ACN (Malta) –Il-Ħadd 10 ta’ Frar 2020

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 9 ta’ Frar 2020

IS-SIRJA

Jgħixu l-passjoni Is-sitwazzjoni ekonomika fisSirja għadha sejra għall-agħar. L-Arċisqof Samir Nassar f’messaġġ lill-Aid to the Church in Need (ACN) qal: “Il-kriżi preżenti, li hija differenti minn dik li kien hawn matul żmien il-gwerra, ġiegħlet lin-nies jgħixu tip ta’ Randan qabel żmienu. Saħansittra biex jieklu ftit ikel kuljum sar diffiċli immens”.

Din il-kriżi hija konsegwenza mhux biss tal-gwerra iżda wkoll tal-embargo ekonomiku impost fuq il-pajjiż mill-qawwiet tal-Punent. L-Arċisqof qal: “In-nuqqas ta’ fjuwil, provvisti ta’ gass domestiku u dawl elettriku, tefa’ lin-nies l-aktar vulnerabbli (lill-fraġli, lill-morda, lit-tfal u lill-anzjani) fid-dlam u f’kesħa li f’xi każijiet taf tkun fatali.”

Suor Maria Lúcia Ferreira, mill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Għaqda f’Antijokja, ikkonfermat ukoll li “is-sitwazzjoni sejra għallagħar”. Suor Maria Lúcia Ferreira qalet: “Pereżempju, il-gass jista’ jingħata biss bil-kupuni u kull familja tingħata biss tank gass fix-xahar”. Suor Ferreira spjegat li s-sitwazzjoni hija serja ħafna għal

xi familji li “anqas biss għandhom flus biex jixtru ftit ikel”. Skont l-Arċisqof, din issitwazzjoni għamlet l-affarijiet aktar diffiċli għall-Knisja wkoll, li issa saret “Ħajt ta’ Lamentazzjoni fejn wieħed imur biex jibki, jokrob għall-għajnuna, u jfittex issilenzju, għal ftit konsolazzjoni, biex jgħix il-passjoni ta’ Kristu qabel il-Ġimgħa Mqaddsa.”

L-INDJA

Storja oħra ta’ suċċess

Knisja ġdida fil-villaġġ ta’ Majerburi, Assam Il-poplu ta’ Alla fil-villaġġ ta’ Majerburi, fil-Punent tal-istat Indjan ta’ Assam, jinsab kuntent bil-knisja l-ġdida. Fl-aħħar ilkongregazzjoni numeruża għandha post fejn tqim ’l Alla u tiltaqa’ filknisja flimkien. Grazzi għat-talb u d-donazzjonijiet tal-benefatturi, l-ACN setgħet tgħin fl-ispejjeż. L-inawgurazzjoni kienet festa kbira u ferrieħa. In-nies qed ikomplu

jitolbu għal dawk kollha li offrew it-talb u d-donazzjonijiet b’risq dan il-proġett tant bżonjuż. Fl-1983 il-Kapuċċini fetħu l-ewwel stazzjon tal-missjoni firraħal ta’ Majerburi u fl-2012 ġiet stabbilita formalment il-parroċċa ta’ San Franġisk. Qabel kien hemm biss kappella żgħira ħafna. Din ilkappella kienet wisq żgħira għannumru dejjem jikber ta’ Kattoliċi.

Fil-fatt, fil-Ħdud u l-festi l-kbar madwar 100 persuna kellhom jattendu l-Quddies bilwieqfa barra l-knisja. Dawn ħutna qed jiffjorixxu fil-fidi u għandhom sehem attiv fil-parroċċa, iżda huma wisq foqra biex ikunu jistgħu jagħtu l-flus biex jibnu knisja ġdida u akbar. Huma jbatu ħafna biex jaqilgħu ftit flus biex jieklu. Huma jaqtgħu

l-ħatab mill-foresta u jkabbru l-ħxejjex biex ibigħuh fis-suq. Għalhekk Fr Kuriakose Kattoopara rrikorra għall-għajnuna tal-ACN. Fr Kattoopara, f’isem il-poplu kollu rringrazzja lil dawk kollha li “għenu mill-qalb” u wiegħed it-talb kontinwu tal-komunità għal dawk kollha li għenu biex din il-ħolma antika sa fl-aħħar saret realtà.

Ser jiġi mniedi ktieb dwar Asia Bibi - Finally Free Minn Mejju 2019, Asia Bibi, omm Kristjana Pakistana li kienet akkużata b’dagħa u li kienet qattgħet 8 snin maqfula l-ħabs, illum hi refuġjata fil-Kanada. Asia tixtieq tkompli tgħin lill-Kristjani li bħalha ġew akkużati inġustament b’dagħa. Fl-aħħar ta’ Frar ser jiġi mniedi l-ktieb “Finally Free” mill-ġurnalista Franċiża AnneIsabelle Tollet. Dan il-ktieb jittratta l-priġunerija u l-ħelsien ta’ Asia Bibi. Meta tkellmet mas-sit elettroniku Aleteia, l-awtur talktieb, li marret il-Kanada biex tiltaqa’ magħha, qalet li Asia Bibi “hija mara bieżla u ħabrieka li tgħallimna lezzjoni fil-kuraġġ.” Tollet qalet li wara 10 snin tistudja l-każ ta’ Asia Bibi, l-ewwel reazzjoni tagħha meta ltaqgħet magħha kienet verament “xokkanti”. Qalet ukoll li laqatha ħafna l-fatt li ltaqgħet ma’ persuna kuraġġuża u tenaċi minkejja l-istatura żgħira tagħha, u li hija “ħielsa”. Il-ġurnalista Franċiża qalet li “Asia għandha awtorità naturali,

iżda hija wkoll ferrieħa u titbissem, hija mimlija ħajja u hija wkoll mara intelliġenti.” Il-ġurnalista qalet: “Asia hi mdejqa minħabba l-fatt li telqet mill-Pakistan, iżda tixtieq tibqa’ vuċi għan-nies kollha li ġew akkużati inġustament b’dagħa, speċjalment għall-Kristjani.” Asia Bibi kienet ġiet ikkundannata għall-mewt u qattgħet 8 snin il-ħabs akkużata b’reat ta’ dagħa. Fl-aħħar kisbet ilħelsien fil-31 t’Ottubru 2018. Fis-7 ta’ Novembru 2018 hija nħelset u f’Mejju 2019 irnexxielha titlaq millpajjiż. Minn dakinhar ’l hawn hija tinsab refuġjata fil-Kanada.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.