8
Il-Ħadd 10 ta’ Lulju, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
BURMA
Sorijiet irabbu l-ħnieżer biex jitimgħu u jedukaw tfal foqra Meta parroċċa fl-Istat ta’ Shan, f’Burma, kellha bżonn il-fondi biex tipprovdi l-ikel u l-edukazzjoni lil 15-il tifel u tifla foqra, sabet soluzzjoni mhux tas-soltu: li tkabbar il-ħnieżer. Xi tfal orfni kienu milqugħa fil-parroċċa u qed jiġu mitmugħa u edukati. Uħud minnhom orfni u oħrajn ġew minn familji foqra f’irħula remoti. Għalhekk il-parroċċa rrikorriet għall-għajnuna tal-Aid to the Church in Need (ACN) biex tibni maqjel ħalli tiġġenera dħul finanzjarju. €72 fix-xahar L-ispiża biex irabbu tmien ħniezer hi ta’ madwar €72 fix-xahar u wara li jkunu trabbew għal diversi xhur, dawn jinbiegħu bi profitt. IlKappillan ta’ parroċċa, Fr Paul, qal li t-tfal “jieħdu pjaċir jieħdu ħsieb” ilmajjali u jgħinu billi jfittxu l-weraq ħalli jitimgħuhom. Bl-għajnuna tal-benefatturi tal-ACN inbena maqjel ieħor u dan qed jgħin biex tiġi ffinanzjata l-edukazzjoni ta’ 39 tifel u tifla f’parroċċa fir-reġjun ta’ Mandalay.
Waħda mis-sorijiet titma l-ħnieżer f’Burma
Il-Kappillan ta’ din il-parroċċa, Fr Julian, kien kommoss b’din l-għajnuna u stqarr: “Aħna verament
inħossu l-imħabba ta’ Ġesù permezz tal-għajnuna tagħkom. Aħna nwegħdu lill-benefatturi t-talb umli
u sinċier tagħna għall-għajnuna u l-appoġġ li se jingħataw lit-tfal foqra li qed nieħdu ħsieb”.
IL-KAMERUN
Għajnuna lil komunitajiet remoti Id-djoċesi ta’ Mamfe, fl-Ilbiċ tal-Kamerun, twaqqfet fl-1999 minn San Ġwanni Pawlu II, Papa. Filbidu kellha biss sitt parroċċi iżda issa n-numru tela’ għal 25 waħda. In-nies huma foqra ħafna u l-Isqof irid jaħdem l-għelieqi biex isostni lilu nnifsu. Id-djoċesi tipprovdi diversi programmi fosthom dawk ta’ Evanġelizzazzjoni, formazzjoni reliġjuża u taħriġ kontinwu. Issaċerdoti u l-operaturi pastorali joħorġu jżuru l-parroċċi biex “iwasslu l-aħbar it-tajba tassalvazzjoni f’kull rokna tad-djoċesi”. Sa ftit ilu kellhom jimxu sigħat sħaħ billi bosta parroċċi setgħu jintlaħqu biss bil-mixi. Id-distanzi f’din id-djoċesi huma kbar ħafna u għalhekk hi sfida kbira biex twassal il-ħidma pastorali qalb il-poplu. Ċerti parroċċi jinsabu 18-il siegħa ’l bogħod. Parroċċi oħra jsibu ruħhom kompletament maqtugħa matul l-istaġun tax-xitwa filwaqt li oħrajn jistgħu jintlaħqu biss biddgħajjes. Barra minnhekk, hemm reġjuni fil-muntanji fejn it-toroq huma perikolużi ħafna. Ħafna mit-toroq mhumiex miksija bil-qatran u
L-Arċisqof Andrew Nkea jivvjaġġa fuq canoo waqt viżta pastorali fid-djoċesi tiegħu dan l-aħħar
mimlija ħofor kbar u fondi. Issaċerdoti għandhom bżonn karozza four-wheel-drive. L-Isqof Andrew Nkea talab l-għajnuna tal-Aid to the Church in Need (ACN). Grazzi għall-ġenerożità talbenefatturi Maltin u Għawdxin u dawk ta’ madwar id-dinja, l-ACN għenet b’għotja għax-xiri ta’ vettura għal dan l-iskop. L-Isqof Nkea esprima l-gratitudni tiegħu “għall-ġenerożità kbira tal-benefatturi, kif ukoll għal dan ir-rigal imprezzabbli u mill-isbaħ għall-ħidma pastorali”.