10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 4 ta’ Awwissu 2019
IN-NIĠERJA
IL-FILIPPINI
Mistieden tal-ACN (Malta) Kuraġġ jinqatel minn militanti Fulani u fidi ... jerġa’ jinfetaħ katidral
Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
L-Aid to the Church in Need (ACN) ħabbret f’bosta okkażjonijiet li l-Kristjani fin-Niġerja għaddejjin minn kull tip ta’ persekuzzjoni taħt gruppi terroristiċi prinċipalment mill-militanti ta’ Boko Haram u l-Fulani. Fil-11 t’April li għadda l-ACN (Malta) organizzat Night of Witness u talb bħala tifkira tal-martri Kristjani tal-lum. Żewġ Kristjani Niġerjani, Fr Polycarp Lamma u Solomon Yuhwam (ritratt tiegħu quddiem is-santwarju nazzjonali Madonna Ta’ Pinu) li hu bidwi, kienu preżenti bħala l-kelliema ewlenin. Huma qasmu l-esperjenzi tagħhom, xhieda ta’ fidi fil-qalba talpersekuzzjoni mir-rgħajja Fulani fuq il-Kristjani fil-Grigal tanNiġerja. Matul iż-żjara tagħhom f’Malta, Solomon li hu Katekista fakkar kif kien ġie wiċċ imb’wiċċ malmilitanti f’diversi okkażjonijiet,
bata u bl-għajnuna ta’ Alla baqa’ ħaj wara attakki brutali. Sfortunatament, fit-13 ta’ Lulju l-ACN (Malta) irċeviet l-aħbar li Solomon Yuhwam inqatel millmilitanti Fulani fid-dar tiegħu f’Taraba, fil-Grigal tan-Niġerja. Waqt li kkonferma dan, l-Isqof tad-Djoċesi Monsinjur Charles Hammawa appella għat-talb u qal li s-sitwazzjoni qed tmur għall-agħar u jidher li mhemm l-ebda tmiem għall-attakki brutali tal-militanti Fulani. L-ACN (Malta) tappella lillqarrejja ta’ Il-Leħen biex jitolbu għal ruħ Solomon Yuhwam, għallfamiljari tiegħu u għan-nies tanNiġerja.
“L-essenza tal-ħidma hi li nixxuttaw id-dmugħ ta’ Alla kull fejn hu jibki” Fr Werenfried van Straaten (1913-2003)
IR-RENJU UNIT
Iħeġġeġ għal tolleranza fil-Lvant Nofsani
Madwar id-dinja kollha s-Sorijiet jiddedikaw ħajjithom biex jappoġġaw lill-komunitajiet tagħhom, ħafna drabi f’żoni rurali fejn hemm ħafna faqar. Suor Ilham, Soru Dumnikana, Tramuntana tal-Iraq
Huma jehtieġu t-talb u l-appoġġ tieghek. -
€30
Jekk jogħġbok għin lis-Sorijiet Dumnikani Missjunarji fil-Pakistan biex ikomplu jwettqu l-ħidma edukattiva fost iż-żgħażagħ.
Jekk tixtieq toffri donazzjoni ċempel 21487818, żur acnmalta.org/donate/ jew permezz tal-APS account number: APS 20001771733 Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
acn_malta
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
Is-Santa Sede qed tħeġġeġ lilLvant Nofsani jagħmel aktar sforzi u jippromwovi “djalogu għal kultura ta’ tolleranza, aċċettazzjoni reċiproka u biex in-nies jgħixu flimkien fil-paċi”. Fit-23 ta’ Lulju, l-Arċisqof Bernadito Auza, l-Osservatur Permanenti tas-Santa Sede għanNazzjonijiet Magħquda fi New York, qal dan waqt dibattitu tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar il-Lvant Nofsani. L-Arċisqof Auza qal li dan hu mument kritiku li fih il-pajjiżi kollha tar-reġjun m’għandhomx jaħlu l-avvanzi paċifiċi billi jerġgħu lura għall-ostilitajiet ikkawżati mill-kunflitti tal-poteri reġjonali. Hu nnota li f’ċerti partijiet tasSirja hemm riskju kbir li l-kriżi umanitarja tkompli sejra għallagħar. Hu qal li ma jistgħux ikunu torox għall-karba ta’ dawk li m’għandhomx ikel, kura tas-saħħa u edukazzjoni jew għal dawk orfni, romol u l-midruba. F’dan ir-rigward, id-diplomatiku tal-Vatikan ikkwota l-ittra riċenti tal-Papa Franġisku lill-President Sirjan Bashar al-Assad fejn fakkar b’mod partikolari l-kundizzjonijiet drammatiċi li qed tiffaċċja l-popolazzjoni ċivili f’Idlib.
Sitt xhur wara l-attakki terroristiċi bil-bombi li qatlu 20 persuna reġa’ nfetaħ katidral filFilippini. Dan sar bħala xhieda tal-fidi u tal-abilità tal-Knisja talpost minkejja t-theddida kontinwa tal-estremiżmu Islamiku. Jonathan Luciano, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (ACN) fil-Filippini, qal li s-sigurtà kienet stretta ħafna, il-pulizija u s-suldati għalqu parti mill-belt, iżda l-katidral kien ippakkjat bin-nies. Kienu mijiet li attendew għal din l-okkażjoni. Kienet ta’ ispirazzjoni meta tara preżenti l-familji talvittmi tal-attakki u lil dawk li ħelsuha ħafif. Luciano qal li l-Kardinal Orlando li mexxa ċ-ċerimonja tad-dedikazzjoni mill-ġdid tkellem dwar kemm kienu ta’ ispirazzjoni n-nies ta’ Jolo peress li wrew fidi u abilità minkejja persekuzzjoni kostanti. Hu seħaq dwar il-bżonn ta’ djalogu kontinwu bejn ilKristjani u l-Musulmani. Meta tkellem dwar il-ħidma tal-ACN wara l-attakki, Luciano qal li din l-organizzazzjoni kienet l-ewwel waħda li ġimagħtejn wara żaret il-post u wegħdet li tgħin. Hu ddeskriva l-programm għal dawk li ħelsuha ħafif u l-familji tagħhom. Programm ibbażat fuq dak imfassal mill-Knisja fi Duyog Marawi għar-riabilitazzjoni u inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni inter-reliġjuża wara l-assedju ta’ Marawi minn terroristi Islamiċi fis-sena 2017. Il-grupp militanti Abu Sayyaf ħa r-responsabbiltà tal-attakk bilbombi fuq il-katidral li seħħ matul Quddiesa tal-Ħadd f’Jannar 2019 fejn mietu 20 persuna u ndarbu mija oħra.
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.