ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- Il-Ħadd 6 ta’ Jannar 2019

Page 1

8

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 6 ta’ Jannar 2019

IL-PAKISTAN

IS-SIRJA

Il-problema tal-liġi kontra d-dagħa Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Il-President tal-Konferenza Episkopali tal-Pakistan, l-Arċisqof ta’ Islamabad-Rawalpindi Joseph Arshad, żvela li l-Kristjani jħossuhom mhedda mil-liġijiet kontra d-dagħa peress li wħud jinqdew bihom għal tpattija personali u biex jakkużawhom b’mod falz. F’intervista mal-Aid to the Church in Need, l-Arċisqof qal li “dan hu għaliex id-djalogu interreliġjuż hu bżonnjuż biex naħdmu flimkien mal-kapijiet tal-Islam ħalli nissorveljaw kampanji bħal dawn ta’ akkużi foloz u ngħinu biex jonqsu l-elementi estremi. “Jekk ma jirnexxilniex nieħdu azzjoni malajr”, qal l-Arċisqof, “innies kultant jieħdu l-liġi b’idejhom u jispiċċaw joqtlu lill-akkużati”. Il-każ riċenti ta’ Asia Bibi, li kienet akkużata b’dagħa u li nżammet għal kważi tmien snin f’ħabs għall-piena tal-mewt u li nħelset f’Ottubru 2018, jenfasizza r-raġuni għax il-Knisja Kattolika tant hi insistenti fuq il-ħtieġa taddjalogu inter-reliġjuż. Il-Knisja Kattolika qed tkompli taħdem

għall-paċi f’pajjiż ta’ maġġoranza Musulmana, pajjiż mifni millestremiżmu, mill-korruzzjoni u mit-terroriżmu. Skont l-Arċisqof Arshad, il-Knisja Kattolika hi minn ta’ quddiem f’dan ir-rigward. “Qed naħdmu biex insibu oqsma fejn nistgħu naħdmu flimkien: Musulmani u Kristjani. L-esperjenza tagħna hi li meta naqsmu ħajjitna, niftehmu aħjar”. L-ACN teħtieġ l-għajnuna tiegħek biex tkompli tiffinanzja proġetti inter-reliġjużi fil-Pakistan immirati biex jippruvaw isolvu l-intolleranza reliġjuża. Waħda minn dawn l-inizjattivi hi d-Don Bosco Football Tournament li jinvolvi aktar minn 30 tim magħmula minn Kristjani u Musulmani.

“L-essenza talħidma tagħna tikkonsisti billi nixxuttaw iddmugħ ta’ Alla kull fejn Hu jibki.”

Jad Abed għandu għaxar snin u jgħix f’Aleppo, Is-Sirja. Għal tmien snin pajjiżu ra l-gwerra u t-terrur. L-iskola tiegħu nqerdet bilbombi. Jad qal: “Jien ninsab filħames sena. Il-klassijiet tagħna issa jinsabu f’kantina mingħajr sħana u mingħajr dawl elettriku”. Jad tilef lil ħabibu minħabba l-gwerra. Qal: “Hu miet bi splużjoni ta’ bomba waqt li kien qed jistenna l-bus tal-iskola. Issa għandi avukat fis-sema”. Id-dar tal-familja tiegħu ntlaqtet ukoll mill-missili. Jad qal li “parti mid-dar waqgħet. Missieri għen lili u lil ommi noħorġu minn qalb it-tifrik. Ħafna mir-ritratti tal-familja nħarqu. Nittama li ma nkisrulhiex il-ġugarelli”. Illum Jad jgħix mal-ġenituri tiegħu f’xelter ta’ emerġenza li tieħu ħsiebu l-parroċċa. Jad kompla: “Kull xahar missieri jġib il-pakketti tal-ikel mill-knisja. Il-ġenituri tiegħi wkoll iġibu xi flus biex ikunu jistgħu jħallsu l-miżati tal-iskola tiegħi. “Staqsejt ħafna mistoqsijiet diffiċli. Staqsejt jekk Alla jeżistix verament għax għażel lilna biex ngħixu f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Il-Knisja twieġeb din il-mistoqsija

Jad Abed

fl-iskola tal-Ħadd u f’xi attivitajiet u logħob. Dawn juruna kemm Alla jħobbna”. Bl-għajnuna tal-benefatturi, l-Aid to the Church in Need (ACN) qed tkompli tgħin lil dawn it-tfal, bħal Jad u l-familja tiegħu. Din is-sena, l-ACN qed tippjana biex tiffinanzja proġetti ta’ emerġenza, rikostruzzjoni u assistenza pastorali speċjalment għall-bżonnijiet tattfal u ż-żgħażagħ fis-Sirja.

L-ACN tappoġġja kors għall-fejqan mit-trawma li ġarrbu familji Sirjani

Fr. Werenfried van Straaten (1913-2003) Fundatur tal-Aid to the Church in Need 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard ATD9038 ( 21487818 * info@acnmalta.org

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

28 ACN Fr. Werenfried van Straaten Advert (Lehen is-Sewwa) 2.indd 2

Jad Abed: il-wiċċ ta’ ħafna tfal Sirjani

14/05/2018 14:25

Il-gwerra fis-Sirja qed tonqos iżda l-feriti huma fondi ħafna. Minbarra l-isfida biex nipprovdu provvisti ta’ emerġenza bħal ikel, ilma u akkomodazzjoni, sfida oħra hi li ngħinu lin-nies jibnu ħajjithom mill-ġdid. Esperjenzi diffiċli jistgħu jaffettwaw lil ħafna speċjalment lit-tfal. Bosta huma dawk li jinsabu f’diffikultajiet u mweġġgħin minħabba stupru, żwiġijiet sfurzati, skjavitù, ġuħ, nuqqas ta’ aċċess għas-servizzi tas-saħħa u nuqqas ta’ edukazzjoni. L-effetti ta’ dawn l-esperjenzi jmorru lil hinn minn kemm

bniedem jista’ jissaporti u għalhekk l-Aid to the Church in Need hi determinata li tgħinhom kemm spiritwalment kif ukoll psikoloġikament. Il-workshops Is-Samaritan it-Tajjeb li ġew organizzati għallfejqan minn trawma għall-familji Sirjani wara l-gwerra huma fost l-inizjattivi appoġġjati millACN. Il-kordinatur għall-proġetti talACN fil-Lvant Nofsani, Fr Andrzej Halemba, qal: “Il-ħin ma jfejjaqx it-trawma u għalhekk qed ngħinu lill-familji u lill-komunitajiet Sirjani biex jirkupraw.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.