10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2019
L-UGANDA
Għajnuna għar-refuġjati Hemm kważi żewġ miljun persuna refuġjata u spostata internament li jgħixu fi nħawi fl-Uganda. Skont l-Aġenzija tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati, salaħħar tas-sena 2018, madwar id-dinja 70.8 miljun persuna ġew spostati bil-forza minħabba l-persekuzzjoni, il-kunflitti, ilvjolenza jew il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Fil-gwerra ċivili tas-Sudan t’Isfel inqatlu eluf ta’ persuni u 3.3 miljun persuna kellhom jitilqu minn djarhom. Bħalissa, 1.9 miljun persuna għadhom spostati f’pajjiżhom, filwaqt li 2,341,322 Sud-Sudaniż fittxew ażil fil-pajjiżi ġirien, ħafna minnhom fl-Uganda Hemm ħafna żoni fitTramuntana tal-Uganda fejn irrefuġjati qed jgħixu. Huwa stmat li jgħixu mal-1.3 miljun persuna fir-reġjun, u 63.3% minnhom ġew mis-Sudan t’Isfel. Ħafna minnhom esperjenzaw trawma kbira, bħal tfal li kienu suldati mħarrġa biex joqtlu. Dawn in-nies għandhom bżonn mhux biss l-ikel u l-kenn iżda għandhom bżonn ukoll jerġgħu jibdew jgħixu ħajja normali. Għandhom bżonn kemm appoġġ spiritwali kif ukoll materjali. Bl-għajnuna ta’ nies bħalek, nittamaw li l-ACN tkompli ttaffi t-tbatija ta’ dawn ħutna.
Christine Du Coudray, il-Kap tat-Taqsima tal-ACN responsabbli għall-Uganda tkellmet dwar issitwazzjoni: “Ir-refuġjati żgħażagħ għaddew minn trawmi kbar: uħud minnhom raw lill-ġenituri tagħhom jinqatlu u oħrajn sofrew vjolenza fiżika. Il-komunità ta’ Emmaus, li l-ACN qed tappoġġja, għandha proġett
li jakkumpanjahom fil-proċess ta’ fejqan u maħfra. Huma jitolbu flimkien u jagħtu sapport spiritwali lil xulxin.” Bl-appoġġ tiegħek u t’oħrajn
bħalek nistgħu nkomplu nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ dawn irrefuġjati u nipprovdu l-appoġġ spiritwali u materjali li jkollhom bżonn.
Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
IL-KAMERUN
“Il-parroċċi se jibqgħu mingħajr saċerdoti” Isqof fil-Kamerun tkellem dwar kif fid-Djoċesi tiegħu, żgħażagħ talpost ħatfu tliet saċerdoti. Qal ukoll li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jaħtfu lilu. L-Isqof Andrew Nkea qal li “is-subien” mill-irħula f’Mamfe, fid-djoċesi tiegħu, kienu huma li ħatfu lis-saċerdoti u qalu lill-vittmi tagħhom li jekk l-Isqof ma jħallasx ir-rahan, ser jaħtfu lilu wkoll. F’ittra pastorali l-Isqof iddikjara li “Iż-żgħażagħ qalu lis-saċerdoti li l-Isqof kien fil-mira u sakemm ħallast il-multa ta’ 500,000 CFA (c. €765), is-saċerdoti kienu se jkunu fil-periklu u kienu ser jaħtfu lili wkoll.” L-Isqof Nkea qal li ż-żgħażagħ kienu “qed jiżvogaw ir-rabja tagħhom” għax kien attenda l-Grand National Dialogue f’Yaounde, li ttella’ bħala tweġiba kontra l-kunflitt bejn ir-reġjuni Anglofoni u Frankofoni tal-pajjiż. Wara l-ħtif, l-Isqof Nkea, temporanjament, ħareġ lissaċerdoti mill-parroċċi ta’ Kembong, Ossing u Eyumoock. L-Isqof qal “Dawn is-subien
L-Isqof Andrew Nkea
li jiffastidjaw lis-saċerdoti huma minn dawn l-irħula stess u sakemm in-nies jiddjalogaw mat-tfal tagħhom u jagħtuni garanzija bilmiktub għas-sigurtà tas-saċerdoti li jaħdmu għalihom, il-parroċċi ser jibqgħu mingħajr saċerdoti.” Il-kunflitt bejn il-Frankofoni u l-Anglofoni tal-Kamerun ilu għaddej għexieren ta’ snin, u kompla sejjer għall-agħar fl2016 meta għalliema u avukati pprotestaw kontra l-użu tal-ilsien Franċiż fl-iskejjel u l-qrati. Wara nqatlu 3,000 persuna waqt li nofs miljun sfaw spostati.