8
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2018
FRANZA
Vuċi għall-Kristjani tal-Lvant Nofsani Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
“Dan hu mument importanti, punt ta’ bidla fis-solidarjetà murija bejn ir-reliġjonijiet u d-determinazzjoni tal-ġlieda kontra l-estremisti”. Dan kien il-kliem tal-ftuħ tad-diskors ta’ Patrick Karam, il-President tal-Coordination of Eastern Christians in Danger (CREDO) meta rappreżentanti tal-Knejjes tal-Lvant, dinjitarji Musulmani u parlamentari ltaqgħu f’Pariġi għal konferenza internazzjonali.
lill-Kristjani fil-Lvant Nofsani”. Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Malta), li kien mistieden u tkellem fil-Konferenza, qal li “hemm ir-rieda millpartijiet kollha - id-diversi
denominazzjonijiet tal-Knisja kif ukoll il-komunitajiet Musulmani. Issa l-pass li jmiss hu kif din irrieda se tiġi materjalizzata u ssir tanġibbli”. Rappreżentanti tal-Knejjes Protestanti, Griegi, Ortodossi, u Armeni Evanġeliċi fakkru f’kemm nies sparixxew u wkoll il-qagħda mwiegħra ta’ 5.6 miljun persuna Sirjani li ġew imġiegħla jaħarbu
minn djarhom matul kważi tmien snin gwerra. Ir-rappreżentant talPatrijarka Sirjak ta’ Antijokja qal: “Il-proklamazzjoni internazzjonali ta’ Pariġi għandha tkun monumentali”. Hu kompla li “peress li ħabtet wara l-beatifikazzjoni talmartri tal-Alġerija, li saret nhar it-8 ta’ Diċembru, tista’ tkun raġuni ta’ tama għall-Kristjani ppersegwitati tal-Lvant”.
Il-konferenza saret blinizjattiva ta’ CREDO biex tiġi ffirmata l-Proklamazzjoni Internazzjonali ta’ Pariġi kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra l-Kristjani tal-Lvant u minoranzi oħra. Karam qal li “din hi l-ewwel darba li klerici Kristjani u Musulmani ngħaqdu biex jiddenunzjaw b’mod mhux ambigwu dawn l-atti li jqisuhom bħala reati kontra l-umanità u atti terroristiċi ta’ organizzazzjonijiet bħall-ISIS mhumiex parti millIslam”. Hu żied li “dan ilfenomenu ta’ emorraġija qed jolqot
Sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali ta’ Pariġi li matulha ġiet iffirmata l-proklamazzjoni li tagħti vuċi lill-Kristjani fil-Lvant Nofsani
Christmas
IL-GŻEJJER SOLOMON
Saċerdot ġdid wara 11-il sena
Gifts of Faith
Għal ħafna snin, l-Aid to the Church in Need tat appoġġ fil-formazzjoni saċerdotali ta’ ħafna seminaristi. Is-sena l-oħra, kien hemm 13,643 minnhom, fosthom, Thomas Patavolomo li għadu kemm ġie ordnat Saċerdot fid-Djoċesi ta’ Gizo, fil-Gżejjer Solomon. L-ordinazzjoni tiegħu hi l-ewwel waħda wara 11-il sena! Is-Sibt, 8 ta’ Diċembru, idDjoċesi ta’ Gizo, li tinsab fiċ-ċentru tan-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku, iċċelebrat bil-kbir l-ordinazzjoni tad-Djaknu Thomas Patavolomo fil-komunità tiegħu ta’ Voru Voru li tinsab fit-Tramuntana tal-gżira ta’ Choiseul li tagħmel parti millGżejjer Solomon. Din hi l-ewwel okkażjoni li ġiet ikkordinata mill-kampanja għallvokazzjonijiet mibdija mid-Djoċesi 11-il sena ilu biex tirrekluta għadd
€29
OFFRI PAKKETTI TALIKEL GhALL-KRISTJANI PPERSEGWITATI TAS-SIRJA Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi tibgħat cheque lil ACN (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038, billi ċċempel 21487818, online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733 82 ACN GOF Advert (Lehen).indd 1
19/12/2018 09:02
adegwat ta’ kandidati għassaċerdozju ħalli jwettqu ħidma pastorali fis-seba’ parroċċi mifruxa madwar il-Gżira ta’ Choiseul kif ukoll fil-provinċja tal-Punent. Il-formazzjoni saċerdotali hi parti importanti ħafna mill-ħidma tal-Aid to the Church in Need u bl-għajnuna tal-benefatturi se tkompli tgħin biex tinżamm ilpreżenza tal-Knisja f’postijiet bħal Gizo fejn hemm bżonn ta’ aktar saċerdoti.
IR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA
Saċerdoti mimlijin kuraġġ Għal dawn l-aħħar ħames snin, ir-Repubblika Ċentrali Afrikana rat ħafna vjolenza li faqqgħet meta l-President Francois Bozize, li hu Kristjan, tneħħa mir-ribelli Musulmani magħrufa bħala Seleka. Eluf ta’ nies, fosthom saċerdoti u reliġjużi, inqatlu u tal-anqas miljun persuna sfaw spostati. Ftit jiem wara l-attakk tal-15 ta’ Novembru fuq il-Katidral tad-Djoċesi ta’ Alindao li ħalla 42 persuna mejta, fosthom Isqof u żewġ saċerdoti. Seminarista wieġeb f’isem sħabu u qal: “Jien beżgħan ħafna imma mhux se nbiddel fehmti. Bl-għajnuna ta’ Alla xorta rrid insir saċerdot”.