10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 26 ta’ Jannar 2020
IN-NIĠERJA
Jinħatfu erba’ seminaristi Servizz talAid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Skont sorsi fin-Niġerja, kmieni dan ixxahar, erba’ seminaristi żgħażagħ inħatfu misseminarju tar-Ragħaj it-Tajjeb, Kaduna, fitTramuntana tan-Niġerja. Ftit wara l-10.30pm irġiel armati qabżu l-ħajt li jiċċirkonda l-kwartieri tas-seminarju u daħlu fil-hostel tal-istudenti, u qabdu jisparaw bl-armi tan-nar. Huma serqu wħud mil-laptops u t-telefowns tal-istudenti u wara ħatfu erba’ seminaristi. L-erba’ seminaristi huma Pius Kanwai (ta’ 19-il sena), Peter Umenukor, (ta’ 23 sena), Stephen Amos (ta’ 23 sena) u Michael Nnadi (ta’ 18-il sena). Huma ġejjin minn diversi djoċesijiet Kattoliċi tat-Tramuntana tan-Niġerja u riċentement bdew jieħdu l-formazzjoni għas-saċerdozju. Għaxart ijiem wara, wieħed mis-seminaristi nstab f’ġenb ta’ triq. Xi persuni li kienu għaddejjin mit-triq ħaduh fi sptar Kattoliku f’Kaduna, in-Niġerja, fejn bħalissa qed jiġi rikoverat fit-taqsima tal-kura intensiva. Qabel ma
kien inħataf, is-seminarista kien marid ħafna u waqt li kien miżmum is-sitwazzjoni tiegħu kompliet sejra għall-agħar tant li dawk li ħatfuh kellhom jeħilsuh. Is-sitwazzjoni tas-sigurtà fiċ-Ċinturin tan-Niġerja, fejn tinsab Kaduna, hija diġà prekarja ħafna minħabba l-ħafna attakki ripetuti fuq irħula prinċipalment fejn jgħixu l-Kristjani. Dawn l-attakki qed jitwettqu minn membri tan-nies nomadi Fulani. Eluf ta’ persuni tilfu xi proprjetajiet u kellhom jitilqu u saru refuġjati. Min-naħa l-oħra, il-grupp terroristiku Iżlamiku Boko Haram għadu qed iwettaq l-atroċitajiet tiegħu madwar il-Grigal tal-pajjiż. Dr Thomas Heine-Geldern, il-President Eżekuttiv tal-ACN, appella biex inkomplu nitolbu għalihom: “Nappellaw lin-nies kollha ta’ rieda tajba biex jingħaqdu flimkien magħna billi jitolbu ’l Alla għas-seminaristi biex jinħelsu mingħajr tbatija.”
IS-SUDAN T’ISFEL
Id-Dikjarazzjoni tal-Paċi
Il-President Salva Kiir tas-Sudan t’Isfel flimkien mal-eks-Vici President Riek Machar
Ir-Repubblika tas-Sudan t’Isfel u l-Alleanza tal-Movimenti talOppożizzjoni tas-Sudan t’Isfel (SSOMA) iffirmaw dikjarazzjoni paċifika f’Ruma b’effett mill-15 ta’ Jannar 2020. F’taħditiet paċifiċi f’Ruma bis-saħħa tal-Komunità Kattolika ta’ San Egidio, gruppi ta’ oppożizzjoni u l-gvern tas-Sudan t’Isfel irrakkomandaw li jkun hemm waqfien mill-ostilitajiet, biex ikun hemm djalogu politiku, u biex titħalla l-għajnuna umanitarja tgħaddi għan-nies tas-Sudan t’Isfel. Il-firmatarji tad-dikjarazzjoni kitbu li kienu “sorpriżi mill-appell spiritwali u morali bla waqfien għall-paċi, għar-rikonċiljazzjoni u għall-fraternità mill-Papa Franġisku, mill-Arċisqof ta’ Canterbury u Eks-Moderatur talKnisja Presbiterjana tal-Iskozja, kif ukoll mill-mexxejja reliġjużi tasSudan t’Isfel.” Paolo Impagliazzo, is-Segretarju Ġenerali tal-Komunità ta’ San Egidio qal li l-fidi kellha rwol
importanti fit-taħdidiet ta’ paċi tas-Sudan t’Isfel organizzati f’Ruma bejn il-11 u t-12 ta’ Jannar 2020. “Kollha kemm huma huma Kristjani, u għalhekk li jibdew laqgħa b’talba kienet xi ħaġa importanti ħafna u l-fatt li l-Papa Franġisku huwa tant impenjat jaħdem għal pajjiżhom din hija ħaġa li ma jistgħux jinsew.” Fil-gwerra ċivili tas-Sudan t’Isfel inqatlu mijiet ta’ eluf ta’ persuni. Il-gwerra ċivili kienet bdiet ftit wara li s-Sudan t’Isfel kiseb l-indipendenza fl-2011. Il-ġlied seħħ primarjament bejn dawk ilforzi leali lejn il-President Salva Kiir u l-gruppi ribelli mmexxijin mill-eks-Viċi President, Riek Machar. Iż-żewġ gruppi affermaw ukoll ir-rieda tagħhom li jrawmu djalogu politiku taħt il-patroċinju tal-komunità Kattolika San Egidio sabiex jiffaċilitaw aktar rikonċiljazzjoni u stabbiltà.
L-Aħwa MIFSUD BONNICI jagħtu offerta għall-ispejjeż ta’ din ilgazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għar-ruħ għażiża ta’ ommhom KITTY li mietet fil-25 ta’ Jannar 1983. Mulej, agħtiha l-mistrieħ ta’ dejjem.