ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- Il-Ħadd 04 ta’ Marzu 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 3 ta’ Marzu 2019

IS-SIRJA

Sinjal ta’ tama Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Uħud mill-familji Kristjani fis-Sirja li kienu mġiegħla jaħarbu minn belthom mill-estremisti għadhom kemm iċċelebraw ir-ritorn tagħhom f’Jum San Valentinu, proprju l-Ħamis 14 ta’ Frar, b’ċerimonja li fakkret ilbini mill-ġdid tad-djar tagħhom. Waqt iċ-ċerimonja kien hemm ħafna parruċċani li ħonqu l-Knisja Santa Marija fil-villaġġ Krak des Chevaliers (Al Husn). Huma ġew irregalati b’ġebla msejħa Jesus is my Rock u flixken mimlija bl-ilma mbierek bħala simbolu tat-tlestija ta’ djarhom li kienu nqerdu matul sentejn kampanja ta’ vjolenza matul il-gwerra. L-Arċisqof Kattoliku Grieg Melkita, Nicolas Sawaf, ta’ Lattakia rringrazzja lill-Aid to the Church in Need (ACN) li ffinanzjat ilprogramm biex jiġu rranġati 55 dar. Hu qal li “minħabba dak kollu li sofrew in-nies, kemm vjolenza kif ukoll mibegħda, min qatt kien jaħseb li se jinbnew dawn id-djar? “Għalija din hi ħolma li saret realtà grazzi għall-benefatturi tal-ACN”. Hu u jippreżenta l-ġebel Jesus is my Rock lil rappreżentant ta’ kull

familja, Fr Andrzej Halemba, ilkordinatur tal-proġetti tal-ACN filLvant Nofsani, qal li dan il-ġebel se jfakkarkom li m’intomx waħidkom, li Alla dejjem jinsab magħkom u li l-ħbieb u l-benefatturi talACN dejjem jitolbu għalikom u jappoġġjawkom.” Fost dawk li rċevew dawn irrigali kien hemm Hasan Marmari ta’ 60 sena li rritorna d-dar tiegħu ftit ġimgħat ilu wara li l-ACN lestiet ix-xogħlijiet. Marmari, li ddeskriva kif ibnu George ġie nieqes ħames snin ilu waqt li kien qiegħed f’servizz militari, qal li għad hemm ħafna wġigħ u tbatija għal ħafna minna imma l-fatt li nerġgħu nibdew ngħixu fi djarna u nistgħu nibdew ħajjitna mill-ġdid diġà hu pass ’il quddiem kbir u sinjal ta’ tama.” Iż-żona tal-Kristjani fir-

#helpsyria

Għin lillġenerazzjoni li jmiss.

Int lest li tghin? -

Aid to the Church in Need Malta

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 04 - ACN (Malta) - Lehen Ad HELP SYRIA 4.indd 1

BURKINA FASO

M’għadux possibbli li jiċċelebraw l-Ewkaristija Fr Jacob Lompo, it-Teżorier tad-Djoċesi ta’ Fada N’Gourma, Burkina Faso, qal lill-Aid to the Church in Need (ACN) li hemm żoni li jmissu mad-Djoċesi ta’ Tenkodogo u Fada N’Gourma fejn m’għadux possibbli li jiċċelebraw l-Ewkaristija Mqaddsa għax f’uħud mill-irħula nħatfu n-nies. Meta tkellem mal-ACN wara l-qtil ta’ Fr Antonio Cesar Fernandez, saċerdot Spanjol ta’ 72 sena f’Burkina Faso, Fr Lompo qal li l-qtil ta’ dan is-saċerdot kien inċident ieħor fil-katina traġika ta’ avvenimenti li qed isofri dal-pajjiż. Numru ta’ komunitajiet u knejjes ġew sfurzati biex jagħlqu minħabba li gruppi Ġiħadisti għaddejjin mill-irħula jheddu liċ-ċittadini u jippruvaw iġegħluhom jikkonvertu għall-Islam. Hu qal lill-ACN li “ħafna mill-Kristjani kienu terrorizzati u ħarbu. Ilkappillan kellu jmur isib lill-katekisti tiegħu, li ġew intimidati, u għenhom imorru f’post aktar sikur. Sorijiet ta’ kongregazzjoni wkoll kellhom imorru band’oħra minħabba l-periklu.

Minkejja li l-każ ta’ Asia Bibi, li fl-aħħar spiċċa fuq nota pożittiva, xorta waħda l-Kristjani fil-Pakistan għadhom qed ibatu minħabba l-liġi kontra d-dagħa.

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 @acn_malta

ġew attakkati bħala parti millkampanja tar-ribelli biex jiksbu l-kastell medjevali fil-qrib u li jinsab f’post strateġiku importanti.

“Żewġi innoċenti!”

€25

Ċempel 21487818

raħal ta’ Krak des Chevaliers ġiet attakkata fl-2012 meta estremisti, fosthom Musulmani fid-distrett, riedu jaħtfu r-reġjun. Il-Kristjani

IL-PAKISTAN

Fis-Sirja aktar minn 1.7 miljun student/a ma jistgħux jattendu l-iskola u 5.82 miljun tifel u tifla għandhom bżonn k għġbo għajnuna Jekk jofel jew tifla ti edukattiva. ibgħat i jitgħallmu n a j r Għinna nagħtu Si . l-iskola futur aħjar lil din il-ġenerazzjoni mitlufa.

syria.acninternational.org/malta

Tnejn mill-ommijiet li rritornaw fid-djar mibnija għall-familji tagħhom juru l-ġebla u l-flixkun bl-ilma mbierek li ngħataw

19/02/2019 12:56

Eżempju ta’ dan hu l-każ ta’ Sawan Masih li f’Marzu 2013 ġie akkużat li nsulta l-Profeta Muhammad f’Joseph Colony, distrett Kristjan f’Lahore. Fr Emmanuel Yousaf, ilPresident tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Pakistan għallĠustizzja u l-Paċi, qal lill-Aid to the Church in Need (ACN) li fid-9 ta’ Marzu, wara t-talb ta’ nhar ta’ Ġimgħa, grupp ta’ 3,000 Musulman ħarqu d-distrett kollu u qerdu mat300 dar u żewġ knejjes. Filwaqt li t-83 persuna li bdew l-attakk inħelsu, Sawan Masih ġie kkundannat għall-mewt u qed jistenna l-appell mis-sentenza.

L-avukat tiegħu qal li s-smigħ qed jiġi pospost kontinwament. L-aħħar smigħ kien skedat għat-28 ta’ Jannar iżda l-imħallef ma deherx. Bħal fil-każ ta’ Asia Bibi, hemm ħafna irregolaritajiet fil-każ ta’ Sawan. L-akkużi kontrih saru minn wieħed mill-ħbieb Musulmani tiegħu, Shahid Imran, wara argument bejn iż-żewġt irġiel. Sadattant, Sobia, il-mara ta’ Sawan, qed tieħu ħsieb it-tlett itfal tagħhom waħedha. Hi qalet lillACN li ma tafx għalfejn akkużaw lir-raġel tagħha. Taf biss li r-raġel li ressaq l-akkużi kontrih kien ħabib tiegħu. “Sawan innoċenti”, sostniet martu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.