10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 23 ta’ Ġunju 2019
IS-SRI LANKA
Indewwu l-feriti... Niżirgħu t-tama Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Delegazzjoni tal-Aid to the Church in Need (ACN) għamlet żjara ta’ solidarjetà fis-Sri Lanka. Iddelegazzjoni żaret ir-reġjuni madwar il-kapitali Colombo u l-belt ta’ Negombo fejn ħafna mill-attakki nhar Ħadd il-Għid seħħew fuq knejjes u lukandi. Veronique Vogel, il-Kap talProġetti tal-ACN għall-Asja li mexxiet id-Delegazzjoni, spjegat li “ż-żjara ġiet organizzata biex inkunu nistgħu naraw b’għajnejna l-istat tal-parroċċi Kattoliċi u biex nassigurawhom mis-solidarjetà tagħna”. Hi qalet li hu importanti “għalina li nipprovdu lill-benefatturi tal-ACN b’informazzjoni dwar issitwazzjoni biex niżguraw li ma ninsewx nitolbu lil Alla għasSri Lanka u li nistgħu wkoll nagħtu l-appoġġ tagħna lil dan il-pajjiż”. Id-delegazzjoni rrappurtat li fil-21 ta’ Mejju, għalkemm ilknejjes fil-pajjiż reġgħu nfetħu għall-poplu ta’ Alla, ħafna Kristjani kienu għadhom trawmatizzati. Vogel enfasizzat li “ħafna
Id-delegazzjoni tal-ACN waqt żjara f’waħda mill-knejjes attakkati mit-terroristi f’Ħadd il-Għid
qalulna li qed jibżgħu jidħlu fi knisja bħalissa. Oħrajn saħansitra jħossuhom beżgħana anki meta jisimgħu l-qniepen idoqqu. Hi esperjenza kerha u ta’ qsim il-qalb”,
sostniet il-Kap tad-Delegazzjoni tal-ACN. Matul dawn l-aħħar 15-il sena l-ACN investiet aktar minn tmien miljun ewro fi proġetti b’risq ħutna fis-Sri Lanka. Wara l-aħħar
attakki terroristiċi l-ACN impenjat ruħha aktar minn qabel biex issaħħaħ l-għajnuna pastorali biex iddewwi l-feriti, tiżra’ t-tama u ssaħħaħ il-kunfidenza tal-poplu fil-parroċċi.
IN-NIĠERJA
L-attakki tal-Fulani fuq il-Kristjani jkomplu jiżdiedu Numru ta’ Kristjani, inkluż ilPresident ta’ grupp ta’ żgħażagħ Kattoliċi, inqatlu mir-rgħajja Fulani fl-istat ċentrali tat-Tramuntana ta’ Jos, In-Niġerja. Luke Shehu, il-Kap ta’ Arewa Christians and Indigenous Pastors’ Association, qal fi stqarrija li millinqas 30 persuna nqatlu u 20 dar inħarqu f’inqas minn 12-il siegħa minn ‘milizzja Musulmana’. Shehu qal li wħud minn dawk li wettqu r-reati kienu libsin ‘uniformi militari’. Sors fil-post qal: “Din dejjem kienet in-norma f’din iż-żona.
ELUF TA’ KRISTJANI FILVENEZWELA JINSABU FI KRIŻI U QED JIDDEPENDU FUQ IT-TALB U L-GĦAJNUNA TAGĦNA BIEX IKOMPLU JGĦIXU. JEKK JOGĦĠBOK OFFRI QUDDIESA GĦALL-INTENZJONIJIET TIEGĦEK U FL-ISTESS ĦIN TKUN QED TASSIGURA L-GĦAJXIEN TA’ SAĊERDOTI FQAR LI JGĦIXU FOST IS-SOFFERENZI TALKRISTJANI FIL-VENEZWELA. GRAZZI! Inti tista’ tagħmel l-offerta tiegħek billi ċċempel 21487818, jew online www.acnmalta.org/mass-stipends Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
acn_malta
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
Ladarba xi ħadd jaqsam lejn innaħa l-oħra s-sigurtà tiegħu jew tagħha tiġi mhedda”. Madankollu l-bullets bdew jiġu sparati minn kullimkien u n-nies bdew jiġru f’paniku, inklużi dawk li kienu sejrin lura d-dar mill-knisja”. Sarki Arum, resident li jgħix fiżżona, identifika lil Michael Anthony Pam, il-Kap ta’ St Michael Catholic Youth Organization of Nigeria bħala wieħed mill-vittmi. Il-Fulani komplew iżidu l-vjolenza fil-komunitajiet talbdiewa Kristjani matul dawn l-aħħar snin.
L-EĠITTU
L-istorja tal-Kristjani Kopti F’Jannar Adeeb Nakhla, Kristjan Kopt, inħataf minn grupp affiljat mal-ISIS f’Sinai, L-Eġittu. Minn dakinhar ma kien hemm l-ebda aħbar dwar fejn jinsab jew f’liema qagħda qiegħed. Il-vjolenza fuq il-Kristjani Kopti fl-Eġittu żdiedet mill-waqgħa tal-President Hosni Mubarak fl-2011. Ħafna mill-attakki seħħew fitTramuntana ta’ Sinai fejn, skont il-Vanġelu, il-Familja Mqaddsa daħlet l-Eġittu. Fl-2012, aggressuri ħarġu dikjarazzjoni miktuba bl-idejn u talbu li l-Kopti kollha li kien fadal jitilqu mill-belt Rafah.