10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 27 ta’ Ottubru 2019
20,000 tifel u tifla minn Malta u Għawdex jitolbu flimkien għall-għaqda u l-paċi Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
20,000 tifel u tifla minn Malta u Għawdex ingħaqdu ma’ miljun tifel u tifla oħra minn madwar id-dinja fejn talbu r-Rużarju Mqaddes għall-għaqda, għall-paċi u għall-missjunarji. Din il-Kampanja ta’ kull sena qed tkompli tikseb aktar parteċipazzjoni, mhux biss f’Malta iżda madwar id-dinja kollha wkoll. iżda ngħaqdu flimkien magħhom Bil-kollaborazzjoni tasġenituri, nanniet, għalliema, Segretarjat għall-Edukazzjoni mexxejja taż-żgħażagħ u katekisti. Nisranija u Fr Reuben Gauci, Din l-inizjattiva sempliċi iżda Responsabbli mill-Iżvilupp effettiva bdiet fl-2005 fis-santwarju Spiritwali fl-iskejjel tal-Knisja u tal-Madonna ta’ Schoenstatt l-Istat nhar il-Ġimgħa, 18 t’Ottubru f’Caracas, il-Venezwela. 2019 fid-9 am tfal Maltin u L-Aid to the Church in Need Għawdxin f’madwar 59 skola kemm (Malta) tirringrazzja lil Alla, lil kindergartens, primarji u sekondarji, Ommna Marija, lil dawk kollha li talbu ’l Alla u lil Ommna Marija. għenu għas-suċċess ta’ din ilF’ħafna postijiet oħra bħal kampanja u lit-tfal kollha li ħadu parroċċi, djar tat-tfal u pre-schools, sehem. it-tfal ma pparteċipawx waħedhom,
Inkomplu nitolbu ’l Alla għas-Sirja Wara l-vjolenza riċenti li faqqgħet fil-Grigal tas-Sirja hekk kif truppi Torok qed jattakkaw lillforzi mmexxija mill-Kurdi, nhar il-Ħadd, 13 t’Ottubru 2019, waqt l-Angelus, fi Pjazza San Pietru, ilPapa Franġisku ġedded it-tħassib tiegħu dwar il-Lvant Nofsani, b’mod speċjali s-Sirja. Il-Papa qal “Għal darb’oħra ħsibijieti jmorru fil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari is-Sirja, minn fejn mill-ġdid jaslulna aħbarijiet traġiċi dwar id-destin tal-popolazzjonijiet tal-Grigal tal-pajjiż, fejn martri u tant maħbuba huma mġiegħla jabbandunaw djarhom minħabba l-azzjonijiet militari; fost dawn ilpopolazzjonijiet hemm ukoll ħafna familji Kristjani. “Għal dawk kollha involuti, kif ukoll il-Komunità Internazzjonali, jekk jogħġobkom, irrid inġedded l-appell biex tkunu impenjati b’sinċerità, b’onestà u bi trasparenza, lejn it-triq tad-
djalogu biex jinstabu soluzzjonijiet effettivi.” L-ACN ilha taħdem malimsieħba tal-Knisja fir-reġjun għal ħafna snin. L-imsieħba fil-proġetti tal-ACN jinsabu fil-post, jistudjaw is-sitwazzjoni, iwieġbu għallħtiġiet urġenti u jieħdu ħsieb lil dawk affettwati mill-kunflitt. F’intervista mal-ACN, l-Arċisqof Emeritu ta’ Hassaké-Nisib, l-E.T. l-Arċisqof Jacques Behnan Hindo ddeskriva s-sitwazzjoni tal-waħx ta’ 5,000 familja li hemm fiddjoċesi: “F’dawn l-aħħar jiem, bosta nies diġà mxew mill-ibliet tal-fruntiera għal Hassaké.” L-Arċisqof, li rrapporta l-qtil ta’ żewġ Kristjani fl-10 t’Ottubru waqt l-attakki fuq Qamishli, qal: “Issa l-kunflitt sar saħansitra aktar serju u nibża’ li ħafna se jemigraw.” L-ACN (Malta) qed tappella għat-talb u għall-appoġġ urġenti b’risq ħutna fis-Sirja.
Il-YOUCAT for Kids – għodda għat-tfal għal bażi soda Grazzi għal tim ta’ teologi u ġenituri, it-tfal issa għandhom mezz ġdid u kkulurit kif jiskopru l-fidi Kattolika flimkien u fil-proċess, il-ġenituri tagħhom jistgħu wkoll jgħallmuhom u jiggwidawhom b’mod effettiv. Wara s-suċċess tal-YOUCAT (Katekiżmu tal-Knisja Kattolika ppreżentat b’disinn u lingwa addattata għaż-żgħażagħ) li kien ikkompila l-Em. T. il-Kardinal Christoph Schönborn, l-Arċisqof ta’ Vjenna, tim ta’ teologi u ġenituri ħadmu fuq katekiżmu ġdid għat-tfal, il-YOUCAT for Kids. Peress li huwa importanti ħafna li t-tfal jiksbu formazzjoni fil-fidi Kattolika minn età żgħira biex b’hekk ikollhom bażi soda, dan il-katekiżmu huwa introduzzjoni għat-tagħlim tal-Knisja Kattolika għat-tfal ta’ bejn it-8 u t-12-il sena. Huwa tabilħaqq ktieb sabiħ u faċli għat-tfal biex jaqrawh. Il-ktieb jinkludi grafika sabiħa, kwotazzjonijiet minn Qaddisin u stampi li jġiegħlu lit-tfal jirriflettu dwar Ġesù, is-sagramenti, it-talb, eċċ. Il-Papa Franġisku kien qal, “Għeżież ġenituri, żommu dan il-katekiżmu magħkom u ħudu l-ħin biex taqrawh flimkien ma’ wliedkom, paġna paġna, misteru wara ieħor, mistoqsija wara mistoqsija. Għinu lil uliedkom jiskopru l-imħabba ta’ Ġesù! Dan isaħħaħhom u jagħmilhom tfal kuraġġużi. Jiena nafdalkom f’idejkom il-YOUCAT for Kids.” Huwa tajjeb li l-familji u l-iskejjel ikollhom kopja tal-YOUCAT for Kids fil-librerija tagħhom peress li dan il-ktieb jagħti lit-tfal bidu eċċitanti għall-vjaġġ tal-fidi tagħhom.