10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2020
IL-GAMBJA
Il-Kristjani jixtiequ li l-Istat jiġi dikjarat Lajk u mhux Iżlamiku Waqt li qed titfassal kostituzzjoni ġdida, Knejjes Kristjani fil-Gambja talbu għal dikjarazzjoni biex pajjiżhom jiġi ddikjarat bħala stat Lajk. Il-Gambja hi pajjiż żgħir li jinsab fil-Punent tal-Afrika. Għandha popolazzjoni ta’ 2.35 miljun ruħ. Fl-2015 l-ex-President, Yahya Jammeh kien iddikjara l-pajjiż bħala Repubblika Iżlamika. Fl2015 huwa kien qal li ried ibiegħed lin-nazzjon mill-passat kolonjali tiegħu. Madankollu l-kostituzzjoni proposta tistabbilixxi sistema sħiħa ta’ Qorti Għolja Sharia li tgħaqqad
Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
ir-reliġjon u l-Istat flimkien. Minkejja li fl-abbozz kostituzzjonali attwali hemm xi benefiċċji, fosthom garanziji bħal-libertà tal-istampa, aċċess għall-informazzjoni pubblika u limiti tal-mandat presidenzjali, il-Kristjani Gambjani qed jibżgħu mill-implikazzjonijiet. Uħud minnhom ħabbru li jemmnu
li jkun aħjar u aktar sigur għallGambja li tibqa’ Stat lajk. Jekk jgħaddi l-abbozz attwali, il-Musulmani li kkonvertew għall-Kristjaneżmu ser jispiċċaw aktar vulnerabbli. IlKunsill Kristjan tal-Gambja qed jitlob li jiġi inkluż fil-formazzjoni talkostituzzjoni finali, filwaqt li nnota li jixtieq li n-nazzjon ikun wieħed imħallat u sekulari.
Minkejja assigurazzjonijiet mill-Gvern il-ġdid tal-President Adama Barrow, kien hemm xi restrizzjonijiet fuq il-Kristjani. Membri tal-Kunsill Kristjan talGambja (CCG), li huwa kompost mill-Knejjes Kattoliċi, Anglikani u Metodisti issa qegħdin jitolbu li filpreambolu tal-Kostituzzjoni futura jiġu speċifikati aħjar il-kelmiet “stat lajk”. Fil-Gambja l-Kristjani jagħmlu madwar 9% talpopolazzjoni, li ftit iktar minn 2% huma Kattoliċi. Il-maġġoranza huma Musulmani.
IS-SIRJA
Tbissima fuq wiċċ 19,000 tifel u tifla Soru tirringrazzja lill-ACN Skont soru li tgħin lill-Kristjani fis-Sirja, permezz tal-ġenerożità tal-benefatturi tal-ACN, matul dan il-Milied eluf ta’ tfal Sirjani jistgħu jitbissmu. F’messaġġ awdjo mibgħut lillAid to the Church in Need (ACN), waħda mill-imsieħba fil-proġetti tal-ACN, Suor Annie Demerjian (li kienet fostna Malta) irringrazzjat lill-benefatturi talli appoġġjaw
lit-tfal li jgħixu fis-Sirja, il-pajjiż mifni mill-gwerra. Hija qalet: “Permezz tar-rigali tal-Milied il-benefatturi tal-ACN irnexxielhom iferrħu aktar minn 19,000 tifel u tifla madwar isSirja.” Għat-tmien sena, l-ACN ipprovdiet pakketti tal-Milied għat-tfal spostati u dawn ikun fihom ħwejjeġ tax-xitwa, żraben,
ġugarelli, oġġetti reliġjużi u affarijiet bżonjużi oħra. Suor Annie faħħret il-ħidma li l-ACN twettaq f’Aleppo fost l-anzjani u l-Kristjani bi bżonnijiet speċjali, fejn tagħti ikel, sapun, prodotti oħra tal-ħasil, mediċini, ħwejjeġ u żraben. Suor Annie qalet: “Ma tistgħux timmaġinaw x’jagħmlu meta l-anzjani jirċievu l-għajnuna, tant jifirħu li jinfexxu fil-biki. Huma jiftħu dirgħajhom u jirringrazzjawkom mill-qalb. “Huma rringrazzjawkom u qalulna li jitolbu ħafna għalikom. “Huma tassew jitolbu għalikom, kuljum. Grati ħafna għall-
ġenerożità kollha li tagħtuhom.” Fuq talba tal-Isqof Latin George Abou Khazen ta’ Aleppo, l-ACN appoġġjat proġett f’Aleppo fejn ipprovdiet pakketti tal-ikel għallifqar familji Kristjani. L-ACN qed tkompli tgħin ukoll b’għajnuna finanzjarja għall-fjuwil u ż-żejt għas-sħana. Suor Annie, fil-messaġġ tagħha qalet: “Jien kuntenta ħafna li għandi din l-opportunità, li qed nibagħtilkom dan il-messaġġ biex nirringrazzjakom ta’ dak kollu li qed tagħmlu għal niesna u għallfamilji tagħna, speċjalment dawk li qed ibatu mill-konsegwenzi katastrofiċi u trawmi tal-gwerra.”
IL-MISSJONI Ż-ŻGĦIRA tagħti offerta għall-ispejjeż ta’ din ilgazzetta biex il-ġid spiritwali li jinksieb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għar-ruħ għażiża tal-KANONKU ĠUŻEPP ZAMMIT, li kien membru attiv tagħha li miet fis-7 ta’ Jannar 2017. Mulej, agħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.