10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2019
IR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA
Storja oħra ta’ suċċess
30,000 kopja tat-Testment il-Ġdid maqluba għall-ilsien Sango Bil-grazzja ta’ Alla l-edizzjoni l-ġdida tat-Testment il-Ġdid blilsien Sango, l-ilsien nazzjonali tarRepubblika Afrikana Ċentrali, tlestiet u dalwaqt tiġi mqassma! Fini Mbuki – “l-Aħbar it-Tajba” - huwa t-titlu tal-ktieb li għadu kemm ġie stampat. Għal ħafna snin, l-edizzjoni antika ma kinitx disponibbli u ma ġietx stampata. Madankollu, bil-grazzja ta’ Alla u permezz tal-ġenerożità tal-benefatturi tal-Aid to the Church in Need (ACN) ġew stampati 30,000 kopja. Il-kopji se jitqassmu fid-disa’ djoċesijiet Kattoliċi tal-pajjiż. F’dan il-pajjiż, li ilu jbati sa mill-indipendenza tiegħu (1960) bi kriżijiet politiċi u l-vjolenza, ittiġdid intern tal-persuna umana huwa ċ-ċavetta għal futur aħjar. Jista’ jkun hemm futur aħjar biss jekk il-mibegħda tingħeleb u
jinfetaħ kapitlu ġdid bi spirtu ta’ rikonċiljazzjoni u maħfra. Fr Marcello Bartolomei, il-Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Bouar, kien responsabbli għat-traduzzjoni riveduta tat-Testment il-Ġdid. Huwa kiteb: “Nirringrazzjaw lill-Mulej u lill-benefatturi kollha u fuq kollox lill-ACN, talli appoġġjawna f’din il-ħidma prezzjuża għat-tixrid tal-Kelma ta’ Alla. Dan se jkompli jsaħħaħ il-fidi tagħna u ser jagħti inkoraġġiment lill-katekisti, lillpoplu ta’ Alla u lil dawk kollha li jixtiequ jitgħammdu. Fil-fatt hija drawwa tagħna li nagħtu kopja tat-Testment il-Ġdid lil dawk li jiġu mgħammda. Fl-Għid tas-sena 2020 ħafna minnhom ser jirċievu dan irrigal prezzjuż ”. Grazzi mill-qalb lil dawk kollha li jgħinu fil-ħidma tal-ACN!
Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Awguri Iċ-Chairman, il-Bord tad-Diretturi, l-Assistent Ekkleżjastiku, id-Direttur Nazzjonali u l-iStaff tal-Aid to the Church in Need (Malta) jawguraw lill-benefatturi, lill-qarrejja talġurnal ‘Il-Leħen’, u lil kulħadd xewqat sbieħ biex l-ispirtu tal-Milied jimla lil qlubkom bil-ferħ, bl-imħabba u bilbarkiet matul is-sena l-ġdida.
www.acnmalta.org
Studenti bil-kopja tat-Testment il-Ġdid maqluba bil-lingwa Sango, biċċa xogħol oħra tal-ACN
L-IRAQ
Il-Kardinal Sako jappella b’urġenza għall-għajnuna Biex il-Kristjani jerġgħu jirritornaw biex jgħixu filWesgħat ta’ Ninwè hemm bżonn li jkun hemm sapport urġenti mill-komunità internazzjonali. Fil-messaġġ li ta nhar is-6 ta’ Diċembru lill-Aid to the Church in Need (ACN), il-Kardinal Louis Raphael I Sako, il-Patrijarka talKaldej, appella għall-għajnuna mill-komunità internazzjonali biex il-Kristjani jerġgħu jibdew jgħixu f’arthom sentejn wara li tkeċċew l-ISIS mill-artijiet Bibliċi tal-Iraq. Huwa qal: “Irrid nappella lill-NGOs, lill-istituzzjonijiet soċjali, lill-knejjes u lill-gvernijiet kollha: għandna bżonn l-għajnuna tagħkom biex in-nies kollha talWesgħat ta’ Ninwè jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fi djarhom u dawk kollha li kellhom jitilqu jistgħu jiġu lura mill-ġdid.” “Għadek tweġġa’” meta tiftakar fl-attakk tal-Ġiħadisti li wettqu fissena 2014, li kien ġiegħel l-eżodu tan-nies ta’ dan ir-reġjun... dawn in-nies tkeċċew u qerdulhom iddjar, il-knejjes u l-iskejjel...” Il-Kardinal Sako qal: “B’urġenza rridu ngħinu liż-żgħażagħ biex nassiguraw il-futur tagħhom f’art
twelidhom stess,” u hemm bżonn li jiġu megħjuna l-familji biex jerġgħu jibdew jgħixu fir-reġjun. Il-Kardinal kompla jgħid “Biex nagħmlu dan hemm bżonn li jerġa’ jinħoloq network sħiħ ta’ servizzi tas-saħħa, mill-kliniki żgħar għal sptar” biex dawk li jixtiequ jiġu lura jkollhom is-sapport li jkollhom bżonn. Il-Kardinal enfasizza li dan l-isforz ta’ solidarjetà huwa bżonjuż biex il-Kristjani jkunu jistgħu “jgħixu ferħana” f’dawn l-artijiet Bibliċi. Dan il-messaġġ li ħareġ flAvvent, juri l-importanza li l-Knisja Iraqina tagħti lill-familji Kristjani f’dan ir-reġjun.
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.