ACN (Malta) –Il-Ħadd -23 ta’ Frar 2020

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 23 ta’ Frar 2020

IN-NIĠERJA

Ħidma pastorali fi bnadi remoti Illum ħafna saċerdoti madwar id-dinja qed jirriskjaw ħajjithom biex iwasslu l-Kelma ta’ Alla f’komunitajiet remoti. Fr Samuel Tswam, saċerdot fid-djoċesi Kattolika ta’ Jalingo flIstat ta’ Taraba, in-Niġerja, huwa wieħed minn dawn is-saċerdoti. Huwa jieħu ħsieb il-merħla tiegħu fiż-żona pastorali ta’ San Anton, Dampar, fiż-żona tax-xmara fejn hemm 28 stazzjon parrokkjali li jistgħu jintlaħqu biss bid-dgħajsa. Huwa qal lill-Aid to the Church in Need (ACN) “97% ta’ kull meta

nivvjaġġa ġewwa u barra Dampar nagħmel dan b’kenura. Dan jiddependi mill-ftit Musulmani li għandhom kenura, u nkun nista’ ngħaddi biss jekk huma jkunu jridu u meta jkunu disposti. Ikolli nivvjaġġa bejn 5-7 sigħat fuq l-ilma qabel nasal fit-triq”. Skont Fr Samwel, anke l-kenuri li ġieli jkunu disponibbli, ġeneralment ma jkunux ta’ kwalità tajba u jinqalbu ta’ spiss. Bilgrazzja ta’ Alla kull darba li ġara hekk ġie salvat. Minħabba din l-isfida, Fr

Servizz talAid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Samwel ma jistax iwettaq iddmirijiet pastorali tiegħu kif ikun hemm bżonn u għalhekk numru kbir ta’ fidili ma jintlaħqux. Huwa qal: “L-esperjenza tiegħi bħala saċerdot ta’ din il-komunità hija sensazzjoni mħallta: tferraħni għax naqdi lil dawn in-nies hekk kif Ġesù vvjaġġa fuq l-ilma jipprietka u jgħallem. U mill-banda l-oħra tnikkitni għax hemm numru kbir ta’ nies li għadhom ma ntlaħqux.” Il-ħtieġa pastorali urġenti ta’ Fr Samuel hija li jkollu aċċess għal dgħajsa li ttir, bi prezz raġonevoli.

Permezz tat-talb u d-donazzjonijiet tal-benefatturi, l-ACN tappoġġja saċerdoti bħal Fr Samuel li qed iwettqu l-ħidma pastorali tagħhom f’uħud millaktar postijiet remoti fid-dinja. L-ACN tgħinhom b’appoġġ finanzjarju, mezzi ta’ trasport u b’dak kollu li jkollhom bżonn. Tixtieq tgħin lil Fr Samwel jilħaq lil ħutna foqra u ’l dawk li għadhom qed jistennew biex jisimgħu l-Kelma ta’ Alla? Ċemplilna 21487818 jew iktbilna fuq info@ acnmalta.org

IL-VENEZWELA

L-ACN tappoġġja missjoni urġenti Il-kriżi fil-Venezwela ma tidhirx li ser tintemm malajr. Dan qed jaffettwa miljuni ta’ nies. Il-Knisja, bl-appoġġ ta’ organizzazzjonijiet bħall-Aid to the Church in Need (ACN) wieġbet għas-sitwazzjoni. Il-Missjunarji Ewkaristiċi ta’ Nazaret huma waħda millħafna kongregazzjonijiet reliġjużi sostnuti direttament mill-ACN

f’din il-missjoni urġenti għallpoplu Venezwelan. Waħda mis-sorijiet, Suor Maria Chiquinquira li tara r-realtà talfaqar f’wiċċ tant irġiel, nisa u tfal, tiddeskrivi hekk din ir-realtà: “Xi drabi ma jkollniex provvista tad-dawl elettriku u lanqas ilma. L-ikel tant jiswa flus li ħafna nies ma jistgħux jaffordjaw jixtru ftit ħalib jew ħobż”.

Suor Chiquinquira qalet: “Aħna ngħixu f’raħal sempliċi filmuntanji tal-Venezwela.” Suor Chiquinquira qalet li l-għajnuna għall-ifqar familji fir-reġjun hija konċentrata fil-canteen. “Wieħed mill-modi kif ngħinu huwa permezz tal-canteen li għandna, biex it-tfal u n-nies fil-bżonn ikunu jistgħu jieklu għallinqas darba kuljum. Fiċ-ċentri

ta’ taħriġ tagħna, aħna nagħtu korsijiet ta’ hairdressing u ħjata linnisa, biex ikunu jistgħu jitgħallmu sengħa u jaqilgħu ftit flus”. L-appoġġ li l-ACN tagħti lillMissjunarji Ewkaristiċi ta’ Nazaret huwa essenzjali biex ikunu jistgħu jkomplu jiftħu l-bibien tagħhom u jilqgħu lil dawk li m’għadx għandhom flus biex jixtru ftit ħalib jew ħobż. Din hija missjoni urġenti.

IL-PAKISTAN

Ġenituri ta’ tifla maħtufa jappellaw għall-għajnuna Il-ġenituri ta’ Huma Younus – it-tifla Pakistana li nħatfet, ġegħluha tiżżewweġ u ġiet imġiegħla wkoll tikkonverti – appellaw lill-komunità internazzjonali għall-għajnuna. F’messaġġ lill-Aid to the Church in Need (ACN), Younus u Nagheena Masih qalu, “aħna nemmnu li l-gvern u l-imħallfin qed idewmu d-deċiżjoni minħabba li t-tifla tagħna għad għandha 14-il sena. Huma jridu jistennew biex tagħlaq 18 u mbagħad jagħlqu l-każ.” Il-ġenituri ta’ Huma qalu li kienet inħatfet fl-10 t’Ottubru 2019, ġiet imġiegħla tiżżewweġ lil dak li ħatafha u kellha tikkonverti għallIżlam. Huma qed jargumentaw li ż-żwieġ mhuwiex validu f’konformità mas- Sindh Child Marriage Restraint Act. Dan l-att jipprojbixxi ż-żwieġ li jinvolvi lil xi ħadd taħt it-18-il sena. Nhar it-Tnejn, 3 ta’ Frar 2020

Huma ġiet ordnata biex tidher ilqorti. Kieku għamlet hekk dan kien ikun l-ewwel darba fl-istorja talqorti Pakistana, imma Huma ma attendietx. Fin-nuqqas tagħha, il-Qorti Għolja Sindh, skont il-liġi taxShari’a, iddeċidiet li anki jekk kien ippruvat li Huma hija minorenni, iż-żwieġ tagħha huwa validu għax, ladarba tifla ta’ kwalunkwe età jkollha l-ewwel perjodu menstruwali tagħha, hi tista’ tiżżewweġ. Il-ġenituri tagħha qalu: “Nappellaw lill-komunità internazzjonali biex issemma’ leħinha u nirringrazzjaw lill-ACN li qed tkompli tappoġġjana.” Id-dikjarazzjoni tal-Qorti Għolja Sindh marret kontra s-Sindh Child Marriage Restraint Act, li kienet għaddiet fl-2014, biex jitwaqqfu ż-żwiġijiet sfurzati ma’ minuri filprovinċja, primarjament ta’ bniet Ħindu u Kristjani.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.