ACN (Malta) – Il-Ħadd 28 ta’ Lulju 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 28 ta’ Lulju 2019

L-IRAQ

Sptar u università ġdida Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

L-iskop ġenerali hu li jagħti kura tas-saħħa bi prezzijiet raġonevoli f’reġjun mifni mill-gwerra Għal aktar minn tliet snin l-Arċidjoċesi ta’ Erbil laqgħet aktar minn 120,000 persuna Kristjana li ħarbu mill-attakki tal-ISIS li seħħew fl-2014 fuq il-Wesgħat ta’ Ninwè, fit-Tramuntana tal-Iraq. Filwaqt li madwar 40,000 persuna Kristjana minn dakinhar marru lura fi djarhom, eluf baqgħu fil-Kurdistan u saru jqisuh bħala d-dar permanenti tagħhom. L-Arċisqof tal-Kaldej ta’ Erbil, Monsinjur Bashar Warda, kien ilmoħħ wara ż-żewġ istituzzjonijiet Kristjani ġodda fir-reġjun. Minbarra l-unika Università Kattolika fl-Iraq, sptar Kattoliku ġdid f’Erbil se jinfetaħ b’mod formali għall-aħħar tas-sajf. L-università u l-isptar se jagħtu spinta sinifikanti għallkomunitajiet Kristjani stabbiliti mill-ġdid fil-Wesgħat ta’ Ninwè kif ukoll għall-komunità Kristjana filKurdistan. L-Arċisqof tkellem malAid to the Church in Need (ACN) dwar l-għanijiet taż-żewġ proġetti. Hu qal li l-iskop ġenerali talisptar hu li jagħti kura tas-saħħa bi prezzijiet raġonevoli f’reġjun mifni mill-gwerra li għadu totalment

nieqes mir-riżorsi u attrezzaturi moderni. L-Arċisqof Warda kompla li hu probabbli li fid-diċennju li jmiss se jkun hemm aktar refuġjati, persuni spostati internament (IDPs) u persuni anzjani fil-bżonn. “Aħna se nkunu f’pożizzjoni li nappoġġjaw lill-pazjenti l-aktar fil-bżonn u noffrulhom skontijiet sa 60 filmija tal-ispejjeż tas-saħħa”, qal l-Arċisqof. L-Università Kattolika f’Erbil twaqqfet biex tiżgura opportunitajiet edukattivi u professjonali għaż-żgħażagħ ħalli jkunu mħeġġa jibqgħu jgħixu flIraq u jsiru l-mexxejja t’għada talkomunità Kristjana.

IR-RENJU UNIT

Madwar id-dinja kollha s-Sorijiet jiddedikaw ħajjithom biex jappoġġaw lill-komunitajiet tagħhom, ħafna drabi f’żoni rurali fejn hemm ħafna faqar. Suor Ilham, Soru Dumnikana, Tramuntana tal-Iraq

Huma jehtieġu t-talb u l-appoġġ tieghek. -

€30

Jekk jogħġbok għin lis-Sorijiet Dumnikani Missjunarji fil-Pakistan biex ikomplu jwettqu l-ħidma edukattiva fost iż-żgħażagħ.

Jekk tixtieq toffri donazzjoni ċempel 21487818, żur acnmalta.org/donate/ jew permezz tal-APS account number: APS 20001771733 Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

L-Isptar Kattoliku Maryamana, f‘Erbil, L-Iraq

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

L-ACN tieħu sehem fil‘Government Independent Review on Persecution’ L-Aid to the Church in Need (ACN) kienet involuta fil-pubblikazzjoni ta’ rapport ikkummissjonat mis-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit li jiżvela l-iskala ta’ persekuzzjoni fuq il-Kristjani madwar id-dinja u t-tweġiba tal-Gvern tar-Renju Unit għall-qagħda tagħhom. Din kienet l-ewwel talba ta’ din is-sura li saret minn Ministru ta’ Gvern Nazzjonali. Ir-rapport tfassal minn kummissjoni magħmula minn staff tal-Uffiċċju għall-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth, membri ta’ NGOs b’esperjenza filkamp tal-libertà reliġjuża fosthom l-ACN u membri indipendenti oħra. L-ACN kienet imdaħħla mill-qrib fil-kumpilazzjoni talinformazzjoni għall-ewwel parti tar-rapport - investigazzjoni dwar il-livell ta’ persekuzzjoni madwar id-dinja matul ħames snin (20142018). Fl-okkażjoni tat-tnedija tar-rapport f’Ruma, it-Tnejn, 15 ta’ Lulju 2019, Monsinjur Antoine Camilleri (li hu Malti), is-Sottosegretarju tal-Vatikan għar-Relazzjonijiet mal-Istati, qal li dan ir-rapport “hu eżempju

tanġibbli tat-tħassib dejjem jikber dwar il-problema taddiskriminazzjoni u l-persekuzzjoni minħabba t-twemmin reliġjuż u ta’ determinazzjoni biex ikun hemm aktar għarfien b’mod partikolari dwar is-sitwazzjonijiet traġiċi tal-Kristjani f’ħafna partijiet taddinja u biex jiġi megħlub dak li l-Papa Franġisku ddeskriva bħala ‘tip ta’ ġenoċidju kkawżat minn indifferenza ġenerali u kollettiva’.” Ir-rapport kien issorveljat millIsqof Anglikan ta’ Truro Philip Mounstephen. Fl-introduzzjoni tar-rapport, l-Isqof Mounstephen jindika li l-persekuzzjoni kontra l-Kristjani mhix inċident iżolat iżda pjuttost ‘fenomenu globali’. Hu u jirrifletti dwar is-sejbiet tar-rapport u jgħid li l-Kristjani huma l-grupp reliġjuż li jiffaċċja l-aktar persekuzzjoni.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.