ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- Il-Ħadd 20 ta’ Jannar 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 20 ta’ Jannar 2019

L-INDJA

IL-BRAŻIL

Ħidma pastorali ma taqta’ xejn b’risq in-nies ta’ Eluru Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Is-saċerdoti u l-katekisti tad-djoċesi ta’ Eluru fix-Xlokk tal-Indja biex jieħdu ħsieb il-fidili fdati f’idejhom ikollhom jimxu ħafna minn raħal għal ieħor f’toroq dojoq u diffiċli. il-familji jkollhom jgħixu b’50 Il-fidili għandhom bżonn kbir ċenteżmu kuljum. ta’ appoġġ pastorali minħabba Il-Knisja tipprova tgħinhom li ħafna minnhom ikkonvertew kemm spiritwalment kif ukoll riċentement u jixtiequ li jissaħħu materjalment. Għas-saċerdoti aktar fil-fidi. Barra minnhekk, u l-katekisti li jwettqu ħidma fir-reġjun hemm faqar kbir. Ħafna pastorali f’1,150 villaġġ tad-djoċesi, persuni jaħdmu xogħlijiet talmutur jew rota jkunu ideali biex idejn. Anki t-tfal ikollhom jaħdmu jiffrankaw il-ħin u l-enerġija biex fl-għelieqi, jirgħu l-merħliet taliwasslu l-ministeru lill-poplu ta’ baqar tas-sinjuri jew jgħinuhom Alla. fil-qadi. Bl-appoġġ tal-benefatturi, Ħafna minnhom anqas biss l-Aid to the Church in Need tat jimmaġinaw li jattendu l-iskola. Illid-djoċesi erba’ muturi biex isfamilji jgħixu f’għerejjex żgħar talsaċerdoti u l-katekisti jkunu jistgħu ħaxix, mingħajr ilma u mingħajr jivvjaġġaw faċilment minn raħal ebda kumdità. Bħala medja, dawn Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.

għall-ieħor u jwasslu lin-nies l-għajnuna li jkollhom bżonn. L-Isqof Jaya Rao Polimera rringrazzja ħafna lill-benefatturi kollha u wiegħed li jitlob għal dawk kollha li għenu!

Katekist sejjer iwettaq il-ħidma pastorali tiegħu grazzi għall-mutur li ngħata

Imħabba bla tarf Sr Halina għandha 88 sena u għaddiet kważi ħajjitha kollha tieħu ħsieb in-nies foqra. Issa li kibret hi wkoll teħtieġ lil xi ħadd biex jieħu ħsiebha. Sr Halina qed tagħmel mill-aħjar li tista’ biex tkompli l-appostolat tagħha. Sal-lum hi għadha żżur il-morda u tħit il-kutri u l-investi għall-imħaded tat-trabi. Ħutha s-sorijiet, li huma anzjani wkoll, għadhom qed jgħinu billi jisimgħu u jitkellmu ma’ dawk li jfittxuhom għall-pariri, jgħinu lit-tfal filhomework u jduru bil-morda u dawk fil-bżonn. Uħud minnhom baqgħu saħansittra jagħtu taħditiet. Is-sorijiet kuntenti ħafna li hemm ħafna nisa żgħażagħ li jixtiequ jingħaqdu malKongregazzjoni Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Mill-banda l-oħra sebgħa mis-sorijiet anzjani għandhom bżonn ta’ kura kostanti filwaqt li ħamsa oħra huma avvanzati ħafna fl-età. Peress li l-Kongregazzjoni għandha sorsi ta’ dħul limitati ħafna, l-Aid to the Church in Need kull sena tgħin lis-sorijiet anzjani u morda b’kontribuzzjoni għallispejjeż tal-kura u għajnuna. Bl-għajnuna tiegħek l-Aid to the Church in Need tista’ tkompli tgħin lil Sr Halina u lil sorijiet l-oħra flappostolat sabiħ tagħhom.

IL-VATIKAN

Il-Papa Franġisku u r-relazzjonijiet inter-reliġjużi

#helpsyria

Ix-xitwa kiesħa ħafna wkoll fis-Sirja.

Ir-relazzjonijiet inter-reliġjużi ilhom prijorità għall-Papa Franġisku sa minn meta nħatar u se jibqgħu prijorità tiegħu din is-sena. Dan jidher miż-żjarat li għandu ppjanati f’pajjiżi Iżlamiċi din is-sena.

B’donazz joni ta’

Il-bini tal-‘La Source Center for autistic children’ f’Aleppo, huwa umdu ħafna minħabba li matul il-gwerra s-sistema tas-sħana ġarbet il-ħsarat. Dan huwa ta’ periklu kbir għat-tfal. Din ix-xitwa għandna bżonn l-għajnuna tiegħek biex inlestu x-xogħol fuq iċ-ċentru.

syria.acninternational.org

€25

tkun qed tfal fil-bżtgħin on fis-Sirja. n

Int lest li tghin? -

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 04 - ACN (Malta) - Lehen Ad HELP SYRIA.indd 1

15/01/2019 16:11

Mit-3 sal-5 ta’ Frar il-Papa Franġisku se jkun l-ewwel Papa li jżur l-Emirati Għarab Magħquda. It-tema ċentrali taż-żjara tiegħu se tkopri d-djalogu u s-solidarjetà inter-reliġjuża fost membri ta’ reliġjonijiet differenti. Mit-30 sal-31 ta’ Marzu l-Papa se jżur Il-Marokk: 33 sena wara ż-żjara storika ta’ San Ġwanni Pawlu II, Papa, fl-1985 f’Casablanca. Is-Segretarju tal-Istat talVatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, f’intervista man-network taxxandir Taljan qal: “L-attenzjoni tal-Papa lejn ir-reġjuni Għarab hi minħabba d-diffikultajiet li llum jinsabu fir-relazzjonijiet bejn il-Kristjaneżmu u l-Islam,

bit-tifrix traġiku tat-terroriżmu u l-fundamentaliżmu reliġjuż.” Il-Kardinal Parolin kompla: “Quddiem din is-sitwazzjoni, il-Papa fittex li jippromwovi d-djalogu kontra kull indifferenza. Din hi t-tifsira tal-attenzjoni li se jagħti din is-sena permezz tażżjarat tiegħu fir-reġjuni Għarab.” L-ewwel żjara internazzjonali tal-Papa Franġisku wara li nħatar fl-2013 kienet żjara f’Mejju 2014 fl-Art Imqaddsa. Il-Papa wara żar ukoll it-Turkija f’Novembru 2014, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali fl-2015 u l-Eġittu fir-Rebbiegħa tal-2017. Dawn il-pajjiżi kollha għandhom popolazzjoni ta’ maġġoranza Musulmana.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.