ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- Il-Ħadd 24 ta’ Frar 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 24 ta’ Frar 2019

IS-SIRJA

Inkomplu ngħinu lil ħutna Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Il-Knisja Kattolika fis-Sirja qed tkompli taħdem, flimkien mal-Aid to the Church in Need, biex tappoġġja l-familji refuġjati u tgħinhom imorru lura fi djarhom. Ghassan Abboud u martu Maha Sanna kienu jgħixu f’Homs flimkien maż-żewġt itfal tagħhom iżda ħames snin ilu ħajjithom inbidlet mil-lejl għan-nhar. Maha qalet “Konna d-dar u ibni Michael kien qiegħed fis-salott meta f’daqqa waħda smajna ħoss ta’ ħġieġ jinkiser. Meta morna biex naraw x’ġara, sibna lil Michael fl-art. Bullet għaddiet mill-ħġieġ u nifdet rasu. Sibnieh mejjet. “Michael kien tifel sabiħ. Kien jaħdem bħala TV film producer u kont noħlom li xi darba jsir direttur talfilms.” Wara mewtu u minħabba li l-ġlied fil-belt kompla sejjer għallagħar, il-familja qatgħetha li titlaq band’oħra. Ghassan qal: “Konna qed naħsbuha biex nitilqu mill-pajjiż

imma ma tawniex visa. Ma kellniex ħafna flus u għalhekk abbandunajna l-idea. Minflok ġejna hawnhekk, fil-Wied tal-Kristjani.” Maha qalet: “Kieku m’għentuniex intom biex għandna din id-dar, biex nieklu u biex ikolli l-mediċini li għandi bżonn għal qalbi, ma nafx fejn konna nispiċċaw.” Il-familja Abboud hi waħda minn aktar minn 2,000 familja li qed jirċievu l-għajnuna kull xahar imqassma mill-Knisja lokali, grazzi għall-appoġġ finanzjarju tal-Aid to the Church in Need. Dawn il-familji użaw flushom kollha u issa saru jiddependu fuq l-għajnuna tagħna lkoll biex jgħixu minn jum għal ieħor. Blgħajnuna tiegħek nistgħu nkomplu nagħtuhom l-għajnuna li tant għandhom bżonn. Waħda mill-familji megħjuna mill-Aid to the Church in Need

IL-BRAŻIL

Inxandru l-Bxara t-Tajba Il-Bethlehem Mission hi komunità spiritwali lajka. Nies li ddedikaw ħajjithom biex jieħdu ħsieb persuni bla dar, vittmi tal-vizzju tad-droga, lill-emarġinati u lil dawk kollha li qed jiffaċċjaw xi kriżi f’ħajjithom u jinsabu f’sitwazzjonijiet diffiċli.

Dan il-film ser jintwera: Data: L-Erbgħa, 27 ta’ Frar 2019

RSVP 21487818 Strettament bl-invit

Post: Id-Dolmen Hotel, Buġibba

Donazzjoni ta’ €5 b’risq it-tfal tat-triq f’Aleppo, is-Sirja tkun apprezzata.

Ħin: Fis-7.30pm

Din l-inizjattiva qed tiġi ssaportjata mill-organizzaturi tal-BluMed Conference f’Malta. Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 15 - ACN (Malta) - Damascus Film Advert (Lehen).indd 1

20/02/2019 12:39

Imwaqqfa fil-Brażil fl-2005 din il-komunità għandha 160 dar missjunarja u seba’ ċentri oħra mifruxa f’70 belt differenti kemm fil-Brażil kif ukoll f’Ħaiti u flItalja. Dawn in-nies huma “missjunarji” li jaqsmu ħajjithom ma’ dawn il-vittmi li ħafna drabi jkunu qed jgħixu barra fit-toroq. Meta jwettqu din il-ħidma nobbli jkunu qed ixandru l-Bxara tTajba. S’issa, din il-komunità għenet madwar 50,000 persuna. Madwar nofshom reġgħu bdew jgħixu ħajja normali. Ħafna sabu lil Alla u xtaqu jirċievu s-Sagrament talMagħmudija. Hi xena partikolari meta tara raġel avvanzat fl-età li, wara snin bla dar fejn jgħix u li kellu problema tal-vizzju tad-droga, jilbes libsa bajda lest biex jagħmel il-Magħmudija, bix-xemgħa f’idu jew meta jmur jitqarben bħat-tfal biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina. F’każijiet bħal dawn jidher ċar li s-Sagrament talMagħmudija jkun il-bidu ta’ ħajja

ġdida għalihom, bħala wlied Alla. Meta jkun hemm bżonn, dil-komunità toffrilhom ukoll l-opportunità li jirċievu servizzi terapewtiċi jew jitħarrġu f’ħiliet prattiċi kif ukoll professjonali. Il-komunità torganizzalhom ukoll korsijiet ta’ evanġelizzazzjoni. S’issa aktar minn 1,400 persuna ħadu sehem f’dawn il-korsijiet li huma mmirati biex il-parteċipanti jiġu ffurmati għall-missjoni ħalli jilħqu lil nies li jinsabu ’l bogħod mill-Knisja b’mod speċjali l-emarġinati tas-soċjetà u jxandru l-Bxara t-Tajba. Fl-istess waqt il-parteċipanti jingħataw materjal kateketiku li jistgħu jqassmu lil dawk li juru interess. L-Aid to the Church in Need tissapportja din l-inizjattiva mill-isbaħ u wiegħdet li tgħin billi tipprovdi l-materjal meħtieġ għat-tagħlim għall-erba’ snin li ġejjin. Jekk tixtieq toffri donazzjoni lill-Aid to the Church in Need biex tkompli tgħin f’dan l-appostolat nobbli ċempel 2148 7818 jew ibgħat email lil info@acnmalta.org.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.