10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 6 ta’ Ottubru 2019
Id-Dikjarazzjoni Papali ta’ Abu Dhabi Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Id-dokument storiku dwar ilFraternità tal-Bniedem iffirmat mill-Papa Franġisku u l-Gran Imam ta’ Al-Azhar waqt iż-Żjara Appostolika fl-Emirati Għarab Magħquda li saret fi Frar ta’ dissena, qed tħalli l-frott u fil-fatt, se tmur lil hinn mill-fruntieri tal-pajjiż Fid-19 t’Awwissu ġie ffurmat kumitat biex jitwettqu fis-seħħ l-għanijiet ifformulati fiddokument u l-kumitat reġa’ ltaqa’ għat-tieni darba fl-20 ta’ Settembru fi New York, fi sforz biex il-messaġġ ikun wieħed
globali. Dan qed isir fid-dawl tal-fatt li l-mexxejja dinjija ser ikunu fi New York għall-74 laqgħa tal-Ġnus Mgħaquda. L-Imħallef Mohamed Mahmoud Abdel Salam, membru tal-kumitat, qal li l-kumitat huwa lest li jaħdem ma’ kwalunkwe nazzjon li huwa miftuħ għall-ideali espressi fid-Dokument. Huwa qal li l-ewwel passi saru masSegretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda favur possibbilment implimentazzjoni tad-Dokument mill-Ġnus Mgħaquda. L-Imħallef
qal li s-Segretarju Ġenerali “ser jitlob lill-Istati membri biex jinkludu l-prinċipji li jinsabu f’dan id-dokument storiku filleġislazzjoni tagħhom”. Mohamed Khalifa Al Mubarak, membru ieħor tal-kumitat, jgħid li din l-aħħar proposta biex “iġġib il-kulturi dinjija flimkien” hija msejsa fix-xewqa ġenerali min-naħa tal-Emirati Għarab Magħquda. Huwa qal li l-messaġġ huwa: “Biex tissimplifika l-fidi għall-aktar forma sempliċi tagħha. Biex tissimplifika l-ħajja għal dak li
jgħidu l-kotba reliġjużi kollha tagħna: kun ħanin mal-proxxmu tiegħek, ħobb lil għajrek, għin lil għajrek. F’dinja li hi magħquda, fil-verità, konna tant u tant mifrudin. Permezz ta’ proġetti u inizjattivi bħall-Abrahamic Family House, li bħalha ser ikun hemm ħafna iktar filġejjieni qarib, ser ngħaqqdu aktar nies flimkien. Hija ħolma li saret realtà fejn in-nies talEmirati Għarab Magħquda, nies li jiffavorixxu t-tolleranza, ikollhom l-opportunità li jaqsmu dan mad-dinja kollha.”
Ejjew inkomplu nitolbu ’l Alla għall-missjunarji
Il-qawwa talimħabba tirbaħ fuq kulħadd
Is-sena li għaddiet f’Settembru, Fr Pierluigi Maccalli, saċerdot missjunarju tas-Soċjetà Missjonijiet Afrikani (SMA) inħataf fin-Niġer. Sa minn meta nħataf mid-dar tiegħu minn tmint irġiel armati f’Bamoanga, in-Niġer, preċiżament faċċata tal-knisja, ma kien hemm l-ebda aħbar dwar fejn jinsab. Ħu s-saċerdot maħtuf, Fr Walter Maccalli, missjunarju Taljan tas-SMA li bħalissa qed jaħdem fil-Liberja, qal lill-Aid to the Church in Need (ACN) li t-talb ta’ kuljum u “is-solidarjetà u l-appoġġ tas-saċerdoti ħutna” huma li qed jgħinuhom biex ma jitilfux it-tama. Huwa spjega kif fil-komunità parrokkjali tiegħu stess, f’Madignano, il-Liberja, in-nies qed “jirreċitaw ir-Rużarju Mqaddes kuljum, bħalma qed jagħmlu ħafna parroċċi oħra fiddjoċesi tagħna”. Din hija prattika ta’ ħafna komunitajiet missjunarji oħra madwar id-dinja kollha. Fr Walter żvela li hemm “talba li nitolbu flimkien filkomunità tagħna f’Foya, il-Liberja: “Ġesù, jekk jogħġbok eħles lil Fr Pierluigi u ġibu lura d-dar qawwi u sħiħ.” U nitolbu talb ieħor li joħroġ minn qiegħ qalbna bħal: “Nitolbuk, o Mulej, biex din is-sitwazzjoni tintemm f’qasir żmien!” Fr Walter irrikorra lejn il-benefatturi u l-ħbieb talACN madwar id-dinja kollha u rringrazzjahom għassolidarjetà tagħhom, u talabna biex ma ninsewx nitolbu
Waqt udjenza fil-Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku indirizza lill-pellegrini li jitkellmu bl-Għarbi u b’mod partikolari lid-delegazzjoni ta’ studenti tal-Lvant Nofsani b’sejħa biex iħaddnu l-qawwa tal-imħabba. Fil-Katekeżi tiegħu dwar il-figura ta’ San Stiefnu fl-Atti tal-Appostli, il-Papa qal lill-istudenti li l-martri, “jgħallmuna li, bil-qawwa talimħabba, bil-ġentilezza, wieħed jista’ jiġġieled l-arroganza, ilvjolenza, il-gwerra, u jista’ jġib paċi permezz tal-paċenzja.” Il-Papa rrakkomanda lillistudenti “il-qawwa mansa talimħabba.” Il-Papa Franġisku kompla: “Għeżież ħuti, il-martri huma dawk l-irġiel u dawk in-nisa fidili għall-qawwa mansa tal-imħabba, għal-leħen tal-Ispirtu s-Santu, li fil-ħajja ta’ kuljum ifittxu li jgħinu lil ħuthom iħobbu lil Alla mingħajr ebda eċċezzjoni.”
kontinwament għall-missjunarji kollha: “Nitlob ’l Alla biex tiftakru fina fit-talb tagħkom, filmissjunarji, u ma tinsewniex. Nitlob ’l Alla li dejjem tkomplu tesprimu s-solidarjetà tagħkom permezz tat-talb u l-appoġġ prattiku tagħkom, li huwa tant importanti għalina lkoll. Nitlob ’l Alla sabiex tkomplu xxerrdu l-aħbarijiet u tagħtu xhieda tal-għaqda u l-paċi, biex dawn il-persekuzzjonijiet jintemmu. Nitlob ’l Alla jbierek lilkom kollha u lill-familji kollha tagħkom. Grazzi ħafna.”