10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 27 ta’ Jannar 2019
IS-SIRJA
300 borża ta’ studju lil studenti universitarji Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Anaghem Tannous, li qed jistudja s-civil engineering: “Il-fatt li stajt inkompli nistudja għenni nibqa’ nittama u nkun kuntent matul dan iż-żmien. Issa nixtieq intejjeb l-edukazzjoni tiegħi u ngħin nies oħra hawnhekk... f’pajjiżi stess”.
Aktar minn 300 student Sirjan irnexxielhom jkomplu l-istudji tagħhom bis-saħħa tal-appoġġ talAid to the Church in Need (ACN). Sa mill-bidu tal-kunflitt fisSirja, l-ACN tat aktar minn €3.6 miljun biex tgħin lill-parti l-kbira tal-istudenti universitarji Kristjani fis-Sirja biex ikomplu jistudjaw. Uħud minnhom esprimew ilgratitudni tagħhom lejn dawk li għenuhom...
Pascal Napkin, jesprimi l-istess sentimenti: “Issa nafu li m’aħniex waħidna. Dan is-sens jagħtina l-motivazzjoni biex inlestu b’suċċess l-istudji tagħna u flistess ħin ngħinu lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn hawnhekk... f’Homs”.
L-ACN tappella għal aktar appoġġ biex tiffinanzja l-istudji ta’ 7,350 student f’Aleppo. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek biex inkebbsu mill-ġdid it-tama ta’ dawn iż-żgħażagħ u nagħtuhom ċans ta’ ħajja aħjar.
Wissam Salloum, li qed jistudja s-software engineering: “Wieħed mill-aktar żminijiet diffiċli li esperjenzajt kien meta l-università kellha tagħlaq minħabba ż-żieda ta’ attakki. Konna ħsibna li mhux se jkun possibli li nwettqu l-ħolm tagħna u nlestu b’suċċess ilkarriera universitarja tagħna u b’hekk xi darba jkollna ħajja aħjar”. “Grazzi ħafna tal-għajnuna li tajtuna. Hemm ħafna minna li qed iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet imma intom qatt ma waqaftu tgħinuna”. Studenti mill-blet Aleppo li qed jistennew li jingħataw Borża ta’ Studju
#helpsyria
Ix-xitwa kiesħa ħafna wkoll fis-Sirja. Il-Kristjani Sirjani li kienu ħarbu mill-pajjiż sitt snin ilu qed jerġgħu lura bilmod biex jibnu djarhom u ħajjithom mill-ġdid. Għinna nibnu 97 dar għallfamilji Kristjani li jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli u li ma jistgħux iħallsu l-kera.
syria.acninternational.org/malta Onlajn www.acnmalta.org
F’Jannar 1979, eżattament 40 sena ilu, l-Aid to the Church in Need (ACN) ippubblikat għall-ewwel darba Il-Bibbja tat-Tfal bl-isem God Speaks to His Children. Minn dak iż-żmien, aktar minn 51 miljun kopja tqassmet madwar id-dinja kollha u nqalbet f’189 lingwa.
B’donazz joni ta’
€50
tkun q lill-famil ed tgħin ji Kris fis-Sirja. tjani
Int lest li tghin? -
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 04 - ACN (Malta) - Lehen Ad HELP SYRIA 2.indd 1
‘Il-Bibbja tat-Tfal’ ippubblikata mill-ACN
L-impatt ta’ 40 sena
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
KUBA
23/01/2019 10:14
Dan il-ktieb affettwa l-ħajja ta’ ħafna tfal, fosthom ta’ Fr Rolando Montes de Oca, Kappillan Kuban, li qasam mal-ACN kif din il-Bibbja ispiratlu l-vokazzjoni saċerdotali tiegħu. Hu qal li “fil-komunità konna grupp żgħir ta’ tfal imma kellna Katekista impenjata ħafna. Hi għallmitna b’dedikazzjoni kbira imma lkoll kemm aħna kellna f’qalbna x-xewqa li jkollna ktieb li jgħallimna aktar dwar Alla. U ġurnata fost l-oħrajn, qatt ma ninsa, il-Kappillan bi tbissima fuq fommu rregalali l-Bibbja favorita tiegħi, Il-Bibbja tat-Tfal ippubblikata mill-ACN. Permezz ta’ din il-Bibbja tgħallimt dwar Alla u s-salvazzjoni. B’dan il-ktejjeb sirt inħobb aktar lil Alla u, permezz tiegħu, talabni nsir saċerdot għalih”.
Il-Papiet ukoll għarfu l-importanza ta’ Il-Bibbja tat-Tfal. Il-Papa Benedittu XVI irregala l-għaxar miljun kopja ta’ Il-Bibbja tat-Tfal matul iż-żjara pastorali tiegħu fil-Brażil f’Mejju 2007. Grazzi għall-ġenerożità talbenefatturi tal-ACN ħafna tfal jistgħu jsiru jafu l-Kelma ta’ Alla bil-lingwa tagħhom stess. Bl-għajnuna tiegħek nistgħu nwasslu dal-ktieb lil ħafna aktar tfal madwar id-dinja kollha. Int tixtieq tgħin ukoll fit-tixrid tal-Kelma ta’ Alla? Għal kull IlBibbja tat-Tfal li tixtri, l-ACN tagħti tliet kopji oħra lil tfal oħra madwar id-dinja! Għal aktar informazzjoni ċempel 2148 7818 jew ibgħat email lil info@acnmalta.org