulħadd biex jingħaqad flimkien mal-Papa Franġisku u dax-xahar jitlob għal ħutna ppersegwitati li qed jgħixu kuljum it-Triq tas-Salib.

#helpsyria

syria.acninternational.org/malta

0 ok €k2 jogħġb a

@acn_malta

L-Arċisqof Bernardito Auza, in-Nunzju Appostoliku u l-Osservatur Permanenti tas-Santa Sede fin-Nazzjonijiet Magħquda, talab lill-Komunità Internazzjonali biex tieħu passi konkreti b’urġenza b’risq il-ħarsien taddritt għal-libertà reliġjuża għal gruppi ta’ twemmin reliġjuż madwar iddinja. u ta’ rutina ta’ intolleranza, diskriminazzjoni, persekuzzjoni u saħansitra ġenoċidju kontra nies li jħaddnu reliġjon minħabba t-twemmin tagħhom.” IdDikjarazzjoni ta’ Paċi li ffirmaw il-Papa Franġisku u l-Gran Imam ta’ Al-Azhar waqt iż-żjara riċenti fl-Emirati Għarab Magħquda hi kontribut sostanzjali għallpromozzjoni ġenerali li għandha ssir u għall-ħarsien tal-libertà reliġjuża internazzjonali bħala tweġiba għal era ġdida ta’ sfidi u theddid.

Il-kultura tal-ħajja

Jek fel jew tifl ti ibgħat i jitgħallmu n a j r Si l-iskola

F’Togo, fil-Punent tal-Afrika, l-Aid to the Church in Need (ACN) qed tappoġġja l-African Family Life Federation, inizjattiva b’risq l-appoġġ talfamilji u l-ħarsien tal-ħajja. Din l-inizjattiva tinvolvi tobba ta’ dixxiplini varji, teoloġi, saċerdoti, reliġjużi u operaturi pastorali.

Int lest li tghin? -

Aid to the Church in Need Malta

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 04 - ACN (Malta) - Lehen Ad HELP SYRIA 5.indd 1

Prijorità għall-ħarsien tal-libertà reliġjuża

L-AFRIKA

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

L-Arċisqof Auza għamel din is-sejħa waqt Panel Discussion organizzat mill-Permanent Observer Mission tas-Santa Sede għanNazzjonijiet Magħquda intitolat “Libertà Reliġjuża Internazzjonali: Era Ġdida għall-Avukatura Bħala Tweġiba Għal Żmien Ġdid ta’ Sfidi u Theddid”. Hu qal li “minkejja l-provvediment tad-dritt għal-libertà reliġjuża fil-liġi internazzjonali, madwar id-dinja qed naraw diversi atti severi

Għin lillġenerazzjoni li jmiss.

It-tfal fis-Sirja jinsabu f’riskju li jitilfu t-tama għal futur aħjar. Għin student li jgħix fil-Wied tal-Kristjani jkompli jistudja u jħallas għall-ispejjeż tat-trasport.

Statwa tal-Qalb ta’ Ġesù mkissra

05/03/2019 14:03

Dan il-grupp jappoġġja l-familji u jgħinhom jindirizzaw il-problemi tagħhom. Joffri soluzzjonijiet favur l-Afrika, favur il-familja u favur il-ħajja u b’hekk jippromwovi “l-kultura ta’ ħajja”. L-African Family Life Federation twaqqfet fid-djoċesi ta’ Aneho, fixXlokk tal-pajjiż, fl-2005. L-iskop tal-Federazzjoni hu li tħeġġeġ aktar nies isiru jafu dwar kwistjonijiet

fil-ħajja taż-żwieġ u tal-familja u jħarrġuhom biex ikunu jistgħu jgħinu familji u koppji miżżewġa oħra. Il-koppji jiġu mħeġġa jiddjalogaw u jagħmlu riflessjonijiet flimkien u jikbru fl-imħabba u rispett reċiproku. Hemm domanda kbira għallattivitajiet tal-Federazzjoni u għallcounselling.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.