GWIDA
NRU
05
MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
€1.30
X FACTOR Nitkellmu mal-ġurija
Ixtri l-Gwida u tista’
TIRBAĦ €500 kull xahar!
ITTRA
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
L-ITTRA TAL-EDITUR Ritratt: Jonathan Brincat
Wasalna għall-finali tal-ewwel edizzjoni tal-X Factor u proprju għal dan il-għan qed inwasslu edizzjoni fejn nitkellmu mal-ġurija. Inċidentalment din l-intervista qed toħroġ wara l-agħa kollu li nqala’ wara l-kummenti li Alexandra Alden għaddiet. M’aħniex se nkunu qed nidħlu fuq il-mertu tal-kwistjoni li nqalgħet ma’ Alexandra għax l-iskop ta’ din l-intervista mhux hekk. Peò meta wieħed jaqraha jista’ jifhem iktar l-emozzjoni ta’ kull membru tal-ġurija. Ngħiduha kif inhi, kulħadd uman u Alexandra Alden xejn inqas. Veru li l-programm beda fuq it-televiżjoni f’Ottubru iżda għall-parteċipanti u l-ġurija, il-vjaġġ tal-X Factor beda minn ferm aktar qabel minn hekk.
EDITUR Frederick Zammit DEPUTAT EDITUR Joseph A Cachia EMAIL kolloxgwida@gmail.com SIBNA FUQ FACEBOOK GwidaMag UFFIĊĊJU EDITORJALI, PUBBLIKATUR, UFFIĊĊJU GĦAR-REKLAMAR Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju Mrieħel BKR 3000 SALES MANAGER TAL-PUBBLIKAZZJONI Jessica Spiteri Catania ADVERTISING SALES EXECUTIVE Devania Gatt; Estelle Caruana ADVERTISING SALES COORDINATORS Lindsey Napier, Elena Dimech TEL 21320713 FAX 21320714 STAMPAR Print It PUBBLIKATUR
© Content House 2019 Id-drittijiet huma kollha riservati. Riproduzzjoni tar-rivista jew parti minnha hu pprojbit mingħajr permess speċjali u bil-kitba. L-opinjonijet inklużi fil-GWIDA mhux neċessarjament huma dawk tal-Editur jew tal-Pubblikatur. Minkejja li kull attenzjoni raġjonevoli ttieħdet biex il-magażin ikun korrett u komplut, l-Editur u l-Pubblikatur mhumiex responsabbli għal żbalji u nuqqasijiet fl-artikli, reklamar, ritratti u stampi. GWIDA tkun għall-bejgħ minn kull nhar ta’ Erbgħa.
GWIDA
Bilkemm biss l-auditions bdew ferm qabel u ż-żmien ta’ wara fejn waslu l-fażijiet l-oħra kien perjodu fejn kull membru tal-ġurija, jew aħjar il-‘mentor’ ta’ kull kategorija, kellu ċans isegwi b’reqqa kbira l-iżvilupp u l-progress ta’ kull parteċipant f’dan il-vjaġġ. Fuq it-televiżjoni aħna rajna biss ftit biss minn dak li kien qed iseħħ tassew minn wara l-kwinti. Meta persuna tieħu bis-serjetà l-impenn tagħha bilfors torbot qalbha u nemmen li anki f’dan il-każ, Alexandra hekk għamlet. Ma rajtux ġustifikat il-ħafna kontroversja li nqalgħet. Wara kollox Alexandra esprimiet emozzjoni li ħasset u li dan wera biċ-ċar il-lat uman tagħha. L-ikbar daħka hija kemm nogħxew meta dawn l-affarijiet isiru fuq programmi barranin, fl-istess tip ta’ programm. Imma għax kien fuq programm lokali, malajr waqqajna d-dinja fit-tarf. Hemm bżonn nitgħallmu aktar nippruvaw nifhmu lil dak li jkun. Jien aktar kont noħodha bi kbira li kieku Alexandra jew xi membru tal-ġurija ieħor fis-sitwazzjoni tagħha, ma kien jagħmel l-ebda reazzjoni, jew daqslikieku xejn mhu xejn għax kien ikun insult lejn dawk il-parteċipanti li nqalgħu. Ejja nippruvaw nifhmu lil dak li jkun. Sfortunatament illum il-Facebook sar għodda fejn wieħed mil-ewwel jidhirlu li jista’ jikkritika lil kulħadd u fuq kollox. Dak għax Facebook jgħaddi. Imma mbagħad għal każijiet bħal dak ta’ Alexandra f’X Factor, dak inqisuh bħala dnub li ma jinħafirx. Alexandra u kull persuna fil-pożizzjoni tagħha, qegħdin hemm għall-kritika. Imma jeħtieġ li nibdew nitgħallmu nwieżnu dak li niktbu għax trid tkun fiż-żarbun ta’ Alexandra u l-ġurija li tifhem xi jfisser kull parteċipant. Nitkellmu hekk mhux għax xi wieħed li nifhem f’kollox imma naf sew x’inhuma dawn l-emozzjonijiet minn esperjenzi mgħoddija li kelli fi produzzjonijiet bħall-Isfida, Hotspot u festivals li kont involut fihom. F’kompetizzjonijiet ta’ dawn it-tip, kull eliminazzjoni tibda tfisser stallett f’kull membru tal-ġurija jew nies mit-tim tal-produzzjoni li jkunu għamlu perjodu twil jaħdmu fil-qrib malkontestanti.
NRU
05
Niltaqgħu ġimgħa oħra.
MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
€1.30
X FACTOR Nitkellmu mal-ġurija
Ixtri l-Gwida u tista’
TIRBAĦ €500 kull xahar!
Ritratt: Albert Camilleri
Sibna fuq Facebook: facebook.com/GwidaMag
NOTA DWAR IL-KOMPETIZZJONIJIET FIL-GWIDA Nixtiequ ninfurmaw lill-qarrejja li meta jikkompetu fil-kompetizzjonijiet huwa importanti li jniżżlu l-isem u l-indirizz eżatt kif jidher fuq il-karta tal-identità. L-isponsor tar-rigal għandu dritt li jirrifjuta li jagħti rigal jekk l-isem ma jkunx jikkorrispondi mal-karta tal-identità. Min jirtira premju f’isem ħaddieħor huwa fi dmir li jippreżenta l-karta tal-identità kemm tiegħu kif ukoll tal-persuna li tkun rebħet. Ismijiet u indirizzi li ma jikkorrispondux ma’ dak imniżżel fuq il-kupun rebbieħ ta’ kwalunkwe kompetizzjoni li tidher fil-GWIDA, ma jkunx eleġibbli li jirtira l-premju. 3
F’DIN IL-ĦARĠA
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
X’TISTA’ TIRBAĦ MAL-GWIDA!
STORJA PRINĊIPALI
7
KULL XAHAR
€500 FI FLUS
PAĠNA
13
DIN IL-ĠIMGĦA IKLA GĦAL TNEJN MINGĦAND L’AROMA RESTAURANT
PAĠNA 8
INTERVISTA
€20 MINN GOLD MARKET
PAĠNA 51
KTIEB MOGĦTI MILL-FARAXA, MERLIN U HORIZONS
PAĠNA 50
2 BILJETTI GĦALL- IMDINA DUNGEONS
PAĠNA 51
2 BILJETTI GĦALL- WIRJA KNIGĦT HOSPITALLERS
PAĠNA 51 EUROVISION
PRODOTTI TAL-IKEL B’VALUR TA’ €60 €100 VAWĊER MINGĦAND PRIME MEAT SHOPS
TROBBIJA
41
PAĠNA 57
PAĠNA 59
RIĊETTA
4
15
59
STORJA PRINĊIPALI
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
Ritratti: Albert Camilleri u Daryl Cauchi
LEJN IL-FINALI TAL-EWWEL EDIZZJONI TA’ X FACTOR MALTA Tintervista ROBERTA MAGRI WASALNA FIT-TMIEM TAL-EWWEL STAĠUN TA’ X FACTOR MALTA U MA SETAX JONQOS LI NITKELLMU MAL-ERBA’ ĠURIJA TAL-AKTAR PROGRAMM SEGWIT F’MALTA, HOWARD, IRA, ALEXANDRA U RAY DWAR L-ESPERJENZA TAGĦHOM BĦALA ĠURIJA U ĦSIBIJIETHOM DWAR JEKK WARA KOLLOX INTLAĦQUX L-GĦANIJIET TA’ DAN IL-PROGRAMM. L-ERBA’ ĠURIJA QABLU LI X FACTOR HU L-PJATTAFORMA IDEALI BIEX WIEĦED JESPONI T-TALENT TIEGĦU WAQT LI JIĠI PROVDUT L-GĦODOD KOLLHA NEĊ-ESSARJI BIEX JIŻVILUPPA U JTEJJEB IL-KAPAĊITAJIET TIEGĦU. L-ELIMINAZZJONI HIJA L-AKTAR PARTI DIFFIĊLI LI KELLHOM JIFFAĊĊJAW IL-ĠURIJA GĦALIEX PERESS LI HUMA QATTGĦU ĦAFNA ĦIN JIGGWIDAW LILL-KONTESTANTI SARU JAFUHOM AKTAR FUQ LIVELL PERSONALI LI TAGĦMEL L-ELIMINAZZJONI AKTAR DIFFIĊLI. IŻDA SAĦQU LI L-FATT LI WIEĦED JIĠI ELIMINAT MA JFISSIRX LI GĦANDU JIEQAF HEMM IMMA JKOMPLI JISTINKA BIEX JASAL FEJN JIXTIEQ U FORSI JITTANTA XORTIH FIT-TIENI STAĠUN TA’ X FACTOR.
“Esperjenza mill-isbaħ”
— Howard Keith Debono
Issa li wasalna fil-finali tal-X Factor, kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek bħala ġurija fi programm li hu popolari maddinja kollha? Esperjenza mill-isbaħ, mimlija emozzjonijiet fejn skoprejna talent ġdid li qatt ma konna nafu bih però l-aktar ħaġa li laqtitni kienet id-determinazzjoni tattim kollu biex inwasslu prodott
daqshekk professjonali fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta.
ħar mill-aħħar li jgħodd hu li kellna 12-il finalist mill-aqwa.
Taħseb li X Factor irnexxilu jikkonvinċi lil dawk li kienu xettiċi dwar dan il-programm? Jien persważ li anke dawk li kienu xettiċi dejjem raw il-programm u jibqgħu jarawh. Nifhem ukoll li kien hemm bosta nies li l-format tal-X Factor kien wieħed ġdid għalihom u b’hekk ma’ setgħux jifhmu minn fejn bdejna u sa fejn konna se nispiċċaw. Perfetti ma konniex, imma kulħadd għamilha bil-qalb u fl-aħ-
Meta ġejt f’punt fejn kellek tagħżel minn bejn individwi li fl-opinjoni tiegħek kien hemm potenzjal u livell ta’ talent ugwali, kif irnexxilek tasal għaddeċiżjoni finali? Jien dejjem kont naf li fl-aħħar mill-aħħar ridt nispiċċa bl-aħjar tlett finalisti fil-kategorija tiegħi li setgħu jirbħu l-ewwel X Factor ta’ Malta. Id-deċiżjonijiet, diffiċli kemm huma diffiċli, huma deciżjonijiet li kull ġurija jrid
jieħu bil-viżjoni u l-esperjenza tiegħu. Norbot kollox fuq l-iżjed ħaġa importanti u dik hi li tqanqal il-fantasija, kemm tan-nies u kif ukoll tal-industrija tal-mużika. Taħdem ma’ diversi kantanti li ħafna drabi fejn ikollok rwol importanti matul il-vjaġġ għassuċċessi tagħhom. Kien hemm drabi fejn smajnik tgħid li impressjonajt ruħek b’ċertu talent li skoprejt fil-programm. X’parir tagħti lill-kantanti li Ikompli f’paġna 8
u 7
STORJA PRINĊIPALI t
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
Ikompli minn paġna 7
m’għaddewx għall-aħħar fażi? Li wieħed ma jgħaddix jew jinqala’ mill-voti tan-nies ma jfissirx li triqtu ħa tieqaf hawn, anzi, dak jew dik il-persuna tkun qed tieħu idea reali ta’ kif taħdem l-industrija fir-realtà. B’hekk inħeġġiġhom biex jerġgħu jippruvaw xortihom is-sena d-dieħla.
ir-rwol b’serjetà kbira. Ħassejt li stajt inkun mentor tajba billi nuża s-17-il sena esperjenza fil-mużika. Id-diversi esperjenzi li għext fuq il-palk, kif ukoll f’kollaborazzjonijiet ma’ artisti internazzjonali, tawni viżjoni ċarissima ta’ fejn irrid inwassal l-artisti kollha kif ukoll dawk li issa jinsabu fil-kategorija tiegħi.
“Ħadt dan ir-rwol b’serjetà kbira”
X’inhuma l-ħsibijiet tiegħek dwar kantanti stabbiliti f’X Factor? Taħseb li ċerti kantanti stabbiliti li jixtiequ jirrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision jagħżlu li jieħdu sehem f’X Factor minħabba li hu l-unika pjattaforma f’Malta li jista’ jwasslek għal dan? Le, għalkemm l-X Factor se jġib miegħu l-premju tal-Eurovision, il-biċċa tax-xogħol mhux se tieqaf hawn, anzi, min jirbaħ se
— Ira Losco
Issa li wasalna fil-finali tal-X Factor, kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek bħala ġurija fi programm li hu popolari maddinja kollha? Meta staqsewni biex inkun waħda mill-ġurija ħadt dan
8
jkollu kuntratt ma’ Sony Italia. L- X Factor Malta qiegħed jieħu l-kantanti f’livelli ġodda li qatt ma rajna bħalhom u dawn l-hekk imsejħa premjijiet huma prova ta’ dan. Int li rrappreżentajt lil pajjiżna darbtejn fil-Eurovision għaliex temmen li min jirbaħ X Factor se jkollhom l-kwalitajiet neċessarji kollha biex jirrappreżenta lil pajjiżna? Nemmen li l-X Factor jgħin lill-kontestanti jevolvu f’kull aspett. X Factor huwa spettaklu televiżiv u bla dubju se jgħin lillkantanti fil-Eurovision. Ta’ min wieħed jgħid li l-parteċipanti tal-X Factor jiġu preparati biex jaffaċċjaw sfidi li toffri d-dinja tal-mużika. Festival bħall-Eurovision hu wieħed li trid tkun preparat għalih. Bla dubju, il-
parteċipant li se jirrappreżenta lil pajjiżna se jkollu l-esperjenza li ħa mill-X Factor warajh. Affettwak il-fatt li intom bħala ġurija stajtu tiġu ġudikati u interpretati b’mod żbaljat millpubbliku kif ukoll mill-kontestanti stess? Naħseb li meta tkun f’din ilpożizzjoni se tħabbat wiċċek ma’ ftit minn kollox. Nies li se jaqblu mal-għażla tiegħek,u oħrajn li m’humiex se jaqblu dejjem se jkun hemm. Il-kontestanti u ta’ madwarhom nemmen li għandhom jidħlu għal din l-esperjenza bl-istess attitudni li kull artist għandu jkollu, li hija li qatt ma tieqaf titgħallem fil-karriera u li tisma’ minn min jixtieqlek il-ġid. Peress li din hija Ikompli f’paġna 10
u
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
STORJA PRINĊIPALI t
Ikompli minn paġna 8
kompetizzjoni wkoll kulħadd irid jifhem li rebbieħ jew rebbieħa waħda biss jista’ jkun hemm, allura l-eliminazzjonijiet bilfors iridu jsiru u se jkun hemm min se jkun dispjaċut.
“Artist ta’ veru qatt ma jieqaf jitgħallem’’
— Alexandra Alden
Issa li wasalna fil-finali tal-X Factor, kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek bħala ġurija fiprogramm li hu popolari maddinja kollha? L-esperjenza ta’ ġurija f’X Factor ċertament li wasslitni biex niskopri ħafna talenti moħbija f’Malta u huwa eċċitanti li tara dawn it-talenti jisbqu u jiffjorixxu fuq il-palk kif ukoll minn wara l-kwinti. Kont naf li x-xogħol li tieħu ħsieb artist hu ta’ responsabbiltà kbira, l-istess bħal meta tkun qed tgħallem, għaliex jien għalliema tal-mużika wkoll, imma li tkun trid tagħmel dan ix-xogħol fuq limitu ta’ żmien definittivament iżid pressjoni fuq il-proċess kollu. Dan jaħdem favur uħud li jkunu aktar lesti u preparati biex jaħdmu taħt pressjoni, tant li dan il-fatt iġegħilhom jaħdmu aktar b’enerġija, li juri kemm huma kapaċi jaħdmu f’industrija tant impenjattiva u kompetittiva. Dawk li rnexxilhom jaslu salfinali huma diġà f’livell tajjeb ħafna, iżda m’hijiex raġuni biex isserraħ moħħok u tieqaf taħdem. Artist ta’ veru qatt ma jieqaf jitgħallem u dejjem ikun hemm fejn tista’ titjieb. Artist irid ikun kapaċi jara dan fih innifsu u jirrifletti fuq ix-xogħol tiegħu b’mod kostruttiv. Ksibt is-suċċessi tiegħek bħala artista partikolarment fl-Olanda fejn tgħix bħalissa. Int kif tara lqasam mużikali jevolvi f’Malta? Kif tħoss li X Factor jista’ jgħin fl-evoluzzjoni mużikali? Il-mod kif naraha jien naħseb li f’Malta hawn ħafna talent kif 10
fil-fatt wera tajjeb X Factor, iżda mhux jingħata l-pjattaforma ttajba biex jidher jew jiżviluppa. X Factor irnexxilu jipprovdi din il-pjattaforma fuq livell nazzjonali enormi, bi premjijiet meraviljużi fl-aħħar li kull artist ikun jixtieq jakkwista. Naħseb li dan jipprovdi għan kbir għall-mużiċisti li jistinkaw lejn direzzjoni b’distanza li tista’ tintlaħaq. Naturalment l-aspett tal-kompetizzjoni huwa wkoll realistiku. Naħseb li X Factor jagħmel xogħol tajjeb biex jikkonċentra d-dinamiċi kollha tal-industrija tal-pop f’format diġestibbli ħafna li jinftiehem u li juri li fl-aħħar mill-aħħar, ix-xogħol iebes tal-kompetizzjoni jista’ jkun ukoll ta’ gost. Madankollu, nemmen li hemm modi oħrajn importanti għall-artist biex jiżviluppa. Touring huwa parti
importanti mill-istil ta’ ħajja ta’ mużiċist. Fil-fatt, li tkun mużiċist hija għażla ta’ stil ta’ ħajja. Is-sorsi ewlenin biex jiżviluppa artist jiġu permezz tat-touring, kitba ta’ kanzunetti, tagħlim u kollaborazzjonijiet fost oħrajn. Kwalunkwe xogħol relatat malmużika li wieħed jista’ jieħu interess fih huwa sors għallartist biex isostni l-għan ewlieni tiegħu, li jagħmel l-arti. Importanti li madwarek ikollok nies li jissapportjaw u jemmnu sew flaspetti tal-arti ta’ dak li qiegħed tagħmel bla aġenda moħbija. Taħseb li l-pubbliku Malti inġenerali jaċċettaha kritika kostruttiva? Minn din l-esperjenza stajt ninnota li l-pubbliku mhux dejjem jirreaġixxi tajjeb għal kritika kostruttiva. Madankollu naħseb li l-pubbliku Malti qed jidra ak-
tar dan il-fatt. Kulħadd jibża’ li jiġi umiljat pubblikament, imma ċertament li dan mhux qiegħed isir f’X Factor. Jien infaħħar fejn hu dovut u neċessarju li nagħti spinta lill-artist. Min-naħa l-oħra l-kritika tiegħi hi onesta u kostruttiva u mogħtija bl-aħjar intenzjonijiet. Il-ġurija kollha nies li għandhom esperjenza u kwalifiki u li ilhom jaħdmu fl-industrija għal numru ta’ snin, jitpoġġew hemm għal raġuni. Jekk jingħata kumment, jingħata għal raġuni. Madankollu, naqbel li parir huwa biss parir. Trid tafda l-istint tiegħek ukoll fi kwalunkwe każ. Il-ġurija huma dejjem miftuħa għal dibattitu u diskussjoni. Għalija m’hemmx ħażin u tajjeb. Ikompli f’paġna 12
STORJA PRINĊIPALI
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
Ikompli minn paġna 10
Kulma rrid nagħmel hu li ngħin lill-artisti jkunu l-aqwa artisti li jistgħu jkunu. Jekk il-kummenti tiegħi jħallux impatt fuqhom m’hijiex ir-responsabbiltà tiegħi, xi kultant tista’ tolqot lil xi ħadd u xi kultant le. Qiegħda hemm biex b’xi mod noħloq reazzjoni, li tista’ taqbel jew ma taqbilx, jew taħseb dwarha. Għalija r-riflessjoni hija parti importanti millproċess kreattiv. X Factor laħaq l-aspettattivi li kellek fil-bidu meta ġejt avviċinata biex tkun ġurija? Jien dħalt għal din l-esperjenza mingħajr l-ebda aspettattiva kif nagħmel għal ħafna affarijiet oħrajn f’ħajti. Nemmen biss f’ħafna xogħol li bosta drabi jkun iebes u f’ammont ġeneruż ta’ xorti, forsi anki li nkunu kapaċi nagħrfu sinjali sottili mill-univers ukoll xi drabi. Naħseb li X Factor irnexxielu bil-kbir jikseb suċċess fl-għanijiet tiegħu li jfittex talent ġdid u jipprovdi l-għodod u l-elementi meħtieġa għas-suċċess u t-tkabbir. Il-bord tal-ġurija hu bbilanċjat u waqt li 12
xi drabi ma naqblux ma xulxin, insibu mod kif nifhmu l-opinjonijiet ta’ xulxin u dan huwa importanti ħafna meta taħdem f’tim. X Factor irnexxielu jagħmel parti mill-istorja tat-televiżjoni Maltija u anki x’aktarx jagħmel listorja tal-mużika Mal-tija wkoll. Onestament ħerqana għat-tieni staġun.
“L-aktar parti diffiċli hi li titlef il-kontestanti tiegħek’’
— Ray Mercieca
Issa li wasalna fil-finali tal-X Factor, kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek bħala ġurija fi prog-ramm li hu popolari maddinja kollha? Għalija qisni mort fl-aqwa theme park tad-dinja u nipprova kull ride, imbagħad nistaqsi lili nnifsi liema rides nixtieq li nerġa’ nirkeb. Hi esperjenza sabiħa ta’ roller coaster, iżda l-aktar parti diffiċli hi li titlef il-kontestanti
tiegħek. Qisek bħal meta tmur l-ajruport u tinfired minn ħbieb għeżież li magħhom irbatt qalbi matul dan il-vjaġġ. Ksibt diversi suċċessi matul il-karriera mużikali tiegħek. Kemm tħoss li sar progress filqasam mużikali f’pajjiżna? Int tħoss li X Factor hu parti minn dan l-iżvilupp? X Factor ġab nifs ġdid ta’ arja friska fix-xena tal-mużika Maltija. Skoprejna talent ġdid waqt li rnexxielna naħdmu wkoll ma’ wħud stabbiliti. Kienet esperjenza merav3iljuża li naraw it-trasformazzjoni u kif ukoll nirrealizzaw li anki wħud millaqwa kantanti jistgħu jinbidlu, għall-aħjar ovvjament. Kburin ħafna bl-artisti kollha għaliex irnexxilhom jilqgħu l-isfidi kollha mogħtija lilhom. X’kien li impressjonak l-aktar minn X Factor? Bħal kull spettaklu live ieħor, xejn ma jista’ jseħħ mingħajr nies professjonali wara l-programm, speċjalment programm
bħalma hu X Factor. L-aktar li impressjonani kien il-mod kif il-produtturi u kull persuna involuta jagħmlu ħilithom biex itejbu u jagħmlu l-affarijiet aħjar kull darba. Dawn in-nies jaħdmu sigħat twal bla waqfien u dejjem jiksbu l-għanijiet bi professjonaliżmu. Impressjonat ukoll bil-fatt li għalkemm produzzjoni bħal din hi tassew stressanti, dawn in-nies dejjem jirnexxilhom ipoġġu tbissima fuq wiċċhom. Ninża’ l-kappell għalihom kollha. Minn dak li rajt u smajt, taħseb li wħud mit-talenti ġodda li skoprejna f’X Factor se jwasslu biex jiżviluppaw f’artisti kbar, inkluż minn dawk li m’ għaddewx għall-aħħar fażi? Fl-industrija tal-mużika qatt ma tista’ tgħid min se jikseb jew min jista’ jikseb suċċess u fama internazzjonali imma kollox possibbli meta tkun fuq pjattaforma enormi bħal X Factor. Kif jgħid Simon Cowell, l-X Factor joħloq superstars. Jien aktar minn ċert li dan huwa fatt.
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
KOMPETIZZJONI
Kulma trid tagħmel biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni u tidħol fiċ-ċans li tirbaħ il-premju hu li: (1) Taqta’ din it-tielet parti tal-istampa li qed tidher fuq il-lemin. Imbagħad trid tgħaqqad flimkien magħha l-istampa l-oħra li se tidher fil-ħarġa li jmiss u ż-żewġ partijiet tal-istampa li dehru fil-ħarġiet tal-GWIDA numru 3 u 4. Dawn iridu jitwaħħlu fuq il-kupun li kien stampat fil-ħarġa tal-GWIDA numru 3 f’paġna 52.
(2) Tirrispondi l-mistoqsija li dehret fuq dan il-kupun fil-GWIDA numru 3 f’paġna 52.
It-tielet parti tal-istampa
IMPORTANTI: Il-kupuni għandhom jintbagħtu biss meta jkunu dehru l-erba’ stampi li jiffurmaw l-istampa sħiħa.
Ibgħat il-kupun komplut f’dan l-indirizz sal-5 ta’ Marzu 2019 GWIDA, Kompetizzjoni €500/Frar, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Mrieħel BKR 3000.
13
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
INTERVISTA Ritratt: Jean Carl Vella
KULL KARATTRU GĦANDU L-ISTORJA TIEGĦU Tintervista ROBERTA MAGRI
NITKELLMU MAL-ATTUR FABIAN SCERRI DE CARLO LI BĦALISSA QED JINTERPRETA L-KARATTRU TA’ LIAM FI ĦBIEB U GĦEDEWWA. FABIAN, MAGĦRUF L-AKTAR GĦALL-KARATTRU LI JINTERPRETA TA’ GAWDENZ, KARATTRU LI GĦALIH IFISSER ĦAFNA. FLIMKIEN MIEGĦU MMORRU LURA GĦAL XI KARATTRI LI INTERPRETA U L-ESPERJENZI MEMORABBLI LI KELLU FIL-KARRIERA TIEGĦU MATUL IS-SNINFOSTHOM KRISTU TAL-KERREJJA U VITTMI. DAN TAL-AĦĦAR KIEN WIEĦED SPEĊJALI GĦAL FABIAN U KULL MIN ĦADEM FIH MINĦABBA L-FATT LI KIEN L-AĦĦAR XOGĦOL MILL-PINNA TA’ LINO GRECH. FABIAN JGĦIDILNA LI LINO GRECH KIEN STRUMENTALI FIT-TISĦIĦ GĦAX-XOGĦOL TEATRALI U TELEVIŻIV U LI MIN-NAĦA TIEGĦU SE JIBQA’ JGĦOŻŻ KULL MUMENT LI KELLU X-XORTI JQATTA’ MIEGĦU.
Fabian, fir-raba’ staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa sirna nafu l-karattru li qiegħed tinterpreta, dak ta’ Liam. Kif kienet din l-esperjenza s’issa għalik? Fi Ħbieb u Għedewwa qed ninterpreta l-parti ta’ Liam, karattru għal qalbi u dan għaliex joffri sfida fejn naraw lil Liam bħala raġel tal-familja, seren, umli u eżemplari, li għalkemm jisfa vittma ta’ komplott, jibqa’
jżomm sod sabiex iħares l-interess tal-familja. Liam li hu misterjuż u aggressiv sforz ta’ piż li jġorr mill-imgħoddi u narawh ukoll isib diffikultà kbira biex jinsa l-passat u jibda kapitlu ġdid fil-ħajja tiegħu u forsi jikseb is-serenità u l-paċi. Kull karattru għandu l-istorja tiegħu għaliex l-ebda wieħed m’hu l-istess. Nista’ ngħid li qed nieħu gost ninterpreta dan il-karattru, esper-
jenza pożittiva fejn tlaqqgħek ma’ bosta ħbieb antiki kif ukoll ma’ xi atturi ġodda. Tista’ tagħtina ħjiel dwar kif se jkomplu jiżvolġu l-karattru ta’ Liam? Fuq kif se jiżvolġi l-karattru ma tantx nista’ nelabora u r-raġuni hija waħda evidenti, però nista’ ngħid li se jkun ferm interessanti.
Kull karattru għandu l-istorja tiegħu għaliex l-ebda wieħed m’hu l-istess Ċertament li l-aktar karattru li int magħruf għalih hu dak ta’ Ikompli f’paġna 16
u 15
INTERVISTA t
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
Ikompli minn paġna 15 Gawdenz Bilocca
Ritratti f’din il-paġna: Jason Axisa
“Fenomenu u misteru ta’ Gawdenz hu li jirnexxilu jinftiehem minn kulħadd” Gawdenz Bilocca. Xi jfisser għalik dan il-karattru? Gawdenz ifisser ħafna għalija, u jkolli nammetti li hu l-aktar karattru li tani taħlita ta’ emozzjonijiet. L-akbar sodisfazzjon personali hu l-esperjenzi ta’ ħafna familji bit-tfal, adulti u anzjani li jwaqqfuni u jirringrazzjawni għax fl- aktar mumenti diffiċli, Gawdenz irnexxilu jnessihom ftit mill-imrar li taf toffri l-ħajja u jnisslilhom tbissima. X’hemm isbaħ minn hekk ma nafx. Fenomenu u misteru ieħor ta’ Gawdenz hu li jirnexxilu jinftiehem minn kulħadd, anke minn min qatt ma kellu reazzjoni għal xejn minħabba xi kundizzjoni. Fisser ukoll uġigħ u taqtigħ il-qalb, riżultat tal-għira. Iżda fuq nota pożittiva, bla dubju, is-sodisfazzjon u l-ferħ li tani dan il-karattru jissupera dan kollu.
Flower: karattru li kien jidher fi sketches qosra f’Xarabank u f’The Entertainers
16
Hemm xi pjanijiet għal aktar proġetti bħal dan? Iva, la kien suċċess ma narax għalfejn għandna nieqfu hawn. Minbarra Gawdenz, liema karattri li interpretajt huma l-aktar għal qalbek? Fost il-ħafna karattri li interpretajt wieħed li baqa’ għal qalbi hu l-karattru tal-Foqri fi Kristu tal-Kerrejja għaliex fih kelli ninbidel kompletament, kemm fid-dehra, kemm fl-għemil kif ukoll fl-imġiba. Inħobb ħafna nidħol fid-dettall biex il-karattru joħroġ kemm jista’ jkun perfett. Pereżempju jekk il-karattru jkun jirrikjedi d-daqna nibda nkabbar tiegħi u mhux se nikkuntenta b’hairpiece. Niftakar li għal dan il-karattru kont ukoll kellimt dentist biex nara jekk hux possibbli nagħ-mel cover fuq sinna biex tiġi tidher sinna tad-deheb. Kont ukoll xtrajt qomos ikkuttunati biex nidher eħxen, tant li kien hemm ħafna mit-telespettaturi li baqgħu m’għarfunix. Dan huwa ta’ sodisfazzjon kbir. Naf li s-sensiela Vittmi hi għal qalb kull min kien involut fiha għar-raġuni li l-moħħ warajha kien Lino Grech u kienet ix-xewqa tiegħu li ssir fuq itteleviżjoni. X’kien ifisser il-fatt li rnexxilkom twettqu l-aħħar xewqa li kellu? Vittmi jfisser ħafna għalija u nħossni ferm onorat li ġejna fdati bl-aħħar sensiela mill-pinna ta’ Lino Grech u li Frederick Camilleri rnexxilu jkompli b’mod impekkabbli biex b’hekk kellna s-sekwenza tiegħu Vittmi 2.
Għaliex taħseb li baqa’ tant maħbub min-nies matul issnin? Naħseb li kulħadd għandu l-problemi personali u s-salib tiegħu xi jġorr u għalhekk dak li jkun ma jkunx jixtieq ikompli jżid mad-dwejjaq tiegħu. Għalhekk ifittxu dik ix-xi ħaġa pożittiva u li hi ta’ benefiċċju għas-saħħa. Kif ukoll għax innies fl-aħħar mill-aħħar tidħak trid, mhux hekk? Dan is-sajf sar vidjow fejn minkejja li hu umoristiku iżda juri lil Gawdenz jagħti d-demm. Ovvjament l-iskop hu li jħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħtu d-demm li nafu kemm ikun hawn il-bżonn għalih. Taħseb li vidjows ta’ dan it-tip huma aktar influwenti fuq kwistjonijiet daqstant impor-
ta’ rispons li rċevejna fuq dan il-vidjow, ntgħoġob ħafna u l-messaġġ wasal bi tbissima wkoll.
tanti u b’hekk il-messaġġ jasal aktar? Bla dubju ta’ xejn il-promozzjoni biex inħeġġu l-poplu biex jagħti d-demm, kif ukoll l-għarfien
biex wieħed jifhem kemm hu meħtieġ u prezzjuż hija importanti,u għalkemm sar ħafna avvanz, qatt m’huwa biżżejjed. Kont sorpriż bl-ammont kbir
Vittmi tani taħlita ta’ emozzjonijiet. Dispjaċir kbir li Lino Grech ma laħaqx jara l-aħħar xogħol tiegħu fuq it-TV. Sodisfazzjon kbir li ġejt fdat waħda mill-partijiet prinċipali li kienet tirrikjedi Ikompli f’paġna 19
u
INTERVISTA
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
Ikompli minn paġna 16 telespettaturi jkollhom taħlita ta’ drama/programmi msejsa fuq ideat ġodda.
“L-aktar ħaġa li tagħmilni kuntent hija l-imħabba, l-għaqda tal-familja u l-ħbieb tal-qalb”
Int missier ta’ tnejn. Kif inhi rrelazzjoni tiegħek magħhom? Ixxurtjat li ngawdi minn relazzjoni tajba ħafna kemm mat-tifla Kelly li issa għandha 18-il sena kif ukoll mat-tifel Kyle li għandu 11-il sena. Mhux qed ngħidlek li naqblu f’kollox u li ma jkollniex diżgwid, iżda nemmen ħafna blimportanza li kemm jista’ jkun u fejn dejjem hu possibbli, titkellem u tipprova tifhem biex tasal għal kompromess. Nipprova nsib bilanċ bejn id-dixxiplina u li nkun dejjem hemm għalihom filwaqt li nurihom u ngħidilhom li nħobbhom spiss.
sfida u riċerka intensiva. Sensiela attwali li ġġibek wiċċ imb wiċċ mar-realtà tal-ħajja, b’messaġġ qawwi fuq l-importanza biex ngħożżu u nibżgħu għal waħda mill-akbar rigali, il-familja. F’Vittmi flimkien ma’ Daniel Borg Carbott, kont ukoll produttur u direttur u għalhekk s-sensiela kienet tinvolvi wġigħ ta’ ras kemm, locations, kast, skedi, eċċ. U wkoll ħafna ħinijiet twal ta’ filming, sigħat twal maleditur, eċċ. Produzzjoni ferm għal qalbi u li ntgħoġbot minn eluf kbar li segwewha. Kif tiddeskrivi lil Lino Grech u liema huma l-isbaħ memorji miegħu li tibqa’ tgħożż? Lino Grech kien strumentali fit-tisħiħ tax-xogħlijiet teatrali u televiżivi, direttur, attur u kittieb bravu mmens. Raġel umli u li kellu għal qalbu l-familja. Il-kitba tiegħu kienet dejjem nadifa u minsuġa tajjeb, fejn kien jirnexxilu jbikkik u jlissinlek tbissima fl-istess waqt. Jekk wieħed jifli l-kliem tiegħu bir-reqqa jifhem ilmessaġġ li dejjem kien ikun irid iwassal, messaġġ fejn ngħożżu l-isbaħ il-valuri li toffri l-ħajja. Ma nistax ngħidlek liema hu l-aktar mument li ngħożż ma’ Lino għax
nibqa’ ngħożż kull mument li kelli x-xorti nqatta’ miegħu. Kif bdejt il-karriera tiegħek ta’ attur? Bdejt il-karriera tiegħi madwar Ritratt: Stephen Buhagiar
Bħala Il-Foqri fi Kristu tal-Kerrejja
Kull nhar ta’ Ħadd, mill-ġurnata li twieldu, tieħu ritratt tat-tfal u tiżviluppahom. Hi tradizzjoni li bdejtha mat-tifla peress li hi l-ikbar mill-etá u komplejtha mat-tifel. Kif ġiet f’moħħok din l-idea? Issa li qed jikbru, għadha possibbli li titkompla din it-tradizzjoni? Kienet ġietni f’moħħi meta twieldet it-tifla Kelly. Twieldet il-Ħadd u bħal kull ġenitur kont ħadtilha xi ritratti, u ma nafx kif iddeċidejt li nibda noħdilha ritratt kull nhar ta’ Ħadd … u hekk għamilt. 30 sena ilu, l-iskola tad-drama MTADA. Dak iż-żmien kienet ferm aktar impenjattiva għaliex kienet erba’ darbiet fil-ġimgħa. Wara seba’ snin iggradwajt u minn hemm ma ħaristx lura. Ħadt sehem f’bosta produzzjonijiet teatrali, televiżivi u fiċċinema lokali. F’Baħar Wieħed, Simpatiċi, Ipokriti, Kristu talKerrejja, Tgħanniqa, Gawdenz, u Vittmi huma wħud minnhom. Issa fi Ħbieb u Għedewwa.
Ovvjamnet komplejt din it-tradizzjoni mat-tifel Kyle. S’issa għadha possibbli u x-xewqa tiegħi hi li fejn nieqaf jien ikomplu huma u forsi tibqa’ tintiret ukoll. Tirrikjedi mpenn u dedikazzjoni għax trid tiżviluppa r-ritratti ta’ kull ġimgħa u torgan-izzahom f’ordni, f’album. Album imprezzabbli u dan għaliex meta tiftħu tara l-istorja ta’ ħajtek miġbura f’album.
Fejn tħoss li hemm il-bżonn li nirranġaw għall-aħjar f’dan il-qasam? Għalkemm sar progress f’dan il-qasam,naħseb li fadal ħafna xi jsir. Kieku kulħadd jingħata ċ-ċans, speċjalment għal produzzjonijiet televiżivi, it-
X’jagħmlek l-aktar kuntent? L-aktar ħaġa li tagħmilni ħafna kuntent hi l-imħabba, l-għaqda tal-familja u l-ħbieb tal-qalb. Ir-rispett li għandu jkun dejjem reċiproku, is-saħħa, serħan tal-moħħ u paċi fil-qalb. Xejn aktar. 19
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
ikompli minn paġna 18
Ritratt: Cliff Lipson & CBS
t
TELEVIŻJONI
GĦAL DARB’OĦRA BEAUTIFUL TITLEF LIL THORNE Minn FREDERICK ZAMMIT WARA SENA LI TFAĊĊA B’WIĊĊ ĠDID, IL-KARATTRU TA’ THORNE FORRESTER SE JERĠA’ JISPIĊĊA MIS-SOAP OPERA THE BOLD & THE BEAUTIFUL LI F’DAN L-ISTAĠUN TKOMPLI TIXXANDAR B’SUĊĊESS FUQ CANALE 5. L-AĦBAR ĦASDET L-ELUF TA’ FANS TA’ DIN IS-SENSIELA MADWAR ID-DINJA. IŻDA ISSA X’INHU L-FUTUR TA’ THORNE FI BEAUTIFUL? ID-DEĊIŻJONI LI MA JIBQAX JAGĦMEL PARTI MILL-KAST TAS-SENSIELA ĠIET PROPRJU MIN-NAĦA TAL-ATTUR LI KKONFERMA T-TLUQ TIEGĦU PERMEZZ TALMEZZ SOĊJALI INSTAGRAM WARA LI BDEW JINXTERED L-GĦAJDUT LI HU TNEĦĦA MIS-SENSIELA. ĦAFNA FANS ĦASSEWHOM URTATI LI DAN IL-KARATTRI, LI ILU FIS-SENSIELA MILL-BIDU NETT FL-1987, GĦAL DARB’OĦRA SE JKUN QED JISPARIXXI.
Iżda Rademacher ammetta li kien hu stess li ddeċieda li ma jġeddidx il-kuntratt tiegħu. Wara li għarraf lill-producers b’dan, issa bdew il-preparamenti biex hu jiffilmja l-aħħar xeni tiegħu biex jixxandru fuq it-televiżjoni Amerikana ftit talġimgħat oħra. Min isegwi fuq Canale 5 fadallu ftit xhur oħra jgawdi mill-preżenza ta’ dan l-attur f’dan il-karattru maħbub minn ħafna. “Kienet sena sabiħa ħafna u nixtieq nirrimgrazzja lill-producer Bradley Bell għall-fiduċja li kellu fija,” stqarr l-attur li daħal filkarattru lejn tmiem l-2017 wara
li l-produzzjoni għażlet li tfittex attur ieħor f’din il-parti flok ma reġgħu għajtu lura lill-attur Winsor Harmon. L-ewwel Thorne Forrester deher fis-sensiela fil-bidu tagħha fl-1997 sal-1989 u kien interpretat minn Clayton Norcross. Bejn l-1989 u l-1996 il-parti ħadimha Jeff Trachtha u bejn l-1996 u l-2016 il-parti ħadimha Winsor Harmon, li sena wara, meta sar jaf li flok għajtulu lura, huma kienu għażlu li jikkuntrattaw lil Rademacher, kien esprima d-diżappunt tiegħu permezz ta’ Twitter li ma kinux avviċinawh.
Ħafna fans kienu lmentaw malproduzzjoni iżda d-deċiżjoni kienet meħuda. Żgur li ħadd ma kien jistenna li sena wara, kellu jkun l-attur innifsu li jiddeċiedi li ma jkomplix f’din il-parti. Għalkemm Rademacher żied jgħid li ma jeskludix il-possibbiltà li ’l quddiem jerġa jidħol f’din il-parti, ir-reazzjoni talfans kienet differenti hekk kif esprimew it-tama tagħhom li issa l-produzzjoni ta’ The Bold & The Beautiful terġa’ tibgħat għall-attur Winsor Harmon. Diversi ġurnalisti bagħtu mistoqsijiet lill-kumpanija li tipproduċi
Ingo Rademacher għażel li ma jġeddidx il-kuntratt The Bold & The Beautiful iżda s’issa l-kelliema tagħha ma ħarġu l-ebda stqarrija dwar il-futur tal-karattru. Minflok kien Rademacher li żied li t-tluq tiegħu mis-sensiela hu wieħed seren u li ħerqan biex jara din is-sena l-ġdida x’opportunitajiet se ġġib magħha. The Bold & The Beautiful jixxandar fuq Canale 5 u fuq La5. 21
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
TELEVIŻJONI
AKTAR PROGRAMMI X’TARA DIN IL-ĠIMGĦA ĦADD GĦALIK
AQRA BI LSIENEK
TVM f’12.10 Il-Ħadd 27 ta’ Jannar
ONE fl-22:00 It-Tnejn 28 ta’ Jannar Ritratt: Alenka Falzon
Ritratt: The Fotografer, Fgura
Edizzjoni b’din it-tema ta’ Ħadd Għalik ġieli sar imma tant kemm ikollhom talbiet mingħand it-telespettaturi biex jerġa’ jkunhemm xi ieħor bħalu li bilfors jispiċċaw ikollhom jerġgħu jagħmluh. Is-suġġett huwa dak dwar l-għarajjes kontra l-kunjati tagħhom. Naturalment ma jistax jonqos li jkun tassew programm imqanqal sew u nistennew u naraw x’se jiġri waqt it-trasmissjoni.
Ruth Frendo se tintervista lil Marco Cremona dwar il-ktieb Sal-Quċċata tal-Everest, li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 fil-kategorija Riċerka Bijografika u Storjografika. Il-ktieb isegwi lil Cremona minn meta beda joħlom li jkun fost l-ewwel Maltin li qatt telgħu fuq il-muntanja tal-Everest sakemm il-ħolma tiegħu saret realtà. Aqra Bi Lsienek hu megħjun millKunsill Malti għall-Arti — KulturaTV.
MINN JUM GĦAL JUM
MILL-QARĊILLA SAS-SALIB
TVM2 fil-17:30 It-Tnejn 28 ta’ Jannar
TVM fl-22:05 Il-Ħamis 31 ta’ Jannar
Elaine titkellem ma’ Stephania Dimech Sant, is-CEO tar-Richmond Foundation, ma’ Pauline Dimech u Fr Renè Camilleri li huma l-mistiedna residenti tal-programm. Is-saħħa mentali hija bżonjuża għall kull bniedem u hija tbatija kbira għal persuna li tkun għaddejja minn xi problema mentali. Fil-fatt fl-istudjo se jkun hemm persuna li tagħti l-esperjenza tagħha. Hija għadha fl-aħjar ta’ ħajjitha imma ilha tbati minn kundizzjoni mentali.
Fil-programm li jmiss se nżuru l-imħażen ta’ Tonio Scerri fil-Marsa. Hemm naraw id-diversi voluntiera fid-dipartimenti rispettivi tagħhom bħal inkartar, żebgħa, dawl, ħadid u njam li taħt il-gwida tal-leader bil-mod il mod jibnu l-karru ta’ din is-sena. Jitkellmu magħhom dwar l-esperjenza tagħhom fil-Karnival. Wara mmorru il-Belt fejn nassistu għas-sessjoni tal-provi taż-żfin marbut ma’ dak il-karru.
UMANI TVM fil-17:00 Is-Sibt 2 ta’ Frar Umani tal-lum jittratta ġgant Malti tal-umanità, Patri Dijonisju Mintoff li għandu 88 sena. Il-ġurnalista Maria Muscat se twassal l-istorja ta’ Patri Mintoff li għadda minn ħafna xkiel iżda li baqa’ tarka tal-umanità, tarka tal-batut u dak li għandu bżonn leħen. Patri Mintoff ilu kważi 50 sena li waqqaf il-Laboratorju tal-Paċi, monument ħaj ta’ Papa Ġwanni XXIII. Umani għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Maria Muscat b’direzzjoni ta’ Lizio Farrugia. 22
TELEVIŻJONI
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
Ritratt: The Foto Grafer
ARANIISSA ŻAR IL-KONTINENTI KOLLHA BIEX IFERRAĦ LILL-MALTIN TISTA’ TGĦID LI TUL DAWN IT-13-IL SENA TA’ TRASMISSJONI ARANIISSA ŻAR IL-KONTINENTI KOLLHA SABIEX IFERRAĦ LIL MALTIN U GĦAWDXIN LI JISTĦOQQILHOM. U HUWA TASSEW MINNU LI, HUMA FEJN HUMA, IL-MALTIN JIBQGĦU DEJJEM NIES TA’ QALB KBIRA LI JIFTĦU L-BIBIEN TA’ QALBHOM BERAĦ GĦAL FAMILTHOM U DAWK GĦEŻIEŻ GĦALIHOM. Tista’ tgħid li Joseph Chetcuti mat-tiim tiegħu daru kull rokna tad-dinja sabiex jaqtgħu x-xewqa ta’ eroj siekta li minn ġewwa l-kwiet ta’ darhom jagħtu lilna lkoll eżempju b’ ħajjithom u għemilhom. L-istorja ta’ Giorgia u l-familja Mckay mhijiex eċċezzjoni. Żgur li tiftakru meta Joseph Chetcuti ta sorpriża lil Giorgia - armla ta’ 83 sena li Araniissa kien se joħodha l-Amerika sabiex ilaqqagħha ma’ ħutha li kienet ilha ma tara ’l fuq minn 70 sena! Tiftakru meta għall-ewwel Giorgia ma riditx titlaq minn Malta għaliex minkejja x-xewqa kbira li kellha xorta waħda kellha dubji serji kemm li ma tħallix lil familtha hawn Malta u kif ukoll minħabba raginijiet tas-saħħa tagħha. Joseph Chetcuti dam hafna sabiex fl-aħħar ipperswadha lil Giorgia sabiex ma titlifx oppor-
Araniissa tas-Sibt 2 ta’ Frar fuq ONE L-istorja ta’ Joseph u l-mara tiegħu Sharon ikoll se tkun waħda sabiħa hekk kif din il-koppja daħlet b’ruħha u b’ ġisimha għall-isfida sabiex tonqos mill-piż. Tgħid ser jirnexxilha din il-koppja? Dan u aktar fil-programm Araniissa ta’ nhar is-Sibt li gej. tunità bħal din u li għal darba f’ għomorha taħseb fiha nnifisha. Hekk ġara ftit ġimgħat wara meta Giorgia, Joseph Chetcuti u t-tim ta’ Araniissa kienu fuq l-ajruplan sabiex din il-laqgħha tant kommoventi bejn l-aħwa sseħħ. Nistgħu ngħidulkom li kienu xeni kommoventi ferm meta ħut Giorgia baqgħu jħarsu lejha b’għageb u b’sorpriża kbira.
Kienu mumenti wkoll ta’ qsim il-qalb meta wieħed minn ħutha ma setax jagħrafha. Ma tistgħux timmaginaw il-ħlewwa ta’ Ċettina hekk kif bdiet tmelles il-wiċċ ta’ dan ħuha l-għażiż li kienet u għadha tħobbu mmens u l-kliem ħelu li ħareġ minn fommha biex issabbru. Mumenti tassew emozzjonanti ’l bogħod mill-gżejjer tagħna gewwa Detroit.
Hemm premjijiet li tistgħu tirbħu mal-programm dejjem jekk tidħlu fuq il-Facebook ta’ Araniissa u tagħmlu Like u Share. Hemm rigali millBow & Ribbons, Virtù Ferries, ikliet mingħand Catch & Co tal-Valletta Waterfront, Centro Casalinga u l-premju stilla ta’ €3,000 vawċer mingħand Choices ta’ Gwardamangia u bosta rigali oħra. 23
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
TELEVIŻJONI
Ritratt: Andres Putting
DARE TO DREAM:
LEJN IL-EUROVISION Minn FREDERICK ZAMMIT
HEKK KIF BEDA L-VJAĠĠ LEJN L-64 EDIZZJONI TAL-EUROVISION SONG CONTEST LI SE JITTELLA’ FL-14, IS-16 U T-18 TA’ MEJJU, FUQ TVM MIT-TNEJN SALĠIMGĦA QABEL L-AĦBARIJIET TAT-20.00 SE TIBDEW ISSEGWU AĠĠORANMENTI DWAR DAK KOLLU LI QED JIĠRI FIX-XENA TAL-EUROVISION, LI DIN IS-SENA SE JSIR F’TEL AVIV FL-IŻRAEL, WARA LI S-SENA L-OĦRA DAN IL-PAJJIŻ REBAĦ IL-EUROVISION PERMEZZ TA’ TOY INTERPRETATA MINN NETTA. B’KOLLOX DIN IL-KANZUNETTA NGĦATAT 529 PUNT U MMARKAT IR-RABA’ REBĦA TA’ DALPAJJIŻ FIL-EUROVISION. IS-SLOGAN GĦALL-EDIZZJONI TA’ DIN IS-SENA HUWA DARE TO DREAM WAQT LI L-LOGO HU MAGĦMUL MINN TLIET TRIJANGOLI LI META JINGĦAQDU FLIMKIEN JIXEGĦLU U JOĦOLQU STILLA TAD-DEHEB. IS-SETT F’TEL AVIV SE JKUN QED JIKKUMPLIMENTA DAN IL-LOGO MINĦABBA LI SE JKUN KARATTERIZZAT MINN FOROM U STRUTTURI TRIANGOLARI. Interessanti nsemmu li Toy hi l-iktar waħda li ġiet segwita fuq il-YouTube Channel tal-Eurovision Song Contest u hija wkoll it-tielet l-aktar kanzunetta segwita mill-Eurovision wara l-kanzunetti Occidentali’s Karma u Grande Amore, it-tnejn kanzunetti Taljani. Iżda x’nistennew mill-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Eurovision Song Contest? 42 pajjiż se jkun qed jipparteċipa f’din l-edizzjoni u nieqsa mill-kompetizzjoni hemm ilBulgarija li rtiraw minn dan il-festival minħabba fi problemi finanzjarji. Din mhux l-ewwel darba li l-Bulgarija rtirat mill-Eurovision. Fl-2013 kienu diġà rtiraw mill-festival minħabba l-istess raġuni u rritornaw fl-2017 meta pparteċipaw permezz ta’ Kristian Kostov li wassalhom biex jiksbu t-tieni post bil-kanzunetta Beautiful Mess. Ta’ min isemmi wkoll li dan kien l-aqwa riżultat tal-Bulgarija mit-12-il parteċipazzjoni tagħhom fl-istorja tal-Eurovision. L-ewwel parteċipazzjoni tagħhom 24
teħodna lura lejn l-2005 meta l-grupp Kaffe kien ħa sehem bilkanzunetta Lorraine. Is-sena l-oħra huma ħadu sehem bil-grupp Equinox li kantaw is-silta Bones u li biha waslu wkoll sal-finali fejn ikklassifikaw fl-14-il post. Fl-istorja tal-Eurovision il-Bulgarija għaddew għall-finali erba’ darbiet: fl-2007 permezz ta’ Elitsa & Stoyan bis-silta Water, fl-2016 permezz ta’ Poli Genova bis-silta If Love Was a Crime, fl-2017 bi Kristian Kostov bis-silta Beautiful Mess u s-sena l-oħra, kif diġà semmejna, permezz ta’ Equinox bis-silta Bones. Lura għall-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision Song Contest, oriġinarjament kien imħabbar li din kienet se ssir f’Ġerusalemm, l-istess post fejn kien sar il-konkors fl-1979 u fl-1999. Iżda wara ħafna taħditiet ġie stabbilit li l-post indikat ma kellux riżorsi biżżejjed biex jospita dan il-konkors u f’Settembru li għadda ħarġet il-konferma uffiċjali li l-Eurovision Song Contest se jsir f’Tel Aviv,
f’arena li se tkun tiflaħ udjenza ta’ madwar 10,000 ruħ. Għal darb’oħra, minbarra l-pajjiż rebbieħ tas-sena l-oħra, ikkonfermati għall-finali tat-18 ta’ Mejju hemm il-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit, jew kif inhuma magħrufa aħjar bħala l-Big 5. Intant diġà bdiet it-tiġrija lejn il-Eurovison 2019. L-Albanija għamel l-għażla tiegħu permezz tal-festival nazzjonali tagħ-hom filwaqt li Ċipru u l-Armenja ħabbru b’min se jipparteċipaw eżatt qabel. Ovvjament warajhom il-pajjiżi l-oħra jagħmlu l-għażliet tagħhom fid-diversi ġimgħat ta’ wara sa Marzu meta hu stabbilit mir-regoli tal-Eurovision biex tkun magħrufa l-lista kompluta u mbagħad issir it-tlugħ bil-polza tal-ordni talparteċipazzjoni. Tul din is-sensiela ta’ aġġornamenti se titwassal ħafna informazzjoni b’viżwal mill-aqwa, uħud anki mill-arkivji tal-Public Broadcast-
ing Services mill-parteċipazzjoni imgħoddija ta’ pajjiżna fil-Eurovision. Ir-riċerka hija f’idejn Frederick Zammit filwaqt li l-muntaġġ huwa ta’ Chantal Fenech. Għalhekk se nkunu nistgħu nġeddu l-memorji tal-istorja ta’ pajjiżna filEurovision kif ukoll bosta aħbarijiet kif ukoll xi kurżitajiet li se jwassluna lejn il-Eurovision ta’ Mejju li ġej. Għal min jitilfu, ikun jista’ jsegwih ukoll permezz tas-servizz on demand ta’ tvm.com.mt Għal aktar aġġornamenti dwar il-Eurovision segwu l-programm Dare to Dream – Lejn il-Eurovision li jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq TVM qabel l-aħbarijiet tat-20.00. Il-programm jixxandar ukoll fuq Radju Malta dak inhar għall-ħabta tat-20.10 b’ripetizzjoni l-għada fuq Radju Malta 2 fid-08.55am. Dan il-programmi għandhom produzzjoni u riċerka ta’ Frederick Zammit b’muntaġġ ta’ Chantal Fenech. Il-qari huwa f’idejn Chantal Fenech u Ruben Cassar.
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
LIĠI
SOLIDARJETÀ Minn Dr MARIELLA MIZZI
DIN IL-KELMA NSIBUHA WŻATA F’DIVERSI KUNTESTI. FIT-TAĦDIT TA’ KULJUM NARAWHA WŻATA F’SENS TA’ KOMPASSJONI, META WIEĦED JIFHEM JEW JGĦIN LILL-IEĦOR F’XI ĊIRKOSTANZA DIFFIĊLI. NARAWHA WŻATA SAĦANSITRA FIL-KUNTEST TAL-POLITIKA, F’XI SLOGAN PROPOGANTISTIKU, MINĦABBA L-IMPLIKAZZJONI POŻITTIVA TAGĦHA META NAGĦTUHA TIFSIRA TA’ GĦAQDA. FL-AMBITU LEGALI, DIN IL-KELMA GĦANDHA SINIFIKAT IMPORTANTI ĦAFNA, U L-IMPLILKAZZJONIJIET U L-KONSEGWENZI TAGĦHA JAFU JKUNU SERJI, U FORSI MHUX DAQSTANT POŻITTIVI GĦAL KULĦADD. BIEX NAGĦTI EŻEMPJU, JEKK ŻEWĠ PERSUNI JISSELLFU SOMMA FLUS MILL-BANK “FLIMKIEN U SOLIDALMENT BEJNIETHOM”, IKUNU QED JAGĦMLU TAJJEB GĦAL XULXIN. Dan ifisser li jekk ikun hemm il-problemi, il-kreditur, f’dan il-każ il-bank, ikun jista’ jdur fuq kwalunkwe wieħed minnhom għas-somma kollha li tkun dovuta. Każ bħal dan jaqa’ taħt solidarjetà passiva. Biex ma jkunx hemm solidarjetà bejn id-debituri, is-self irid jingħata lilhom separatament, b’mod parzjali, mhux b’mod solidali.
40
Min-naħa l-oħra, jekk żewġ persuni jisilfu somma flus “flimkien u solidalment bejniethom”, kull wieħed minn dawn il-kredituri jkun jista jieħu azzjoni kontra d-debitur jew debituri għallammont kollu dovut. Dan il-każ jaqa’ taħt il-kategorija ta’ solidarjetà attiva. Biex ma jkunx hemm solidarjetà
bejn il-kredituri, is-self irid jingħata minnhom separatament, b’mod parzjali, mhux b’mod solidali.
Il-proċess ta’ separazzjoni u dak li jseħħ wara
Ma jkunx hemm is-solidarjetà li qed nitkellmu dwarha jekk ma toħroġx mil-liġi jew ma tkunx miktuba espressament fil-ftehim ta’ bejn il-partijiet. Għalhekk huwa importanti li meta f’xi kun-
tratt li nkunu qed niffirmaw tintuża l-kelma “solidarjetà”, naraw li xħin niffirmaw inkunu nafu eżattament ittifsira, l-implikazzjonijiet u lkonsegwenzi ta’ din il-kelma.
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
TROBBIJA
L-IMPORTANZA TAL-IRQAD FIT-TFAL Minn CHARMAINE MANGION F’KULL STUDJU RELATAT MAT-TFAL DEJJEM INSIBU L-IMPORTANZA LI L-IRQAD GĦANDU GĦALLIŻVILLUPP TAT-TFAL SA MIN ETÀ ĊKEJKNA GĦALIEX DAN JGĦIN B’MOD HOLISTIKU, KEMM PSIKOLOGIKU U ANKE FIŻIKAMENT. GĦALIEX L-IRQAD HUWA IMPORTANTI? L-IRQAD HUWA BŻONN BAŻIKU. XI KULTANT NARAW TENDENZA LI XI GENITURI JAGĦTU ĦAFNA IMPORTANZA LILL-IKEL, LI WKOLL HUWA BŻONN BAŻIKU TAT-TFAL. PERÒ NINSEW LI L-IRQAD HUWA DAQSTANT IMPORTANTI BIEX IT-TFAL JIKBRU B’SAĦĦITHOM FIŻIKAMENT U MENTALMENT. Abraham Maslow, psikoloġista Amerikan, jitkellem fuq dik li nsibuha bħala l-hierarchy of needs fejn fiha jsemmi li l-qofol bażiku tal-iżvilupp tagħna huma l-bżonnijiet bażiċi biex b’hekk imbagħad fuqhom nibnu s-self-esteem, il-ħila li nibnu relazzjonijiet u li nħossuna siguri u dawk il-ħiliet li magħhom iġibu kreattività u li niżviluppaw il-potenzjal tagħna. X’jiġri meta t-tfal ikunu mċaħħda mill-irqad? Meta t-tfal ikunu reqdin ġisimna jkun qed iħaddem dak li jissejjaħ ‘growth hormone’ li huwa dak l-ormon li l-gisem għandu bżonn biex jiżviluppa mentalment u fiżikament. B’hekk jekk ikun hemm nuqqas ta’ rqad dan jigi miżmun u b’riżultat jista’ jwassal biex ormoni oħra ma jaħdmux sew. Studji sabu li hemm konessjoni bejn l-obeżità u d-dijabete. Barra minn hekk kemm it-tfal u anki l-adulti mingħajr dan ilbżonn bażiku ma jkunux jistgħu jiffunzjonaw sew. Ikun hemm frustrazzjoni li tibda tirrifletti fl-atteġjament tagħna. B’hekk it-tfal għandhom tendenza li jibdew jirreaġixxu b’aktar tantrums jew b’aktar imġiba ta’ sfida mis-soltu.
Il-konċentrazzjoni tiġi affettwata b’mod radikali u b’hekk it-tfal ma jkunux jistgħu jassorbu t-tagħlim u l-esperjenzi li jgħinuhom jiżviluppaw il-potenzjal kollu tagħhom.
Minn sena sa sentejn it-tfal għandhom jorqdu total ta’ madwar 14-il siegħa. Meta mbagħad ikunu minn tliet snin sa ħames snin il-bżonn jonqos għal madwar 12-il siegħa.
Fattur ieħor huwa li jispiċċaw għajjiena żżejjed u b’hekk it-tfal jitilfu l-istabbiltà u r-rutina tagħhom u għalkemm ikunu għajjenin ma jkunux jistgħu jorqdu.
Kif nistgħu ngħinu lit-tfal flirqad?
Kemm għandhom bżonn ħin ta’ rqad it-tfal? Dan jiddependi skond l-etajiet. Tarbija mit-twelid sa tlett xhur huwa rakkomandat li torqod bejn 14-il siegħja u 17-il siegħa mferrxin ma’ bil-lejl u bi nhar. Waqt li minn erba’ xhur sa 11-il xahar huwa rakkomandat li jorqdu bejn 12 sa 15-il siegħa mferrxin ma’ bil-lejl u bi nhar.
Ir-rutina tilgħab rwol importanti ħafna. Tajjeb li nżommu rutina ta’ ‘nap time’ u anki bil-lejl. Jekk it-tifel matul il-ġurnata jattendi childcare centre, importanti li s-centre ikollhom rutina biex ittfal ikunu ggwidati u ppreparati mentalment u fiżikament. Mingħajr rutina hemm tendenza li jiġu għajjiena żżejjed. L-ambjent ukoll jgħin. Bħala direttriċi ta’ childcare centre dejjem nistħaq l-importanza illi jsir dak li jissejjaħ ‘quiet time’. F’dan il-ħin tal-ġurnata d-dawl
Bżonn bażiku fl-iżvilupp tat-tfal jitbaxxa u l-mużika tikkalma biex b’hekk dawk it-tfal li jkollhom bżonn jorqdu ngħinuhom, waqt li tfal akbar, li ma jkollhomx il-ħtiega, ikunu jistgħu xorta jistrieħu mentalment. F’dan il-ħin it-tfal nipprovdulhom kumdità u ‘comfort objects’ tagħhom bħal qlejba jew xi soft toy jew kutra. Fid-dar ukoll huwa importanti li jkun hemm dawn il-fatturi. Xi pariri oħrajn li nistgħu ngħinu lit-trabi tagħna huma: — Xi banju sħun qabel ħin l-irqad. — Nippreparaw ħalib sħun qabel l-irqad. — xi storja kalma bħala parti mir-rutina 41
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
TAGĦRIF
IS-SERVIZZ TAL-FOSTERING JOHN U MIRIAM GALEA HUMA KOPPJA ŻAGĦŻUGĦA U GĦANDHOM TIFLA KYLIE TA’ TMIEN SNIN. JOHN U MIRIAM KIENU ILHOM INTERESSATI FIL-FOSTERING U WARA LI TKELLMU, ĊEMPLU LILL-AĠENZIJA APPOĠĠ GĦAL IKTAR INFORMAZZJONI. ĦADDIEMA SOĊJALI MIT-TIM TAL-FOSTERING SPJEGAT LIS-SINJURI GALEA LI BIEX IKUNU JISTGĦU JIFFOSTERJAW, HUMA JRIDU JIĠU APPROVATI MILL-BORD TAL-FOSTERING. HI SPJEGATILHOM UKOLL LI JKUN MEĦTIEĠ LI JATTENDU GĦAL TAĦRIĠ APPOSTA U WARA JIĠU ASSESSJATI. Qabel ma bdew dan it-taħriġ, il-Ħaddiema Soċjali żaret lill-familja Galea, biex jiġi spjegat sew il-proċess, fejn il-familja Galea kellha l-opportunità tistaqsi xi mistoqsijiet ukoll. Wara li l-koppja Galea attendiet għat-taħriġ, beda l-proċess tal-assessjar tal-abbiltajiet u l-ħiliet tagħhom biex irabbu tfal fuq bażi ta’ Fostering. Wara li ntemm dan il-proċess, inkiteb rapport mill-Ħaddiema Soċjali li ntbagħat lill-Bord tal-Fostering biex is-Sinjuri Galea ġew approvati bħala foster carers. Ftit taż-żmien wara kien hemm bżonn li tinstab familja għal Mark, tifel ta’ erba’ snin li minħabba raġunijiet ta’ saħħa ta’ missier Mark ma setax ikompli jgħix mal-familja bijoloġika tiegħu. Fil-fatt, kienu l-istess ġenituri li talbu l-għajnuna tal-Aġenzija Appoġġ biex tinstab familja għal Mark. It-tim tal-Fostering ikkuntattja lill-koppja Galea sabiex jesploraw il-possibbiltà jekk jistgħux jiffosterjaw liċ-ċkejken Mark. John, Miriam u t-tifla Kylie laqgħu lil Mark 42
fil-familja tagħhom. Dan huwa l-proċess tal-matching. Filwaqt li l-ġenituri ta’ Mark iffukaw fuq il-problemi ta’ saħħa ta’ missier Mark, Mark kien qiegħed jgħix mal-familja Galea. B’danakollu huwa kien jiltaqa’ mal-ġenituri tiegħu darbtejn fil-ġimgħa. Wara xi sena li Mark kien ilu jgħix mal-familja Galea, ġie deċiż li seta’ jmur lura mal-familja tiegħu, għaliex l-missier kien fieq u kien fl-aħjar interess tal-minuri li jerġa’ jmur jgħix magħhom. Għaldaqstant sar il-proċess meħtieġ biex din t-transizzjoni issir gradwalment. Għalkemm Mark ma baqax jgħix mal-koppja Galea, ir-relazzjoni bejn il-foster carers u l-ġenituri bijoloġiċi hija waħda tajba ħafna ibbażata fuq rispett reċiproku tant li l-ġenituri ta’ Mark iqisu lill-foster carers bħala l-familja estiża tagħhom. L-għan ewlieni tas-Servizz tal-Fostering
fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ hu li joffri esperjenza ta’ familja lil tfal, li bħal Mark ma jistgħux jgħixu mal-familja bijoloġika tagħhom. It-tfal jingħataw l-opportunità li jgħixu f’ambjent ta’ familja fejn jingħataw imħabba, sigurtà u stabbiltà, waqt li jingħataw diversi opportunitajiet sabiex jiżviluppaw aktar il-kapaċitajiet, il-ħiliet u lkarattri tagħhom bl-għan li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Persuni li huma interessati jibdew il-proċess tal-Fostering huma mħeġġin jikkunttatjaw lit-tim tal-Fostering fuq 22959000.
LIFESTYLE
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
Picture: Viewingmalta.com
Carnival
DATES FOR YOUR DIARY WITH THE FESTIVE SEASON BEHIND US, OUR SOCIAL CALENDARS MAY BE FEELING A LITTLE EMPTY AT THIS POINT IN THE YEAR. HOWEVER, THERE’S NO REASON TO BECOME A HERMIT JUST YET. SARAH CHETCUTI CHRONICLES SOME UPCOMING EVENTS THAT WILL MAKE YOU WANT TO GET OUT OF HIBERNATION MODE AND REJOIN THE WORLD. Most of us will undoubtedly be taking refuge in the comfort of our homes at this time of year. However, living on an island has many perks, one of the major ones being that bad weather never lasts too long. And when it does, we simply move the fun indoors. If you’re already bored of staying in, why not check out the freshest batch of events to grace our islands over the coming month? Whether you’re a theatre buff, music lover or simply looking for a reason to get out of the house, there’s sure to be something to fuel your fire. 10-25 January CHINESE ZODIAC CREATIVITY EXHIBITION – This exhibition, being held at the China Cultural Centre in Valletta, will bring to the fore two essential features of the Chinese New Year – the Chinese Zodiac and the Lantern Festival. The former is prominent custom
related to the Spring Festival, one of the most important celebrations in the Chinese cultural calendar. The Chinese Zodiac system is based both on natural observations as well as the personification of animals, and traces back to ancient times of animal worship. Each zodiac animal signifies a unique
cultural meaning and corresponds to each new year, the present one being the Year of the Pig, which represents wealth and fertility. 11-26 January VALLETTA INTERNATIONAL BAROQUE FESTIVAL – Now in its ninth year, the Valletta Inter-
national Baroque Festival is once again treating audiences to some world-class talent from the baroque music scene. Very appropriately taking place mainly at the Teatru Manoel along with other celebrated baroque-style venues in the capital
Continues on page 46 45
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
LIFESTYLE Continues from page 45 city such as St John’s Co-Cathedral and the Grandmaster’s Palace, this two-week festival has put together a musical programme featuring both local and international powerhouses of contemporary baroque music, making for a prestigious event that will not disappoint. 26 January THE WHISKY FESTIVAL – Now in its third edition, the Whisky Festival will be held at the Limestone Heritage in Siġġiewi, offering visitors over 200 types of whiskies to choose from, along with a cigar stall and a whisky cocktail bar. There will also be food stalls by Corinthia Caterers to help you line your stomach while you drink up, including a pizza station, live grill as well as a whisky and chocolate pairing station. Live entertainment will enhance the evening with performances by the Wallace Pipes and Drums, Jackson Pipe Band and the Buskers. No need to worry about the cold either as large fire pits will be set up to keep everyone nice and toasty throughout!
9-10 February MUSICALS: A NIGHT ON BROADWAY AND THE WEST END – A series of critically-acclaimed West End performers, namely Katy Treharne, Lincoln Stone, Sarah Earnshaw and Zeph Gould, will be joining local musical theatre singers for two spectacular performances featuring the most popular show tunes from the Broadway and West End stages to be held at Teatru Manoel, Valletta. Accompanied by the Welsh Musical Theatre Orchestra directed 46
Marco Michel and Cody Hively in The Acrobat
9-11 February TWINKLE TWINKLE LITTLE STARS – Little audiences will be travelling into space in this interactive concert held at Teatru Manoel Studio Theatre, Valletta, where they’ll be able to marvel at the sights and sounds of two stars interacting with each other. Suitable for kids aged 0-2 years. 9-24 February THE ACROBAT (BLOOD TIES) – UNIFAUN THEATRE PRODUCTIONS – Unifaun Theatre will be performing the rags-to-riches romantic comedy, written by Agnes Moon, at Spazju Kreattiv in Valletta. Adapted for the stage by Adrian Buckle, the play follows the story of a professional thief who becomes trapped within the luxurious mansion of a very wealthy, seductive and deadly vampire. Director Stephen Oliver truly brings the story to life, along with the all-star international cast hailing from everywhere from Malta to New York, making it a true delight that audiences will definitely appreciate. Picture: Brian Grech
8-10, 15-17, 22-24 February CATS – THE MUSICAL – The enduringly popular musical by Andrew Lloyd Webber will be taken on by Hoi Polloi Theatre Productions on the stage of the MITP Theatre in Valletta this February. Following the story of a tribe of cats known as the Jellicles, our musically-inclined feline friends will take audiences on a journey to reveal their special traits and secrets which they celebrate annually at the Jellicle Ball. Featuring some well-loved classics such as Memory and The Magical Mr Mistoffelees, this event marks the first performance of this production live in Malta as well as the 15th anniversary of the local production company.
by Andrew Hopkins, the two separate concerts will feature more than 50 songs from a range of well-loved musicals throughout the ages.
Nico Darmanin
14-16 February UNFORGETTABLE – Taking place within the extravagant Grand Salon at the National Museum of Archaeology in Valletta, Maltese tenor Nico Darmanin will be performing a range of swing, jazz and big band classics accompanied by live music by the Big Band Brothers under the musical direction of Daniel Cauchi, and featuring singer
Jasmine Abela. The programme includes a variety of classic songs by legendary artists from the golden age of music such as Mario Lanza, Nat King Cole and Frank Sinatra. While this will be his first concert in Malta accompanied by a large band, Darmanin is a rising star on the international opera scene, having performed at the Royal Opera House in London, with the Welsh National Opera, the Scottish Opera and, most recently, with the world-renowned opera house Glyndebourne.
16 February BEAUTY AND THE BEAST – Prepare to experience the 2017 full-length feature film based on Disney’s animated classic unfold on a big screen while you enjoy its critically-acclaimed musical score performed live by the Malta Philharmonic Orchestra, led by conductor Kevin Abela. Combining a cinematic event with a symphonic concerto, this event by KORMALTA promises to bring some magical family-friendly fun to the halls of the MFFC in Ta’ Qali.
15 February SEASHARP – This innovative concert will use traditional acoustic piano and synthesiser to express composer Leonardo Barilaro’s vision of the sea as “a metaphor and symbol of our life path”. Taking place at Spazju Kreattiv in Valletta, the performance starts off on a clean slate, reflecting our need to cleanse our soul and start afresh while only holding on to a few essential aspects from our previous life-cycle. The aim of every piece is to present a short story that forms part of the main theme and lead us to a higher level of self-awareness each time. This project seeks to enlighten audiences by capturing our attention straight off the bat and allowing us to delve into a dream-like world that will bring out our innermost emotions.
22-24 February TEDDY BEAR CONCERTS – This spectacular concert-series by ToiToi held at Teatru Manoel Studio Theatre, Valletta, uses interactive storytelling to explain how musical instruments work and how they produce sound. Featuring a range of fun and friendly characters, such as Sunny the Snake, Miles the Elephant, Wokark the Dragon and of course, the titular Teddy who plays the violin, this show promises to be a treat for your little ones (aged three and over). 27 February FOLLY, FANTASY AND FEELING – A LIGHT-HEARTED POETRY SOIRÉE – Returning to the Teatru Salesjan in Sliema, this popular
Continues on page 49
LIFESTYLE
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
Continues from page 46
28 February-5 March CARNIVAL IN MALTA AND GOZO – February also coincides with Carnival celebrations across Malta and Gozo, when lavishly-decorated floats are paraded around the streets of numerous villages and both children and adults take the opportunity to dress up in fancy costumes. While the main action takes place in Valletta, the Nadur carnival in Gozo also attracts crowds of teenagers and young adults, where celebrations take on a more macabre mood.
Picture: Paul Camilleri
poetry performance will be taking place for one night only with proceeds going towards the Save Valletta’s Skyline Appeal, which was set up to fund restoration work on St Paul’s Pro-Cathedral. Hosts Nicholas de Piro, Lucy Paterson and pianist Alex Manché have got anentertaining evening lined up, filled with English-language recitals of humorous and sentimental poems related to our islands. These will be accompanied by music, song and a chorus line too.
Manoel Theatre
Planning on drinking tonight? Don’t drive home Going out and socialising is a great excuse to unwind with an alcoholic beverage or two. However, let’s not forget that drinking and driving remain a major cause of most road accidents and have resulted in lives being
ruined and lost over the past few years. If you’re planning on drinking tonight, be smart about it and make arrangements to book a cab or carpool with a responsible, designated driver who will be staying sober.
49
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
KOMPETIZZJONI
TIFTAKAR ID-DARBA META MARRET TIXTRI L-EWWEL ĦARĠA TAL-GWIDA “NIFTAKARNI NIXTRI U NAQRA L-EWWEL ĦARĠA TAL-GWIDA FL-1962,” QALTILNA S-SINJURA DOLORES DOUGLAS MINN GWARDAMANĠA, IR-REBBIEĦA TAL-PREMJU TAL-GWIDA TA’ €300 FI FLUS GĦAL OTTUBRU. “KIEN HEMM L-ANNOUNCER JOAN BORG CARDONA FIL-FAĊĊATA.” Dolores għandha memorja tassew tajba u tiftakar bosta affarijiet fid-dettal. U fatt li tiftakar tassew huli ilha taqra l-Gwida, kull ġimgħa, minn Settembru tas-sena minn meta bdiet toħroġ il-Gwida. Il-mara tħobb ħafna tara l-films ta’ kull tip (“ħlief dawk vjolenti”) u dan l-interess tagħha fil-films kien diġà fuqha meta ta’17-il sena u nofs bdiet taħdem fit-teatru Embassy. Tgħidilna li għandha kollezzjoni sħiħa ta’ films fuq DVD u kull meta ssib il-ħin iddawwar xi wieħed minnhom. “Meta kont iżgħar ġieli kont nara tmien films f’ġimgħa. Imma l-aktar film li rajt f’ħajti hu Follow the Boys b’Connie Francis,” tgħidilna. “Ħareġ fl-1963 u rajtu mill-inqas 38 darba.” Imma Dolores ma ssegwix biss il-films u l-programmi televiżivi fuq is-set tat-televiżjoni tagħha. Il-mara hi supporter kbira tattim Ingliż u tiftakar sew il-ferħ tagħha meta t-tim kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-1966 u rat il-logħba fuq it-televiżjoni. Ta’ min ikun jaf li missier Dolores huwa Ingliż.
Dolores Douglas (lemin) tirċievi l-premju ta’ €300 mingħand Elena Dimech, Advertising Sales Coordinator f’Content House
Ir-rebbieħa talpremju €300 fi flus fil-Gwida għal Ottubru
Il-mara tistqarr li ma tħobbx issegwi l-istazzjonijiet Maltin ħlief meta tintwera xi logħba futbol, speċjalment meta jilgħab it-tim tal-Manchester Utd li anki ssemmiela d-dispjaċir tagħha meta t-tim kien ikkraxxja blajruplan fil-Ġermanja fl-1958. Imma tara d-drammi bil-Malti. “Taf x’nobgħod?” tgħidilna Dolores. “Meta jkun hemm xi intervista, ikellmuhom bil-Malti u jirrispondu bl-Ingliż! mill-passat. Mill-banda l-oħra ssegwi 50
l-iskedi għax b’hekk issir taf liema films se jintwerew. Dwar il-kompetizzjoni tat-€300 flus fil-Gwida Dolores tgħidilna li dejjem ħadet sehem fiha.
L-ewwel ħarġa tal-Gwida u (lemin) il-film Follow the Boys li Dolores Douglas ratu mill-inqas 38 darba X’għarukaża, qishom ma jafux li huma Maltin u l-lingwa tagħhom hi l-Malti.”
Dwar x’tixtieq tara aktar filGwida l-mara tgħidilna li tixtieq tara bijografiji ta’ artisti
U x’se tagħmel bil-flus li rebħet? Qaltilna li peress li kien ġej il-Milied kienet se tixtri xi rigali għall-ħbieb u tfaddal ftit flus għall-mediċina li għandha bżonn nieħu.”
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
TISLIBA
TISLIBA BIL-PREMJU 5 L-Ewwel Premju €20 Vawċer minn Gold Market. It-Tieni Premju Ktieb minn Horizons. It-Tielet Premju Ktieb minn Faraxa: 4 Frottiet imorru l-Baħar u Il-Villaġġ ta’ Serpentinu Ir-Raba’ Premju Ktieb minn Merlin: Il-Każ Manduca Il-Ħames u s-Sitt Premju 2 biljetti għall-iMdina Dungeons. Is-Seba’ u t-Tmien Premju 2 biljetti għall-wirja Knights Hospitallers fil-Belt. REBBIEĦA TALKOMPETIZZJONI ĦARĠA 3
MIMDUDIN 1 Sistema prattika, l-istess kuljum (6) 3 Rappreżentant ta’ gvern fi stat ieħor (6) 8 Stampa b’xi veduta jew b’tifkira tal-Milied inkella f’għeluq is-snin (9) 10 Ħareġ bil-pensjoni (5) 11 Plural ta’ soppa (5) 13 Indiġesti, żorri, mqiti (5) 15 Din tagħlaqlek ħalqek żgur (6) 19 Kejjel… mitt darba u aqta’ darba (3) 20 Kunjom Idi tal-Uganda (4) 21 Sugu tal-frott (5) 23 Għasfur tal-karti? (5) 25 Mitt ċenteżmu antiki kienu jagħmlu waħda minnha (4) 26 Ta’ sogru, perikoluż (7) TISLIBA BIL-PREMJU NRU 5 Ibgħat is-soluzzjoni lil GWIDA/ Tisliba 5, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq inNegozju, Mrieħel BKR 3000 mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta 29 ta’ Jannar.
27 Orfni, bla ġenituri (5) 29 Is-siġġu rjali (5) 30 u 28 Wieqfa Esperjenza straordinarja (5) 31 Taqta’ nifsek titilgħu u tinżlu (5) 32 Jista’, kapaċi (5) 33 Gverta (5) WEQFIN 1 Dawl li jidħol mix-xquq (5) 2 Ittawlek (7) 4 Iraqqa’ u jsewwi ż-żraben (7) 5 Meħtieġ, bżonjuż (4) 6 Nies ta’ Ruma (6) 7 Żerriegħa tajba mgħollija biz-zalza tal-kari jew fil-forn (4) 9 Frott tal-baħar (5) 12 Karrozza għat-trabi (5) 14 Din mimlija qatt m’għadret
lill-vojta (4) 16 Dħul finanzjarju, tgħix biha, tgħix ta’ sinjur (5) 17 Porku, qażquż (6) 18 F’xi qasrija, fl-irkoppa jew bukkun mal-ġobon dejjem issibha (8) 22 Post għall-preservazzjoni ta’ dokumenti u manuskritti (7) 24 Drawwa (6) 26 Post fejn jintrabtu nġenji tal-baħar żgħar (5) 27 Mhux jien, lanqas huma (4) 28 Ara 30 Mimduda (4) Soluzzjoni tat-Tisliba Nru 3 Mimdudin 1 Kaħħal; 3 Passat; 8 Sapuniera; 10 Massa; 11 Nervi; 13 Nisma’ 15 Platti; 19 (Apat)Ija; 20 Apat(ija) 21 Ħażen; 23 Arblu; 25 Rwol; 26 Ma
L-Ewwel Premju: Josephine Camilleri‚ Tarxien It-Tieni Premju: Christopher Borg‚ San Ġiljan It-Tielet Premju: Margaret Hughes‚ Birgu Ir-Raba’ Premju: Joyce Calleja‚ Mosta Il-Ħames Premju: Carmel Saliba‚ Ħal Qormi Is-Sitt Premju: Rita Muscat‚ Zurrieq Is-Seba’ Premju: Maria Ridewood‚ Kalkara It-Tmien Premju: Jane Mifsud‚ Ħamrun doffi; 27 Ħniex; 29 Ċanga; 30 Ġurat; 31 (Tras)Kurat; 32 Antik; 33 Difer; Weqfin 1 Kilba; 2 Ħassiel; 4 Stamina; 5 Tras(kurat); 6 Pirata; 7 Bnin; 9 Perit; 12 Rebħa; 14 Smin; 16 Artal; 17 Turban; 18 Parroċċa; 22 Evoluti; 24 Pittur; 26 Mxatt; 27 Ħakk; 28 IġriLapes; 14 Ħruq; 16 Attur; 17 Asfalt; 18 Serafini; 22 Amorini; 24 Filmat; 26 Kuġin; 27 (Elit)Isti; 28 Ikla
Isem Indirizz Mob/Tel
51
INTERNAZZJONALI
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
ID-DAR TAL-CARRINGTONS TINSAB GĦALL-BEJGĦ GĦAL $19.5 MILJUN Jikteb FREDERICK ZAMMIT WAQT LI BĦALISSA FL-ISTATI UNITI HEMM GĦADDEJJA R-REBOOT TAS-SOAP OPERA TAS-SNIN 80 DYNASTY, HEMM GĦALL-BEJGĦ ID-DAR LI SERVIET BĦALA D-DAR TAL-FAMILJA CARRINGTONS FISSERJE ORIĠINALI LI BDIET TINĦADEM FL-1981. GĦALKEMM IS-SERJE ORIĠINALI KIENET AMBJENTATA F’DENVER, DIN ID-DAR LI FIHA SEĦĦEW TANT INTRIĊĊI LI KIENU WASSLUHOM BIEX TKUN UKOLL GĦAL XI SNIN L-AKTAR SERJE SEGWITA FID-DINJA, TINSAB F’PASADENA FIL-KALIFORNJA. Id-dar li kienet tintuża mill-Carringtons issa tinsab għall-bejgħ u l-prezz mitlub hu ta’ $19.5 miljun. Madwar ħames snin ilu din id-dar diġà kienet inbiegħet għas-somma ta’ $20 miljun dollaru. Jidher li min kien xtara din id-dar fl-2013 ipprova jbigħha diġà fl-2017 għal $28 miljun u ma kellux wisq xorti, tant li wara aktar minn sena fuq is-suq, hekk kif qalbet is-sena l-ġdida, il-prezz tad-dar nieżel għal nofs miljun inqas milli kienet inxtrat fl-2013. Għalkemm ma tantx kien hemm xorti biex tinbiegħ, din id-dar għadha mfittxija ħafna anki minn ħafna fans ta’ Dynasty minn madwar id-dinja li b’xi mod meta jivvjaġġjaw lejn dawk l-inħawi jippruvaw iqarrbu kemm jistgħu lejn il-kanċell ta’ din il-proprjetà kbira, li għal snin twal tista’ tgħid li miljuni ta’ telespettaturi kienu jagħmlu parti minn ħajjithom ma’ kull puntata li kienu jsegwu. Iżda fil-verità kienet biss il-faċċata u x-xeni ta’ barra li kienu jintużaw għall-ġbid tas-sensiela. Il-villa ġġib l-isem ta’ Arden Villa u tajjeb ngħidilkom li tistgħu wkoll issibuha f’xeni wkoll ta’ films bħal Billy Madison 52
Id-dar li ntużat fis-serje oriġinali bejn l-1981 u l-1989 kull ġimgħa ta’ Dynasty. F’din id-dar hemm xejn inqas minn 10 kmamar tas-sodda, 11-il kamra tal-banju, kantina għall-inbejjed u games room. (1995 b’Adam Sandler) u Terms of Endearment (1983 b’Shirley MacLaine u Debra Winger). Din id-dar kbira nbniet fl-1913 u kienet ippjanata mill-periti Marston & Van Pelt li kienu ħadu ħsieb li jibnu ħafna mid-djar
lussużi li hemm f’Pasadena. Id-dar tal-Carringtons hija kbira mhux ħażin. Bilkemm biss, din il-villa għadha mhux inqas minn tliet sulari. Hija attrezzata b’ħafna kmamar, kif fil-fatt aħna konna naraw anki fil-puntati ta’
Imbagħad hemm il-famuża lily pond fuq in-naħa ta’ wara taddar li konna narawha mhux biss bħala xenarju iżda wkoll għax-xeni ta’ ġlied bejn Alexis (Joan Collins) u Krystle (Linda Evans). Hemm ukoll it-tennis court, is-swimming pool u ħafna aktar.
F’Salib it-
Ħarstu kienet fissa fuq wiċċha. Kien qed jifli sew kull moviment li hi tagħmel. “Ma kontx nafek wisq, John. U għalijja kien xokk ukoll. Apparti l-fatt li dehrli li lil Kevin kont qiegħed tiġbdu lejk bil-flus, u jien ma rabbejtux hekk,” lissnet b’ton onest il-mara. “U issa kif tħares lejja?” kompla staqsieha hu. “Issa qed nidrak,” weġbitu hi. Il-tonalità fil-vuċi tagħha baqgħet kalma u kliemha kien jinħass sinċier. “Imma tobgħodni kif kont tobgħod lil Victor?” staqsieha hu. John kien mejjet biex ifaqqa’ tbissimha. Moħħu kien mimli ħażen u kien jaf fejn ried iwassal din il-konverżazzjoni. Imma Emily ħassitha skomda biex twieġeb. Mhux għax ma kinitx sinċiera iżda ma xtaqitx tiftaħ il-feriti tal-passat. “John, ma nixtieqx noqgħod nitkellem fuq Victor,” qaltlu hi. “U għaliex le?” staqsieha. “Il-passat kien li kien, mhux importanti,” weġbitu l-mara, hekk kif issa bdiet tħossha skomda b’dawn il-mistoqsijiet. “Imma jekk trid tħares ’il quddiem,” lissen ir-raġel bi tbissima. “Jien ‘il quddiem qed inħares John,” qaltlu l-mara. “Ma tantx qed narak tħares ’il quddiem wisq. Afda fija u iftaħ qalbek miegħi. Battal dak kollu li għandek fuq l-istonku. Ħa, ixrob naqra nbid oħra, ixrob ixrob Emily… u għidli dak kollu li kont taħseb fuq Victor,” qalilha John hekk kif ferrgħalha aktar inbid u beda jippressaha biex tiftaħ qalbha fuq il-passat tagħha. “Imma xi tridni ngħidlek fuq Victor?” qaltlu hi. “Għidli jekk tassew kontx tobogħdu,” staqsieha. “Il-verità, John? Iva kont nistmerru. Kont nobogħdu. Kien idardarni kull meta kien jersaq lejja,” stqarret il-mara hekk kif qarrset wiċċha malli ftakret f’dawk il-mumenti ma kien ikollha ta’ bilfors ikollha x’taqsam sesswalment ma’ Victor. “U għalfejn qatt ma għidtlu x’taħseb fuqu?” staqsieha hu. “Għax Victor kien it-tip li ma jitilqekx u jibqa’ jippersegwitak. Qatt ma kien iħallini bi kwieti li kieku għidtlu u tlaqtu kien jagħmilli ħajti aktar miżerja,” kompliet tistqarr miegħu hi. John ċaqlaq rasu qisu biex jagħtiha x’tifhem li kien qed jissimpatizza magħha. Mingħajr ma għamilha wisq ovvja ferra’ aktar inbid fit-tazzi tagħhom. Kien qed joqgħod attent li f’tiegħu iferra inqas u jixrob inqas biex b’hekk ikun jista’ jġib lil Emily fejn xtaq hu. “Jew forsi kont komda miegħu? Wara kollox kien jaħdem u jieħu ħsiebek ukoll,” qalilha hu biex ifakkarha li minkejja kollox, kien hemm sitwazzjonijiet pożittivi li gawdiet flimkien ma’ Victor.
760
*************
“Jien wasalt,” qal John hekk kif rifes ġewwa d-dar. “U jiena sejra,” qabżet tgħidlu sħuna sħuna Karmelina. “M’għandekx għalfejn titlaq għax wasalt jien,” lissen ir-raġel b’ton ġentili. “Imma jien ma rridx intellifkom. Naf li tridu tmorru tippreparaw biex toħorġu tieklu,” weġbitu lura. “Mintix qed ittellifna b’daqshekk. Erġa’ poġġi,” qaltilha Emily. “U le xi npoġġi. Issa mmur inlesti għax wara kollox la int mhux se tkun hawn illejla noħroġ aktar kmieni biex nitma ’l qtates għax ma rridx noqgħod indur waħdi għax sirt nibża’ fit-triq daqs kemm hawn ħażen mas-saqajn,” żiedet tgħid Karmelina. “Jekk trid niġi miegħek qabel ma noħorġu jien u John,” offritilha Emily. “Le le le… toqgħodx tinkwieta, Emily. Int illejla mur ħu gost u isma’ minni ara ma toqgħodx tixrob dak il-misħut inbid għax tibda tkanta bih. Ajma ħej x’kien għamilli lili dik in-naqra li kont nieħu,” lissnet Karmelina “Karmelina, ibqa’ ċerta li għal Emily m’għandekx għalfejn tinkwieta għax miegħi se tkun qiegħda f’idejn tajba,” qalilha John bi tbissimha. Malli semgħet dan il-kliem, Karmelina berrqet għajnejha. “Idejn tajba? Ijja mela! Idejn tajba,” ikkummentat hi. “Karmelina!” ħatfitha Emily, hekk kif rat wiċċ John jitqarras għall-kumment tal-ħabiba tagħha. “Arani sejra għax se tibda tirrabja miegħi int Emily. Tlaqt jien tlaqt,” qalet hi. U hekk għamlet. Karmelina issuppervjat u telqet ’il barra. John mar wara t-tieqa u qagħad josserva lil Karmelina titbiegħed mid-dar ta’ Emily u tmur lejn id-dar tagħha. “Kultant ma nafx! Nispiċċa nhewden u naħseb,” qal hu. “X’taħseb?” staqsietu hi. “Li din Karmelina tilgħabha tal-belgħa,” ikkummenta r-raġel.
*************
tbissima Lorna hekk kif ħasset li issa kien il-mument li tbiddel id-diskussjoni f’waħda pożittiva. “Nieqes ħafna mill-imħabba dak it-tifel. Però -” bdiet tgħid Lorna. “Però mhux se jibqa nieqes mill-imħabba. Dak it-tifel se ntih l-imħabba kollha li għandu bżonn u ara x’se navżak ta. Ara jekk infissdu xi ftit ma twaqqafnix. Toqgħodx tagħmilli bħal Helen. Lil Luka rrid nirkupra s-snin mitlufa,” wissietha Helen.
F’Salib it-Toroq 757
“Il-mummy tiegħi Lorna jisimha,” irribatta Luka. “Se tħawduni issa. Iddeċiedu jekk hux Lorna jew Marica,” qalilhom Justin. “Jisimha Lorna. Aħjar hekk għalissa. Mhux sew li Luka jitħawwad,” qalet Helen hekk kif reġgħet daħlet ħdejhom biex tkompli tiżbarazza. “Helen, jekk jogħġbok. Tagħmililix aktar diffiċli,” talbitha Tessie. “Lanqas xejn Ma imma hemm affarijiet oħra x’nieħdu ħsieb ukoll bħalissa, fosthom nhar il-Ħadd,” qaltilha Helen. “Nhar il-Ħadd?” staqsietha lura ommha. “L-4 ta’ Ġunju,” fakkarha hu. “Il-Ħadd li ġej?” staqsietu hi. “Pa, il-Ħadd li ġej ma hemm xejn speċjali! Ġurnata bħall-oħrajn,” qabżet tgħidlu Amanda. “X’hemm il-Ħadd?” staqsiethom b’interess Lorna. “Storja twila, imma jeħtieġ li tkun taf xi affarijiet dwar din il-familja! Stejjer li qallbulna ħajjitna u li nibqgħu ngħixu bihom tul ħajjitna kollha,” weġbitha filpront Tessie hekk kfi riedet tkompli taħtaf kull mument biex tipprova żżomm lil “bintha” hemmhekk!
Għand ta’ Vassallo, kulħadd inġabar madwar il-mejda tal-ikel. Lorna kompliet tilgħab il-logħba tagħha. Għajr għal ftit mumenti, kollox mexa kif ippjanat hi. Kollox kien qisu xi skript ta’ film. Kienet immemorizzat sew dak li kellha tgħid, it-ton li kellha tuża u anki l-mossi b’idejh u l-espressjonijiet ta’ fuq wiċċha. “Ma ridtkomx toqgħod tiskomodow ruħkom b’dan il-mod,” qaltilhom hi. “Toqgħodx tinkwieta. Issa int waħda minn ta’ ġewwa,” qalilha Vince. Minn taħt il-mejda Helen tat daqqa ta’ sieq lil Vince, li malli ħass id-daqqa, qarras wiċċu. “Grazzi ħafna! Qed tara Luka għandna familja ġdida,” qalet Lorna lil binha. “U se noqogħdu hawn ukoll?” staqsieha hu. “Le hawnhekk ma nistgħux noqogħdu,” irrispondietu lura. “Ufff imma hawn nistgħu nieklu mhux bħad-dar nispiċċaw nieklu xi tuna tallanda,” gerger it-tfajjel. “Mela int qiegħda daqshekk ħażin fil-flus? M’għidtlix li kontu għaddejjin tajjeb?” staqsietha maħsuba Tessie. “Ngħaddu kif nistgħu. Imma qatt ma ngorru,” wieġbet Lorna. “Imma mhux se nħalluk tibqa’ sejra hekk. Ma jistax ikun. Hux vera, Helen… Vince?” staqsiet Tessie. Vince u Helen ħarsu lejn xulxin. Ma tkellmu xejn. Kienet Amanda li kisret is-silenzju. “U xi ħaġa ma nirranġawx?” qalet it-tfajla. “Ma, nista’ noqgħod hawn nilgħab ma’ Justin illum?” staqsa bil-ħniena Luka. “Issa ma tarax. X’ħin isir il-ħin nitilqu,” qaltlu Lorna. “Iva Luka, għax Justin ikun irid jorqod kmieni u ma jkunx jista jibqa’ mqajjem ħafna,” qabżet tgħid Helen. “Imma llum okkażjoni speċjali,” iddeffset Tessie. “Ikun hemm drabi oħra,” qalet Lorna bil-kalma. “Iż-żmien hu kontra tagħna. Jien irrid nirkupra s-snin mitlufa. Marica, Luka, illum orqdu hawn. Xi tgħid Helen?” staqsiet Tessie b’tali mod li kienet taf li b’hekk se ġġib lil Helen daharha mal-ħajt. Helen ma qalet xejn. Qamet tiġbor il-platti u ħadithom fil-kċina biex jinħaslu. “Kunjat, naħseb qed tgħaġġel ftit,” lissen Vince malli ra li martu ħarġet minn ħdejhom. “Ngħaġġel biex? Mela jien nista nitlef aktar ħin f’ħajti? Mela jien naf kemm fadalli ħajja?” staqsietu lura l-anzjana. “Nan, ġurnata mhux se tagħmel differenza. L-aqwa li lil Lorna sibtha,” qaltilha Amanda. “Dik Marica. Marica jisimha. Lorna m’għadhiex tezisti,” qabżet tgħid b’ton irrabjat l-anzjana.
John u Emily marru fir-ristorant biex jieklu u l-kliem waqa’ fuq Karmelina. “Jien naħseb li int tagħti wisq kas ta’ xi tgħid Karmelina,” qalilha John. “Mhux nagħti wisq kasha imma hi ħabiba tiegħi,” wieġbet Emily, xi ftit beżgħana lejn liema direzzjoni kienet sejra tmur din il-konversazzjoni u kienitx se tispiċċa bejn il-basla w qoxritha peress li kienet konxja ta’ kemm John u Karmelina ma kinux iniżżlu lil xulxin. “Però daqsxejn imtektka waħda u sew,” żied jgħid John. “Lil Karmelina trid tifhimha,” qaltlu hi. “Ma tantx hemm wisq x’tifhem! Fuq kollox miegħi m’għandhiex grazzja.” “Forsi għax tfakkarha f’Victor,” qaltlu. “Jaqaw qatt għamlilha xi ħaġa?” staqsieha John b’interess. “Victor qatt ma għamel xejn lill-ġirien. Però Karmelina dejjem kienet tibża’ minnu. Tgħid li l-ħarsa t’għajnejh kien iqabbadha dehxa kbira “Anki għalija hekk tgħid Karmelina,” ikkummenta John. “Tixbhu wisq! U miskina Karmelina f’moħħha meta tara lilek u tara lil Victor,” spjegatlu Emily. “U int x’taħseb fuqi, Emily?” staqsiha hu. “U issa xi tridni naħseb?” staqsietu lura hi. “Naf li kien hemm żmien ma kellekx wisq grazzja miegħi,” qalilha r-raġel.
*************
F’Salib it-Toroq 759
F’Salib it-Toroq
758
INTERNAZZJONALI
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
DOWNTON ABBEY FIĊ-ĊINEMA Minn FREDERICK ZAMMIT
IL-FANS TAS-SENSIELA DOWNTON ABBEY ŻGUR HUMA KUNTENTI BĦALISSA HEKK KIF FL-AĦĦAR ĦARĠET L-AĦBAR UFFIĊJALI LI L-ĠBID FUQ IL-VERŻJONI GĦAĊ-ĊINEMA BEDA U TĦABBRET UKOLL ID-DATA META SE JINĦAREĠ GĦALL-PUBBLIKU. INFATTI L-UNIVERSAL PICTURES ĦABBRU D-DATA TAD-13 TA’ SETTEMBRU BĦALA DIK LI FIHA L-FANS INGLIŻI TAS-SENSIELA JISTGĦU JIMMARKAW BIEX DIN ID-DARBA JOĦORĠU MINN DJARHOM U JKOMPLU JSEGWU L-KAPITLU LI JMISS TA’ DIN ILĠRAJJA FUQ IL-LIŻAR IL-KBIR TAĊ-ĊINEMA. FL-ISTATI UNITI L-ĦRUĠ TAL-FILM SE JSIR ĠIMGĦA WARA, NHAR L-20 TA’ SETTEMBRU. IL-KAST ORIĠINALI SE JKUN QED JIRRITORNA, INKLUŻI MICHELLE DOCKERY BĦALA LADY MARY CROWLEY, LAURA CARMICHAEL (LADY EDITH CRAWLEY), JOANNE FROGGATT (ANNA BATES), HUGH BONNEVILLE (ROBERT CRAWLEY) U ELIZABETH MCGOVERN (CORA CRAWLEY). B’sorpriża għal ħafna Maggie Smith se tkun qed tasal lura fil-karattru ta’ Violet Crawley, Dowager Countess of Grantham. Fil-passat hi kienet ikkummentat li jekk isir film ta’ Downton Abbey dan ikun ifisser li l-producers se jkunu qed jagħsru dak kollu li jistgħu minn din is-sensiela. F’April li għadda kienet ikkummentat ukoll li kienet ċerta li l-film se jiftaħ bil-funeral talkarattru tagħha, teorija li issa rriżulta li hi kienet żbaljat fiha. Matthew Goode ukoll se jkun qed jirritorna f’dan il-film bħala Henry Talbot iżda hu stess żvela li se jkun qed jitfaċċa lejn
l-aħħar tal-film.
Edith tistennih fuq l-altar.
Nieqsa minn dan il-film se tkun Lily James (Lady Rose MacClare). L-attriċi stqarret li xtaqet li tkun parti mill-istorja iżda l-aħħar li dehret fis-sensiela kien meta Rose telqet lejn New York u għalhekk issa ma kienx jagħmel sens li tkun fil-ġrajja. Madanakollu saħqet li tinsab ħerqana li tara kif se tkompli l-ġrajja u sostniet li meta joħroġ il-film se tkun fl-ewwel filliera.
Imelda Staunton, Geraldine James, Simon Jones, David Haig, Tuppence Middleton, Kate Philips u Stephen Campbell Moore wkoll ingħaqdu malkast f’karattri li s’issa ma ħareġ l-ebda tagħrif dwarhom.
Robert Bathurst li telaq missensiela mat-tielet staġun qal li jixtieq ħafna li l-karattru tiegħu ta’ Sir Anthony Strallan jerġa’ jitfaċċa wara li kien ħalla lil
Iżda l-aktar li qed iqajjem spekulazzjonijiet huwa Max Brown tas-sensiela The Royals li wkoll qed jissemma’ li se jkun fil-kast iżda li wkoll ma hemm l-ebda ħjiel dwar x’karattru se jinterpreta jew b’liema mod l-istorja tiegħu se tintegra ma’ dawk tal-karattri diġà stabbiliti tul is-sensiela televiżiva.
Sorpriża għal ħafna se tasal lura Maggie Smith Downton Abbey spiċċat fl-2015 u għalkemm għaddew madwar tliet snin mill-aħħar puntati, l-istorja hi mistennija li tissokta madwar tmienja jew disa’ xhur wara l-aħħar inċidenti. Fost affarijiet oħra Edith iżżewġet lil Bertie, Mary ħabbret li kienet tqila bit-tieni wild tagħha, Henry u Tom fetħu negozju flimkien ibigħu l-karozzi waqt li Carson irriżenja mill-impjieg tiegħu bħala l-butler minħabba fil-marda li ħakmitu. 55
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
RIĊETTA Ritratt: Mar’s Photography
KEJK BIL-KREMA TAL-QUBBAJT TAL-ĠELLEWŻ MANUEL AQUILINA METODU
INGREDJENTI Għall-kejk
Għall-krema
350ml żejt veġetali
250g butir mhux mielaħ
2 kuċċarini essenza tal-vanilla
500g icing sugar
300g zokkor
kuċċarina essenza tal-vanilla
6 bajdiet
200g ġobon kremuż
200g dqiq plain
200g qubbajt tal-ġellewż
60g trab taċ-ċikkulata skura kuċċarina baking powder kwart ta’ kuċċarina melħ
Ħawwad flimkien iz-zokkor, iż-żejt u l-vanilla. Fi skutella oħra, għaddi flimkien minn passatur id-dqiq, il-baking powder, il-melħ u t-trab taċ-ċikkulata. Ħallat it-taħlita tad-dqiq fit-taħlita taż-żejt, imbagħad ħawwad il-muesli taċ-ċikkulata. Ittrasferixxi ġo żewġ laned tal-kejk u sajjar fil-forn f›temperatura ta’ 165°Ċ għal 30-35 minuta. Sadanittant ipprepara l-ġelu billi tħawwad il-butir imrattab, iz-zokkor fin u l-vanilla. Fl-aħħar ħawwad il-ġobon kremuż. Uża nofs bejn il-kejkijiet biex tgħaqqad flimkien, u n-nofs l-ieħor li jifdal fil-wiċċ.
tazza muesli taċ-ċikkulata
57
RIĊETTA
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
IRBAĦ €100! MISTOQSIJA: Semmi ingredjent wieħed milli
hemm fir-riċetta Tweġiba Isem u kunjom
TIĠIEĠ FIL-FORN BIL-BARMIĠĠAN
Indirizz
JAMES MUSCAT Email
INGREDJENTI 6 isdra tat-tiġieġ, bla ġilda u għadam 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa ras ta’ tewma mgħaffġa kikkra frak tal-ħobż niexef 220g ġobon Parmiġġan kuċċarina ħabaq niexef u mfarrak
Biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni ibgħat dan il-kupun sas-SIBT 2 TA’ FRAR lil James Muscat, Kompetizzjoni Riċetta, Prime Ltd, Mgiered Road, Marsa MRS 3303 flimkien ma’ riċetta minn tiegħek bi prodotti ta’ laħam li ssib għand il-Prime Meat Shops. Waħda mir-riċetti tittella’ bix-xorti u tista’ trebbħek vawċer ta’ €100 li jissarraf f’wieħed mill-ħwienet tal-Prime.
niskata bżar iswed mitħun IR-REBBIEĦ GWIDA 3 HU SAVIOUR CAMILLERI (IKLIN) METODU Saħħan il-forn għal 175˚Ċ. Idlek biż-żejt dixx tal-forn. Ħallat flimkien iż-żejt taż-żebbuġa u t-tewm. Fi skutella oħra ħallat il-frak tal-ħobż, il-ġobon Parmiġġan, il-ħabaq u l-bżar. Aqbad kull sider tat-tiġieġ u niżżlu fit-taħlita taż-żejt u mbagħad fit-taħlita tal-ħobż. Poġġi l-laħam fid-dixx tal-form u ferrex fuqu t-taħlita tal-frak tal-ħobż li jkun għad fadallek. Aħmi fil-forn għal madwar 30 minuta sakemm tara li meta terfa’ l-laħam il-likwidu li joħroġ ikun ċar.
VALYOU SUPERMARKET, Naxxar TOWER SUPERMARKET, Sliema MGIERET ROAD, Marsa • TROLEES SUPERMARKET, Qawra PRIME SHOP‚ Zabbar • GALA SUPERMARKET, Ta’ Xbiex VALYOU SUPERMARKET, Mellieħa CHAIN SUPERMARKET, Żabbar LASCO SUPERMARKET, Żejtun PISCOPO’S CASH & CARRY, San Pawl il-Baħar CHAIN FOODSTORE, The Point, Tignè CHAIN SUPERMARKET, Fgura PRIME LTD, MGIERET ROAD, MARSA MRS 3303 Tel 21222291/2 www.primemalta.com james.muscat@primemalta.com 57 59 59
RIĊETTA
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
KUSTILJI TAL-MAJJAL MIMLIJA U MIXWIJA NANCY BUHAGIAR INGREDJENTI
METODU
6 kustilji tal-majjal tal-qasba ħoxnin 4cms
Laħlaħ il-kustilji tal-majjal u xxotahom b’sarvetta tal-karti.
200g zalzett tal-Malti 100g tadam imqadded ftit melħ
B’sikkina bil-ponta fforma but (pocket) f’nofs l-għoli tal-kustilja. Qatta’ z-zalzett tal-Malti f’biċċiet flimkien mat-tadam imqadded, ħallathom ġo reċipjent u b’mgħarfa imla l-kustilji b’din it-taħlita. Ippressa l-kustilji biex jiġu ċatti u mbotta l-mili ’l gewwa. Ferrex ftit melħ fil-wiċċ, poġġihom ġo dixx u ixwi fil-forn fuq temperatura ta’ 100°Ċ għal madwar 15-il minuta minn naħa waħda u 15-il minuta oħra fuq in-naħa l-oħra.
61
GWIDA MIS-27 TA’ JANNAR SAT-2 TA’ FRAR 2019
OROSKOPJU Ritratt: Robert Camilleri (FotoClassic)
OROS KOPJU Jidher li dan ix-xahar tħossu l-ambjent ta’ madwarkom jinbidel, iżda tibżgħux: l-istilel favur tagħkom. Il-ħila u l-mod raffinat fl-imġiba tagħkom huma l-armi li għandkom tużaw f’kull konfrontazzjoni.
22 AWWISSU - 22 SETTEMBRU Tridu taħdmu biex tegħlbu l-ostakli li jagħmlulkom. Bl-għajnuna ta’ ħbieb tistgħu taslu għal bidla radikali jekk tagħrfu tippjanaw strateġija tajba. Fl-imħabba Venere tagħti n-nar lid-djalogu tirnexxu.
LIBRA
21 MARZU - 20 APRIL
23 SETTEMBRU - 22 OTTUBRU Tħossu responsabbiltà kbira biex tgħinu lill-proxxmu wara esperjenza li għaddejtu minnha li nebbħitkom li s-salib tagħkom hu żgħir ħdejn dak ta’ ħaddieħor. Titilfux din ir-rieda u fittxu fejn se tagħtu daqqa ta’ id.
TAURUS
SCORPIO
21 APRIL - 20 MEJJU
23 OTTUBRU - 22 NOVEMBRU
Jispikkaw il-kuntatti mal-oħrajn, kollox iffukat fuq il-bżonn talkomunikazzjoni, li tagħmlu ħbieb ġodda, li tgħixu ċerti bidliet u taqsmu ċerti esperjenzi. Mhux il-waqt li tgħidu dak li tħossu.
Affrontaw il-ħajja b’raskom imgħollija ’l fuq u bi spirtu kumbattiv. Min m’għandux salib għandu domna. Issa l-waqt li taħsdu dak li żrajtu kemm-il darba ma tħallux lil min jagħlqilkom bibien. Iksru r-rutina.
GEMINI
SAGITTARIUS
21 MEJJU - 21 ĠUNJU
23 NOVEMBRU - 21 DIĊEMBRU
Mument tajjeb fil-qasam professjonali li bħalissa jeħdilkom ħafna ħin iżda li jagħtikom sodisfazzjon. Merkurju hu ħabib kbir tagħkom u se jgħinkom anki firriżorsi finanzjarji.
21 JANNAR - 19 FRAR Tkomplu bir-ritmu qawwi tax-xogħol għax l-Akwarjani ma jafux joqogħdu lura. Iżda l-aggressività tagħkom ibżgħu minnha: attenti minn dawk li jippruvaw jiddrammatizzaw l-azzjoni tagħkom.
Tħossu l-bżonn li jkollkom affermazzjoni personali: dawk ta’ madwarkom jeħdukom wisq for granted. Iżda bl-għajnuna tal-istilel ma ddumux ma tħossukom f’pożizzjoni li tistgħu tinnegozjaw.
ARIES Jinqalgħu problemi fil-konfront tax-xogħol u l-familja; bħalissa tħossukom f’morsa b’kulħadd jagħfas millaħjar li jista’. Marte tgħinkom issibu interessi ġodda ħalli tesprimu l-kreattività tagħkom.
AQUARIUS
23 LULJU - 23 AWWISSU
VIRGO
PISCES 10 FRAR - 20 MARZU
Il-preżentatur QUINTON SCERRI, Aquarius, li jagħlaq sninu fis-27 ta’ Jannar
LEO
CANCER 22 ĠUNJU - 22 LULJU Tħossu bżonn li tiksbu ċerta awtonomija. Tistgħu tagħmlu passi li lanqas qatt ħsibtuhom. Issa ż-żmien li tagħmlu ċerti għażliet li jagħtukom riżultati tajba f’kull qasam.
Xahar li se jagħlaq kif beda — b’deċiżjonijiet li ħadtu importanti. L-influwenza tagħhom fuqkom se jkunu kbar, speċjalment fejn jidħlu l-kuntatti ma’ ħaddieħor.
CAPRICORN 22 DIĊEMBRU - 20 JANNAR Fil-bidu ġimgħa mimlija attività, garanzija li se jkollkom x’taqsmu ma’ ħafna nies. Xi ntopp fix-xogħol jgħib waħdu. Fil-qasam soċjali ssibu li l-ħbieb huma f’burdata ta’ djalogu.
SPIŻERIJI MIFTUĦA nhar il-Ħadd 27 ta’ Jannar MALTA Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, il-Ħamrun Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, l-Imsida San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, il-Għargħur Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, il-Mellieħa
62
21252396 21225539 21482856 21493549 21227920 21386974 21335492 21444035 21413402 21523536
Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija 21890111 White Cross Pharmacy, Fuq San Pawl, Bormla 21821671 Polymer, Triq ix-Xagħjra, Ħaż-Żabbar 21676263 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa 21658622 Safi Pharmacy, St. John Street, Ħal Safi 21649552 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ 21467459 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Malta 79455477 GĦAWDEX Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria 21556170 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, in-Nadur Għawdex 21563589