ACN (Malta) –Il-Ħadd 19 ta’ Jannar 2020

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 19 ta’ Jannar 2020

IL-KONGO

Għajnuna għall-evanġelizzazzjoni f’pajjiż mifni bil-gwerra Fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo l-katekisti għandhom rwol importanti ħafna biex jevanġelizzaw. Fid-djoċesi ta’ Lolo, fitTramuntana tal-pajjiż, il-ħidma tal-Knisja tista’ tgħid li tkun prattikament impossibbli li kieku mhux għall-għajnuna li jwettqu l-katekisti li jgħixu u jaħdmu mal-poplu ta’ Alla. Huma jħeġġu lill-poplu ta’ Alla biex jinġabar flimkien għat-talb u l-istudju tal-fidi. Il-ftit saċerdoti li hemm ikollhom jimxu distanzi twal ħafna. Xi drabi jgħaddu minn toroq perikolużi ħafna biex jaslu fl-irħula fost il-fidili. Huwa impossibbli li jżuru l-irħula ta’ spiss biex ixandru l-Kelma ta’ Alla lill-poplu ta’ Alla. Madankollu, bil-grazzja ta’ Alla, il-katekisti lajċi huma t’għajnuna kbira għas-saċerdoti. Servizz talAid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Fid-djoċesi ta’ Lolo hemm ċentru kateketiku fejn il-katekisti lajċi jistgħu jieħdu formazzjoni għal din il-ħidma prezzjuża li jwettqu u b’mod regolari jġeddu l-impenn tagħhom. Il-formazzjoni ta’ dawn il-katekisti ddum sentejn. Peress li ħafna drabi jkollhom familja, il-mara u t-tfal imorru magħhom. Għalhekk id-djoċesi tagħti wkoll akkomodazzjoni lill-familja kollha. Waqt li l-missirijiet ikunu qed jieħdu l-formazzjoni, uliedhom jattendu l-iskola. Id-djoċesi tkopri l-ispejjeż u tipprovdi materjal kateketiku u uniformijiet tal-iskejjel ukoll. Fl-istess ħin in-nisa tagħhom jattendu diversi korsijiet bħal jitgħallmu xogħol talħjata, ix-xjenza domestika, il-qari u l-kitba kif ukoll korsijiet bażiċi fl-istudji tal-Bibbja u l-morali. Għall-Isqof Jean Bertin Nadonye Ndongo ilformazzjoni tal-katekisti tiegħu hi proġett għal

qalbu ħafna u huwa ċert li l-formazzjoni mġedda tat “impetu ġdid” lid-djoċesi u kienet “sors ta’ ispirazzjoni” għal kulħadd. Madankollu, il-bżonn għall-katekisti għadu kbir, għalhekk irrikorra għall-għajnuna tal-Aid to the Church in Need (ACN) għall-ispejjeż tal-formazzjoni ta’ 10 katekisti oħra u l-familji tagħhom. L-ACN (Malta) tappella lill-qarrejja talgazzetta Il-Leħen biex jitolbu għal dawn ħutna u jgħinuhom kif jistgħu f’dan il-proġett tant importanti.

L-IRAQ

L-ikbar komunità Kristjana tagħmel minn kollox biex tikseb lura dak li tilfet Ħames snin wara li l-ISIS serqu u taw in-nar lill-katidral tal-Immakulata Kunċizzjoni, f’Al-Tahira, Bakdida, minn ġewwa l-katidral għadu iswed bin-nugrufun. Dis-sena (2020) il-katidral Kattoliku Sirjak se jiġi rranġat. L-akbar komunità

Kristjana qed tagħmel dak kollu li tista’ biex tissussidja mill-ġdid dak li ntilef. Wara li fl-2016 Bakhdida nħelset minn taħt idejn l-ISIS, l-Ewkaristija Mqaddsa reġgħet bdiet tiġi ċċelebrata fil-katidral li kien ġarrab ħsarat hekk kif

il-Kristjani rritornaw biex jibnu l-komunità tagħhom mill-ġdid. Fl-2019, l-Aid to the Church in Need (ACN) impenjat ruħha biex tissussidja l-ispejjeż tal-katidral. Fr Qal Jahola qal li l-bini millġdid tas-6,936 dar li kienu ġarrbu ħsarat f’Bakdida beda f’Mejju 2017, u minn dakinhar aktar minn nofshom tlestew. Huwa qal: “Bl-għajnuna ta’ ħafna NGOs stajna nibnu ħafna djar” u semma lil dawk li taw kontribuzzjonijiet fosthom: l-ACN, is-Samaritan’s Purse, is-

Salt Foundation, l-SOS Chrétiens d’Orient, il-Malteser International u l-Fraternity in Iraq. Il-Katidral ta’ ’Al-Tahira kien wieħed mill-erba’ knejjes f’Bakdida li ġew desakrati u maħruqa millISIS: żewġ knejjes Kattoliċi Sirjaki u żewġ knejjes Sirjaki Ortodossi. Fr Qal Jahola qal: “Naħseb li huwa importanti ħafna li nappoġġjaw lil din il-belt peress li hija l-ikbar simbolu talKristjaneżmu fl-Iraq. S’issa, qisnieha belt Kristjana, iżda għada pitgħada ma nafux x’ser jiġri.”

Il-Patrijarka Kardinal Sako jittama li l-Iraq ma jispiċċax żona ta’ gwerra Wara l-attakk mill-Istati Uniti tal-Amerka f’Bagdad li qatel lillĠeneral Iranjan Soleimani, l-Em. T. il-Kardinal Louis Raphaël I Sako, il-Patrijarka Kattoliku tal-Babilonja appella għall-partijiet kollha involuti biex ikun hemm djalogu. L-appell tal-Patrijarka sar wara li eluf ta’ persuni ħarġu fit-toroq tal-belt Iraqina f’luttu minħabba l-qtil tal-Ġeneral Soleimani f’Bagdad. In-nies bdew jgħajtu wkoll slogans kontra l-Istati Uniti tal-Amerka. “L-Iraqini għadhom ixxukkjati b’dak li ġara. Ta’ min jikkundanna l-fatt li pajjiżna għandu jinbidel f’post fejn jitwettqu l-kunflitti, aktar milli jkun nazzjon sovran, pajjiż li jipproteġi lil artu, ġidu u liċ-ċittadini tiegħu stess. Fid-dawl ta’ dis-sitwazzjoni tant delikata u perikoluża, aħna nappellaw lill-partijiet kollha involuti biex jeżerċitaw il-moderazzjoni, juru

għerf, jaġixxu b’mod raġonevoli u jpoġġu madwar il-mejda tannegozjati biex jiddjalogaw u jfittxu ftehim biex dan il-pajjiż jinħeles minn konsegwenzi katastrofiċi. “Aħna nitolbu lil Alla li jista’ kollox biex jagħti lill-Iraq u lirreġjun ‘ħajja normali’, paċifika, stabbli u sikura li lkoll kemm aħna nixtiequ.” L-Isqof Awżiljarju talPatrijarkat tal-Babilonja, l-Isqof Mar Shlemon Warduni, f’intervista qal li gwerra ġdida fl-Iraq tkun terribli għall-popolazzjoni u għallkomunità Kristjana. Huwa qal li huwa dejjem l-iktar dgħajjef li jħallas għall-konsegwenzi talkunflitt armat. Fi tweet tas-Sibt, 4 ta’ Jannar, il-Papa Franġisku talab ukoll għall-paċi: “Aħna rridu nemmnu li l-oħrajn għandhom bżonn il-paċi daqskemm għandna bżonnha aħna. Ejjew nitolbu lill-Mulej għar-rigal tal-paċi!”


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.