ACN (Malta) –Il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2019

Il-Papa fakkar lill-Kristjani ppersegwitati waqt ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-katakombi Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Il-Papa Franġisku qal li din kienet l-ewwel żjara tiegħu fil-katakombi fejn qaddes għall-Festa tas-Solennità tal-Għid tal-Imwiet. Fl-omelija tiegħu, bi kliem sempliċi, tkellem dwar it-tifkira tal-Kattoliċi li sal-lum għadhom iqimu ’l Alla fil-moħbi. Is-sit eletroniku tal-Katakombi ta’ Priscilla, li bħala katakombi kien jintuża mit-tieni sal-ħames seklu, irrapporta “minħabba l-għadd kbir ta’ martri midfuna hawnhekk, dal-post ġie msejjaħ regina catacumbarum – is-sultana tal-katakombi.” Il-Papa qal li b’mod naturali ħaseb “fil-ħajja ta’ dawk in-nies li kellhom jistaħbew, li kellhom din il-kultura li jidfnu lill-mejtin tagħhom u li ċċelebraw l-Ewkaristija mqaddsa hawn ġew.” Il-Papa kompla qal “Dan kien żmien ikrah fl-istorja, iżda ma ntesiex.” Hemm “ħafna katakombi f’pajjiżi oħra fejn in-nies saħansitra jkollhom jippretendu li qed ikollhom festin jew ċelebrazzjonijiet f’għeluq snin xi ħadd biex jiċċelebraw l-Ewkaristija mqaddsa minħabba li dan hu pprojbit.” Il-Papa kompla jgħid “Saħansitra llum, Kristjani qed jiġu ppersegwitati - aktar milli fl-ewwel sekli.”

L-IRAQ

“Aħna ninsabu magħkom, u ser nibqgħu magħkom” Philipp Ozores, is-Segretarju Ġenerali tal-Aid to the Church in Need (ACN) qal “Aħna ninsabu magħkom, u ser nibqgħu magħkom.“ Ozores ħabbar fl-Iraq il-bidu ta’ fażi ġdida ta’ appoġġ b’risq il-Kristjani fil-Wesgħat ta’ Ninwè. Din il-fażi ser tinvolvi r-rijabilitazzjoni tal-proprjetajiet tal-Knisja, u biex terġa’ tinkiseb sensazzjoni ta’ sigurtà għarresidenti li reġgħu ġew lura. Sentejn wara li l-belt ta’ Mosul inħelset minn taħt idejn l-Iżlamiċi, il-ħajja f’reġjun ta’ maġġoranza Kristjana fit-Tramuntana ta’

Mosul, il-Wesgħat ta’ Ninwè, qed terġa’ tieħu r-ruħ bil-mod hekk kif madwar 45% tal-popolazzjoni ġiet lura; il-ħwienet reġgħu fetħu, ħafna djar ġew irranġati u l-Knisja qed terġa’ tieħu l-ħajja b’diversi ħidmiet i.e. il-katekiżmu, l-istazzjonijiet tar-radju, l-iskejjel u gruppi ta’ talb tan-nisa. Parti kbira minn dan kien appoġġjat mill-benefatturi tal-ACN, li permezz tat-talb u d-donazzjonijiet tagħhom, ippermettew lill-ACN tikkommetti ruħha fi programm wiesa’ t’għajnuna ta’ emerġenza u ta’ tiswija u bini mill-ġdid ta’ djar.

Id f’id mal-Kristjani ppersegwitati Rapport ġdid dwar il-persekuzzjoni kontra l-Kristjani madwar id-dinja ser jitnieda f’Malta f’Villa Corinthia, Corinthia Palace Hotel, Ħ’Attard. Ir-rapport Persecuted & Forgotten? A Report on Christians oppressed for their Faith 2017-19, ippubblikat mill-Aid to the Church in Need (ACN) jagħti stampa aġġornata dwar il-Kristjani ppersegwitati, fejn f’partijiet talLvant Nofsani, il-Kristjaneżmu wasal biex jiġi eradikat. Dan ir-rapport iwissi dwar il-possibbiltà li l-Kristjaneżmu jispiċċa mill-ibliet u l-irħula firreġjun. Minkejja t-telfa tal-ISIS, l-impatt tal-ġenoċidju wassal għall-Poplu ta’ Alla biex jonqos drastikament f’dan ir-reġjun. Pereżempju, qabel l-2003 kien hemm 1.5 miljun persuna Kristjana fl-Iraq iżda sa nofs l-2019, naqsu għal inqas minn 120,000 - tnaqqis ta’ 90 fil-mija f’ġenerazzjoni.

Din l-attività ser tkun ippreseduta minn Monsinjur Professur Hector Scerri B.A.Phil., S.Th.B., STh.L. (Pastoral) S.Th.D. (Greg.), Assistent Ekkleżjastiku, ACN (Malta). Il-kelliem ewlieni ser ikun John Pontifex, Head of Press & Information tal-ACN (UK) li huwa ko-editur tar-rapport. It-tnedija tar-rapport ser issir il-Ġimgħa, 29 ta’ Novembru 2019 f’Villa Corinthia, Corinthia Palace Hotel, Ħ’Attard, fil-5 p.m. Dawk li jixtiequ jakkwistaw kopja tar-rapport u jibbukkjaw post huma ġentilment mitluba jċemplu 21487818 jew jibagħtu email fuq info@acnmalta.org sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru. Tibqax sieket għall-persekuzzjoni reliġjuża!

Madankollu, l-emigrazzjoni tibqa’ theddida serja għall-futur ta’ dan ir-reġjun, fejn xi nies qed jitilfu t-tama li l-Kristjaneżmu jista’ jerġa’ jiffjorixxi fl-Iraq. Dawn innies qed ifittxu futur aħjar f’pajjiżi bħall-Awstralja u l-Ġermanja. Ir-rata ta’ nies li qed jitilqu wasslet għal punt li hemm bżonn ta’

azzjoni urġenti biex terġa’ tinkiseb is-sigurtà, u jinħolqu raġunijiet pożittivi biex il-Kristjani indiġeni tal-Iraq jibqgħu jgħixu fl-artijiet li sawruhom. L-ACN (Malta) tirringrazzja lillbenefatturi u lill-qarrejja kollha tal-gazzetta Il-Leħen biex jitolbu u jgħinu lil ħutna fl-Iraq. Grazzi!


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.