ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- Il-Ħadd 24 ta’ Marzu 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 24 ta’ Marzu 2019

IS-SIRJA

“Nixtieq li triqti terġa’ lura għal li kienet” – Reznan Berberaska Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Selma, mara Sirjana spostata fis-sena 2011 meta l-ISIS attakkaw id-djar Kristjani f’Idlib, il-familja ta’ Selma ħarbet u minn dakinhar bdew jgħixu ma’ ommha fil-Wied tal-Kristjani, fil-Punent tal-pajjiż. Meta Selma tilfet lir-raġel tagħha tliet snin ilu la kellhom appoġġ u lanqas flus. Binha, li dak iż-żmien kellu 16-il sena, kien l-uniku membru tal-familja li

seta’ jaħdem biex jaqla’ l-flus ħalli jkollhom x’jieklu. Bħal Selma, ħafna min-nies spostati u refuġjati tilfu kollox minħabba l-gwerra. Uħud mhumiex

#helpsyria

Missjoni perikoluża għall-Isqfijiet u saċerdoti Isqfijiet u saċerdoti fil-Filippini żvelaw li qed jirċievu messaġġi ta’ theddid l-aktar meta jitkellmu kontra l-qtil extraġudizzjarju fil-pajjiż. F’konferenza stampa fis-seminarju fi Quezon City, Fr Flavie Villanueva, Fr Albert Alejo u Fr Robert Reyes qalu li rċevew messaġġi min-nies li heddewhom bil-mewt. L-Arċisqof Socrates Villegas u l-Isqof Pablo Virgilio David ippreżentaw ukoll siltiet mit-theddid li rċevew.

0 2 € ħġbok g o j k t Jek

uden għin st l-istudji li ikomp rsitarji. e v i un

syria.acninternational.org/malta

Int lest li tghin? -

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 04 - ACN (Malta) - Lehen Ad HELP SYRIA 6.indd 1

qed tittama għal bidla bħalma ġara fil-Wesgħat ta’ Ninwè, L-Iraq. Issa 45 fil-mija tat-12,000 dar meqruda ġew mibnija mill-ġdid u l-familji rritornaw lejn djarhom. “Nixtieq li triqti terġa’ lura għal li kienet”, qal Reznan. “Hi xewqa leġittima iżda minħabba s-sitwazzjoni attwali l-firxa ta’ xogħol meħtieġ biex jinbnew mhux biss l-istrutturi iżda wkoll ħajjiet in-nies, tidher triq twila iżda mhux impossibli!”

IL-FILIPPINI

Għin lillġenerazzjoni li jmiss. Eluf ta’ żgħażagħ Sirjani kellhom jieqfu jistudjaw minħabba 8 snin ta’ gwerra. It-tama tas-Sirja tinsab f’idejhom. It-tama tagħhom tinsab f’idejk.

daqshekk entużjasti biex isibu xogħol u djar ġodda f’pajjiż meqrud b’rata għolja ta’ qgħad. Madankollu, uħud qed jirritornaw, bħall-familja ta’ Reznan Berberaska ta’ 22 sena minn Homs. Id-dar tiegħu ġiet irranġata fi tmien xhur li hu miraklu meta wieħed iħares ’il barra mill-gallarija u jara l-ħsara li ssaltan fit-toroq. Fis-Sirja, bl-għajnuna tal-Aid to the Church in Need (ACN), il-Knisja

20/03/2019 09:01

Fr Villanueva, li jmexxi ċentru għal dawk li romlu jew sfaw orfni minħabba l-gwerra mdemmija tal-gvern fuq id-drogi, qal li xi nies jistgħu jinħassu “mhedda” millkawża tiegħu. Fr Flavie, li kien hu wkoll vittma tad-droga, fl-2016 nieda programm biex jgħin familji ta’ vittmi tal-qtil matul il-gwerra kontra d-droga. Din l-inizjattiva li jisimha ‘Fejqan’ hi waħda minn bosta inizjattivi biex iġġib tama lil dawk fil-periferiji talKnisja u tas-soċjetà. Fr Alejo ammetta li huma diġà mħassba dwar is-sigurtà tagħhom.

Hu qal li qed jitkellmu mhux biss minħabba li t-theddid jista’ jseħħ imma wkoll minħabba l-possibbiltà li l-allegazzjonijiet jistgħu joħorġu wara li huma jiġu maqtula. Fr Reyes qal li dan it-theddid mhux se jwaqqafhom milli jwettqu l-missjoni tagħhom li jipproteġu lin-nies speċjalment dawk oppressi. Hu qal li se jkomplu jagħmlu dan bħala servi ta’ Alla u bħala nies li l-missjoni tagħhom hi dik li jħarsu d-drittijiet u l-benesseri tal-ġirien tagħhom.

MARIA MIFSUD BONNICI u wliedha JOSETTE, MARIE u ANNA jagħtu offerta għall-ispejjeż ta’ din il-gazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għar-ruħ għażiża tarraġel u missierhom il-PROFESSUR GIUSEPPE MIFSUD BONNICI LL.D. Prim Imallef Emeritu, li miet xahar ilu nhar it-22 ta’ Frar 2019. Mulej, agħtih il-mistireħ ta’ dejjem.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.