ACN (Malta) –Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru 2019

IL-VENEZWELA

“Ma jistgħux jisirqulna d-dinjità tagħna” Fr Ángel Colmenares, saċerdot żagħżugħ li jgħix f’Catia La Mar, belt kostali fil-periferija ta’ Caracas, il-belt kapitali talVenezwela qal: “Is-sitwazzjoni f’pajjiżna hija diffiċli ħafna. L-inflazzjoni terribbli ġagħlet l-ikel u bżonnijiet bażiċi oħra jiswew wisq flus tant li anke jekk għandhom ilflus, il-Venezwelani għadhom qed jgħixu fil-faqar.” Fr Ángel qal: “Minkejja s-sitwazzjoni diffiċli fil-Venezwela, iddeċidejt li nilqa’ s-sejħa għassaċerdozju biex naqdi lil Alla u lil pajjiżi.” Il-ħidma saċerdotali ta’ Fr Ángel tgħin b’mod dirett lill-parruċċani tiegħu. Huma jitolbu u jiċċelebraw l-Ewkaristija Mqaddsa flimkien u jaħdmu biex jiżguraw li fil-parroċċa kulħadd ikopri l-ispejjeż bażiċi tal-għajxien. Meta jkun possibbli jippruvaw iqassmu ikliet sħan ukoll. Fr Ángel qal: “Nitlob lil Alla biex isaħħaħni fil-fidi biex inkun xhud tiegħu, u nibqa’ sod flimkien mannies tiegħi.”

Għalkemm il-qagħda hija diffiċli ħafna, Fr Ángel jibqa’ jittama: “Jista’ jkollna nuqqas ta’ oġġetti materjali imma ma jistgħux jisirqulna d-dinjità tagħna.” Jum wara l-ieħor dan issaċerdot idur it-toroq tal-parroċċa

tiegħu, jaqsam, jisma’ u jaqdi lil dawk kollha li jitolbuh l-għajnuna. Il-ħidma ta’ Fr Ángel ma tkunx tista’ tiġi mwettqa mingħajr l-appoġġ li hu u l-parroċċa tiegħu jirċievu mill-ACN.

L-għajnuna tal-ACN hija possibbli permezz tar-Rigali ta’ Fidi li jagħtu ħafna benefatturi. Dawn ir-rigali huma donazzjonijiet li jgħinu lis-saċerdoti li, bħal Fr Ángel, jgħixu ħajja ta’ servizz filkomunitajiet rispettivi tagħhom.

IL-LIBANU Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Prelati Libaniżi mħassbin dwar l-emigrazzjoni tal-Kristjani Numru dejjem jikber ta’ Kristjani qed jaħsbuha biex jemigraw bħalma kienu għamlu matul il-gwerra ċivili tal-Libanu (1975-1990), meta eluf ta’ Kristjani Libaniżi emigraw lejn il-Punent. Nhar is-6 ta’ Diċembru, l-Em. Tiegħu l-Kardinal Bechara Rai, Patrijarka Maronita qal: “Xi ambaxxati qed jiffaċilitaw l-emigrazzjoni, daqslikieku hija t-tieni gwerra, biex jitbattal ilLibanu mill-poplu tiegħu u millKristjani.” L-Aid to the Church in Need (ACN) tkellmet dwar is-sitwazzjoni tal-Libanu mal-E.T. l-Arċisqof Melkita, Georges Bacouni ta’ Beirut. Huwa qal: “Qed ngħixu qisna f’terremot. Qed inħabbtu wiċċna ma’ problemi ekonomiċi kbar ħafna. Minn meta bdew il-protesti, ħafna iktar nies tilfu l-impjieg tagħhom u issa xi wħud qegħdin jaqilgħu biss nofs is-salarju tagħhom. Dan kellu impatt kbir fuq il-familji. “Minħabba din il-kriżi, il-Kristjani qed jikkunsidraw l-emigrazzjoni, qed ifittxu mod biex jgħixu aħjar. Hemm ir-riskju li tintilef il-ġenerazzjoni żagħżugħa: ma jridux jibqgħu fil-Libanu. “Il-Knisja fil-Libanu se tiffaċċja żminijiet diffiċli għax trid tieħu ħsieb nies li qed jispiċċaw aktar u aktar fil-bżonn. L-istituzzjonijiet tal-Knisja - skejjel, universitajiet u sptarijiet - diġà qed jiffaċċjaw

diffikultajiet kbar ħafna. In-nies ma jistgħux iħallsu għat-tagħlim u l-kontijiet għall-kura tas-saħħa. Aħna ma rridux nieħdu deċiżjonijiet diffiċli bħall-għeluq ta’ skejjel. “Il-Knisja tappoġġja lill-persuni li jixtiequ li tintemm il-korruzzjoni, li jixtiequ ministri li huma esperti fid-dominji tagħhom u li jieħdu miżuri biex iwaqqfu kull forma ta’ korruzzjoni. Aħna nittamaw li f’qasir żmien jiġi ffurmat gvern ġdid.” Il-Kardinal Bechara Rai qal: “Tul dawn il-problemi, Ġesù jinsab fostna u Hu mhux se jitlaqna. Aħna se nkomplu nitolbu u nittamaw li naraw dalwaqt id-dawl fit-tmiem ta’ din il-mina mudlama.”


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.