8
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2018
Xewqat għal Milied qaddis u Sena Ġdida mimlija risq u barka tal-Mulej
IL-JEMEN
Insalvaw it-tfal Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Il-Papa Franġisku, fil-messaġġ tiegħu tar-Randan għas-sena 2018, fakkar lid-dinja, b’mod speċjali lill-Kattoliċi, biex ma jinsewx li f’diversi partijiet tad-dinja, ħafna nies, speċjalment tfal, isofru l-ġuħ kuljum. Dan l-aħħar, waqt attività li organizzat l-Aid to the Church in Need (ACN) fl-Ambaxxata Pollakka f’Ruma, in-Nunzju Appostoliku fisSirja, il-Kardinal Mario Zenari, qal: “ejjew ma ninsewx lill-85,000 tifel u tifla fil-Jemen ta’ taħt il-ħames snin li mietu matul l-aħħar tliet snin ta’ kunflitt kontinwu bil-ġuħ u minħabba l-malnutrizzjoni”. Stħarriġ riċenti magħmul minn uffiċjali tal-Jemen u minn esperti internazzjonali bbażati fuq l-Integrated Food Security Phase Classification (IPC), il-kriżi tal-ġuħ fil-Jemen baqgħet sejra għall-agħar matul is-sena li għaddiet b’madwar 120,000 tifel u tifla kklassifikati li qed jgħixu f’kundizzjonijiet ‘katastrofiċi’. Dan ifisser li anki b’għajnuna umanitarja ma kinux qed jieklu biżżejjed għal żmien twil b’evidenza
Tfal mill-Jemen juru dokument biex ikunu jistgħu jingħataw x’jieklu
ta’ ġuħ u saħansitra wħud mietu. L-istħarriġ iwissi li aktar miljuni ta’ tfal jistgħu jaqgħu f’din issitwazzjoni sakemm ma jirċevux għajnuna b’urġenza. Hekk kif fi żmien il-Milied se nkunu qed niċċelebraw malmaħbubin tagħna, ejjew ma ninsewx lil dawn it-tfal li jeħtieġu għajnuna urġenti għax qed imutu kuljum minħabba nuqqas ta’ ikel tajjeb, ilma u mediċini.
Christmas
It-talb u l-offerti ġenerużi li tista’ toffri se jmorru triq twila biex isalvaw ħajjiet dawn it-tfal innoċenti. Nirringrazzjaw lil dawk li joffru xi donazzjoni għal dawn it-tfal. Kull offerta tista’ tinbgħat lil ACN (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard ATD2038 jew permezz talAPS Bank (kont numru 20001771733) inkella ċempel 2148 7818.
Il-Bord tad-Diretturi, l-Assistent Ekkleżjastiku Monsinjur Professur Hector Scerri, idDirettur Nazzjonali Stephen Axisa, l-Istaff u l-voluntiera talAid to the Church in Need (Malta) jawguraw lill-benefatturi, lillqarrejja ta’ Il-Leħen u lil kulħadd xewqat sbieħ għal Milied qaddis u Sena Ġdida mimlija risq u barka tal-Mulej. Il-ħidma qaddisa tagħna hi bbażata fuq it-talb, b’mod speċjali r-Reċita tar-Rużarju u l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat. Mingħajr it-talb u l-għajnuna ġeneruża tagħkom aħna ma nkunux nistgħu ngħinu lil ħutna l-Kristjani ppersegwitati minħabba l-fidi tagħhom fi Kristu li huma foqra jew preokkupati u f’inċertezza kbira. Nitolbu wkoll għallpersekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl biex jieqfu mit-terrur u l-vjolenza estrema ħalli ħutna jgħixu b’dinjità.
L-ITALJA
Il-Kardinal Mauro Piacenza, il-President Internazzjonali tal-ACN, dwar żmien l-Avvent
Gifts of Faith
Il-President Internazzjonali tal-Aid to the Church in Need, il-Kardinal Mauro Piacenza, iddeskriva l-Avvent bħala żmien meta Alla jsejħilna biex inkunu konxji tal-preżenza kontinwa tiegħu saħansittra fir-rutini u l-isfidi tal-ħajja tagħna ta’ kuljum.
€29
OFFRI PAKKETTI TALIKEL GhALL-KRISTJANI PPERSEGWITATI TAS-SIRJA Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi tibgħat cheque lil ACN (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038, billi ċċempel 21487818, online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733 82 ACN GOF Advert (Lehen).indd 1
19/12/2018 09:02
Il-Kardinal Piacenza filmessaġġ tiegħu qal li “l-Mulej hu preżenti fl-iżvolġiment ta’ ħajjitna. Hu jakkumpanjana u għad jixxotta d-dmugħ tagħna. Xi darba, kollox isib ruħu f’postu fis-Saltna ta’ Alla, is-Saltna tal-ġustizzja u l-paċi”. Il-Kardinal Piacenza żied li “Alla veru mhux Alla li sempliċement jgħammar fis-smewwiet u ma jiħux interess fina. Le, hu jixtieq jiltaqa’ magħna u jżuruna. Jixtieq jiġi biex jgħammar f’nofsna. Biex jibqa’ fostna. Il-wasla tiegħu hi determinata minn xewqtu li jeħlisna mill-ħażen u mill-mewt. Minn dak kollu li jfixkel il-ferħ veru
tagħna. “L-Avvent iwassal il-ferħ”, issokta, “ferħ intern li l-ebda tbatija ma tista’ tħassar. Ferħ li filfatt Alla sar tifel ċkejken.” Skont il-Kardinal Piacenza l-mudell tagħna għall-kisba ta’ dan il-ferħ intimu hu l-Imqaddsa Verġni Marija li permezz tagħha tatna lil Ġesù Tarbija. Hu talab li bħala dixxipli fidili ta’ binha li diġà jgħix f’dik iddinja l-ġdida li l-Knisja tant taħdem għaliha bla heda – Ommna Mqaddsa se tikseb għalina l-grazzja li ngħixu daż-żmien liturġiku fi spirtu ta’ qawmien u stennija.