10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2019
L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA
L-ACN tirċevi l-‘Path to Peace Award 2019’ Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
L-Arċisqof Bernardito Auza, ir-Rappreżentant Permanenti tas-Santa Sede għan-Nazzjonijiet Magħquda u l-President tal-Fondazzjoni Path to Peace faħħar lill-Aid to the Church in Need (ACN) – li ħadet il-Path to Peace Award 2019 – u qal li din hi “l-organizzazzjoni ewlenija fid-dinja li titkellem dwar il-persekuzzjoni tal-Kristjani li qed ibatu f’ċerti postijiet u, aktar importanti minn hekk, qed twieġeb b’azzjoni”. Fit-22 ta’ Mejju 2019 hu u jitkellem waqt l-Award Gala talFondazzjoni Path to Peace li jsir kull sena fil-Pierre Hotel fi New York, l-Arċisqof Auza qal li l-Fondazzjoni fittxet li tonora lill-ACN “bħala vuċi li tgħajjat fid-deżert, li twassal ilvuċijiet tal-Kristjani li qed jitkarrbu għall-għajnuna.” L-Arċisqof ikkwota r-rapporti biennali tal-ACN - Persecuted and Forgotten? u r-Religious Freedom in the World Report bħala “l-aqwa rapporti dettaljati li ġew ippublikati dwar l-istat tal-libertà reliġjuża f’196 pajjiż. Dr Thomas Heine-Geldern, il-President Eżekuttiv talACN (Internazzjonali), irċieva l-premju u qal li dan il-ġieħ jappartjeni lil “dawk il-Kristjani li, sempliċement minħabba l-fidi tagħhom, huma ppersegwitati,
oppressi, diskriminati jew bla vuċi”. Hu kompla: “Id f’id mal-Poplu ta’ Alla, quddiem nett, jiffaċċjaw il-persekuzzjoni, il-mibegħda u l-vjolenza, hemm rġiel u nisa kuraġġużi - isqfijiet, saċerdoti, nisa reliġjużi u voluntiera lajċi. Dawk kollha li jaħdmu għall-paċi jibqgħu mal-poplu ta’ Alla. Jien niddedika l-Path to Peace Award 2019 lilhom ukoll”. Hu żied li l-ħidma tagħna ma tkunx possibbli mingħajr l-appoġġ ma jaqtax tal-benefatturi tagħna madwar id-dinja. “Aħna ninsabu hawnhekk permezz tal-appoġġ morali u finanzjarju straordinarju tagħhom. Il-benefatturi tagħna huma l-pedament li fuqu nibnu pontijiet ta’ fidi, tama u mħabba b’appoġġ għall-Knisja ppersegwitata.”
GĦIN LIN-NIES TA’ SRI LANKA JIBDEW ĦAJJITHOM MILL-ĠDID
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Aid to the Church in Need Malta
acn_malta
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 29 - ACN Sri Lanka (Lehen Advert).indd 1
Ngħinu l-missjoni Id-djoċesi ta’ Lisala hi waħda mill-eqdem u mill-aktar ġeografikament estensivi firRepubblika Demokratika talKongo. Din tinsab fit-Tramuntana tal-pajjiż, fil-baċin tal-Kongo u minnha tgħaddi wkoll ix-Xmara Kongo. Għalhekk, minn fejn jgħaddi l-ilma hu vitali għall-ħajja talKnisja. Id-dgħajsa djoċesana, ilMagnificat, hi ta’ importanza kbira għall-ħidma pastorali. Madankollu, id-dgħajsa ġarrbet ħsarat f’Settembru 2018 waqt li kienet qed issalpa lejn Kinshasa. Waqt tempesta li ġiet għal għarrieda l-Magnificat ħabtet ma’ siġra kbira u ġarrbet toqba kbira. Bil-grazzja ta’ Alla, in-nies ta’ fuq id-dgħajsa ħelsuha mingħajr
periklu imma d-dgħajsa kważi għerqet. Il-ħsara li ġarrbet kienet estensiva u s-salvataġġ kien diffiċli ħafna. Wieħed mis-saċerdoti u xi voluntiera kellhom jaqdfu biex jaslu fejn kien ġara l-inċident. Għall-bidu ppruvaw jirranġaw id-dgħajsa huma stess imma deher ċar li l-proċess kollu kien ferm aktar diffiċli milli ħasbu. Kellhom bżonn materjal u għajnuna ta’ esperti speċjalizzati f’din ilmaterja. Tnejn mill-muturi ma bdewx jaħdmu u t-toqba li ġarrbet fil-ġenb tagħha kienet teħtieġ xogħol minn ħaddiema tas-sengħa. Id-djoċesi rrikorriet għand l-ACN għall-għajnuna biex din id-dgħajsa tant importanti għall-missjoni tkun tista’ terġa’ titħaddem mill-aktar fis possibbli.
Evanġelizzazzjoni permezz tal-kant
Inti tista’ tagħmel l-offerta tiegħek billi ċċempel 21487818, jew online www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS account no. 20001771733
@acn_malta
IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO
IL-BURKINA FASO
JEKK JOGĦĠBOK OFFRI DONAZZJONI LLUM U GĦIN LIL ĦUTNA KRISTJANI BIEX JIFFAĊĊJAW IL-FUTUR B’FIDI U KURAĠĠ.
Ċempel 21487818
L-Arċisqof Bernardito Auza jagħti l-premju ‘Path to Peace’ lil Dr Thomas Heine-Geldern
16/05/2019 10:13
Sa ftit snin ilu, Il-Burkina Faso kienet mudell ta’ tolleranza, issa qed tiffaċċja vjolenza li ma kenitx mistennija. Mill-inqas 15-il persuna nqatlet f’attakki differenti fuq knejjes Kristjani f’dan il-pajjiż fil-Punent tal-Afrika. Sitwazzjoni ta’ diqa u disperazzjoni li Sr Anne-Marie Kabore tal-Kongregazzjoni Immakulata Kunċizzjoni f’Ouagadougou, qed tiffaċċja billi tkanta għall-paċi. Hi ilha Soru mill-2007 u ilha wkoll tabiba mill-2016. It-tielet vokazzjoni tagħha hi l-mużika. Dawn l-ingredjenti kollha għaġnuha biex tkun ta’ servizz ta’ evanġelizzazzjoni u rikonċiljazzjoni
fil-Burkina Faso. Fl-2011 waqqfet band u minn dak iż-żmien kitbet u kantat ilkanzunetti tagħha stess kemm bl-ilsien lokali Moré kif ukoll bilFranċiż. Qalet: “Għandi tliet albums fissuq mużikali: Magnificat, li ħareġ fl2011 u li fih tmien kanzunetti dwar il-maħfra u l-karità reċiproka; Shalom - Peace li ħareġ fl-2014 u li jitratta t-tolleranza inter-reliġjuża li wieħed jaċċetta persuni li jħaddnu reliġjonijiet oħra u li ngħixu f’armonija minkejja d-differenzi tagħna u Always try fl-2017 fejn nistieden in-nies biex jafdaw f’Alla minkejja d-diffikultajiet u l-fallimenti.