10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 2 ta’ Frar 2020
IL-BURKINA FASO
Sorijiet fil-qalba tal-periklu kuljum Sorijiet fil-Burkina Faso tkellmu dwar kif qed jirriskjaw ħajjithom biex jipprovdu ikel u kenn għal mijiet ta’ persuni li ħarbu mill-vjolenza li qed tkompli tifni l-pajjiż. Suor Pauline u Suor Marie Bernadette talKongregazzjoni tal-Immakulata Kunċizzjoni, taw rendikont lill-Aid to the Church in Need (ACN) tal-ħidma t’għajnuna ta’ emerġenza li qed iwettqu b’risq dawk in-nies li ħarbu mitterroriżmu. Is-Sorijiet qalu: “Aħna nilqgħu lir-refuġjati kuljum, b’mod speċjali nisa li żewġhom inqatel - minħabba li t-terroristi l-aktar li joqtlu huma
l-irġiel - iżda anke lit-tfal u l-anzjani.” Fit-Tramuntana tal-pajjiż, is-sorijiet jgħinu bejn 30 u 60 refuġjat kuljum. Is-Sorijiet qalu: “Anki hawn fil-belt kapitali ta’ Ouadadougou, qed ngħinu lil aktar minn 600 persuna. Dawn in-nies għandhom bżonn ħobż, ilma, sapun, iżda b’mod speċjali, wara dak kollu li jkunu għaddew minnu, ikollhom bżonn xi ħadd li jismagħhom, ikollhom bżonn jirċievu ġest ġentili, ġest ta’ mħabba, imqar għal ġurnata biss.” “Is-sorijiet tagħna li jinsabu filkomunitajiet fit-Tramuntana tal-pajjiż qed jaraw il-kunflitti kuljum. F’Bam, it-terroristi kienu
Servizz talAid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
biss 3 kilomenti ’l bogħod mill-komunità.” L-ACN appoġġjat il-formazzjoni tas-Sorijiet, għenet lin-novizzi u għenet ukoll lis-Sorijiet biex ikunu jistgħu jibqgħu fl-iktar postijiet diffiċli fil-Burkina Faso biex ikomplu jgħinu linnies fil-bżonn. Is-Sorijiet qalu: “Aħna rridu nirringrazzjaw lil dawk kollha li qed jgħinuna biex nibqgħu bit-tama f’qalbna biex inkunu nistgħu nkomplu ngħinu lil dawk kollha li qed ibatu madwarna.”
IL-LIBJA
“Il-Libja għandha bżonn paċi dejjiema” – L-Isqof George Bugeja OFM Bejn id-19 u t-23 ta’ Frar 2020 aktar minn 60 Isqof mill-kontinenti tal-Ewropa, l-Asja u l-Afrika se jiltaqgħu fil-Puglia, l-Italja għal sinodu bit-tema: “Mediterranean: frontier of peace” biex, fuq il-passi tal-“profeta tal-paċi” Giorgio La Pira, isibu mezzi konkreti għarrikonċiljazzjoni u fraternità fost il-popli f’żona fejn hemm gwerer, persekuzzjonijiet, emigrazzjoni u inugwaljanzi. Il-Papa Franġisku ser jagħlaq din il-laqgħa. Il-Vigarju Appostoliku ta’ Tripli, l-Isqof George Bugeja, Patri Franġiskan Minuri Malti, se jkun qed jieħu sehem ukoll u ser iwassal it-tbatijiet u l-aspettattivi tal-Libja
li skont hu, “għandha bżonn kbir ta’ serenità u paċi dejjiema”. Meta tkellem dwar issitwazzjoni tal-Knisja Kattolika filLibja, l-Isqof Bugeja qal li issa saret komunità ekkleżjali tassew minima ħafna, u qed tgħix f’nofs il-bombi u l-ġlied. Huwa qal: “M’hemm l-ebda Kristjan Libjan fostna” u kompla “aħna lkoll barranin, total ta’ madwar 3,000 Kristjan minn 7 miljun ċittadin”. L-Isqof Bugeja qal: “Il-Kattoliċi għandhom biss żewġ postijiet ta’ qima fl-eks-kolonja Taljana: fi Tripli u f’Bengażi. Il-knisja ta’ San Franġisk hija l-unika knisja li fadal fil-belt. Il-katidral sar ukoll
moskea: il-moskea l-kbira filpjazza magħrufa ‘Il-Pjazza talAlġerija’”. L-Isqof Bugeja kompla jgħid li “Hawnhekk il-Knisja dejjem kienet immexxija mill-Franġiskani. Aħna nippruvaw nimxu wara l-eżempju ta’ San Franġisk ta’ Assisi billi
ngħixu f’art 100% Musulmana u nippromwovu r-rispett u l-ħbiberija.” L-ACN (Malta) tappella lil kulħadd biex nitolbu ’l Alla għall-Papa, għallIsqfijiet li ser jieħdu sehem f’dan is-sinodu, kif ukoll għall-poplu Libjan biex fih isaltnu d-djalogu u l-paċi.
IL-PAKISTAN
Il-każ ta’ Huma Younus – it-tifla ta’ 14-il sena Jaf ikun hemm żvolġiment storiku fil-każ ta’ Huma Younus, it-tifla ta’ 14-il sena li kienet inħatfet u ġiet imġiegħla tikkonverti għall-Iżlam. Kif irrappurtat lillACN Tabassum Yousaf, l-avukat tagħha, iż-żewġ imħallfin tal-Qorti Għolja tal-provinċja ta’ Sindh, taw struzzjonijiet lill-uffiċjal tal-pulizija inkarigat millinvestigazzjoni biex jippreżenta lil Huma fil-qorti fis-seduta li jmiss. Is-seduta hija skedata għal nhar itTnejn, 3 ta’ Frar 2020. Jekk dan iseħħ, din se tkun l-ewwel darba li vittma ta’ konverżjoni sfurzata se tingħata permess tixhed f’qorti. Dan huwa l-ewwel każ ta’ konverżjoni sfurzata u żwieġ sfurzat li qatt deher quddiem ilQorti Għolja tal-Pakistan u hija wkoll l-ewwel darba li l-Att dwar il-kontroll taż-żwieġ tat-tfal ġie kkwotat fil-qorti. Din hija liġi li tipprojbixxi ż-żwieġ ta’ tfal taħt
l-età. Din il-liġi kienet iddaħħlet fl-2014 fil-provinċja ta’ Sindh madankollu, s’issa, qatt għadha ma ġiet applikata. Ms Yousaf qalet “S’issa l-ebda familja qatt ma rnexxielha tieħu ġustizzja, għaliex il-Kristjani huma fqar, m’għandhomx edukazzjoni u m’għandhomx biex iħallsu għallassistenza legali”. Filwaqt li qed jistennew għassmigħ tal-kawża, il-ġenituri ta’ Huma ħarġu dan l-appell permezz tal-Aid to the Church in Need (ACN): “Nappellaw lill-komunità internazzjonali u lill-media internazzjonali biex isemmgħu l-vuċi tagħhom u jiddefendu lil Huma. It-tifla tagħna għandha biss 14-il sena. Kieku kellkom tifla ta’ 14-il sena li kienet għaddejja minn dan kollu, x’kontu tagħmlu? Jekk jogħġobkom aħsbu fit-tifla tagħna daqslikieku kienet it-tifla tagħkom stess. Jekk jogħġobkom, għinuna!”