ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru 2018

Page 1

8

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru 2018

‘Weekend’ ta’ solidarjetà u xhieda Tnieda r-‘Religious Freedom in the World Report 2018’ Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

It-tnedija tal-14-il edizzjoni tar-Religious Freedom in the World Report ippubblikat mill-Aid to the Church in Need (ACN) kienet akkumpanjata minn numru ta’ laqgħat u attivitajiet. Fosthom il-mixgħela b’dawl aħmar tal-Berġa ta’ Kastilja u l-knisja Bon Pastur, Ħal Balzan bħala solidarjetà ma’ ħutna Kristjani li xerrdu demmhom għallfidi tagħhom. Ġew organizzati wkoll attivitajiet differenti biex jitqajmu kuxjenza u għarfien dwar il-Knisja fil-bżonn. Kien weekend mimli xhieda. Il-qofol ta’ dan il-weekend kien it-tnedija tar-Religious Freedom in the World Report 2018 fil-Palazz San Anton, is-Sibt, 24 ta’ Novembru li għaliha attendew il-President ta’ Malta Marie-Louis Coleiro Preca, l-Isqof Awżiljarju Joseph GaleaCurmi, is-Segretarju tan-Nunzju Appostoliku Monsinjur Francesco Javier Diaz Tenza, l-Assistent Ekkleżjastiku tal-ACN (Malta) Monsinjur Professur Hector Scerri, mistiedna u benefatturi. Ma jistgħux jesprimu l-fidi tagħhom Fid-diskors tiegħu, id-Direttur Nazzjonali tal-ACN (Malta), Stephen Axisa, sellem lil kulħadd u esprima l-apprezzament tiegħu lillPresident ta’ Malta għall-ospitalità tagħha biex l-avveniment seta’ jsir fil-Palazz San Anton u lill-Isqof Galea-Curmi għall-appoġġ kostanti tiegħu. Axisa qal li bħala organizzazzjoni impenjata li tgħin lill-Kristjani ppersegwitati, l-ACN għandha d-dmir li ssostni d-dritt bażiku tal-bniedem għal-libertà reliġjuża u li tinforma lil kulħadd bid-diskriminazzjoni li jiffaċċjaw il-Kristjani f’bosta partijiet fiddinja. Skont ir-rapport, sitta minn kull għaxar persuni madwar iddinja ma jistgħux jesprimu l-fidi tagħhom b’libertà totali u f’dawn l-aħħar sentejn din is-sitwazzjoni kompliet sejra għall-agħar. Hu qal li l-illitteriżmu reliġjuż, inkluż fil-midja u n-nuqqas ta’ azzjoni politika mill-pajjiżi tal-Punent żiedu l-problemi li wasslu għal sitwazzjoni fejn gruppi reliġjużi minoritarji jbatu wara purtiera ta’ indifferenza. Inwieġbu għall-għajta tagħhom L-Assistent Ekkleżjastiku talACN (Malta), Monsinjur Professur Hector Scerri, iddeskriva l-Kristjani

ppersegwitati bħala ‘profeti kontemporanji’ li huma għaddejjin mit-tbatija dejjem waħidhom u mweġġgħin. Hu qal li dmirna hu li nwieġbu għall-għajta tagħhom, ngħinuhom u nagħrfu x-xhieda tagħhom li hi profetika u wkoll xhieda ta’ Kristu. Inwaqqfu l-gwerra reliġjuża Filwaqt li tat eżempji ta’ pajjiżi fejn ir-reliġjonijiet jikkoeżistu f’armonija bħal fil-Bulgarija, il-President ta’ Malta esprimiet ilkonvinzjoni tagħha li hu possibbli li r-reliġjonijiet jgħixu flimkien b’mod armonjuż. Hi talbet biex tintemm l-intolleranza reliġjuża u biex issir promozzjoni tal-libertà reliġjuża u d-djalogu inter-reliġjuż fl-isferi kollha tas-soċjetà. Appoġġ għall-ħidma tal-ACN Fir-riflessjoni tiegħu, l-Isqof Galea-Curmi esprima l-apprezzament tiegħu u tal-Knisja għall-ħidma li twettaq l-ACN f’Malta u madwar id-dinja u għallisforzi biex titneħħa l-purtiera talindifferenza billi titqajjem kuxjenza dwar il-Kristjani li qed isofru persekuzzjoni. Hu qal li Malta hi mbierka għax aħna m’għandniex din ilpersekuzzjoni iżda bl-għajnuna tal-ACN nistgħu naraw x’qed jiġri f’partijiet oħra tad-dinja. Dan jgħinna ngħixu l-fidi tagħna b’viżjoni aktar wiesgħa. Nixtieq li kulħadd jappoġġja l-ħidma talACN. L-Isqof Galea-Curmi qal li hu importanti nifhmu aħjar iddmirijiet tal-fidi tagħna u kif għandna ngħixuha billi naqsmu dak li għandna mal-oħrajn u nitgħallmu mill-fidi tagħhom. Ixxhieda tagħhom hi xhieda rilevanti għalina. L-istorja tagħhom turina li l-fidi soda li għandhom hi aktar b’saħħitha minn dawk li jippruvaw jeqirduha. Jgħixu kuljum f’dilemma Waqt li ta rendikont personali tas-sitwazzjoni tal-libertà reliġjuża fin-Niġerja, il-kelliem ewlieni l-Arċisqof ta’ Jos, In-Niġerja, Ignatius Kaigama spjega kif pajjiżu ġarrab ksur tad-drittijiet tallibertà reliġjuża b’inċidenti ta’ qerda ta’ ħajjiet u ta’ proprjetà

Il-kelliem ewlieni l-Arċisqof Kaigama

mir-ribelli tal-Boko Haram u l-militanti Fulani. Inċidenti oħra jinkludu l-ħtif ta’ studenti bniet mill-iskejjel, it-tbatija tal-persuni spostati internament, iċ-ċaħda tad-drittijiet u tal-privileġġi tal-Kristjani fejn fi stati tattramuntana huma mċaħħda milli jgħallmu r-Reliġjon Kristjana, ilħtif ta’ saċerdoti u sorijiet u l-biża’ u t-trawma psikoloġika. L-Arċisqof Kaigama qal li l-Knisja fin-Niġerja hi waħda vibranti. Hu qal li l-fidi tal-poplu hi ferventi minkejja dawn l-attakki. Il-knejjes huma dejjem ippakkjati. Għandna tfal, żgħażagħ, irġiel, nisa u anzjani li jħobbu l-Knisja u jgħożżu l-fidi tagħhom. Kultant tmur il-knisja u ma jkunx hemm post fejn tpoġġi. Numru kbir ta’ fidili Quddiem dan in-numru kbir ta’ fidili, il-Knisja hi mċaħħda milli tibni strutturi ġodda u n-nies ma jistgħux jesprimu bil-libertà l-fidi vibranti li jħaddnu. L-Arċisqof Kaigama kompla li fil-parti tatTramuntana tan-Niġerja ma jingħatax permess biex jinbnew knejjes u ma jistgħux jorganizzaw il-purċissjoni ta’ Kristu Re. Għal dawn l-aħħar għaxar snin kellhom iwaqqfu l-purċissjonijiet minħabba biża’ li jiġu attakkati. Ma jistgħux jorganizzaw il-Quddiesa ta’ nofsillejl fil-Milied. L-Arċisqof Kaigama qal li jgħidulu biex iħallihom jiġġieldu. Iġbor il-flus u ixtrilna l-ixkubetti biex niġġieldu. Jien għedtilhom li jekk nagħmel dan ma nibqax Kristjan. Nippreferi nirriżenja minn Isqof milli nagħmel dan. Nistgħu nwaqqfu l-gwerra reliġjuża permezz tad-djalogu, bit-

tolleranza, bir-rispett u l-ftehim. Hu għalhekk li bdejt id-Dialogue Reconciliation and Peace Centre u l-Interfaith Youth Training Centre. Fiċ-ċentri norganizzaw laqgħat ma’ gruppi li jkollhom tilwim biex nifthemu dwar kif nistgħu nevitaw aktar qtil u norganizzaw laqgħat fejn ikun hemm talb inter-reliġjuż. Messaġġ lill-Maltin u l-Għawdxin L-Arċisqof Kaigama esprima l-gratitudni lejn il-Maltin u l-Għawdxin għall-ġenerożità u l-ospitalità tagħhom b’risq ilKnisja ppersegwitata. Hu qal li din kienet it-tieni darba li żar Malta u Għawdex u dejjem intlaqa’ b’entużjażmu u sab appoġġ. Nesprimi l-gratitudni tiegħi lejn il-benefatturi u l-promoturi tal-ACN għall-ħidma li twettaq permezz tal-kontribuzzjonijiet, is-solidarjetà u l-ħbiberija magħna fil-mumenti li nkunu fil-bżonn. “Għandna bżonn l-għajnuna kontinwa tagħkom biex ma nitilfux il-fidi u l-identità Kristjana tagħna. Il-fidi Kristjana tinsab filperiklu li tiġi eliminata. Għinuna nippreservawha. Kemm dam Malta l-mistieden speċjali tal-ACN (Malta) iltaqa’ mal-Arċisqof Charles J. Scicluna u żar parroċċi, skejjel, kunventi u komunitajiet f’Malta u f’Għawdex. L-Arċisqof Kaigama għammed żewġt itfal, Ella u Nikola, fil-knisja parrokkjali Ġesù Nazzarenu, TasSliema. Hu żar l-Iskola San Anton, L-Imġarr; qaddes fil-knejjes parrokkjali ta’ Ħ’Attard u ta’ Santa Luċija u fil-knisja Bon Pastur, Ħal Balzan u f’Għawdex fil-bażilka tax-Xagħra. L-Arċisqof żar isSantwarju Nazzjonali Ta’ Pinu, lisSorijiet Klarissi u lill-Komunitajiet tan-Niġerja u tal-Ghana f’Malta.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.