10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 5 ta’ Mejju 2019
IS-SIRJA
L-UKRAJNA
Il-ferita tal-emigrazzjoni
Mexxej tal-Knisja qal li minkejja l-kriżi li għaddejja fl-Ukrajna l-Knisja qed tiffjorixxi. Hu tkellem dwar iż-żieda fil-vokazzjonijiet saċerdotali u ż-żieda fl-attendenza għall-Quddies.
Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
In-numru tal-Kristjani f’Aleppo naqas ħafna matul il-gwerra, minn 180,000 għal 32,000. F’intervista mal-Aid to the Church in Need (ACN) Monsinjur Joseph Tobji, l-Arċisqof Maronita ta’ Aleppo, spjega li f’termini ta’ sigurtà s-sitwazzjoni tjiebet għalkemm il-bombi għadhom neżlin. Hu qal li niżlu diversi bombi filperiferiji ta’ Aleppo matul l-aħħar ġimgħat. Għalhekk, il-kunflitt għadu ma ntemmx. Żied li l-pajjiż bħalissa għaddej “mill-gwerra talekonomija”. L-Arċisqof qal li fl-aħħar tas-sena 2016 ħsibna li kulħadd se jerġa’ jsib xogħol u jkun jista’ jipparteċipa fil-bini tal-belt millġdid. Konna sorpriżi bl-embargo u bis-sanzjonijiet li qed ikomplu jgħakksu lill-poplu. L-ekonomija mhix qed tiffunzjona sew u l-inflazzjoni qed tiżdied. Barra minnhekk, il-korruzzjoni fil-pajjiż laħqet livelli rekord. Illum in-nies huma demotivati.
Wiċċ imb wiċċ ma’ din issitwazzjoni, ħafna żgħażagħ qed jitilqu mill-pajjiż. L-emigrazzjoni saret il-ferita mdemmija tagħna. Iż-żgħażagħ iridu jmorru f’pajjiżi oħra biex isibu xogħol u sigurtà. Il-Knisja mhix tnaqqas l-isforzi fil-ħidma pastorali tagħha u bdiet serje ta’ proġetti ġodda biex tkompli tgħin aktar nies. Għal dan l-iskop ġie organizzat l-ewwel Sinodu talIsqfijiet Kattoliċi f’Aleppo. F’messaġġ għall-benefatturi talACN, l-Arċisqof Joseph Tobji qal li f’isem il-Kristjani kollha f’Aleppo, nirringrazzjahom għall-għajnuna tagħhom li qed issaħħaħ it-tama tal-Kristjani.
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għallpersekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fiddinjità li tixirqilhom.
#helpsyria
dawn il-mistoqsijiet eżistenzjali fil-Kelma ta’ Alla.” Hu faħħar lill-ACN għall-appoġġ finanzjarju kontinwu tagħha għall-formazzjoni saċerdotali. Hu qal: “Is-seminaristi huma t-tama tal-Knisja tagħna. Nirringrazzjaw lill-ACN talli għenitna mhux biss biex nirċievu dawn il-vokazzjonijiet imma wkoll biex nistgħu nħarrġuhom għax il-Knisja tagħna għandha bżonnhom b’urġenza.”
Madwar 80 fil-mija tal-popolazzjoni tal-Filippini hi Kattolika. Madankollu, fin-Nofsinhar, fil-gżejjer ta’ Mindanao, hemm persentaġġ relattivament kbir ta’ Musulmani. Għal bosta snin il-gruppi terroristiċi Iżlamiċi ilhom jipprovaw jistabbilixxu “Stat Iżlamiku ta’ Mindanao” fiż-żona.
€25
syria.acninternational.org/malta
Int lest li tghin? -
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Aid to the Church in Need Malta
acn_malta
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 04 - ACN (Malta) - Lehen Ad HELP SYRIA 4.indd 1
L-Arċisqof Sviatoslav Shevchuk
Għajnuna għar-refuġjati
Fis-Sirja aktar minn 1.7 miljun student/a ma jistgħux jattendu l-iskola u 5.82 miljun tifel u tifla għandhom bżonn k għġbo għajnuna Jekk jofel jew tifla ti edukattiva. ibgħat i jitgħallmu n a j Għinna nagħtu Sir iskola. lfutur aħjar lil din il-ġenerazzjoni mitlufa.
@acn_malta
L-Arċisqof Sviatoslav Shevchuk, il-mexxej tal-Knisja Kattolika Griega tal-Ukrajna, tkellem malAid to the Church in Need (ACN) dwar żieda fid-devozzjoni reliġjuża fi żmien ta’ tensjonijiet kontinwi f’partijiet tal-pajjiż u l-atti ta’ vjolenza li ma jaqtgħux. L-Arċisqof iddeskriva l-isfidi fl-Arċidjoċesi ta’ Kiev. Hu qal li s-seminarju li twaqqaf mill-ġdid, kien “l-aktar tkabbir mgħaġġel fil-Knisja”. Hu żied li minkejja ż-żieda fil-vokazzjonijiet il-Knisja għadha nieqsa mis-saċerdoti grazzi għaż-żieda tan-nies li jattendu l-Quddies. L-Arċisqof tkellem ukoll dwar it-tkabbir tal-Knisja minkejja l-fatt li “l-Ukrajna qed tbati” u “ħadd ma jitkellem dwar l-azzjoni militari li għaddejja fil-Lvant tal-pajjiż”. Hu kompla: “Żewġ miljun persuna ġew uffiċjalment spostati. Qed jitilqu miljuni. Wieħed mill-Isqfijiet tagħna sejħilha ‘evakwazzjoni’ mhux ‘immigrazzjoni’. “Quddiem id-diżastru talgwerra, ħafna qed jistaqsu: ‘Għaliex dan qed jiġri lili?’ Hemm spjegazzjoni għal din it-tbatija?” Hu qal “insibu t-tweġibiet għal
IL-FILIPPINI
Għin lillġenerazzjoni li jmiss.
Ċempel 21487818
Il-Knisja qed tiffjorixxi
19/02/2019 12:56
F’Mejju 2017 mijiet ta’ ġellieda Iżlamiċi assedjaw, okkupaw u kważi qerdu l-belt ta’ Marawi li fil-fatt kienet diġà ċentru Musulman. Qatlu ħafna nies, ħatfu ħafna ostaġġi u għamlu ħsara kbira lill-Katidral Kattoliku Santa Marija. Ħafna mill-ostaġġi kienu Kattoliċi u probabbilment itterroristi riedu saħansitra jaħtfu lill-Isqof ta’ Marawi, Monsinjur Edwin de la Peña li nzerta ma kienx fil-belt. Minflok ħatfu lillVigarju Ġenerali Monsinjur Teresito Suganob, flimkien ma’ Kattoliċi oħra. Eluf ta’ ċittadini ġew sfurzati jaħarbu mill-belt. Ħafna minnhom għadhom qed jgħixu f’tined jew ffullati għand xi qraba. Matul il-kunflitt, l-Aid to the Church in Need (ACN) ipprovdiet għajnuna
ta’ emerġenza għar-refuġjati. Issa hemm bżonn t’għajnuna għal dawk li sfaw trawmatizzati minħabba l-kunflitt. U għalhekk, l-ACN qed tappoġġja proġett immexxi middjoċesi li jgħin madwar 200 raġel, mara u tfal li kienu miżmuma priġuniera għal xhur sħaħ. Dawn ġew ittorturati kemm spiritwalment kif ukoll fiżikament. L-għajnuna tingħata kemm lillKristjani kif ukoll lill-Musulmani.