ACN (Malta) –Il-Ħadd 24 ta’ Novembru 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

IS-SIRJA

Il-Ħadd 24 ta’ Novembru 2019

IS-SUDAN T’ISFEL

“Il-gwerra għadha ma ntemmitx” “Il-gwerra fis-Sirja għadha ma ntemmitx. Għadna qed inħossu l-preżenza tal-ISIS.” Dan qalu Monsinjur Boutros Marayati, l-Arċisqof Kattoliku tal-Armeni, Aleppo, f’konverżazzjoni telefonika mal-Aid to the Church in Need (ACN), wara li nqatel Fr Hovsep Hanna Bedoyan, ilKappillan tal-parroċċa Kattolika Armena ta’ San Ġużepp, f’Qamishli. Skont l-Arċisqof, Fr. Hovsep kien fi triqtu lejn Deir ez-Zor biex jara kif sejjer il-proċess tal-bini mill-ġdid tal-knisja tal-Martri. L-Arċisqof qal: “Aħna qed nippruvaw nibnu mill-ġdid il-knisja u d-djar tal-Kristjani li kienu jgħixu hemmhekk biex ikunu jistgħu jirritornaw fil-belt.” L-inċident għadu qed jiġi investigat. “S’issa għadna ma nafux min qatlu, għalkemm jidher li l-ISIS ħa r-responsabbiltà tal-attakk. Dak li nafu huwa li Fr Hovsep kien liebes is-suttana u għalhekk kien jidher li huwa saċerdot, minbarra l-fatt li l-karozza tiegħu kienet immarkata b’ittri kbar bil-kliem “Knisja Kattolika Armena”. Għalhekk huwa probabbli li Fr Hovsep inqatel speċifikament għax kien saċerdot u minħabba l-isforzi tiegħu biex jerġa’ jistabbilixxi l-preżenza Kristjana f’Deir Ez-Zor. L-Arċisqof appella lill-Kristjani madwar id-dinja: “Nitlobkom biex titolbu għalina u għall-poplu tagħna, għax għadna qed ngħixu fi żminijiet diffiċli ħafna.” Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Żjara Papali fis-Sudan t’Isfel Il-Papa Franġisku ħabbar li s-sena d-dieħla ser jagħmel żjara Appostolika fis-Sudan t’Isfel. L-ewwel żjara tiegħu f’dan innazzjon Afrikan kienet skedata għas-sena 2017 iżda ġiet differita minħabba instabilità politika u raġunijiet ta’ sigurtà. Nhar il-Ħadd, 10 ta’ Novembru 2019, waqt l-Angelus, il-Papa ħeġġeġ lill-mexxejja tas-Sudan t’Isfel biex jegħlbu d-differenzi ta’ bejniethom u jsibu kompromess għall-ġid tal-pajjiż. B’referenza għall-gwerra ċivili, il-Papa Franġisku qal, “... in-nies tas-Sudan t’Isfel batew ħafna f’dawn l-aħħar snin... u qed jistennew it-tmiem tal-kunflitti u l-paċi dejjiema”. F’April li għadda l-Papa kien

stieden lill-President Kiir, il-kap tal-Oppożizzjoni Riek Machar u politiċi oħra fil-Vatikan għal irtir. Fl-aħħar jum tal-irtir, b’ġest simboliku, il-Papa niżel għarkopptejh quddiem il-mexxejja u ħeġġiġhom biex itemmu l-gwerra ċivili. F’Settembru 2018, ilPresident Salva Kiir u l-eks mexxej tar-ribelli Riek Machar iffirmaw ftehim ta’ paċi. Għalkemm kien hemm waqfien, il-ftehim ta’ paċi għadu inċert. F’dan il-pajjiż ta’ maġġoranza Kristjana hemm biżgħat li l-ftehim jista’ jwassal għal aktar vjolenza u fuq skala kbira. Fil-gwerra ċivili fis-Sudan t’Isfel inqatlu 400,000 persuna u s’issa ħalliet 4 miljuni oħra spostati.

L-IRAQ

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.

Messaġġi ta’ ringrazzjament Permezz tal-istipendji tal-Quddies eluf ta’ saċerdoti mingħajr riżorsi jingħataw l-istipendju tiegħek biex jiġu aċċertati li jgħixu ħajja diċenti u joffru Quddies għall-intenzjonijiet tiegħek. Stipendju jgħinhom ukoll biex ikopru l-ispejjeż tagħhom. 38% tas-saċerdoti li l-ACN tappoġġja jinsabu fl-Afrika u għalhekk, l-ACN tixtieq tirringrazzja lill-benefatturi għallgħajnuna li dawn is-saċerdoti rċevew. għall-imħabba tagħkom u nittama Fr Jerome Aranes, millli fil-futur tkomplu tgħinuna. IlArċidjoċesi ta’ Cape Town: ħajja fl-Afrika hija diffiċli ħafna “Dejjem titfarraġ meta tkun u s-saċerdoti, fil-maġġorparti, taf li nies li jgħixu n-naħa l-oħra jgħixu permezz tal-istipendji taltad-dinja u f’kontinent ieħor Quddies.” jgħinu saċerdoti li lanqas biss jafu. [...] Huwa għalhekk li l-għajnuna L-Isqof Oliver Dashe Doeme, li l-Fondazzjoni tagħkom (ACN) Maiduguri, in-Niġerja: tibagħtilna f’forma ta’ stipendji tal“Aħna grati immens Quddiesa, hija apprezzata ħafna.” għas-sostenn kbir li nirċievu “Nirringrazzjakom u minn qiegħ mingħandkom. Dan is-sostenn qalbi napprezza ħafna l-appoġġ irċevejnieh f’waqtu peress li kontinwu tagħkom li tibagħtulna l-appoġġ wasal fl-istess żmien li l-istipendji tal-Quddies. B’qima d-djoċesi ġiet attakkata mill-Boko jiena nwegħidkom li nitlob Haram. Ħafna mis-saċerdoti tagħna għalikom u għall-Fondazzjoni ġew spostati u huma refuġjati fidtagħkom, biex tkomplu għaddejjin djoċesi ta’ Yola. bil-ħidma li qed twettqu fl-għalqa Meta toffri offerta għall-Quddies tal-Mulej u b’risq il-poplu tiegħu.” permezz tal-ACN, tkun qed tappoġġja saċerdot li jinsab fil-bżonn f’wieħed Fr Henry Mchamungu, misminn aktar minn 140 pajjiż li Seminarju Maġġuri ta’ San Charles l-ACN topera fihom u fl-istess ħin Lwanga, Dar-Es-Salaam, ittiġi ċċelebrata Quddiesa għallTanżanija: intenzjonijiet tiegħek. “Nirringrazzjakom mill-ġdid


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.