10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 28 ta’ April 2019
L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA
MALTA
Ritratt: Times of Malta
L-ACN se tirċievi l-‘Path to Peace Award 2019’ Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
L-Arċisqof Bernardito Auza, l-Osservatur Permanenti tas-Santa Sede għan-Nazzjonijiet Magħquda u President tal-Path to Peace Foundation ħabbar li l-Aid to the Church in Need (ACN) se tirċievi l-Path to Peace Award 2019. Il-Missjoni tas-Santa Sede qalet li għażlet li tonora l-karità internazzjonali papali b’rikonoxximent għall-appoġġ pastorali u umanitarju tagħha b’risq il-Kristjani ppersegwitati. Dr Thomas Heine-Geldern, ilPresident Eżekuttiv Internazzjonali tal-ACN li se jirċievi l-Premju l-Erbgħa, 22 ta’ Mejju, waqt ilPath to Peace Gala Dinner fi New York, qal: “Li tirċievi dan il-Premju hu unur kbir għall-ACN. Dan hu rikonoxximent f’waqtu għall-pont dinji ta’ mħabba mibni bejn ilġenerożità tal-benefatturi tagħna u l-Knisja li qed tbati u tinsab ippersegwitata. Fost dawk li diġà ħadu l-premju Path to Peace Award insibu lillKardinal Mario Zenari, in-Nunzju
Appostoliku għas-Sirja; il-Kavallier Suprem Carl Anderson tan-Knights of Columbus; u r-Reġina Sofia ta’ Spanja. Imwaqqfa fl-1947 mis-Saċerdot Norbertin Olandiż, Fr Werenfried van Straaten (1903-2003) biex “nixxottaw id-dmugħ ta’ Alla kull fejn Hu qed jibki”, l-ACN tappoġġja aktar minn 5,000 proġett fis-sena f’aktar minn 140 pajjiż madwar iddinja. Il-proġetti jinkludu bini ta’ knejjes u kappelli, sussidji għallformazzjoni saċerdotali tasseminaristi, formazzjoni għarreliġjużi kif ukoll għall-katekisti lajċi, għajnuna ta’ emerġenza u mezzi ta’ trasport għall-kleru u għar-reliġjużi li jwettqu ħidma pastorali f’postijiet remoti.
#helpsyria
Għinhom jgħixu millġdid! 0għ €2liż-0 żgħaża
Għin ni jegħlbu Sirja ma talt-traw rra. gwe
syria.acninternational.org/malta
Dan l-aħħar l-Aid to the Church in Need (Malta) laqgħet żewġ persuni min-Niġerja li żaru Malta bħala xhieda għan-Night of Witness organizzat fil-Knisja Bon Pastur, Ħal Balzan, il-Ħamis 11 t’April. It-tnejn li huma kellhom stejjer li qasmuhom magħna. Stejjer mhux biss ta’ qsim il-qalb iżda wkoll ta’ fidi fil-qalba tal-persekuzzjoni. Waqt in-Night of Witness Fr Polycarp Lamma, Kappillan Kattoliku mid-Djoċesi ta’ Jalingo filGrigal tan-Niġerja u s-Sur Solomon Yuhwam, bidwi Kattoliku u prayer leader taw l-esperjenzi tagħhom fiddell tal-militanti Fulani. Fil-5 ta’ Ġunju 2018, għeluq snin Fr Lamma, hu ħarab minn ħalq ilmewt minn taħt il-militanti Fulani. Hu qal: “Jien staħbejt taħt munzell żibel fejn qattajt erba’ sigħat moħbi, sa xil-4.30 a.m., sakemm intemm l-attakk”. “Huma jduruna u l-uniku mod biex ma tinqatilx hu li tipprova taħrab jew tistaħba. Fortunatament, meta jużaw l-armi tan-nar, aħna nisimgħuhom ġejjin u jkollna aktar ħin biex naħarbu”. Is-Sur Solomon iġorr il-ġrieħi ta’ attakki bħal dawn fuq idu l-leminija. Hu qal li baqa’ ħaj b’mod mirakuluż wara li ntefa’ qalb il-katavri tar-raħħala sħabu li sfortunatament ma ħelsuhiex.
Dak li beda bħala kunflitt tribali rriżulta li kien mewġa bla tmiem ta’ vjolenza kontra l-Kristjani. Fr Lamma kompla: “Aħna għexna fil-paċi sal-2014 meta mbagħad ir-rgħajja Fulani bdew jattakkaw l-irħula. Huma ħarqu kollox inklużi 43 ċentru reliġjuż”. Fr Polycarp esprima l-gratitudni tiegħu lejn il-ħidma tal-Aid to the Church in Need (ACN): “Nirringrazzjaw lill-ACN għallisforzi tagħhom biex jaraw li dawk li qed ibatu jgħinuhom b’kull mod”. Kellu wkoll messaġġ għan-nies: “Nappella għall-ġenerożità talMaltin u l-Għawdxin kollha biex ikomplu jappoġġjaw lill-ACN biex b’hekk tkompli twettaq il-ħidma tagħha. Mingħajr l-għajnuna tagħkom ma jistgħux ikomplu jagħmlu dak li qed jagħmlu. Grazzi ferm tal-ospitalità li biha lqajtuna u rringrazzjaw lil Alla li f’pajjiżkom tgħixu b’dinjità u fil-paċi. Inbierek lill-Maltin u l-Għawdxin kollha”.
Ilkoll imsejħa nkunu xhieda tal-ħniena għall-proxxmu
Int lest li tghin? -
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 @acn_malta
L-istorja ta’ ġens li għadu jbati
L-ITALJA
Ħafna Sirjani qed ibatu kemm spiritwalment kif ukoll psikoloġikament minħabba l-esperjenzi li għaddew minnhom matul 8 snin ta’ gwerra kiefra. Huma għandhom bżonn l-għajnuna tiegħek biex joħorġu mit-trawma. B’donazzjoni ta’ €200 tkun qed tgħin lill-workshop tasSamaritan it-Tajjeb biex jiġu mgħejjuna żgħażagħ Sirjani li qed ibatu mit-trawma ta’ wara l-gwerra.
Ċempel 21487818
Solomon Yuhwam, bidwi u Fr Polycarp Lamma, Kappillan waqt l-attività tal-ACN f’Malta
Aid to the Church in Need Malta
acn_malta
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
04 - ACN (Malta) - Lehen Ad HELP SYRIA 7.indd 1
09/04/2019 14:15
Il-Papa Franġisku, fl-omelija tiegħu fil-festa tal-Ħniena Divina fl-2015 qal: “Sfortunatament illum qed nisimgħu l-għajta mifqugħa u minsija ta’ ħutna mingħajr difiża li, minħabba l-fidi tagħhom fi Kristu jew l-etniċità tagħhom, qed jinqatlu mingħajr ħniena”. B’xorti ħażina llum qed nesperjenzaw tip ta’ ġenoċidju maħluq minn indifferenza kollettiva, mis-silenzju kompliċi ta’ Kajjin, li staqsa: ‘Ma nafx. Jaqaw jien għassies ta’ ħija?’ (Ġen. 4:9) Ilkoll kemm aħna nistgħu nagħmlu parti minn dik il-Knisja li għandha qalb kbira u ta’ ħniena. Il-Papa fid-dikjarazzjoni tiegħu għas-Sena talĦniena, kiteb: “Il-ħniena hi l-qawwa li terġa’ tqajjimna għal ħajja ġdida u tistabbilixxi fina l-kuraġġ li nħarsu lejn il-futur b’tama”. F’din il-Festa tal-Ħniena Divina, il-Papa Franġisku għandu sfida għalina lkoll: li nkunu strumenti ta’ ħniena għax konna proprju aħna l-ewwel li rċevejna l-ħniena mingħand Alla”.