L-OFFERTI TAL-QUDDIES - Appeal

Page 1

L-OFFERTI TAL-QUDDIES L-isbaħ rigal li tista’ tagħti hu r-rigal tal-offerta tal-Quddies

X’INHUMA L-OFFERTI

TAL-QUDDIES? “Il-Quddiesa hi l-aktar forma perfetta ta’ talb” Papa Pawlu VI

Saċerdoti jiċċelebraw l-Ewkaristija mqaddsa f’wieħed mix-xelters tal-gwerra, fl-Ukrajna

Id-drawwa li tingħata offerta għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija mqaddsa hi prattika ekkleżjastika kostanti, li tmur lura għall-Knisja bikrija, meta l-poplu ta’ Alla kien iġib ħobż u nbid għaċ-ċelebrazzjoni flimkien ma’ rigali oħra għallappoġġ tas-Saċerdoti u talfoqra. B’dan il-mod, kienu jesprimu ixxewqa tagħhom li jipparteċipaw b’mod aktar fil-fond u sinifikanti fis-sagrifiċċju Ewkaristiku, billi żiedu miegħu forma ta’ sagrifiċċju personali li bih jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-bżonnijiet talKnisja u speċjalment għas-sosteniment tal-Ministri tagħha u l-opri tal-ħniena. Fil-passat, din il-kontribuzzjoni kienet tikkonsisti prinċipalment minn oġġetti mogħtija bħala rigali, imma llum dawn ir-rigali saru jingħataw esklussivament fi flus. Madankollu, il-mottiv u l-iskop taddonazzjonijiet tal-fidili baqgħu l-istess. Il-prattika u l-amministrazzjoni tal-offerti għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddies huma sanzjonati b’mod preċiż ħafna mill-Kodiċi tal-Liġi Kanonika l-ġdida (CIC 945-958). L-offerti tal-Quddies mgħoddija permezz tal-ACN jgħinu lil Saċerdoti foqra u fil-bżonn madwar id-dinja b’għajnuna biex ikollhom fejn jgħixu, ikel, ħwejjeġ,

Aid to the Church in Need www.acnmalta.org

TELQU KOLLOX BIEX ISEGWU S-SEJĦA TAGĦHOM...

acnmalta.org/mass-stipends

Is-Saċerdoti jużaw ukoll l-offerti tal-Quddies biex jgħinu lil ħutna Kristjani foqra fil-komunitajiet tagħhom

heaters, mediċini, iġjene, u mezzi ta’ trasport. F’xi djoċesijiet, is-Saċerdoti jużaw l-offerti tal-Quddies biex iħallsu għall-insurance tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali tagħhom hekk kif ikunu jistgħu jkomplu jiffokaw fuq il-kura pastorali f’ċirkostanzi diffiċli. Ħafna drabi, isSaċerdoti jużaw dawn l-offerti tal-Quddies biex jgħinu wkoll nies foqra u fil-bżonn aktar minnhom fil-parroċċi tagħhom, kif ukoll biex jiffinanzjaw attivitajiet pastorali. L-offerti tal-Quddies jintużaw ukoll biex jappoġġjaw il-formazzjoni saċerdotali fil-Kongregazzjonijiet u s-seminarji djoċesani, jew biex jinxtraw kotba għal Saċerdoti biex jitħejjew aħjar. L-offerti tal-Quddies jistgħu jgħinu lis-Saċerdoti wkoll fl-irtiri spiritwali tagħhom. Dawn huma meħtieġa biex isostnuhom kemm spiritwalment, fiżikament u psikoloġikament fil-missjoni diffiċli tagħhom. Għal tant u tant Saċerdoti madwar id-dinja, l-offerti tal-Quddies huma l-uniku sors ta’ dħul li għandhom. Kull sena, eluf ta’ Saċerdoti madwar id-dinja jirrikorru għand l-ACN għall-offerti tal-Quddies permezz tal-Isqfijiet jew tasSuperjuri tagħhom. Ħafna minn dawn isSaċerdoti jwettqu l-ħidma fdata f’idejhom f’pajjiżi fejn ħutna Kristjani jinsabu ddiskriminati, oppressi, jew saħansitra ppersegwitati. F’ħafna postijiet, ħutna

Kristjani huma tant foqra li ma jistgħux jgħinu lis-Saċerdoti fil-bżonnijiet bażiċi tagħhom. Għal dawn is-Saċerdoti kollha, l-offerti tal-Quddies huma ħafna drabi l-uniku sors ta’ dħul, u jirrappreżentaw ukoll sors importanti għall-isforzi talevanġelizzazzjoni. Għalhekk, l-offerti tal-Quddies iwaħħdu flimkien iż-żewġ opri kbar ta’ ħniena: it-talb u l-elemożina. Dawn is-Saċerdoti li, ta’ kuljum, ħafna minnhom jgħixu f’kundizzjonijiet perikolużi – għax huma xhieda ħajja tal-fidi Kristjana – japprezzaw ħafna l-ġenerożità tal-benefatturi. Huma jqisu li hu ta’ unur profond li jiċċelebraw il-Quddies għall-intenzjonijiet talbenefatturi tagħhom. Flimkien ma’ dawk għall-fejqan, għall-mejtin u għallintenzjonijiet speċjali, is-Saċerdoti li l-ACN tappoġġja jiċċelebraw Quddies ta’ Tridu, Novena u Gregorjan. It-Tridu hu tliet Quddisiet iċċelebrati fuq tlett ijiem konsekuttivi; in-Novena hi disa’ Quddisiet iċċelebrati f’disat ijiem konsekuttivi; u l-Gregorjan hu Quddies iċċelebrati fi 30 jum konsekuttiv għal persuna li marret fi ħdan il-Missier. Dan il-Quddies ta’ tlieta, disgħa u 30 jum m’għandhomx għalfejn ikunu ċċelebrati mill-istess Saċerdot; minflok numru ta’ Saċerdoti differenti jistgħu jieħdu sehem fihom.

Aid to the Church in Need (Malta), 35, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt ittieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. VO/2227

JEKK JOGĦĠBOK TABBANDUNAHOMX Fr Kenneth Iwunna, Saċerdot missjunarju, f’kappella ta’ raħal f’Kububa, l-Etjopja

“Grazzi ħafna tal-appoġġ tiegħek... jekk jogħġbok tabbandunaniex...” Dan il-kliem ta’ apprezzament u appell hu ta’ missjunarju Salesjan Taljan li jwettaq il-ħidma fdata f’idejh fid-Djoċesi ta’ Gizo, filPunent tal-Gżejjer Solomon. Hu jirrappreżenta l-vuċi ta’ eluf ta’ Saċerdoti missjunarji oħra li ħallew il-kumdità u s-sigurtà ta’ pajjiżhom u ħaddnu ħajja ta’ sagrifiċċji u perikli – kultant saħansittra sal-mewt – biex jagħtu servizz iddedikat f’isem l-Evanġelju. Dawn il-Missjunarji ħallew kollox biex iwieġbu għas-sejħa tal-Mulej ħalli jieħdu ħsieb tal-merħla u jgħinu lill-poplu ta’ Alla fdat f’idejhom. F’ħafna każi, dawn ikunu komunitajiet foqra li, ta’ kuljum, qed

jissieltu taħt it-toqol tad-diskriminazzjoni, il-persekuzzjoni u t-tbatija, mingħajr m’għandhom lil ħadd għand min jirrikorru, ħlief għand il-Missjunarji Kristjani – l-uniku u l-aħħar sors ta’ tama għalihom. Hu proprju hawnhekk fejn tidħol l-għajnuna li tagħtihom l-Aid to the Church in Need (ACN). L-ACN tappoġġja lil dawn is-Saċerdoti missjunarji bl-offerti talQuddies u b’hekk tipprovdilhom mezzi t’għajxien bażiċi, inklużi fejn jgħixu, ikel, ħwejjeġ, heaters, mediċini, iġjene u mezzi ta’ trasport. Tagħtihom ukoll il-mezz biex jassistu fil-bżonnijiet ta’ dawk ħutna Kristjani li jinsabu fil-kura pastorali tagħhom. Fr Damiano, Saċerdot missjunarju tasSaċerdoti tal-Ispirtu s-Santu (Holy Spirit Fathers) iwettaq il-ħidma fdata f’idejh fil-Malawi fejn is-sitwazzjoni ekonomika

saret aktar akuta minħabba l-Covid-19. Hu spjega kif l-offerti tal-Quddies huma ta’ għajnuna kbira fi żmien bħal dan. Fr Damiano qal: “Il-parruċċani tagħna tilfu ħafna mill-għajxien u d-dħul tagħhom, u ma jistgħu joffrulna l-ebda appoġġ. Hu għalhekk li l-għajnuna tagħkom fil-forma ta’ offerti tal-Quddies hi tant f’waqtha, u apprezzata immens. Din l-għajnuna mhux biss se tkun ta’ benefiċċju għalina, iżda se tħalli wkoll impatt tajjeb fuq l-eluf ta’ persuni li ngħaqdu fil-komunitajiet u l-parroċċi tagħna.” Fil-Gżejjer Solomon, l-Isqof Luciano Capelli jiffaċċja l-isfida kbira li jmexxi madwar 11,000 persuna Kattolika mifruxa f’żona vasta u fuq ħafna gżejjer differenti (hemm madwar 40 gżira). Biex jilħqu lill-poplu t’Alla fuq dawn il-ħafna gżejjer, is-Saċerdoti jkollhom jivvjaġġaw għal ħafna sigħat bid-dgħajsa, u mbagħad,

Jekk tixtieq tibda tirċievi dan il-fuljett id-dar, jekk jogħġbok ibgħat id-dettalji tiegħek b’SMS fuq 7999 9969


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.