10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 3 ta’ Novembru 2019
L-ERITREA
Il-persekuzzjoni ta’ theddida wkoll għall-ġenerazzjoni li jmiss Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Meta r-raġel ta’ Aster kien inqabad jitlob ma’ ħbiebu, l-awtoritajiet arrestawh u qafluh il-ħabs b’mod indefinit. Aster tħalliet waħedha biex tipprovdi għaliha nfisha u għall-erbat itfal tagħhom, mingħajr ma kienet taf jekk xi darba hux ser tara lil żewġha mill-ġdid. Aster qalet: “Meta għedt lit-tfal Fl-Eritrea huwa illegali li li missierhom ġie arrestat kienu l-Kristjani jitolbu barra millxxukkjati. Qrajtilhom mill-Ktieb knejjes magħrufa mill-Istat. Anki tal-Atti tal-Appostli dwar it-tbatija t-talb fi grupp żgħir, bħal dak tarli ġarrbu l-Kristjani tal-bidu u raġel ta’ Aster, jista’ jwassal għalldan għenhom biex iħossuhom ftit priġunerija.
aħjar.” Hekk kif il-persekuzzjoni qed tkompli tiżdied madwar id-dinja, il-Kristjani qed jissagrifikaw kollox għall-fidi tagħhom. U mhumiex biss l-adulti li qed ibatu. Ilpersekuzzjoni qed thedded lillġenerazzjoni li jmiss u qed thedded ukoll il-futur tal-fidi. It-tfal ta’ Aster huma kemm iffastidjati kif ukoll mhedda minħabba l-fidi Kristjana tal-familja tagħhom. Aster qalet: “It-tifla l-kbira tiegħi tiffaċċja l-bullying u tiġi insulentata minħabba l-fidi tagħha. Ingħatat tliet twissijiet
mill-iskola għax tkellmet dwar il-fidi tagħha u qalulha biex ma tkellimx lit-tfal, lanqas matul il-brejk. “Darba fost l-oħrajn, xi studenti xeħtulha l-ġebel u laqtuha fl-istonku. Kemm-il darba qalulha li ma jistħoqqilhiex tkun ħabiba tagħhom. Ġieli tefgħu l-ġebel lejn id-dar ukoll. Meta inti tgħin lill-Knisja ppersegwitata u fil-bżonn, tkun qed tiżgura li familji bħal ta’ Aster isibu l-għajnuna. Tgħin ukoll biex il-fidi tibqa’ għaddejja fl-iktar postijiet perikolużi u tiffjorixxi fil-qlub talġenerazzjoni li jmiss.
L-ARABJA SAWDITA
Turisti Kristjani f’riskju jekk jagħmlu użu mill-Bibbja f’postijiet pubbliċi Fis-27 ta’ Settembru l-Arabja Sawdita fetħet il-bibien tagħha għat-turisti għall-ewwel darba permezz tat-tnedija ta’ e-visa, iżda turisti Kristjani ma jistgħux jagħmlu użu mill-Bibbja filpubbliku. Barra minn hekk, ma jistgħux idaħħlu fil-pajjiż aktar minn Bibbja waħda. Jekk xi ħadd jinqabad jista’ jiġi arrestat.
Ir-regolamenti l-ġodda għatturisti jiddikjaraw li l-Bibbja tista’ tidħol fil-pajjiż għall-użu personali. Il-Bibbji m’għandhomx jintwerew fil-pubbliku u kull min jinstab b’ħafna Bibbji jiffaċċja “pieni ħorox”. L-Arabja Sawdita ssegwi interpretazzjoni stretta talWahhabi u huwa impossibbli
għal xi ħadd li jgħix fil-pajjiż li jipprattika il-Kristjaneżmu b’mod miftuħ. Hemm mijiet t’eluf ta’ Kristjani minn pajjiżi oħra, bħallFilippini, minn pajjiżi Asjatiċi u pajjiżi Afrikani, li qegħdin jgħixu u jaħdmu fl-Arabja Sawdita. Huma jkollhom jiltaqgħu fi djar privati biex jitolbu u jekk jinqabdu jirriskjaw fastidju, arrest u li jiġu
deportati. Iċ-ċittadini Sawdi, jekk jinqabdu jikkonvertu għallKristjaneżmu, jiffaċċjaw riskju ta’ piena kapitali. Knejjes Kristjani fl-Arabja Sawdita jinsabu fil-mira kontinwament. Kien irrappurtat li fl-2018 ingħalqu tliet knejjes ta’ taħt l-art, uħud wara rejd millpulizija.
L-ACN (Malta) testendi din l-istedina lilek ukoll, għażiż qarrej, biex toffri l-“qtajra ta’ mħabba” tiegħek għall-poplu ta’ Alla filVenezwela u hekk tkun qed toffri t-tama tal-imħabba ta’ Kristu
lill-Kristjani li tant qed ibatu. Anke donazzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza kbira għan-nies li qed ibatu l-ġuħ, għall-morda u għall-foqra li għandhom bżonn l-għajnuna.
IL-VENEZWELA
Qtajra ta’ mħabba L-Aid to the Church in Need (ACN) ilha tappoġġja bosta proġetti differenti fil-Venezwela. L-ACN qed tgħin ukoll lill-kċejjen talikel tad-djoċesijiet li jinsabu f’mijiet ta’ parroċċi madwar ilpajjiż fejn hemm kriżi umanitarja li sejra għall-agħar. Dan l-aħħar l-ACN għenet ukoll lid-djoċesi ta’ La Guaira bi 11-il friġġ u forn. Delegazzjoni tal-ACN żaret ukoll bosta minn dawn il-kċejjen, fosthom il-kċina tal-parroċċa ta’ San Sebastjan. Il-bitħa tal-parroċċa ta’ San Sebastjan tilqa’ kuljum ’l fuq minn
150 persuna, l-aktar tfal u żgħażagħ, li jmorru biex jieklu ikla sħuna. Ħafna minnhom ma jkollhomx x’jieklu jekk ma jmorrux hemm. Fr Martin jilqa’ lit-tfal fil-bieb. Quddiem il-bieb tal-parroċċa ta’ San Sebastjan hemm sinjal li jistieden lill-poplu ta’ Alla biex, min jista’, joffri ftit “qtajra ta’ mħabba”. Is-saċerdoti u dawk li jgħinuhom qed jitolbu lil kulħadd biex jikkontribwixxi “qtajra żgħira” ta’ dak li għandhom id-dar għal din il-kċina tal-ikel, bħala ftit “qtar żgħar ta’ mħabba” b’risq ħuthom fil-bżonn.