ACN (Malta) – Il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019

IL-VENEŻWELA

L-unika istituzzjoni li fadal hi l-Knisja Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Il-Kardinal Baltazar Enrique Porras Cardozo, l-Arċisqof ta’ Mérida u l-Amministratur Appostoliku ta’ Caracas, qal li l-kundizzjonijiet fil-Venezwela qed ikomplu jmorru għall-agħar taħt il-gvern soċjalista tal-pajjiż. Il-Kardinal qal lill-Aid to the Church in Need (ACN) li qed jgħixu f’sitwazzjoni traġika, li mhix ir-riżultat ta’ gwerra, lanqas ta’ kunflitt armat jew diżastri naturali. Madankollu din is-sitwazzjoni qed ikollha konsegwenzi simili. Ir-reġim politiku li qed imexxi l-Venezwela kisser il-pajjiż u ħoloq atmosfera ta’ kunflitt soċjali li qed ikompli jikber. Hu qal li m’hemm assolutament l-ebda sigurtà. Fl-istess ħin m’hemmx xogħol u kura tas-saħħa xierqa u m’hemm l-ebda ċans li n-nies imantnu lil familthom. Il-Kardinal qal: “Aħna mħassba ħafna dwar il-fatt li fl-aħħar sena n-numru ta’ nies li ġew arrestati, ittorturati, maqtula jew li sparixxew qed jikber u li dawk involuti f’dawn l-azzjonijiet jinkludu mhux biss membri ta’ grad għoli tal-militar iżda wkoll membri tal-klassijiet popolari pro-governattivi”.

Il-Kardinal Porras Cardozo qal li nqerdu kemm “istituzzjonijiet pubbliċi kif ukoll privati u l-unika istituzzjoni li fadal hi l-Knisja”. Hu kompla: “Dan sar grazzi għall-qrubija tagħna malpoplu u l-preżenza tagħna f’kull livell tas-soċjetà”. Qal wkoll li l-Knisja “kellha l-kuraġġ li tindika d-difetti ta’ dan ir-reġim”. B’riżultat ta’ dan, l-iskejjel Kattoliċi huma ristretti u l-istituzzjonijiet tagħha jiffaċċjaw “kemm theddid verbali kif ukoll fastidju”. Il-Kardinal stqarr li “l-parroċċi jinsabu attakkati mill-gvern, mill-kunsilli komunali u millhekk imsejħa gruppi popolari pro-governattivi ‘colectivos’. Pereżempju, f’Caracas, il-membri ta’ dawn il-gruppi joqogħdu filbibien tal-knejjes jisimgħu dak li jgħid is-Saċerdot matul l-omelija

Madwar id-dinja kollha s-Sorijiet jiddedikaw ħajjithom biex jappoġġaw lill-komunitajiet tagħhom, ħafna drabi f’żoni rurali fejn hemm ħafna faqar. Suor Ilham, Soru Dumnikana, Tramuntana tal-Iraq

Huma jehtieġu t-talb u l-appoġġ tieghek. -

€30

Jekk jogħġbok għin lis-Sorijiet Dumnikani Missjunarji fil-Pakistan biex ikomplu jwettqu l-ħidma edukattiva fost iż-żgħażagħ.

Jekk tixtieq toffri donazzjoni ċempel 21487818, żur acnmalta.org/donate/ jew permezz tal-APS account number: APS 20001771733 Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

Il-Kardinal Baltazar Enrique Porras Cardozo jqassam l-ikel lill-foqra f’Caracas u jekk ma jdoqqx għal widnejhom, jibdew bit-theddid”. Il-Kardinal qal li l-Knisja fil-Venezwela hi “grata ħafna

għall-għajnuna tal-ACN mhux biss għall-appoġġ materjali iżda wkoll għall-qrubija spiritwali fuq kollox permezz tat-talb”.

IS-SIRJA

Wiċċ il-Knisja hu dak ta’ karità Fr Raimond Girgis, Superjur tal-Memorjal San Pawl f’Damasku qal li jaf xi tfisser il-gwerra, il-biża’, il-biża’ li tmut, għax hu esperjenza dan kollu. “Għal ħames darbiet il-knisja tiegħi kienet fil-mira ta’ attakki bil-bombi”. Fr Raymond żvela dan f’intervista ma’ Zenit u ta xhieda drammatika ta’ kif il-komunità Kattolika fis-Sirja għaddiet minn tmien snin ta’ gwerra ċivili li għadha għaddejja sal-lum. L-aktar impatt negattiv hu t-tnaqqis fin-numru tal-poplu ta’ Alla fil-pajjiż. “Qabel ma faqqgħet il-gwerra kien hemm kważi żewġ miljun persuna Kristjana fis-Sirja li llum dan in-numru naqas għal madwar 900,000. Il-ħajja tal-familji issa hi inqas stabbli u mimlija problemi: iż-żgħażagħ qed jitilqu f’pajjiż ieħor, l-anzjani jibqgħu waħidhom fi djarhom mingħajr ma jgħinhom ħadd”. Fr Raimond spjega li matul dawn is-snin ta’ gwerra

l-Knisja wriet ħafna karità. Dan jidher fir-rapport talħidma tal-ACN għas-sena 2018 li żvela li s-Sirja rċeviet l-akbar ammont t’għajnuna. Proporzjon kbir ta’ donazzjonijiet mar biex jiġu appoġġjati proġetti fil-Lvant Nofsani partikolarment fis-Sirja fejn kien hemm żieda fl-għajnuna. Dr Thomas Heine-Geldern, il-President Eżekuttiv tal-ACN qal: “Aħna kommossi ħafna mill-ġenerożità tal-benefatturi tagħna madwar id-dinja. Issagrifiċċji u l-fidi tagħhom iċaqalqu l-muntanji!” L-ACN (Malta) tirringrazzja lillqarrejja kollha ta’ Il-Leħen li jitolbu u jgħinu lil dawn ħutna fis-Sirja.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.