10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 25 ta’ Awwissu 2019
IL-VATIKAN
Il-Papa Franġisku jbierek 6,000 kuruna tar-Rużarju għall-poplu Sirjan Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Fil-15 t’Awwissu, is-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija, ilPapa Franġisku bierek waqt l-Angelus fi Pjazza San Pietru 6,000 kuruna tar-Rużarju li se jingħataw lill-poplu ta’ Alla fis-Sirja.
kollha jinsabu qrib tagħhom, jitolbu għalihom, spalla ma’ spalla magħhom. Dan hu sors kbir ta’ faraġ.”
jingħata faraġ u appoġġ spiritwali. F’laqgħa qabel mal-Papa f’Santa Marta attendew il-President Eżekuttiv tal-ACN Dra Thomas Heine-Geldern li fir-ritratt jidher fit-tieqa mal-Papa waqt t-tberik tal-kuruni tar-Rużarju kif ukoll diversi diretturi tal-uffiċċji nazzjonali Ewropej tal-ACN. Fludjenza, il-Papa Franġisku faħħar il-ħidma tal-ACN u din l-inizjattiva ekumenika. Hu rringrazzja lill-ACN għal dak kollu li tagħmel. “Meta nitolbu man-nies fis-Sirja, nersqu eqreb lejhom”, irrimarka l-Papa. Il-President tal-ACN HeineGeldern qal li kien imqanqal ħafna mill-appoġġ tal-Papa għal din il-kampanja ta’ talb. Hu qal li “f’bosta okkażjonijiet il-Papa esprima l-appoġġ u l-approvazzjoni tiegħu għall-impenn tagħna fis-Sirja u fil-Lvant Nofsani. U
Ritratt: Servizio Fotografico, Vatican Media
Dawn se jingħataw lil dawk li l-membri tal-familja tagħhom inħatfu jew inqatlu matul il-gwerra ċivili tas-Sirja. Din kienet parti minn inizjattiva ekumenika tal-Aid to the Church in Need (ACN) flimkien ma’ knejjes Kattoliċi u Ortodossi fis-Sirja. Il-Papa Franġisku qal li l-kuruni tar-Rużarju, li saru bl-inizjattiva tal-ACN, huma sinjal tal-qrubija tiegħu ma’ ħutna fis-Sirja. Hu żied li “aħna nkomplu nirreċitaw ir-Rużarju Mqaddes għall-paċi filLvant Nofsani u madwar id-dinja”. Il-pjan hu li fil-15 ta’ Settembru jitqassmu l-kuruni tar-Rużarju fost numru ta’ komunitajiet Kristjani differenti fis-Sirja. It-tema talinizjattiva ekumenika hi “Farrġu, farrġu l-poplu tiegħi” (Is. 40, 1) u l-iskop tagħha hu li jitfakkru l-vittmi tal-gwerra ċivili riċenti u
hekk reġa’ għamel illum. Għallfamilji tal-vittmi tal-gwerra dawn il-kuruni tar-Rużarju mbierka huma sinjal li l-Papa u l-Knisja
IL-KOSTA TAL-AVORJU
Tinqatel Segretarja Parrokkjali
F’Jum il-festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija, il-Papa Franġisku bierek 6,000 Kuruna tar-Rużarju b’appoġġ għallKampanja ta’ Talb tal-ACN b’risq is-Sirja.
Segretarja Parrokkjali nqatlet minn xi ħadd mhux magħruf fl-uffiċċju tagħha fil-Knisja Kattolika San Ċeċilju, f’Abidjan, fil-Kosta tal-Avorju. Is-Sinjura Faustine Brou ġiet attakkata fl-uffiċċju tagħha minn raġel li b’mod vjolenti niffidha diversi drabi b’sikkina. Hi nstabet ħajja fl-uffiċċju tagħha tard filgħaxija u ttieħdet l-isptar għall-kura. Hi mietet kmieni l-għada filgħodu fl-isptar kawża tal-ġrieħi serji li ġarrbet. Il-parruċċani qalu li s-Sinjura Brou kienet magħrufa għaddisponibbiltà u l-impenn spiritwali u għas-servizz tagħha fil-parroċċa.
It-22 t’Awwissu
Il-Jum Internazzjonali li jfakkar il-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza minħabba reliġjon jew twemmin
Biex takkwista Kuruna tar-Rużarju u tissieħeb f’din il-Kampanja ta’ Talb, jekk jogħġbok ibgħat ismek u kunjomok, l-indirizz postali, in-numru tat-telefon, l-email u d-dettalji tiegħek fl-indirizz t’hawn taħt. Donazzjoni tkun apprezzata. Isem u Kunjom:
Indirizz Postali:
Numru tat-telefon:
Email:
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
acn_malta
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 38 - ACN (Malta) Rosary Beads Advert (Lehen).indd 1
20/08/2019 16:11
It-22 t’Awwissu, kull sena, ġie rikonoxxut uffiċjalment minNazzjonijiet Magħquda bħala l-Jum Internazzjonali li jfakkar il-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza minħabba reliġjon jew twemmin. Dan wara r-riżoluzzjoni li għaddiet f’Mejju li għadda. Ir-riżoluzzjoni tressqet mill-Polonja blappoġġ tal-Istati Uniti tal-Amerka, Il-Kanada, Il-Brażil, L-Eġittu, L-Iraq, Il-Ġordan, In-Niġerja u l-Pakistan. L-Aid to the Church in Need (ACN), Fondazzjoni Internazzjonali Pontifiċja Kattolika ta’ karità, ilha aktar minn 70 sena tgħin lill-Kristjani li jbatu u li jiġu ppersegwitati. Hi tilqa’ din ir-riżoluzzjoni bħala l-ewwel pass biex il-fenomenu tat-traġedja tal-persekuzzjoni reliġjuża jingħata aktar attenzjoni partikolarment il-vjolenza kontra l-Kristjani li sal-lum hu l-akbar grupp reliġjuż li jiffaċċja persekuzzjoni. Dan jidher l-aktar fl-isfond tar-realtà traġika u hu konfermat minn riċerki li ħarġu f’rapporti internazzjonali dwar il-libertà reliġjuża bħal dawk ippubblikati mill-United States Commission on International Religious Freedom (USCIRF), il-Pew Research Center u l-ACN. Fihom insibu żieda bla preċedent fil-vjolenza kontra l-fidili ta’ kważi kull reliġjon, f’kull kontinent, bil-Kristjani jsofru l-akbar persekuzzjoni.