10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 7 ta’ April 2019
MALTA
IS-SIRJA
Vittmi tal-Fulani fin-Niġerja f’Malta Se jitkellmu waqt l-attività ‘Night of Witness’ fil-knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan, il-Ħamis Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
L-Aid to the Church in Need (Malta) se torganizza Night of Witness (Lejla ta’ Xhieda) biex jitfakkru l-martri Kristjani. L-attività se ssir fil-knisja Bon Pastur, Ħal Balzan, il-Ħamis 11 t’April fil-5.30 p.m. Iż-żewġ xhieda, Fr Polycarp Lamma u s-Sur Solomon Yuhwam, se jitkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom fil-qalba talpersekuzzjoni. Se jitkellmu wkoll dwar l-attakki tar-rgħajja Fulani fuq ħutna l-Kristjani fil-Grigal tan-Niġerja. Fr Lamma hu saċerdot midDjoċesi ta’ Jalingo, fil-Grigal tanNiġerja, fejn il-mewġa ġdida ta’ attakki vjolenti kontra l-Kristjani minn rgħajja Fulani qed tkompli tiżdied. Sa mill-ordinazzjoni tiegħu fl-2007, Fr Lamma ħadem f’żoni mifnija mill-kriżi. Għex f’irħula
rurali fejn wettaq ħidma pastorali fost il-merħla fdata f’idejh. Għalhekk hu jinsab fil-mira u ħass l-impatt dirett tal-attakki talFulani. F’Ġunju 2018, f’għeluq sninu, il-militanti Fulani daħlu filparroċċa tiegħu, ħarqu l-knisja parrokkjali, id-dar tiegħu u qerdu l-villaġġ kollu. Iżda għall-grazzja ta’ Alla hu ħelisha b’miraklu. Fr Lamma qal li ra għadd ta’ membri tal-komunità parrokkjali tiegħu jinqatlu bl-aktar mod brutali. Ra wkoll 84 knisja li kienu taħt il-kura pastorali tiegħu
jinqerdu kompletament millmilitanti. Hu se jitkellem f’Malta dwar l-esperjenza pastorali tiegħu u dwar dawn l-attakki. Is-Sur Yuhwam, missier Kattoliku ta’ tlett itfal, jaħdem bħala bidwi fil-komunità tiegħu ta’ Dan Anacha, raħal fl-Istat ta’ Taraba, fil-Grigal tanNiġerja. Hemmhekk il-kunflitt bejn ir-rgħajja Fulani u l-bdiewa hu intens ħafna. Is-Sur Yuhwam ġie wiċċ imb wiċċ mal-militanti f’diversi okkażjonijiet u ra bosta attakki. Hu jaqdi l-komunità parrokkjali tiegħu bħala mexxej tat-talb u se jaqsam l-esperjenzi tiegħu u l-kriżijiet li għaddejjin minnhom ħutna fil-Grigal tan-Niġerja.
Spirtu fratern fil-Knisja Antoine Haddad ta’ 19-il sena, membru tal-Knisja Kattolika Armena, kiber fl-eqqel tal-gwerra fil-qalba tal-kaos u l-vjolenza. L-ewwel bumbardamenti fuq Aleppo qerdu parti mid-dar talfamilja tiegħu. Il-familja ta’ Antoine sabet kenn fid-dar ta’ qarib tagħha iżda kienet sfurzata toħroġ minħabba diffikultjiet finanzjarji. Minħabba dan u wkoll minħabba l-għeluq temporanju tal-iskola fejn kien jattendi l-ħajja ta’ Antoine inbidlet għall-agħar. Eventwalment l-iskola reġgħet fetħet iżda dawn il-memorji baqgħu miegħu bħalma baqgħet miegħu l-gwerra mdemmija ta’ tmien snin. F’intervista mal-Aid to the Church in Need (ACN) hu qal li l-mewt kienet wara l-bieb u hi waħda mill-agħar affarijiet li l-bniedem jista’ jesperjenza. L-uġigħ, il-faqar u l-ġuħ li għaddejna minnhom kienu biżżejjed. Kien jistaqsi: ‘Għalfejn, Mulej, din it-tbatija kollha?’. Iżda hu ssaħħaħ fil-fidi u bħalissa jservi ta’ katekista fil-knisja tal-post u jgħin fi programmi edukattivi mill-Knisja. Sa mill-bidu tal-kunflitt fis-Sirja, l-ACN għenet b’aktar minn €29 miljun għal 738 proġett.
IL-ĠERMANJA
Night of Witness Data: It-Ħamis, 11 ta’ April 2019 Ħin: 5:30pm Post: Fil-Knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan
Vetturi b’risq il-Mulej
L-Aid to the Church in Need (Malta) qed torganizza Night of Witness biex infakkru lillmartri Kristjani moderni. Żewġ xhieda, Fr. Polycarp Lamma u s-Sur Solomon Yuhwam, li kienu vittmi tal-attakki tar-rgħajja Fulani ser jaqsmu magħna x-xhieda tagħhom. Huma kienu fil-qalba tal-persekuzzjoni kontra l-Kristjani fil-Grigal tan-Niġerja.
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
acn_malta
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
70 sena ilu, l-Aid to the Church in Need (ACN) permezz tal-fundatur tagħha Fr Werenfried van Straaten, bdiet il-kampanja “Vettura għallMulej”. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, fl1947, Fr van Straaten malajr induna bil-bżonnijiet spiritwali u materjali tan-nies li ġew spostati minħabba l-gwerra. Rapporti li hu kien jirċievi mis-saċerdoti wassluh biex jestendi l-isforzi tiegħu u jittallab għal “Vetturi għall-Mulej”. Fi żmien xahrejn ġabar biżżejjed flus biex jixtri 120 karozza Volkswagen! Filwaqt li għaraf is-sinjali tażżminijiet, hu ppjana l-kampanji li jmiss bi spirtu ta’ avventura kummerċjali kuraġġuża. Fr van
Straaten qal: “irridu nwasslu ħafna għajnuna lejn il-Lvant. Hemm bżonn li s-saċerdoti jkunu fit-trakkijiet u nimlew l-istess trakkijiet b’rigali ta’ karità”. Kien proprju b’dan il-mod li estenda l-ħidma pastorali li llum saret waħda mill-punti ewlenin tal-ACN. F’ħafna pajjiżi d-distanzi bejn l-irħula u l-ibliet huma kbar ħafna. Parroċċa tista’ tkun ikbar minn djoċesi sħiħa. Biex jiġi żgurat li l-ħaddiema tal-Mulej ma jeħlux jew jieqfu fit-triq lejn il-Quddiesa jew biex iżuru persuna marida jew li qed tmut, l-ACN tipprovdi fondi għal vetturi xierqa għallkundizzjonijiet tal-post.