10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 20 ta’ Ottubru 2019
Is-Sirja
L-ACN tirrestawra knisja oħra – tama għall-għeruq Kristjani Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Fl-2012, il-knisja ta’ Haret Saraya fir-raħal ta’ Al-Husn fis-Sirja ġiet maħruqa mill-Ġiħadisti. Barra minnhekk kienu qaċċtu s-salib, ipprofanaw l-ikoni mqaddsa filwaqt li sfiguraw u kissru l-istatwi. Lanqas il-bini tal-parroċċa u l-presbiterju ma ħelsuha. Il-Ġiħadisti saħansittra qalgħu l-wajers tal-elettriku minn mal-ħitan. Seba’ snin wara - preċiżament fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib, fl-14 ta’ Settembru 2019 - kien hemm festa kbira. Il-knisja kienet ippakkjata bin-nies biex jiċċelebraw it-tberik mill-ġdid tal-knisja. Barra, fil-bitħa, quddiem folla ferħana,
il-kor Ortodoss tal-Madonna ta’ Al Wadi kanta innijiet ta’ tama, paċi u maħfra, hekk kif fakkar lil dawk li għadhom ma rritornawx, li nqatlu jew li ġew eżiljati minħabba l-gwerra. Talbu ’l Alla għall-Kristjani biex jibqgħu sodi fil-fidi u jkomplu jgħixu f’artijiethom. Fr Andrzej Halemba, il-kap talACN għat-taqsima tal-Lvant Nofsani qal “Issa li l-knisja ġiet imġedda, wasal iż-żmien li nerġgħu nġeddu l-ġebel ħaj - qlubna. Fr Halemba qal “Qlubna tfarrku minħabba l-vjolenza u konna mdejqin b’dak li ġara f’ħajjitna. Dan huwa l-mument li nġeddu qlubna
permezz tal-imħabba ta’ Kristu. Ejjew inkomplu nitolbu għall-paċi fis-Sirja.” L-ACN għenet mhux biss għarrestawr tal-knisja ta’ Haret Saraya, iżda wkoll fix-xogħlijiet tal-bini talparroċċa u l-presbiterju. Fl-istess ħin inbnew guestrooms u ħwienet żgħar tan-negozju fir-raħal, viċin il-Crac des Chevaliers, li dalwaqt ser jerġa’ jibda’ jilqa’ lit-turisti. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, l-Arċisqof Nikolas Sawaf, li huwa l-Arċisqof Kattoliku Melkita ta’ Latakia qal “Għalina l-ACN hija bħal Xmun iċ-Ċirinew, għax tgħinna u tappoġġjana biex inkomplu nġorru s-salib tagħna.”
Formazzjoni għas-saċerdoti t’għada biex jagħtu servizz f’pajjiżi ta’ maġġoranza Musulmana Is-Society of African Missions (SMA Fathers) hija soċjetà ta’ saċerdoti li huma impenjati biex jaqdu u jevanġelizzaw lin-nies tal-kontinent Afrikan. Filwaqt li fl-imgħoddi ħafna mill-membri tagħha ġew mill-Ewropa u l-Amerika ta’ Fuq, illum il-biċċa l-kbira tal-vokazzjonijiet tasSoċjetà qed jaslu mill-Asja u
l-Afrika stess. Illum hemm madwar 860 saċerdot li jagħmlu parti mill-SMA u jinsabu attivi f’16-il pajjiż Afrikan. Wieħed minn dawn is-saċerdoti huwa l-missjunarju Taljan Fr Pierluigi Maccalli, li nħataf f’Settembru 2018 fin-Niġer, fil-Punent tal-Afrika. Waħda mid-djar tal-formazzjoni tas-Soċjetà huwa s-seminarju ta’
“Jekk jogħġobkom itolbu għalina... dal-pajjiż qed jispiċċa.” Dan l-appell urġenti talKonferenza Episkopali ta’ Ħaiti deher fl-ittra miftuħa tas-27 ta’ Settembru 2019 indirizzata lill-mexxejja politiċi ta’ Ħaiti. L-Isqfijiet qed jixħtu l-ħtija fuq il-mexxejja politiċi kemm għallkriżi ekonomika li hemm fil-pajjiż li qed tkompli tmur għall-agħar, kif ukoll għar-rotta li l-pajjiż qabad: “Issa huwa l-waqt li għandhom jaġixxu biex ibiddlu ħajjet in-nies ta’ Ħaiti. Għada se jkun tard wisq”. Meta tkellem mal-Aid to the Church in Need (ACN), l-Isqof Désinord Jean ta’ Hinche, il-Ħaiti, iddeskriva kemm in-nies f’Ħaiti qed ibatu u ilhom ibatu għal aktar minn xahar: “In-nies ma jistgħux joħorġu. Ninsabu magħluqin fi djarna. It-toroq kollha mblukkati. Anke f’każijiet urġenti, l-ambulanzi jew il-karozzi ta’ emerġenza ma jistgħux jiċċaqalqu. M’għandniex fuel. Il-ħwienet mhux jiftħu. L-iskejjel ingħalqu. Din is-sitwazzjoni qed taffettwa lill-pajjiż kollu.”
Dan l-inkwiet soċjali qed jiġri fit-terminu tal-President Jovenel Moïse. L-akkużi ta’ korruzzjoni qanqlu dimostrazzjonijiet vjolenti fit-toroq. L-Isqof Jean qal “minkejja l-appelli ripetuti tagħna għal kważi sentejn, il-politiċi ta’ Ħaiti għadhom ma jridux jisimgħu. F’Lulju 2018 diġà kellna kriżi kbira u l-gvern ma għamel xejn. L-agħar ħaġa hija li l-oqsma differenti mhumiex miftuħa għall-ebda tip ta’ djalogu.” L-Isqof Jean, meta kkwota l-ittra miftuħa, appella b’mod urġenti għall-appoġġ: “f’dan il-vjaġġ diffiċli u ta’ tbatija fid-deżert,” huwa qal hu u jindirizza lill-benefatturi talACN, “irrid nirringrazzja lill-ACN għall-appoġġ tagħkom tul is-snin. Intom ġenerużi ħafna u nafu li tħobbu lil pajjiżna. Għandna bżonn it-talb tagħkom, issa aktar minn qatt qabel. Jekk jogħġobkom komplu itolbu għalina. Dan il-pajjiż qed jispiċċa. Aħna nafu li Alla qiegħed magħna imma kultant inħossuna b’qalbna maqtugħa. Għandna bżonn it-talb tagħkom b’urġenza.”
San Mark, il-Kajr, l-Eġittu. Kull sena grupp ta’ seminaristi jmorru jistudjaw hemmhekk fejn jiksbu esperjenza f’ambjent Musulman. Dan jgħinhom iħejju l-ħidma pastorali tagħhom għall-minoranzi Kristjani f’diversi pajjiżi differenti ta’ maġġoranza Iżlamika, kemm flAfrika kif ukoll fil-Lvant Nofsani. Din is-sena hemm erba’
seminaristi tal-SMA li qed jiksbu l-formazzjoni saċerdotali fil-Kajr. Is-superjuri tagħhom talbu appoġġ finanzjarju għall-ispejjeż talivvjaġġar, l-akkomodazzjoni kif ukoll għall-korsijiet fil-lingwa Għarbija. L-ACN (Malta) qed tappella għat-talb u, biex min jista’, joffri donazzjoni biex tkompli tinbena l-Knisja t’għada.