Nru 8,119 | Il-Ħadd 2 ta’ Ġunju 2019 | €1.00
Il-Leħen
L-ewwel lezzjonijiet mill-elezzjoni talEwroparlamentari Editorjal f’paġna 13
Nazzjonali Ordinazzjoni f’Għawdex
Gazzetta ta’ ispirazzjoni Kattolika maħruġa nhar ta’ Ħadd mill-Azzjoni Kattolika Maltija
7
Internazzjonali
11
Ittra lill-fidili
Opinjoni
14
Isqof ġdid
Il-Kelma
25
Frank Duff
It-22 ta’ Awwissu
Il-jum li jfakkar il-vittmi ta’ persekuzzjoni reliġjuża In-Nazzjonijiet Magħquda waqqfet il-Jum Internazzjonali li jfakkar lill-Vittmi ta’ Atti ta’ Vjolenza minħabba Reliġjon jew Twemmin. Ir-riżoluzzjoni għaddiet mingħajr oġġezzjoni u ġie magħżul il-jum tat-22 t’Awwissu biex jitfakkru l-vittmi tal-vjolenza anti-reliġjuża. Dan l-aħħar kien hemm atti koroh ta’ vjolenza kontra moskej fi Christchurch fi New Zealand u l-bombi mitfugħa fi knejjes Kattoliċi fis-Sri Lanka.
Studji juru li terz mill-popolazzjoni tad-dinja tbati minn xi forma ta’ persekuzzjoni reliġjuża u f’xi pajjiżi hemm persuni li huma saħansitra pprojbiti milli jipprattikaw ir-ritwali tagħhom fi djarhom. Id-dritt tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tarreliġjon hu wieħed universali ta’ kull persuna umana u kull att ta’ vjolenza kontra persuni minn minoranzi reliġjużi ma jistax jiġi aċċettat.
Żgħażagħ Maltin u barranin se jqattgħu ħin jisimgħu l-istejjer ta’ xulxin Malta qal li għandna ngħinu liż-żgħażagħ jifhmu li “l-persuni ta’ kulur li qegħdin magħna mhumiex mistednin imma huma parti minna”. Fil-messaġġ tiegħu l-Arċisqof Scicluna qal li wara li wasal Malta, Lassana Cisse ngħata t-tikketta ta’ persuna rrifjutata u li llum ninsabu hawn għax spiċċa eliminat. Hu seħaq li l-qtil tiegħu hu twissija għallmexxejja reliġjużi iżda wkoll għal kull wieħed u waħda minna. L-Arċisqof Scicluna semma l-ġbir ta’ fondi li qed isir mill-Knisja f’Malta biex Lassana Cisse jintbagħat f’pajjiżu.
Ritratt: Il-Kurja – knisja.mt/ritratti
Żgħażagħ Maltin u barranin ġew mistiedna millArċisqof Charles J. Scicluna biex iqattgħu ħin flimkien u jisimgħu l-istejjer ta’ xulxin. Din l-inizjattiva qed tissejjaħ A Good Neighbourhood Dinner u se ssir fil-Kurja t-Tlieta 11 ta’ Ġunju. L-Arċisqof Scicluna ħabbar din l-inizjattiva waqt li kien qed jipparteċipa fit-taħdita pubblika Lassana Cisse A story of racial hatred: Responding with Peace organizzata mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà tal-Università ta’ Malta. Filwaqt li appella biex l-arti u l-kultura jintużaw ukoll bħala mezzi li joħolqu l-paċi, l-Arċisqof ta’
L-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt is-sehem tiegħu fit-taħdita pubblika
Miet il-Kanonku John Ciarlò Michael Caruana
Il-Ħamis filgħodu tħabbret il-mewt tal-Kanonku John Ciarlò li għal tmien snin kien l-Editur ta’ din ilgazzetta. Kemm qabel sar Editur kif ukoll wara kien kontributur regolari tal-istess gazzetta. Hu miet fl-età ta’ 84 sena. Hu ġie ordnat saċerdot fl-1962. Fil-fatt, il-Kanonku Ciarlò nħatar Editur ta’ din il-gazzetta mid-Direttorju tal-Azzjoni Kattolika fis-sajf tal-2004 wara r-riżenzja tas-Sur Paul Saliba. Il-ħatra tiegħu kienet imbagħad approvata mill-Konferenza Episkopali Maltija. Malli tgħabba bir-responsabbiltà tat-tmexxija ta’ Leħen isSewwa l-Kanonku Ciarlò ntefa’ b’dedikazzjoni għall-aġġornament tal-gazzetta. Il-ħidma tiegħu ġibdet tifħir li nstema’ sew fiċ-ċelebrazzjonijiet tat-80 sena ta’ din il-gazzetta. Dawn iċ-ċelebrazzjonjiet servew ta’ injezzjoni għall-gazzetta u għallistess Editur li baqa’ jmexxi l-gazzetta b’enerġija qaddisa, bi spirtu ta’ ġurnalista Kattoliku dedikat u b’sagrifiċċji kbar personali. Nirringrazzja lill-Kanonku Ciarlò għas-servizz u l-impenn tiegħu lil din il-gazzetta u persważ li mis-sema se jibqa’ jkun ta’ ispirazzjoni għalija. Il-funeral tiegħu sar fil-knisja San Pawl Nawfragu, Il-Belt Valletta, is-Sibt fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar. Ara wkoll paġna 17