ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- 28 ta’ Ottubru 2018

Page 1

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

8

Il-Ħadd 28 ta’ Ottubru 2018

IS-SUDAN

IS-SIRJA

Għajnuna għal persuni trawmatizzati Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

F’pajjiż ta’ 12-il miljun persuna, madwar 380,000 tilfu ħajjithom minħabba kunflitt bl-armi bla waqfien li ilu għaddej mill-2013. Il-poplu tas-Sudan hu trawmatizzat. Jidher li dawn in-nies sfaw minsija mill-bqija tad-dinja. Imsieħeb fil-proġett tal-Aid to the Church in Need, l-Isqof Macram Max Gassis tad-Djoċesi ta’ El Obeid li fiha 200,000 refuġjat, qal: “Ħadd ma jaħseb u jimpurtah dwar issitwazzjoni tas-Sudan!” Is-Sudan li hu repubblika Iżlamika taħt id-dittatorjat ta’ Umar al-Bashir, li ilu kap talistat mill-1989, għadda minn spostament etniku, ksur taddrittijiet fundamentali tal-bniedem u reati tal-gwerra. Għalkemm kien hemm għadd ta’ diskussjonijiet u ftehim ta’ paċi, is-sitwazzjoni tidher li kompliet sejra għall-agħar. Bosta Kristjani batew ħafna.

Knejjes ġew imġiegħla jagħlqu u l-missjunarji tkeċċew. Madwar terz tal-popolazzjoni tal-pajjiż tkeċċiet minn djarhom. Pereżempju, f’Rimenze kważi 8,000 persuna marru jistkennu f’bitħa ta’ Knisja Kattolika. Innumru tagħhom għadu qed jiżdied. Xi 70,000 bidwi tkeċċew mill-irħula tagħhom u marru f’foresta f’Mabia fejn jgħixu bi ftit ikel u mingħajr ilqugħ mix-xita. Ħafna tfal mietu minħabba malnutrizzjoni u dawk li baqgħu ħajjin s’issa kollha qed ibatu minn deni, dijarea u mard kroniku.

40 proġett ġdid L-Aid to the Church in Need qed tappoġġja 40 proġett ġdid fis-Sirja: ittiġdid ta’ ċentru għal tfal awtistiċi li għal dawn l-aħħar 21 sena tmexxa minn sorijiet missjunarji Franġiskani, ikel, akkomodazzjoni, mediċini, appoġġ għall-kleru u katekeżi u offriet ukoll li tirranġa mitt dar. Bl-għajnuna tiegħek l-ACN tista’ tirranġa ħafna aktar! Qed tisponsorja wkoll proġetti ta’ rikostruzzjoni u rranġar ta’ knejjes, katidrali (fosthom katidral Maronita) u bini parrokkjali f’Aleppo li hi waħda mill-ibliet li l-aktar li ntlaqtu matul il-gwerra li ilha għaddejja aktar minn seba’ snin.

Sr Annie Demerjian, li kienet Malta, qalet: “Għaddew seba’ snin mindu bdiet il-gwerra u n-nies għadhom qed jiffaċċjaw kull tip ta’ problemi – huma għajjenin u qed ibatu – iżda grazzi għat-talb u l-għajnuna tiegħek aħna nistgħu nibqgħu viċin ta’ niesna u nkunu ta’ solliev għalihom.”

Jekk tixtieq kopja(*) tal-aħħar appell dwar is-Sirja ppubblikat millAid to the Church in Need (Malta) ċempel 2148 7818 jew ibgħat email fl-info@acnmalta.org (*) Dan hu servizz bla ħlas

IL-ĠERMANJA

Is-Sur Stephen Axisa jippreżenta l-kalċi lil Fr Andrezej Helemba

L-Offerta (Elemożina) ta’ €5 għall-Quddiesa tmur għall-għajxien ta’ saċerdoti li jwettqu ħidma pastorali fejn il-Knisja hija fqira u ppersegwitata.

Ikkuntattjana Posta: Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038

Onlajn:

www.acnmalta.org/mass

Telefon: 21487818

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am – 4:15pm

Indirizz Postali

Isem u Kunjom

Tel / Mob

E-Mail

Quddiesa għall-erwieħ Quddiesa għallintenzjonijiet tiegħek

Novena Tridu

Għal ruħ / intenzjonijiet ta’:

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Pont ta’ mħabba Bħala pont ta’ mħabba bejn ilbenefatturi u ħutna ppersegwitati, l-Aid to the Church in Need (Malta) ippreżentat kalċi lil parroċċa fqira fis-Sirja. Dan il-kalċi ngħata bħala donazzjoni minn benefattur. Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-ACN (Malta), waqt

laqgħa tad-Diretturi tal-ACN filĠermanja ppreżenta dan il-kalċi lill-kordinatur tal-proġetti talLvant Nofsani, Fr Andrezej Helemba li wasslu lil Monsinjur Antoine Chbeir, l-Isqof tal-provinċja Kattolika Maronita ta’ Latakia u Tartus, is-Sirja.

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex ilMulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.