ACN (Malta) –Il-Ħadd 22 ta’ Settembru 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 22 ta’ Settembru 2019

“Farrġu, farrġu lill-poplu tiegħi...” (Is 40,1) Il-Papa Franġisku jbierek ikona tal-Madonna li se tintbagħat is-Sirja biex tkompli tfarraġ lill-poplu ta’ Alla Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Nhar il-Ħadd, 15 ta’ Settembru delegazzjoni mill-Aid to the Church in Need (ACN) fosthom id-direttur nazzjonali Stephen Axisa, tal-ACN (Malta), Marie-Claude Lalonde (Kanada) u Jonathan B. Luciano tal-ACN (Filippini) kellhom udjenza privata mal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta fejn bierek ikona talMadonna tas-Sokkors. L-Em. Tiegħu Mauro Kardinal Piacenza, President talACN (Internazzjonali) mexxa d-delegazzjoni fejn informa

lill-Papa li sa mis-sena 2011 bilġenerożità tal-benefatturi, l-ACN appoġġat għajnuna ta’ 38 miljun ewro f’850 proġett immirati biex jagħtu kura pastorali, għajnuna ta’ emerġenza u appoġġ għallgħajxien għall-poplu ta’ Alla fisSirja. L-ACN (Malta) tappella biex kulħadd jappoġġja lill-poplu Sirjan permezz tat-talb. Il-Papa Franġisku apprezza l-ħidma kollha li l-ACN tgħin lil diversi pajjiżi. Hu esprima l-appoġġ u l-impenn personali tiegħu għaċ-ċelebrazzjoni li l-ACN qed torganizza llum flimkien malmexxejja Kristjani fis-Sirja, fil-

Festa tad-Duluri (15 ta’ Settembru 2019) bit-tema: “Farrġu, Farrġu lill-poplu tiegħi” (ara Is 40, 1). Huwa rringrazzja wkoll lid-Diretturi Nazzjonali fejn ħeġġiġhom biex ikomplu l-ħidma tagħhom b’risq ħutna l-Kristjani ppersegwitati.

Wara, il-Papa Franġisku bierek l-ikona li ġiet magħmula minn Fr Spiridon Kabbash, saċerdot Sirijak Ortodoss minn Homs, is-Sirja. Din l-ikona ser tintbgħat is-Sirja sabiex il-Madonna tkompli tfarraġ lill-poplu ta’ Alla.

IL-KRIMEA

IL-PAKISTAN

“Vaganzi mal-Mulej”: Storja ta’ suċċess: Għajnuna finanzjarja għall-formazzjoni Summer camp tal-ACN joffri tama u direzzjoni ta’ 42 Katekist Il-ħidma tal-katekisti hija ta’ importanza kbira għall-ħajja tal-Knisja filPakistan. Ħafna drabi l-parroċċi huma kbar ħafna u għalhekk il-katekisti jservu ta’ appoġġ indispensabbli għas-saċerdoti u għandhom ir-rwol ewlieni biex ixandru l-fidi Kattolika. F’ħafna każijiet il-ħajja talparroċċi kważi tieqaf mingħajr l-għajnuna tagħhom, peress li huwa impossibbli għas-saċerdoti li jkunu kullimkien fl-istess ħin. Iċ-Ċentru Nazzjonali talFormazzjoni tal-Katekisti f’Khushpur, fid-Djoċesi ta’ Faisalabad, li ilu stabbilit sa missena 1965, illum huwa l-polz pastorali tal-Knisja fil-Pakistan. Ħafna rġiel minn madwar ilPakistan imorru hemmhekk biex jieħdu formazzjoni sabiex wara jkunu jistgħu jwettqu dan ilministeru tant importanti lura fiddjoċesijiet fejn jgħixu. Dawk il-kandidati li jkunu diġà żżewġu u għandhom familja, jingħataw akkomodazzjoni sakemm

ilestu l-kors. Fl-istess waqt innisa tagħhom jattendu wkoll għal diversi korsijiet: korsijiet bażiċi dwar l-Iskrittura, needlework, housekeeping u kura tas-saħħa. L-enfasi tkun fuq attivitajiet prattiċi. Il-katekisti li jitħarrġu jżuru wkoll lill-parruċċani talpost, jitkellmu u jitolbu flimkien magħhom. Jakkumpanjaw ukoll lill-katekisti mħarrġa fil-ħidma tagħhom għal madwar ġimgħa, biex jiksbu l-esperjenza fl-appostolat futur tagħhom. L-ACN ilha tappoġġa l-formazzjoni ta’ dawn il-katekisti. Is-sena l-oħra 42 studentikatekisti bbenefikaw mill-appoġġ tal-Aid to the Church in Need (ACN) għall-ispejjeż tal-formazzjoni.

Skont Monsinjur Jacek Pyl, l-Isqof Kattoliku ta’ Odessa-Simferopol, iżżieda fl-għadd ta’ familji fil-Krimea li qed jgħixu taħt il-linja tal-faqar hija partikolarment għolja. Ħafna familji ma jaffordjawx imorru btala. Hekk kif jingħalqu l-iskejjel għall-vaganzi, ħafna tfal ikollhom iqattgħu l-ħin fit-toroq waqt li l-ġenituri tagħhom imorru jaħdmu.

L-Isqof, li huwa grat ħafna li l-Aid to the Church in Need (ACN) appoġġj at żewġ Summer Camps fil-Krimea, qal “Ir-riskju li wieħed isir dipendenti fuq il-computers, l-internet, id-drogi u l-alkoħol huwa partikolarment għoli għattfal u l-adolexxenti li jqattgħu ż-żmien tal-vaganzi tas-sajf fittoroq għax ma jsibux x’jagħmlu”. It-tema ta’ dawn is-Summer Camps hija “Vaganzi mal-Mulej”. Dawn il-proġetti tal-ACN huma offruti liż-żgħażagħ irrispettivament mir-reliġjon li jħaddnu u joffru direzzjoni kif dawn it-tfal iqattgħu żmien utli waqt il-vaganzi. Bogdan Loginov, wieħed millparteċipanti, iddeskriva l-ħin li

qatta’ matul is-Summer Camps: “Tgħallimna ħafna affarijiet ġodda waqt il-katekeżi matul is-Summer Camp. Qattajna ħafna ħin ta’ kwalità u għamilt ħafna ħbieb ġodda. Kieku ma kienx għas-Summer Camp, ​​ dan is-sajf kien jgħaddi mingħajr skop. Nittama li jerġa’ jsir is-sena d-dieħla wkoll.” L-Isqof Pyl qal “Din hija l-età li fiha ħafna żgħażagħ ikollhom ħafna mistoqsijiet mingħajr tweġiba: ‘Kif għandi ngħix?’, ‘Min irrid inkun?’, u ‘Għalfejn għandi ngħix?’. Dawn is-Summer Camps ma jgħinux biss biex it-tfal jirkupraw mill-problemi, iżda jgħinu l-futur tal-pajjiż u l-Knisja, għaliex huwa importanti ħafna li nikkomunikaw u ngħixu l-valuri Kristjani.”


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.