ACN (Malta) –Il-Ħadd 8 ta’ Settembru 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 8 ta’ Settembru 2019

IL-PAKISTAN

Armla Kattolika tappella għall-ġustizzja wara li jinqatel żewġha Lubna Safdar hija armla żagħżugħa Kattolika f’Sarghoda, fil-provinċja tal-Punjab, il-Pakistan. Lubna hi omm ta’ tifel ta’ sentejn, Sharon. Tkellmet mal-Aid to the Church in Need (ACN) dwar kif ir-raġel tagħha, Safdar Masih inqatel u dwar in-nuqqas ta’ azzjoni tal-awtoritajiet biex iniedu investigazzjoni tad-delitt - evidenza li fil-pajjiż il-Kristjani huma meqjusin bħala ċittadini tattieni klassi. Din hija l-istorja ta’ Lubna: “Safdar kien jaħdem lejl u nhar, għamilha ta’ xufier kif ukoll ta’ purtinar. Matul il-jum kien inaddaf l-uffiċini u bil-lejl kien isuq. Huwa kien jaqla’ paga ta’ 400 Rupees (€5.06) kuljum. Konna nbatu ħafna biex inlaħħqu mal-ispejjeż ta’ kuljum.

Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

“Madanakollu konna ngħixu ferħanin, u ta’ dan konna rroddu ħajr lil Alla. Ir-raġel tiegħi kellu karattru nobbli: ħadem ħafna u ma kellu problemi ma’ ħadd. Normalment kien jasal id-dar fl-10 jew fil-11 ta’ billejl. “Fit-8 ta’ Ġunju 2019 kien mar ix-xogħol iżda ma wasalx lura d-dar. Kont inkwetajt ħafna, għax qatt ma kien jittardja. Ħuh għenni biex infittxuh. Morna nduru triq triq imma ma stajniex insibuh. L-għada filgħodu xi ħadd qalilna li kien ra l-katavru ta’ Safdar Masih fl-isptar tal-

post. Żewġi kien inqatel. “Kienet esperjenza tal-waħx meta rajt il-katavru ta’ żewġi. Qabel ma sparawlu, hu kien qala’ xebgħa; ġarrab feriti f’rasu, u d-demm kien għadu ħiereġ minn ġismu. Wara li rajtu f’dan l-istat iddeċidejt li nieħu azzjoni. “Ħu Safdar ippreżenta rapport lill-pulizija u bosta dimostranti talbu li ssir ġustizzja għal żewġi. Jien appellajt lill-ogħla awtoritajiet, u spjegajtilhom iċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħna u l-impatt tal-mewt ta’ żewġi. Ġimgħat sħaħ għaddew.

Il-mara ta’ Safdar Masih u t-tifel tagħhom

M’għamlu xejn - dażgur għax aħna Kristjani.”

IL-MAWRITANJA

Iż-żjara tal-Papa se tgħaqqad lill-gżira Fid-9 ta’ Settembru 2019 il-Papa Franġisku se jkun it-tieni Papa li se jżur il-Mawritanja, 30 sena wara li mar San Ġwanni Pawlu

II. Matul din iż-żjara papali, il-Papa mhux biss se jiltaqa’ mal-Kristjani, iżda wkoll malInduwisti u l-Musulmani, li wkoll

F’Jum il-festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija, il-Papa Franġisku bierek 6,000 Kuruna tar-Rużarju b’appoġġ għallKampanja ta’ Talb tal-ACN b’risq is-Sirja.

Jinqatlu għax kienu lebsin kurċifiss

Isem u Kunjom:

Indirizz Postali:

Email:

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 38 - ACN (Malta) Rosary Beads Advert (Lehen).indd 1

l-maġġoranza tagħhom huma ta’ oriġini Kreola, jinsabu profondament influwenzati millvuduwiżmu. Huma jemmnu fil-qawwa tas-sħaħar, u dan jinfluwenza profondament il-mod li bih jipprattikaw il-fidi tagħhom, li hija mħallta ma’ biża’ ta’ spirti ħżiena u ma’ superstizzjonijiet. Fil-kuntest ta’ din il-qagħda diffiċli, iż-żjara tal-Papa Franġisku qajmet ħafna tamiet. Il-Papa jrid jgħaqqad lin-nies flimkien, mhux biss lill-komunità Kattolika. Fr Alexis qal: “Il-gżira tagħna kollha hija onorata biżżjara tal-Papa. Il-Papa jgħaqqad il-mużajk li jifforma l-gżira tagħna.”

IL-BURKINA FASO

Biex takkwista Kuruna tar-Rużarju u tissieħeb f’din il-Kampanja ta’ Talb, jekk jogħġbok ibgħat ismek u kunjomok, l-indirizz postali, in-numru tat-telefon, l-email u d-dettalji tiegħek fl-indirizz t’hawn taħt. Donazzjoni tkun apprezzata.

Numru tat-telefon:

jagħmlu parti mis-soċjetà talMawritanja. Fr Alexis Wiehe, nattiv tal-gżira, qal lill-ACN li “is-soċjetà tal-gżira żgħira tista’ titqies bħala eżempju ta’ relazzjonijiet ta’ ħbiberija bejn komunitajiet differenti”. Huwa kompla jgħid: “Ċertament, kultant ikollna xi tensjonijiet, imma ġeneralment immorru tajjeb flimkien.” Il-Kattoliċi huma minoranza fil-pajjiż, u jirrappreżentaw madwar kwart tal-popolazzjoni. L-influwenza tal-Knisja qed tonqos. Fr Alexis qal: “Il-poplu Mawritan għadu reliġjuż, iżda r-reliġjon tagħhom tinsab attakkata”. Il-Kristjani, li

20/08/2019 16:11

Numru ta’ attakki militanti mmirati lejn Kristjani fil-Grigal tal-Burkina Faso, pajjiż fl-Afrika tal-Punent, heżżu lill-komunità Kristjana. Il-President tal-Konferenza Episkopali tal-Burkina Faso u n-Niġer, l-Isqof Laurent Dabiré, qal lill-Aid to the Church in Need (ACN) li l-Kristjani jinsabu fil-periklu li “jiġu eliminati” minħabba l-attakki li għaddejjin kontriehom minn estremisti Iżlamiċi. Monsinjur Dabiré ta dettalji tal-attakk tas-27 ta’ Ġunju li seħħ fitTramuntana tad-Djoċesi ta’ Ouahigouya, li kien il-ħames attakk kontra l-Kristjani fil-Grigal tal-Burkina Faso sa mill-bidu tal-2019. L-attakk ġara fil-villaġġ ta’ Bani waqt li r-residenti tar-raħal kienu miġburin flimkien. L-Isqof qal: “L-Iżlamisti waslu u ġiegħlu lil kulħadd jimtedd wiċċu malart. Imbagħad fittxewlhom ħa jaraw x’għandhom. Erba’ persuni kienu lebsin kurċifiss. Allura qatluhom għax kienu Kristjani.” Monsinjur Dabiré qal li wara li qatlu lill-Kristjani li kienu lebsin kurċifiss, l-estremisti qalu lir-raħħala l-oħra li se jinqatlu wkoll jekk ma jikkonvertux għall-Iżlam. L-Isqof wissa li xi żgħażagħ mir-reġjun ingħaqdu wkoll ma’ gruppi estremisti.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.