GWIDA JULY 2020

Page 1

GWIDA fuq kollox u fuq kulħadd

GWIDA ISSA IKBAR, ISBAĦ U B’AKTAR PAĠNI KULL L-EWWEL ĦADD TAX-XAHAR! U ISSA TISTA’ TIRBAĦ

GWIDA. mt

€1.95

€1,000!

NITKELLMU MAL-PROTAGONISTI TAL-COVID-19 F’MALTA

Intervista esklussiva ma’ Chris Fearne, Charmaine Gauci u Christopher Barbara

LULJU 2020









EDITUR Anthony M Baldacchino DISINJATUR James Debono QARREJJA TAL-PROVI Nicole Sammut SALES MANAGER TALPUBBLIKAZZJONI Jessica Spiteri Catania BRAND SALES EXECUTIVE Wanaha Camilleri OPERATIONS & CLIENT RELATIONSHIP MANAGER Elena Dimech RITRATT TAL-ISTORJA PRINĊIPALI Matthew Cutajar – iCam Sudios EMAIL info@gwida.mt SIBNA FUQ FACEBOOK @Gwida.mt SIT UFFIĊJALI www.gwida.mt UFFIĊĊJU EDITORJALI, PUBBLIKATUR, UFFIĊĊJU GĦAR-REKLAMAR Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 TEL 2132 0713 PUBBLIKATUR

12. Il-Protagonisti tal-Covid-19 f’Malta

KONTENUT GWIDA LULJU 2020

Storja Prinċipali

12. Il-Protagonisti tal-Covid-19 f’Malta 16. Intervista ma’ Charmaine Gauci fuq il-Covid-19 u l-ħajja tagħha

22. Intervista mad-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne

27. Intervista mal-viroloġista Chris Barbara

Kompetizzjonijiet

35. Irbaħ €1000 cash - L-Ewwel kupun tal-kompetizzjoni! 66. Tisliba 78. Kompetizzjoni Oroskopju Minn Pauljon

GWIDA Speċjali

37. Intervista ma’ Andrea Cassar il-moħħ wara Liquorish 42. Joseph Cauchi ta’ Liquorish jitkellem fuq l-esperjenza tiegħu fil-programm

X’Hemm fuq it-TV 46. Skeda tal-aktar programmi favoriti mal-qarrejja ta’ GWIDA

Intervisti

50. Destiny Chukunyere - Minn “Stallett ġo qalbi” għal “Għatxana ħafna u vera ninsab kuntenta” fi żmien xahar!

Editorjal

55. Ir-Ronda tad-Dar - X’għandek tagħmel biex tieħu ħsieb darek?

69. Il-persuna li mhux qed tirrispondik bħalissa qiegħda tixxemmex!

© Content House 2020 Id-drittijiet huma kollha riservati. Riproduzzjoni tar-rivista jew parti minnha hu pprojbit mingħajr permess speċjali u bil-kitba. L-opinjonijiet inklużi fil-GWIDA mhux neċessarjament huma dawk talEditur jew tal-Pubblikatur. Minkejja li kull attenzjoni raġjonevolittieħdet biex il-magażin ikun korrett u komplut, l-Editur u l-Pubblikatur mhumiex responsabbli għal żbalji u nuqqasijiet fl-artikli, reklamar, ritratti u stampi.

GWIDA tkun għall-bejgħ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.

Rumanz

61. Strada Stretta - Episodju 3

Riċetti

73. Riċetta ta’ Manuel 75. Riċetta ta’ Anton B Dougall

Oroskopju

77. Informazzjoni fuq l-istilla Cancer u oroskopju ta’ xahar

GWIDA Lulju 2020 9


L-ITTRA TAL-EDITUR

Anthony M. Baldacchino - Editur ta' GWIDA Immissjajtkom! Għall-ewwel darba fl-istorja tal-GWIDA, Covid-19 irnexxielha twaqqaf għal 3 xhur u nofs l-aktar rivista popolari bil-Malti. Ma kinitx deċiżjoni faċli kemm għalija, kif ukoll għall-kumpanija Content House li dejjem emmnet f’din ir-rivista. Konna ħsibna li wara perjodu qasir ser inkunu nistgħu niġu lura, iżda dan ma kienx possibbli. Ħwienet magħluqin, kulħadd ġewwa, sitwazzjoni tal-biki. Niftakar it-telefonata mingħand id-diretturi tiegħi li l-magażin kellu jitwaqqaf għall-perjodu kienet ħasditni. Kelli kollox lest għal Gwida 14 li kien ser ikollha lil Andrea Cassar ta’ Liquorish flimkien mat-tfal tagħha fuq il-qoxra. Liema intervista tista’ ssibha f’din irrivista. Kellna nieqfu naħdmu fuq il-magażin, iżda għal min għandu aċċess għall-internet komplejna l-intervisti u stejjer interessanti fuq gwida.mt. Fi żmien il-Covid-19, gwida.mt mhux talli kompliet tikber talli rnexxielna nagħmluha mal-aqwa 4 siti ta’ aħbarijiet f’Malta! F’Marzu ma ninsieha qatt, kien is-Sibt filgħaxija u rċivejt filmat ta’ waħda mara tkanta Viva Malta mill-gallarija. Xena li konna ilna naraw lil sħabna Taljani jagħmluha. Għedt ħa nitfagħha għax laqtitni. Appena ppubblikajt l-artiklu naraw erbat elef fuq is-sit jidħlu f’daqqa. Kienet surreali; kulħadd jieħu l-iscreenshots u ngħadduhom lil xulxin. Kienet ferħa għalina wara d-diżappunt li mhux ser naraw aktar lil xulxin. Lill-kollegi tiegħi tax-xogħol immissjajthom ferm, konna nidħqu flimkien u kien riesaq l-Għid! Dan ifisser li fl-uffiċċju kien ser ikun hemm il-famużi figolli! Iżda ma kellux ikun u l-figolli kelli naqbiżhom din is-sena. Xahar wara xahar komplejna nżommu lill-udjenza tagħna aġġornata b’li qed jiġri fil-pandemija. Kienet sitwazzjoni stramba fejn tara toroq vojta. Jien ngħix Marsaskala u hawn biex issib parking kienet diffiċli immens, iżda f’dawn it-3 xhur parking kien bla problema ta’ xejn. Imma ħasra għax tara kullimkien magħluq, storbju mill-bandli tat-tfal xejn, nies jimxu fit-triq xejn. Meta tkun

10 GWIDA Lulju 2020

tgħix f’raħal attiv u ssib ma’ wiċċek din il-bidla bla ma trid tistaqsi, “X’qed jiġri?”. Kienet surreali l-ħaġa li ma tistax tmur tiltaqa’ mal-għeżież tiegħek. Lanqas kienet titwemmen il-ħaġa meta kienu jgħidulek tmurx iżżur lill-anzjani! Fejn qatt kienet din! Imma għexnieha u għaddejnieha. Xħin il-każijiet bdew ikunu minimi erġajna ħadna r-ruħ u konna għamilna laqgħa fuq il-futur tar-rivista tant popolari! Xtaqna li wara waqfa nagħmlu ritorn kbir u nagħtu dehra ġdida. Minn issa ’l quddiem GWIDA ser tibda tkun akbar, iktar interessanti, b’aktar stejjer umani, u gossip minn madwar Malta. Ser tkun Gwida fuq kollox u fuq kulħadd! Flimkien mat-tim rajna liema jkun l-aħjar kandidat li għandna nintervistaw għall-ewwel GWIDA speċjali. Min kellu jkun aħjar mill-protagonisti fil-qasam mediku li kienu fuq fomm kulħadd fil-mument? Nixtieq minn hawn nirringrazzja lil Gordon Bonello u lil Dr. Paula Cauchi li għamlu l-intervista ma’ dawn it-3 eroj ta’ Malta possibbli. Flimkien iltqajna waqt li segwejna l-miżuri ta’ mitigazzjoni! Trid tarani kemm ħassejtni stramb wara 3 xhur nilbes il-ġlekk u qalziet! Imbagħad xħin iltqajt magħhom ma stajtx neħdilhom b’idejhom minħabba l-Covid-19! Imma flimkien qattajna sagħtejn nitkellmu u staqsejthom mistoqsijiet li mhux soltu jwieġbu! Ejja ngħidu li kollha daħku u tbissmu. Grazzi talli għal darb’oħra xtrajt il-GWIDA. GWIDA ser tibda toħroġ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar, b’hekk il-ħarġa li jmiss ser tkun nhar il-Ħadd, 2 t’Awwissu.



Storja Prinċipali

IL-PROTAGONISTI TAL-COVID-19 F’MALTA Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa, Chris Fearne, flimkien mas-Supretendent għas-saħħa pubblika Charmaine Gauci u l-virologu Chris Barbara. Dawn it-tlieta rajniehom kemm-il darba f’dawn it-tliet xhur tal-pandemija. Staqsejna lil dawn it-tlieta, mistoqsijiet li l-ġurnalisti ma staqsewhomx qabel, xtaqna nkunu nafu kif kienu jirrilassaw waqt il-pandemija u x’kien it-tbassir tagħhom meta kienet għadha biss ġewwa ċ-Ċina? Din l-intervista saret fil-bidu ta’ Ġunju, fejn ħadna l-miżuri kollha meħtieġa skont id-direttivi tagħhom stess. Kienet intervista li ser nibqgħu niftakruha għax kulħadd kien 2 metri ’l bogħod minn xulxin, madankollu wieħed seta’ jammira r-relazzjoni sabiħa li hemm bejn dawn it-tlieta flimkien. Relazzjoni b’saħħitha li għenet aktar fis-suċċess li Malta kisbet f’din il-pandemija. 12 GWIDA Lulju 2020


Storja Prinċipali

X’kien il-ħsieb tagħkom meta ħakmitna sew il-Covid-19 u bsartu li ser ikollna dawn is-suċċessi? Chris Fearne: Din ma kinitx xi ħaġa li konna qed nistennew, jiġifieri d-dinja kollha ma kinitx qed tistennieha l-pandemija. Pandemija kbira bħal din f’ħajjitna qatt ma rajna, jiġifieri sakemm bdejna ridna nimxu fuq l-esperjenzi tal-passat, niġbru l-istudji illi kien hemm, għalkemm mhux fuq Covid-19 innifisha, u naraw l-esperjenzi ta’ pajjiżi oħrajn. Fortunatament għandna tim tajjeb, ilna naħdmu flimkien għal snin twal, jiġifieri ma kinitx diffiċli biex nikkordinaw u naqbdu r-ritmu mal-ewwel. Christopher Barbara: Qabel qatt ħlomna b’din il-pandemija, kienet prassi tagħna li regolarment niltaqgħu fl-uffiċċini mas-Supretendent għasSaħħa Pubblika, biex infasslu u nirrevedu diversi pjanijiet ta’ mitigazzjoni, f’ każ li f’ pajjiżna jidħol xi virus bħall-COVD-19. Dejjem nippjanaw jekk jinqala’ xi ħaġa, x’ħa nagħmlu. Konna nitkellmu mal-protezzjoni ċivili u dipartimenti oħra biex niddiskutu x’ passi jkunu jridu jittieħdu. Meta bdejna naraw x’inhu jiġri fiċ-Ċina, bdejna nisperaw li mhux ser tersaq lejna imma bil-mod il-mod ġiet hux! Charmaine Gauci: Kellna pjan preparat illi kien proprju jista’ jiġi adattat. Aħna kellna esperjenza mill-pandemija tal-influwenza fl-2009 u dak ilpjan bdejna nadattawh skont is-sitwazzjonijiet li kienu qed jevolvu. Però din hija xi ħaġa li kienet kompletament differenti, li kien tajjeb huwa li kif rajna li l-pandemija ħa tolqotna u anke l-impatt li seta’ jkun hemm biha, ingħaqadna t-timijiet kollha flimkien fejn kulħadd kellu jbiddel ix-xogħol li kien qed jagħmel qabel, u jiffokka fuq din is-sitwazzjoni. Kien l-isforz ta’ kulħadd u anke l-kollaborazzjoni tal-poplu Malti li proprju wasalna biex illum inkunu nistgħu ngħidu li r-rata tat-trażmissjoni hija baxxa ħafna.

“Chris sena ikbar minni, konna tobba flimkien. Charmaine iżgħar minni, konna diġà tobba meta hi kienet studenta tal-mediċina.” Chris Fearne

Kif tiddeskrivu r-relazzjoni ta’ bejnietkom? Chris Fearne: Aħna ilna nafu lil xulxin snin twal! Chris sena ikbar minni, konna tobba flimkien. Charmaine iżgħar minni, konna diġà tobba meta hi kienet studenta tal-mediċina. Ilna naħdmu ħafna flimkien. X’kienu l-aktar deċiżjonijiet importanti li ħadtu? Chris Fearne: Fil-bidu nett għalkemm bdejna naraw li l-pandemija għadha fiċ-Ċina u f’ pajjiżi oħra fl-Asja, saħansitra qabel ma kien hemm l-ewwel każijiet l-Italja u fl-Ewropa, konna konxji li din ilpandemija impossibbli ma tasalx Malta u għalhekk il-preparamenti bdew f’Jannar li għadda. Il-fatt li bdejna nippreparaw minn kmieni, probabbli anke qabel ħafna pajjiżi oħra kien ta’ vantaġġ. Kien ta’ vantaġġ għax il-miżuri li stajna nippjanaw pjanajniehom sew u kien ta’ vantaġġ ukoll biex nixtru t-tagħmir li kellna bżonn. Bħalma jafu l-qarrejja, kien hemm perjodu fejn kien hemm nuqqas kbir ta’ ventilaturi madwar id-dinja, nuqqas kbir ta’ maskri u ta’ lbies protettiv, iżda peress li aħna ħsibna kmieni rnexxielna li jkollna s-supply biżżejjed għall-pazjenti u għall-istaff tagħna. Charmaine Gauci: U anke strateġija li ħadmet hija li mill-bidu nett, il-laboratorju kien mgħammar biex nagħmlu t-testijiet għaliex waħda mill-aqwa strateġiji kienet li dawk li jkunu pożittivi ssibhom mill-ewwel. B’hekk dawn ma jibqgħux iferrxu. Allura, il-każijiet li kellhom kwalunwke sintomi bdejna nagħmlulhom it-testijiet, niżolawhom u naraw min kienu f’kuntatt magħhom, biex dawn ukoll jagħmlu l-kwarantina. B’hekk konna qegħdin dejjem nillimitaw l-ammont ta’ ċirkulazzjoni ta’ dan il-virus fis-soċjetà. Kif kontu tirrilassaw? Chris Fearne: Min qallek li konna nirrilassaw? (waqt li nfexxew jidħqu) Christopher Barbara: Però xi daħka bejnietna ma kinitx tonqos. Chris Fearne: Għalkemm iż-żmien tal-pandemija kien impenjattiv ħafna, il-ħajja ta’ kirurgu u mbagħad dik tal-politika teżiġi li dejjem GWIDA Lulju 2020 13



Storja Prinċipali

tibqa’ għaddej. L-importanti li ma tħallix il-kriżijiet jirkbuk. Dejjem għandek tippjana minn qabel u jekk jista’ jkun tipprova tipprevjeni x’inhu ġej minn qabel ħalli tipprepara għalih u tkun lest, filwaqt li timxi bi pjan li l-aġenda tfassalha inti u ma tħallix iċ-ċirkostanzi jagħmlulek l-aġenda huma. Aħna meta nimxu hekk billejl inkunu nistgħu mmorru b’moħħna mistrieħ għax nafu li l-affarijiet huma taħt kontroll. Jiena meta jkolli ċ-ċans, il-Ħadd nieħu pjaċir insajjar naqra d-dar, dak ir-rilassament tiegħi. Forsi filgħaxija naqra xi ktieb. Christopher Barbara: Min-naħa tiegħi diġà mort fit-tielet fażi. Ir-rutina diġà qlibtha għaliex billejl ikunu ħerġin ir-riżultati kif tafu, jirċievu email xi 3 ta’ filgħodu bir-riżultati. Jiġifieri anke l-ħin tar-riżultati biddilnieh, però naħseb il-fatt li taf li kienet suċċess, il-ħin li torqod huwa ħin sodisfaċenti immens. Bħala ħin ta’ rilassament, nieħu pjaċir noqgħod naqra xi ħaġa, imma dan l-aħħar anke fir-rilassament kont qed nispiċċa naqra affarijiet relatati mal-Covid għax bdew isiru studji ġodda. Però meta tkun fik il-passjoni tal-viruses u batterji, jien il-mikrobi huma l-ħajti, allura dik rilassanti wkoll għalija.

Charmaine Gauci: Ngħid għalija, imdorrija naħdem ħinijiet twal u l-fatt li inti tidħol għax-xogħol u ma tafx x’ser issib quddiemek speċjalment fil-mard infettiv u kwalunkwe aspett ta’ saħħa pubblika, hija xi ħaġa li mdorrijin biha. Ovvjament, din issitwazzjoni kellha bżonn t’ aktar attenzjoni u aktar ħin min-naħa tagħna. Mhux tiegħi biss, iżda tat-tim kollu. Ingħaqqadna kollha flimkien, għandna sal-lum inqattgħu ħafna ħin flimkien fl-uffiċċju, li xi ħaġa sabiħa wkoll għax sirna qisna familja. Li għandek ukoll li tkun ’il bogħod aktar mill-familja, però l-familja tiegħi jifhmu. Qed nimmissja li mhux qiegħda nsajjar għax qed isajru huma għalija imma nispera li nkun nista’ nidħol ukoll fit-tisjir, ħalli t-tisjir ikun dak li vera nixtieq jiena. Il-messaġġ tal-Ministru fuq l-istaff kollu. Chris Fearne: Irrid ngħid li aħna, Chris, Charmaine u jiena, m’aħniex aħna waħedna, it-tim li qed jaffaċċja din il-pandemija. S’issa affaċjajnieha b’suċċess bil-kollaborazzjoni ta’ numru kbir ta’ persuni li ta’ kuljum ikunu fuq ta’ quddiem biex jagħtu l-kontribut tagħhom f’ din il-battalja kontra l-Covid-19. Impossibbli nsemmihom kollha imma minn hawn nirringrazzja lil kull min kien involut għaliex nemmen li wieħed mis-suċċessi tagħna kien li rnexxielna naħdmu bħala tim f’armonija, mingħajr battibekki kbar, jiġifieri kien hemm ko-operazzjoni assoluta ta’ kulħadd u naħseb dak kien is-sigriet tas-suċċess tagħna.

GWIDA Lulju 2020 15


Storja Prinċipali

CHARMAINE GAUCI Il-mara fuq fomm kulħadd!

Ċertament l-aktar mara popolari f’Malta fiż-żmien ilpandemija kienet is-Supretendent tas-saħħa pubblika Charmaine Gauci. Il-ġurnata ta’ Charmaine tkun ippakkjata b’laqgħat kontinwi. Ix-xufier tagħha fuq intervista li saret mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE qal li, “Dejjem nafha bi tbissima” jgħid Matthew Tabone li hu x-xufier ta’ Charmaine Gauci. Kollega oħra ta’ Charmaine Gauci hi Tanya Agius Borg li fl-istess filmat tgħid, “Jekk tqum filgħodu vera ħażin, ma jkollokx aptit taħdem, tiġi titbissimlek u tgħidlek bonġu.... Tpoġġi bilqiegħda miegħek, tiddiskuti sakemm toħroġ titbissem int ukoll mill-uffiċċju tagħha”. Kulħadd ifaħħarha saħansitra d-deputat Prim Ministru, Chris Fearne qal, “Ilni li appuntajtha professur tas-saħħa pubblika 4 snin u ma jiddispjaċini xejn, tagħmel xogħol tajjeb ħafna”. Ħafna kienu dawk li ssuġġerixxew lil Charmaine Gauci għal Ġieħ irRepubblika. Iżda hi kif taħsibha? 16 GWIDA Lulju 2020

Alex Muscat tkellem fil-Parlament u eżiġa li inti għandek tkun ikkunsidrata għall-ogħla onorofiċenza ta’ pajjiżna u tingħata Ġieħ irRepubblika. X’tikkummenta fuq dan? Taċċetta? Jien għalija dak li jagħtik unur hu li tara l-pubbliku jkun qiegħed japprezza x-xogħol kollu li tkun qed tagħmel. Jien m’iniex jien waħdi, warajja hemm tim sħiħ, it-tim tas-saħħa pubblika, nies oħrajn mill-isptarijiet, millkura primarja u entitajiet kollha oħra. Dawn qed jagħmlu x-xogħol u qed naħdmu flimkien. L-aktar ħaġa importanti hi li n-nies jibqgħu jsegwu l-miżuri li qegħdin nagħmlu, proprju f’din is-sitwazzjoni. Miżuri ta’ prevenzjoni fejn in-nies, importanti ħafna li jżommu d-distanza soċjali, il-ħasil tal-idejn u l-użu tal-alcohol hand wash u anke l-mezzi ta’ mitigazzjoni li għandna nħaddnu. Eżempju l-użu tal-maskri meta inti qed tidħol


Storja Prinċipali

“L-aktar ħaġa importanti hi li n-nies jibqgħu jsegwu l-miżuri li qegħdin nagħmlu.” ġejjin ukoll, hemm tgħid iva hawnhekk qed naraw lin-nies vera qegħdin jaħdmu biex aħna nkomplu nżommu s-saħħa tal-poplu Malti tajba. Kont tagħmel kuljum aġġornament tal-bulettin mediku, timmissjah? Ifhem, aħna naraw fejn hemm il-bżonn. Aħna konna qegħdin fi żmien fejn kien hemm ħafna każijiet u jien kont qed nagħmel il-bulettin ta’ kuljum. Kont qed nara li kien hemm il-poplu Malti li qed jitlob l-informazzjoni u jkun jaf x’inhu għaddej. Anke dawk il-mistoqsijiet li kienu qed jagħmlu l-ġurnalisti kienu proprju l-vuċi tal-poplu u l-mistoqsijiet li bdew jistaqsu. Aħna dejjem ħdimna bit-trasparenza fejn kull każ li kellna rajna u tajna l-informazzjoni li aħna stajna nagħtu dejjem li tirrispetta wkoll l-identità tal-persuna. Minn kull pazjent aħna qegħdin nitgħallmu kif tinfirex din il-marda. Allura aħna dejjem nimxu fuq il-bżonn li jkollu l-poplu Malti. Ladarba bdew jonqsu l-każijiet u anke bdew jonqsu l-mistoqsijiet ħassejt li kelli nnaqqas in-numru ta’ interventi li kien qed ikollna. Issa li qegħdin f’fażi oħra nħoss li m’hemmx daqshekk bżonn li jkun hemm il-bulettin mediku. Xorta bqajna u ser nibqgħu noħorġu l-informazzjoni imma nużaw mezzi oħra biex inkunu nistgħu ngħaddu l-komunikazzjoni.

f’xi ħanut, Knisja jew inkella tkun post fejn ikun hemm numru ta’ nies flimkien. Meta nara n-nies qed jisimgħu minn dawn il-mezzi ta’ prevenzjoni jagħtik dak ilpjaċir u tgħid ‘iva’ qed ikompli jirnexxilna nikkontrollaw din is-sitwazzjoni. Liema kien l-isbaħ mument personali f’din il-pandemija? Dan l-irwol jaqa’ taħt is-supretendenza tassaħħa pubblika, li t-tim ma kienx daqshekk kbir. Però kif rajna li bdiet is-sitwazzjoni tavvanza, bdejna naraw nies ġejjin biex jingħaqdu ma’ dan it-tim. Hemmhekk tara n-nies kollha flimkien. Bdejt nara l-voluntiera

Imma naqasalek ix-xogħol jew żdiedlek? Ħafna nies ħasbu li issa jien free. Infatti kelli telefonati m’għand nies, “La issa għandek id-djarju vojt nista’ niltaqa’ miegħek?”. Imma dak kien jieħu biss parti żgħira mix-xogħol tiegħi. Dak ix-xogħol li kont qed nagħmel biex nipprepara għal dik il-press conference u niġbor l-informazzjoni tal-każijiet, dak xorta ikun għadu jsir. Dan għaliex inkun qed naħdem dawn il-każijiet flimkien ma’ kollegi tiegħi ħalli naraw kif aħna nkunu nistgħu nitrattaw kull każ li jkun hemm. Avolja issa ġieli ma jkunu xejn jew wieħed, xorta importanti li naraw minn fejn ikun seta’ ġie dak il-każ u jkun ikkontrollat. Aħna qegħdin inkomplu bil-mezzi ta’ mitigazzjoni u noħorġu linji gwida lin-nies u anke nippreparaw għall-fażijiet li ġejjin ukoll. Imma l-Covid-19 mhux xogħolna biss, il-Covid hu parti minn xogħolna, forsi vera bħalissa ffukajna ħafna fuqu però hemm ix-xogħol l-ieħor li xorta baqa’ għaddej. Xogħol ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika tal-poplu Malti. Taqra x’qed jingħad fuqek? Ma tantx ikolli ċans, però hemm ħafna nies li jirreferuli ċerti mumenti ħelwin. Kif ukoll il-kummenti li jgħaddu li tibda tirrealizza li tkun qiegħed f’ċertu moħħ tal-poplu u tammira l-ideat li jkunu qegħdin joħorġu bihom u anke kif jiżvolġu l-istejjer. Ħafna drabi jkunu ħelwin u tgħid ‘Hawn nies li qegħdin jaraw din is-sitwazzjoni mill-aspetti kollha’. GWIDA Lulju 2020 17



Storja Prinċipali

Għedtli li t-tifel qed iżommlok ir-ritratti li qed joħolqu fuqek? Iva! Tant kien hemm ritratti u kien hemm kummenti bil-comics li t-tifel qalli, “Jekk il-Bambin irid, xi darba jkolli t-tfal u nkun irrid nurihom ir-ritratti tan-nanna”. Kont tiddejjaq meta kienu joħorġu n-numru ta’ każijiet qablek? Le ma jimpurtax! Meta nkun qed nagħti l-bulettin, dak huwa n-numru ta’ każijiet li vera jkunu qegħdin hemm. L-iskop tal-bulettin mhux biss li aħna nkunu qed nagħtu n-numri biss, l-iskop hu li nkunu qed ninfurmaw lill-pubbliku x’inhi s-sitwazzjoni, x’tip ta’ każijiet aħna qed ikollna u anke x’inhuma l-pjanijiet li aħna qed ikollna sabiex inkomplu nikkontrollaw issitwazzjoni. Apparti mill-irwol tiegħek bħala Supretendent tas-saħħa, int tgħallem l-istudenti. X’jgħidulek l-Università? Iva. Ftit ilu kellna l-Viva tat-teżi fil-livell ta’ Masters u jiena lekċerer l-Università ta’ Malta. L-istudenti dejjem jieħdu pjaċir li jkunu qed jitgħallmu. Jiena ma nħobbx nirrepeti dak li hemm fil-kotba. Fil-lekċers tiegħi nagħti eżempji mill-każijiet li aħna nkunu qegħdin naraw u mis-sitwazzjonijiet li nkunu qegħdin naffaċċjaw. Dan jien inħoss li hu l-aqwa training li jista’ jkollok. Kif inti tkun qed taffaċċja s-sitwazzjonijiet fil-prattika. Jien inħoss li mill-esperjenza li għandi, nemmen li m’għandi inżomm xejn għalija, imma l-esperjenza tiegħi rrid ngħaddiha lil ħaddieħor. Aktar u aktar liż-żgħar li rridhom jikbru bil-kompetenza kollha li għandhom bżonn ħalli huma jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar f’xogħolhom. Waqt l-aġġornament int kont tivvinta xi kliem, x’kienet tgħidlek il-mamà? Il-mamà ġieli tgħidli, imma dik il-kelma minn fejn tkun ġibtha? Sfortunatament meta tkun qed taqra ħafna blIngliż, moħħok jibda jaħseb ħafna drabi bl-Ingliż. Jien nagħmel l-effort tiegħi biex inwassal il-messaġġ tiegħi bil-Malti. Jiġifieri niskuża vera lill-Maltin u lil-lingwa Maltija li jien għandi rispett kbir lejha li ġieli li kien hemm xi kliem li huma bl-Ingliż u dawwarthom b’xi mod bil-Malti. Tidher kalma imma xi jqabbiżhielek? Forsi t-tfal? Le jiena tifel wieħed għandi u vera jieħu paċenzja b’kull sitwazzjoni u għandu karattru simili ħafna tiegħi. L-aktar ħaġa li ma naċċettax hija meta xi ħadd ikun qed jattakka lill-istaff tiegħi. Jien nipproteġi

GWIDA Lulju 2020 19


Storja Prinċipali

ħafna lill-istaff u anke meta jkun hemm sitwazzjonijiet għaddejjin, hemmhekk nidħol mill-ewwel ħalli nara li kollox ikun qiegħed taħt il-kontroll. Jien nemmen ħafna fit-tim, dak hu l-forza li tista’ tmexxi kwalunkwe sitwazzjoni. Ittim hu responsabbli ħafna. Tim li jaħdem ħafna flimkien. Hemmhekk l-hena tiegħi li nara kulħadd jaħdem flimkien f’sitwazzjoni stabbli. Meta tkun tim aħna ngħidu, ‘together we are stronger’.

“Minn kull pazjent aħna qegħdin nitgħallmu kif tinfirex din il-marda.” Jien smajt li kienu jdejquk ħafna l-irjus tal-pupi għax kont taqlagħhom! Meta kont żgħira, iva kelli ħafna pupi. Dejjem kelli l-ħajra għall-mediċina. Kont naqlgħalhom idejhom, imbagħad kont issib xi biċċa ċarruta u nwaħħalhielhom. Meta kont żgħira kont nimmaġina li fejjaqtha lil din il-pupa. Naħseb minn hemm ħarġet li dejjem nipprova nara s-sitwazzjonijiet u ngħin fejn hemm bżonn. Dejjem nipprova nara x’nista’ nagħmel bil-ħila tiegħi biex inkun nista’ nirranġa dawn issitwazzjonijiet. Ir-raġel naf kemm jgħinek ħafna. X’jgħidlek fuq iddehriet tiegħek? Dejjem jieħu pjaċir jara li l-pubbliku jkun ko-operattiv. Anke jifhem l-isforz li qed nagħmlu bħalissa u l-ħinijiet twal, għax jaf li kollox hemm il-bżonn tiegħu. Il-familja tiegħi hija parti minn dan it-tim tax-xogħol tiegħi. Għandi dak is-sapport li hemm bżonn u dejjem jgħaddili kummenti anke fuq il-lingwaġġ li nuża. Jgħidli aħjar għedtha hekk din, allura dejjem wieħed jitgħallem minn xulxin. Hekk inkun qed nara l-perspettiva l-oħra ta’ kif qed jifhmuni n-nies li mhumiex f’dan il-qasam tal-mediċina. Imma żammejthom id-date nights is-Sibt filgħaxija? Emmm... Le! Sa issa le però, inħares lejn il-quddiem li inkun nista’ bil-mod il-mod jibda jkolli xi naqra ħin fil-weekend li nkun aktar libera u jkolli ħin għall-familja. Però la jkollok il-familja maqgħuda miegħek u tifhem is-sitwazzjoni li trid tiddedika l-ħin għax-xogħol u tibda tara r-riżultat tas-sitwazzjoni li huwa stabbli, hemmhekk kulħadd ikun kuntent. Is-sagrifiċċju li tkun għamilt b’dedikazzjoni u bi mħabba kbira, jgħamlek tkun kuntenta ħafna.

20 GWIDA Lulju 2020

Int persuna reliġjuża ħafna, smajt quddies onlajn? Iva! Matul il-ġimgħa ma tantx ikolli ċans immur quddies imma l-Ħadd qatt ma nitlifha quddiesa. Meta ngħalqu l-Knejjes, bis-saħħa ta’ Facebook u Televixin smajt ukoll. Il-Ħadd filgħodu kont tmur mixja, għadek tmur? Bħalissa naqqast għax il-Ħadd inkun xogħol peress li il-każijiet jibqgħu għaddejjin matul il-ġimgħa kollha u anke fil-weekend. Allura ħerqana kif ikollna ftit ċans, inkun nista’ nerġa’ nagħmel dak il-ftit li jkun ta’ ġid kemm għall-menti kif ukoll fiżiku. Imma int għandek brejk? Sfortunatament jien meta nara lil xi ħadd li mhu qed jagħmel xejn, ngħidlu “Għaliex qed tiċċassa?”, u jgħiduli “nista’ nieħu brejk?”... Jiġifieri jien il-ħin kollu rrid nipprova nara kif nimla l-ħin. Xi ħadd qalli li rrid naħdem fuqha jien ukoll għax nixtieq li nitgħallem nieħu brejk. Ħafna penġewk bħala super eroj, imma int min hu s-super eroj fl-opinjoni tiegħek? Jien inħoss li l-aqwa super eroj li tista’ tkun hu li jkollok għal qalbek dak li tkun qed tagħmel. Ikollok l-imħabba għal dak li tkun qed tagħmel għaliex dak ikun ġo fik u ladarba jkollok l-imħabba għax-xogħol, kollox joħroġ naturali. L-istess kull min ikollu x-xogħol tiegħu, kwalunkwe xogħol, anke jekk int mara taddar dik ukoll is-super eroj ta’ Malta. Dik qed tagħti kontribut lill-familja. Jien għamilt żmien meta kelli t-tifel, fejn għamilt xhur li ma kontx qiegħda naħdem. Hemmhekk kien wieħed mill-aħjar żminijiet li kelli għax kont qed nara li qed nikkontribwixxi għat-trobbija tat-tifel u l-bonding li kien hemm bejnietna u lanqas minuta ma ddispjaċieni li qattajt dak iż-żmien, fejn kont il-ħin kollu ddedikata għat-tarbija. L-aħħar mistoqsija, lil tal-familja kont iġġenninhom biex tagħmel l-iswab test? Id-dar irridha super clean, jgħiduli: “Int il-mikrobi jaqaw tarahom?”. Sa dan iż-żmien ma kien hemm ħadd li kellu ebda sintomi, allura bqajna għaddejjin b’sitwazzjoni tajba ħafna li enfasizzajna ħafna fuq l-iġene u d-distanza soċjali.



Storja Prinċipali

CHRIS FEARNE

Deputat Prim Ministru U Ministru Tas-Saħħa Wieħed mill-Ministri li ssemma ħafna tul l-imxija ta’ Covid-19 kien id-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne. Fearne ssieħeb mal-Partit Laburista dakinhar stess li għalaq sittax-il sena. Bi tbissima spjegalna li biex ikun jista’ jinvolvi ruħu ta’ età iżgħar, sab mod kif ta’ ħmistax-il sena, sar is segretarju tal-banda tal-Partit Laburista biex ikun involut f’xi ħaġa, u dan minkejja li ma jifhimx fil-mużika. Għalkemm ilu ferm fil-politika, għadu jiftakar l-ewwel laqgħa ġenerali li kien attenda fejn jiddeskriviha bħala movimentata u mimlija diskussjoni. “Il-politika kienet diġa tħajjarni, imma anka li kieku stess ma kinitx, dakinhar indunajt li ridt inkun parti mid-diskussjoni illi tagħti d-direzzjoni u tifforma l-mod kif jimxi l-pajjiż” qalilna fl-intervista.

22 GWIDA Lulju 2020


Storja Prinċipali

Apparti n-namra għall-politika, studja għal tabib u wara għal kirurgu, professjoni li tagħtu esperjenza kbira, li baqa’ jużagħha anke fi żmien il-Covid-19 bħala Ministru għas-Saħħa. Tul l-intervista li għamilnielu kien qiegħed il-ħin kollu jilgħab b’ċagħka, meta staqsejnieh x’kienet qed tagħmel f’idejh qalilna, “Minflok għandi stressball għandi din iċ-ċagħka. Jien m’għandix kwiet, inħobb inqum u noqgħod. Għalhekk din iċ-ċagħka tgħini nżomm kalm”. L-ewwel każ ta’ fatalità ħabbartu int. Kont għamilt kuntatt ma’ xi qraba ta’ wħud mill-każijiet li mietu bilCovid-19? Kull mewt hija traġedja, xi ħaġa illi tmissek u tolqtok fil-fond. Konna qed nistennew li jkollna mwiet minħabba Covid-19 u konna nafu li l-persuni b’mard kroniku u persuni li għandhom età avvanzata huma l-aktar f’riskju. L-ewwel mewt konna qed nistennewha minħabba li dil-persuna kellha kumplikazzjonijiet mediĊi oħra. Però xorta tħoss id-dieqa u l-weġgħa u tifhem illi l-pajjiż kollu ħass dik il-weġgħa. Torbot magħha element ta’ biża’, konna qegħdin fil-bidu tal-pandemija meta kienu għadhom qed jiżdiedu l-każijiet. Ma konniex nafu jekk il-każijiet kienux se jiżdiedu bl-istess rata li żdiedu f’pajjiżi Ewropej oħra, jew jekk hux ser nikkontrollawha bil-mod tajjeb li rnexxielna nikkontrollawha. Ovvjament wieħed iwassal il-kondoljanzi lill-qraba, u jagħdirhom għaliex kull sitwazzjoni ta’ mewt hija diffiċli. Il-fatt li kien hemm ilmidja u l-pajjiż kollu isegwi dawn l-imwiet, naħseb li żdied l-istress tal-familjari fis-sitwazzjoni.

“L-ewwel mewt konna qed nistennewha minħabba li dil-persuna kellha kumplikazzjonijiet mediċi oħra.” Biddlek b’xi mod il-Covid-19? Jien naħseb li d-dinja kollha tbiddlet, ma naħsibx li hawn xi persuna li ma biddlitux. Biddlet il-mod kif ngħixu, ħalliet impatt fuq il-ħajja soċjali ta’ miljuni ta’ nies madwar id-dinja. Ħalliet impatt fuq is-sistemi tas-saħħa u ħalliet impatt fuq il-ħajja ekonomika ta’ popli sħaħ. Naħseb li waħda mill-affarijiet li tgħallimt tul il-pandemija hi l-importanza li taħdem bħala tim, il-komunikazzjoni u t-trasparenza. Naħseb wieħed mis-suċċessi li kellna bħala pajjiż kien illi kkomunikajna malajr mingħajr ma żammejna xejn mistur. Irnexxielna niksbu l-fiduċja tal-poplu, li kienet strumentali.

Bħala kirurgu int imdorri tieħu deċiżjonijiet malajr. Kif għenitek din tieħu deċiżjonijiet waqt żmien Covid-19? Meta tkun kirurgu trid tieħu deċiżjonijiet ta’ ħajja u mewt ibbażati fuq l-evidenza li għandek quddiemek, trid tippjana u tagħmel it-testijiet, tiġbor il-pariri li għandek bżonn biex ikollok aċċess għall-informazzjoni kollha, imma kultant ikollok emerġenza li tmur lil hinn minn dak li tkun ippreparajt. F’ħafna mumenti f’dawn l-aħħar 3 xhur, erġajt kważi iżjed naħdem b’moħħ ta’ kirurgu milli b’moħħ ta’ politiku, speċjalment fil-bidu, id-deċiżjonijiet li ħadna ridna neħduhom bl-evidenza limitata li kellna quddiemna. Xtaqna li kellna aktar informazzjoni u nkunu aktar ixxamplati biex nieħdu deċiżjonijiet b’mod iżjed kajman, imma kieku qgħadna nistennew, kieku nfirxet u kien ikollna ħafna aktar imwiet. Jgħidulek tal-familja fuq l-affarijiet u d-deċiżjonijiet li tieħu? Il-mara tiegħi tabiba u wieħed mit-tfal tiegħi spiżjar... iva niddiskutu d-dar anke kwistjonijiet mediċi. Ovvjament jolqtuhom bħalma jkunu qed jolqtu lil kull ċittadin. It-tifel tiegħi żżewweġ ftit tal-jiem ilu mingħajr ma seta’ jagħmel tieġ u mingħajr quddiesa ‘normali’. Konna litteralment tmien min-nies fil-knisja. Kelli niġbidlu l-vidjow jien stess, bħalma ormaj taf Malta kollha! Iva, taffettwana u niddiskutuhom. Ħa nkun onest, dejjem appoġjawni, dejjem fehmu li d-deċiżjonijiet li nieħdu huma bbażati fuq l-evidenza u x-xjenza. Julian, it-tifel tan-nofs iżżewweġ lil Claire f’Mejju. Kif tiddeskrivi dik il-ġurnata tattieġ t’ibnek? Fil-bidu tal-epidemija dawn kienu jafu li ser jiżżewġu fl-aħħar ta’ Mejju. Kien hemm diskussjoni jekk għandhomx iħassru t-tieġ. Però ammirajthom lil Julian u Claire u qalu aħna ħa niżżewġu mhux għan-nies imma għal xulxin u ngħixu ħajja flimkien bħala koppja u jekk nistgħu nagħmluh ir-reception nagħmluh u jekk le ma ġara xejn. Naħseb dik kienet attitudni sabiħa ħafna li baqgħu biha. Jiġifieri meta dakinhar tat-tieġ, morna l-Knisja tmien min-nies, u kien hemm xi kuġini jistennewhom fuq iz-zuntier, huma u ħerġin marru bit-tbissima, b’ferħ u ma

GWIDA Lulju 2020 23


Storja Prinċipali

kinux imdejqin. Wara ma sarx reception, wara morna d-dar u ħadna drink flimkien. Il-kejk ġabuh xorta qsamnieh imbagħad kulħadd mar id-dar. Liema hu l-akbar ħabib tiegħek fil-kabinett? Jien immur tajjeb ma’ kulħadd, m’għandix problema mal-ebda ministru jew segretarju parlamentari u kollha b’xi mod jew ieħor dejjem sibthom t’għajnuna naħdmu tajjeb ħafna flimkien. Ħafna minnhom ilni nafhom snin twal, eżempju Jose Herrera konna flimkien fl-istess klassi fil-primarja, fis-sekondarja u anke Sixth Form San Alwiġi. Ilni nafu minn mindu kellna għaxar snin. Deo Debattista konna studenti tal-Mediċina u tobba flimkien, l-istess Michael Farrugia kien tliet snin qabli. Ħafna oħrajn nafhom mill-partit, Evarist, Chris Agius u oħrajn. Robert Abela ilna snin twal immorru l-gym kull filgħodu. Xi wħud minnhom jiġu għandi jew immur għandhom naraw il-futbol bħal Glenn Bedingfield, inżommu maċ-Chelsea u anke ġieli morna naraw logħba Stamford Bridge flimkien. Oħrajn jiġu għandna għall-ikel jew immorru għandhom, jiġifieri nista’ ngħid li għandna kabinett li jaħdem tajjeb bħala tim imma wkoll fuq livell personali. Dawn l-aħħar xhur daħlu numru ta’ nies ġodda fil-kabinett li jippromettu ħafna, kollha għandhom karattru ferrieħi, tajbin u l-ħbiberija tkompli tikber.

24 GWIDA Lulju 2020

Semmejt il-gym. Għamilt xi ħaġa waqt li konna bil-lockdown? Toni, il-personal trainer, jibgħatli l-ħin kollu, filbidu tgħidx kemm kien eċitat li ħa jibda l-gym. Ovvjament il-gym kien magħluq , jien għamilt xi ħaġa waħdi kull filgħodu imma mhux l-istess ħaġa. Li ma jkollokx is-setup, ma jkollokx lil min jiġri warajk u jiġbidlek widnejk meta tillaxka ftit, mhux l-istess. Fil-fatt żidt xi 4 kilos u issa rrid naħdem biex nerġa’ nitlifhom! Waqt il-Covid iċċelebrajna Jum l-Omm. Għamilt kuntatt m’ommok dakinhar? M’għamiltx kuntatt fiżiku, ma mortx għandhom imma mort Marsaskala fejn toqgħod, qgħadt isfel u tajtha fjuri u pjanta. Liema kienet l-aktar festa li mmissjajt? M’iniex persuna tal-festi, nieħu pjaċir meta nkun attività fejn nitkellem u niltaqa’ man-nies. Imma nammetti li Jum l-Omm kienet l-iżjed ġurnata li ħassejtha d-differenza. Ovvjament kellna l-festa tar-raħal, ta’ Ħal Tarxien, li mmissjajnieha u malkollegi li jorganizzaw il-festa kellna diskussjonijiet iżda qbilna li bħal kull raħal ieħor nżommu marregoli tas-Supretendanza għas-Saħħa Pubblika. Is-sena d-dieħla tiġi u jkollna festa doppja f’Ħal Tarxien.




Storja Prinċipali

CHRIS BARBARA

Virologu u Kap tad-Dipartiment tal-Patoloġija tal-Isptar Mater Dei Ir-relazzjoni ta’ dawn it-tlieta hija wisq unita. Chris Barbara jgħidilna li l-mod kif jaħsbu ikun dejjem l-istess ta’ tlieta li huma u meta ma jaqblux fl-aħħar jifhmu lil xulxin. Omm Barbara xtaqitu li jsir perit flok tabib! Iżda hu jgħidilna, “Dejjem kelli deċiżjonijiet li f’ħajti niddeċiedi jien x’għandi nagħmel. Il-mamà kienet tgħid li oħti ssir spiżjara għax tifla tidher isbaħ spiżjara u miskina oħti saret spiżjara, imma naħseb kuntenta!”. Barbara huwa virologu u jispeċjalizza fil-viruses u bakterji. Għandu għal qalbu ħafna l-anzjani u dawk in-nies li jinsabu waħidhom. Fl-intervista qalilna li, “dejjem xtaqt ngħin fis-saħħa ta’ dak li jkun”.

Naf kemm tammira lill-anzjani u nies waħidhom. Għaliex? Iva! Emminni dik hija xi ħaġa li qiegħda fija. Jien inħoss li n-nies li huma vulnerabbli dejjem għandhom bżonn l-għajnuna ta’ xi ħadd. Jista’ jkun tifel li għandu bżonn xi għajnuna l-isptar eċċ... Ftit ilu meta rajna li ma setgħux jidħlu l-qraba mal-pazjenti, kont indur is-swali u meta nara li xi ħadd m’għandux ilma ħdejh, kont neħodlu flixkun ilma. Issodisfazzjon li tkun qed tgħin lil xi ħadd hija xi ħaġa sabiħa! GWIDA Lulju 2020 27


Storja Prinċipali

Qed tibża’ minn Ottubru? Jiena kif tafu, anke fil-bidu nett meta bdiet il-pandemija, kulħadd kien imwerwer biha, Jien dejjem ottimist. Jiġifieri jien qatt ma nibża’ la mill-mewt u minn xejn. Ottimist għax dejjem inkun preparat. Jekk inti tkun preparat, anke għal xi eżami, int trid toħroġ with flying colours. Allura meta jkollok l-aġġettività dak li jkun m’għandux jibża’ anzi għandu jkun b’wiċċu bil-quddiem. Però dejjem ikun hemm dik it-tensjoni imma mhux biża’. Kieku taf l-informazzjoni fuq il-virus li għandek issa, x’parir kont tagħti lilek innifsek? Meraviljament kont ngħid biex nagħmlu l-istess affarijiet li għamilna issa. Fil-bidu dejjem kont ngħid, li dan ilvirus mhux ser jagħmilna daqshekk affarijiet eċċetera u fil-fatt m’għamilniex. Iżda m’għamilniex għax għamilna l-istrateġija li ddeċidejna li nieħdu. Pereżempju kollegi tiegħi viroloġisti f’membri oħra tal-Unjoni Ewropea, kienu jgħiduli, “Malta għaliex użajtu din l-istrateġija?”, l-Isvediż kien jgħidilna “Ħa toqogħdu tagħlqu l-ħwienet, ħa toqogħdu tagħlqu l-knejjes, aħna ħallejna kollox miftuħ”. Dak il-ħin tibda tgħid, ‘tgħid ħadnieha d-deċiżjoni t-tajba?’. Imma llum bir-riżultati nafu li għalkemm aħna dit-tikka fil-Mediterran, id-deċiżjoni li ħadna kienet l-aktar waħda għaqlija. Ma stajniex immorru aħjar, allura kieku kont nagħmel l-istess affarijiet. Jiġifieri kien hemm kuntatt bejn pajjiżi oħra u qalulkom xi suġġerimenti? Dejjem bħala kollegi aħna niltaqgħu darba fil-ġimgħa, fuq l-internet u niddiskutu l-istrateġiji li kull pajjiż qed jagħmel. Nitkellmu bejnietna bħala viroloġisti u speċi kulħadd jiddiskuti. Sintendi meta aħna ħadna din l-istrateġija, min hu vulnerabbli ser jibqa’ ġewwa, dak li jkun ser ikun hemm ċertu tbatija li ser tinħass. Jien għalhekk grat għall-pubbliku illi fehem l-istrateġija tagħna u għamel is-sagrifiċċji. Hemm min vera ħassu għajjien mentalment biha dil-biċċa xogħol imma naħseb kienet l-aħjar investiment fis-saħħa li stajna nagħmlu. Int tkellimt ma’ professur minn Wuhan minn fejn oriġina l-Coronavirus, x’suġġerimenti tak? Dakinhar veru konna grupp ta’ speċjalisti konna flimkien, mal-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca għax morna l-uffiċċju tagħha u beda jgħidilna l-esperjenzi li ra. L-imwiet kbar li bdew jaraw, tana erba’ suġġerimenti tajbin. Aħna bdejna naraw xenarju ta’ Armageddon qisha ser tispiċċa d-dinja, qisu ser imutu kwantità kbira ta’ nies. Konna qed neħduha bis-serjetà imma qabel tisma’ lill-persuna qed jgħidlek mill-esperjenza tiegħu stess, dan kien il-Kap tad-Dipartiment tas-sistema respiratorja. Tgħidx kemm mitulhom nies, allura meta tisma’ l-persuna jitkellem hu, qed jgħidlek minn xiex għaddew, inti tgħid 28 GWIDA Lulju 2020




Storja Prinċipali

kif ser ngħaddu minn dan kollu aħna, hawn Malta. Mater Dei tgħidx kemm xtraw ventilators, preparaw ITUs oħrajn u l-librerija tal-iskola medika llum hija sala bis-sodod. Kuntent ngħaddi minn dawn il-postijiet u narahom vojta. Kuntent nara illi n-nies vulnerabbli ma mitux, ma spiċċawx fuq ventilators, jiġifieri l-istrateġija li użajna u l-kliem għaref li tawna n-nies li għaddew millesperjenza għallmuna biex nibqgħu nżommu kawtela u viġilanza kontinwa. Għaliex il-Maltin ma tantx qabdithom? Jista’ jkun ħadna xi vaċċin meta konna żgħar? Le ma jistax ikun, tilqima għall-Covid aħna qatt ma ħadna u nassigurak. Meta anke għamilt eżami ta’ kampjuni ta’ demm ta’ nies li kienu donaturi ta’ demm tas-sena li għaddiet u jekk kienx hemm xi immunità, assolutament ma sibniex każ wieħed li qatt iltaqa’ ma’ dan il-virus. Jiena naħseb li n-nies semgħu ħafna, u aħna poġġejna lill-Charmaine fuq quddiem biex hi tgħaddi l-messaġġ lillpubbliku u semgħu ħafna l-għajta tagħna u l-kilba tagħna biex joqogħdu attenti. Aħna bdejna niskopru kemm dan il-virus jista’ jkun virulenti, imma bil-prudenza l-virus l-aktar li jikkawża problemi hu lin-nies li diġà għandhom xi tip ta’ mard ieħor. Dawn in-nies vera proteġejniehom, allura ma tajniex ċans lill-virus. Imma mhux għax il-virus kien inqas virulenti. Lil tal-familja, iġġegħelhom jagħmlu t-test? Le assolutament. Ngħallimhom fuq l-affarijiet kif għandhom ikunu, però fl-istess ħin ma nġegħelhomx jagħmlu affarijiet. Bil-persważjoni u bl-edukazzjoni iktar tasal milli jekk tmur fuq in-neputi u tgħidlu, ‘mur agħmel it-test’. Jekk tgħallimhom ir-riskji tal-affarijiet u tgħidilhom x’jippreferu tmur u titħallat mal-ħbieb u tispiċċa l-isptar fuq ventilatur, dak li jkun jgħidlek ħa noqgħod id-dar nara xi film. Meta jarawk in-nies fit-triq x’qed jgħidulek? Qed jagħrfuk anke bil-maskra? In-nies jagħrfuni bil-maskra, speċjalment meta nkun qed nitkellem. It-timbru tal-vuċi jgħarrfuha mill-ewwel. Jibdew ikellmuni qishom ilhom jafuni ħafna, jien sintendi nkompli magħhom qisni nafhom ukoll però ma nkunx naf min huma. Imma huma ma jgħidulix għax rajniek fuq it-televiżjoni jew midja, huma jkomplu miegħi u jekk ikollhom xi domandi nweġibhom. L-aħħar darba kont ħiereġ minn Mater Dei, kien hemm wieħed tifel ta’ xi tliet snin għaddej ma’ ommu. Qalilha: “Ma ara t-tabib tal-Corona”!

“Dejjem xtaqt ngħin fis-saħħa ta’ dak li jkun.” Int u Charmaine dejjem titbissmu, dejjem ottimisti... Minn fejn ġejja din? Naħseb illi meta tkun taħdem f’tim, jien għandi t-tim ta’ nies tiegħi fil-patoloġija, Charmaine għandha t-tim tagħha min-naħa tas-saħħa pubblika. Iż-żewġ timijiet għandhom relazzjoni tajba bejniethom u aħna bħala l-leaders tat-tim nippruvaw ngħaddu dik il-pożittività. Naħseb nagħmluha b’mod naturali, għaliex meta mmorru x-xogħol, immorru b’ċertu entużjażmu u b’ċertu passjoni. Dik tiġi trażmessa lit-tim tiegħek. Iż-żewġ timijiet ikklikkjaw flimkien, l-istess mat-tim tal-Ministeru tasSaħħa. Kollha fhimna li dak li ser inkunu qed nagħmlu, ser ikun ġid lill-pubbliku wara kollox. Ir-rebħa ta’ dan il-virus kienet permezz tat-tim li konna naħdmu flimkien. Kien hemm affarijiet li beżżgħuk? Iva! Tibda tara l-aħbarijiet ta’ barra u tara dawk in-numri tal-imwiet! L-aktar ħaġa li impressjonatni f’Bergamo kienet meta bdejt nara trakkijiet kollha bil-mejtin. Jien nieħu ħsieb il-kamra mortwarja wkoll ġo Mater Dei, meta tara kemm hawn nies jaħasra li dawn tilfu ħajjithom. Tinsiex dik il-persuna biss li mietet għax aħna ngħidu li hemm ħajja aħjar wara din imma l-familja tagħhom li tilfu dawn li tilfu n-nies u qraba tagħhom. Hemmhekk iva tinkwieta ħafna u jkollok dispjaċir u biża’. Imma kif nistgħu nagħmlu biex din ma tiġrix hawn Malta? Nirringrazzjaw lill-Bambin u lit-timijiet tagħna li ma ġratx! Fid-dar għandek ħafna għasafar, arloġġi... Donnok taf ħafna fuqi inti! Barra l-anzjani nħobb ħafna l-annimali. Jien kelli żewġt iklieb u mietu t-tnejn; xjaħu ħafna u ma stajtx inżommhom aktar ħajjin għax mietu bil-qalb. Imma xi ħadd ħallieli qattusa wara l-bieb talgaraxx. Qattusa tat-triq u jien noqgħod fi triq prinċipali allura bdejt niġri ma tmurx ittajjarha xi karozza u minn dak iż-żmien ma’ dawn l-għasafar għandi din il-qattusa. Jien l-għasafar ma nħallihomx fil-gaġeġ għax għandi dar, niftħilhom il-gaġġa u nħallihom itiru ġewwa u jerġgħu jmorru lura għax ikunu jridu jieklu. Imma issa l-qattusa drat ukoll mal-għasafar u saru ħbieb flimkien.

GWIDA Lulju 2020 31


Editorjal

L-GĦANJA U L-BEZZJONI TA’ TEATRU MALTA Kliem: Simon Bartolo

Fiż-żmien ta’ sokor li għadna kif għaddejna minnu minħabba l-pandemija attwali, Teatru Malta ħaseb tajjeb li jmur iżur xi veterani tat-teatru lokali u ltaqgħu ma’ 11-il artist inkredibbli f’din l-inizjattiva msejħa Bezzjoni, serje ta’ inkontri bieb bieb ma’ ikoni tat-teatru Malti. Dawn kienu Monica Attard, Karmen Azzopardi, Narcy Calamatta, Josette Ciappara, Maryrose Mallia, Jane u Albert Marshall, Joe Quattromani, Michael Sciortino, Michael Tabone, u Trevor Zahra. Ejja naqraw x’qalulna wħud minnhom. Narcy Calamatta: Fl-aħħar l-anġlu kustodju tiegħi ma setgħetx tkompli tgħidli għażżien u qagħdet tfissidni daż-żmien kollu. Nistqarr li xtaqt noħroġ indur lin-nies ħalli ngħidilhom xi ċajta u nferraħhom ftit. Iżda meta qaluli biex naċċetta li nerġgħu nuru s-sensiela televiżiva komika, Wenzu u Rozi, għedt sehmi għamiltu! Iddispjaċini li f'Marzu l-għaqda tal-palk tiegħi ZARARTI kellha ttella’ farsa tal-Commedia dell'Arte għall-anzjani u niesna b'xi diżabilità u kellna nħassruha. Kelli nsiefer ħalli nara kunċert u tħassar kollox. Iżda inxtħett fid-daqxejn ta' għarix li għandi fil-bitħa ħalli nikteb. Lestejt skript tal-films bl-Ingliż fuq suġġett patrijottiku. Jekk qatt isir dal-film, il-Lockdown tkun serviet biex Malta jkollha biex tiftaħar mal-barranin. Issa qed nikteb novelli għat-tfal u fi ħsiebni nikteb novelli għall-kbar ukoll. Viva l-Lockdown għaliex kieku qatt ma kont insib ħin nikteb daqshekk. Viva t-telefon u l-emails. Viva t-TV RAI 5 u Classica tgħallimt ħafna ħwejjeġ ġodda u gawdejt ħafna kultura. Il-ħajja baqgħet għaddejja. Inselli għall-atturi kollha li għedtuli li mortu dduru għal din is-sensiela, Bezzjoni. Sliem u saħħa lil ħuti Maltin u barranin kollha.

Fotografija: Elisa Von Brockdorff

kollox qed naqra, bil-Malti u bl-Ingliż, anke dwar is-saħħa, għax jien iffissata dwar healthy eating u healthy living ukoll. Minn kollox nagħmel, meta niddejjaq nagħmel xi ħaġa, naqleb għal xi ħaġa oħra. Indoqq il-pjanu wkoll, dejjem għaddejja.

Jane Marshall: Inqbadna Għawdex malli feġġew l-ewwel każi tal-imxija. Stajna mmorru lura Malta, imma l-parir mediku kien li nibqgħu hawn peress li kemm jien u kemm Albert naqgħu filkategorija tal-“vulnerabbli” – “venerabbli”, kif jgħidilhom Albert. Għal-ewwel ħadtha bi kbira ħafna u kont anzjuża immens, speċjalment meta l-ħsibijiet kienu jaqgħu fuq it-tfal u n-neputijiet li jgħixu tant ’il bogħod minna fl-Awstralja - kienu se jżuruna dalwaqt - f’Ġunju... Issa tħassar kollox u min jaf meta se nkunu nistgħu niltaqgħu. Aħna xxurtjati għax fejn inqbadna kienet id-dar tagħna fix-Xewkija: Albert kellu u għad għandu sfida kbira biex izomm ix-xogħol kumpless tiegħu tal-Kunsill tal-Arti u impenji oħrajn li għandu, għaddejja online - telefonati twal u konferenzi virtwali ma jaqtgħu xejn. Imma għallinqas iffrankajt li noqgħod inlestilu l-qomos kuljum biex imur għax-xogħol pulit!

Maryrose Mallia: Fil-ħin liberu qed insajjar, innaddaf id-dar u narmi l-imbarazz li jakkumula. Interessanti kemm qed insib affarijiet għax il-mamà kienet iżżomm kollox. Sibt santi anke talpreċett tiegħi! Knitting, u kotba. Inħobb naqra ħafna. Kieku ma kellix din il-professjoni kont nistudja l-psikoloġija. Naqra ħafna kotba ‘self-help’ biex intejjeb lili nnifsi u n-nies ta’ madwari. Minn 32 GWIDA Lulju 2020

It-tindif tad-dar ħa dimensjoni oħra, għax moħħni biex naħsel u niddiżinfetta x-xirjiet li ġentilment jitwasslulna wara l-bieb, aktar milli noqgħod infarfar u nagħmel it-tindif ġenerali tas-soltu. Bħal kulħadd qed niddedika ħafna ħin għat-tisjir, u bdejt nipprova nagħmel ftit eżerċizzju kuljum u xi kultant immorru xi mkien ’il bogħod u nimxu mixja fejn ma naraw u ma niltaqgħu ma’ ħadd. Imma xorta waħda lil Albert il-ħin kollu nfakkru biex jaħsel idejh sew; biex jagħmel hekk, u ma jagħmilx hekk – ġennintu! Kif qaleb it-temp, bdejt inħossni ħafna aħjar: aċċettajt issitwazzjoni u bħala terapija bdejt inkattar il-qsari u l-fjuri u nagħtihom ħafna attenzjoni.


Editorjal

Qed inqatta’ ħafna ħin ukoll nisma’ l-mużika u npinġi - sigħat twal inpinġi - naħdem fuq proġett li ħajjarni bih Mark, it-tifel tagħna li jgħix l-Awstralja. Kont ilni ma npinġi żmien twil - minn meta kont għadni l-iskola. Qed inżomm djarju wkoll! Dan id-djarju m’għandux appuntamenti għand il-hairdresser fih, jew ħinijiet għal rehearsals, jew dati ta’ kunċerti u stedin ma jaqta’ qatt għal avvenimenti kulturali pubbliċi fejn wieħed irid joqgħod jiddandan! Il-ħajja sempliċi saret togħġobni wisq. Imma l-ħsieb tat-tfal u n-neputijiet daqstant ’il bogħod fl-Awstralja u l-fatt li ma nafx meta se nerġa’ narahom, ikiddni wisq.

Albert Marshall: Jane tat ħjiel ta’ x’inhi n-narrattiva tiegħi f’dawn iċ-ċirkustanzi biżarri u straordinarji. Inżid biss li mal-weġgħa tan-nuqqas ta’ wliedi u wlied uliedi (li għal xi raġuni f’dawn iżżminijiet qed inħossha aktar akuta) żdiedet weġgħa oħra – dik li ninsab mifrud mill-għeżież kotba tiegħi. Għawdex għandi xi kotba, imma mhumiex ‘il-librerija’ tiegħi. Mingħajr il-kotba tiegħi, l-iżolament inħossu doppjament. Minkejja, kif qalet Jane, li ninsab f’kuntatti kontinwi mal-kollegi tiegħi u nies oħra fuq il-bankijiet ta’ xogħli, xorta nħossni iżolat (f’gaġġa bil-guzwajer tad-deheb, jekk tridu). Min jafni jaf li għalija l-kuntatt fiżiku mal-proxxmu tiegħi huwa karatteristika bażika tal-imġiba tiegħi – erħini ngħannaq u nbewwes b’affezzjoni ġenwina. Hekk maħluq jien. Issa fuq ittelevision nismagħhom jgħidu li qatt u qatt aktar m’aħna se nkunu f’pozizzjoni li nistgħu nġibu ruħna hekk: verboten…kixxi…Margaret Atwood…Qed ngħeja niċċassa lejn skrin inanimat nagħmel laqgħat virtwali u konverżazzjonijiet anemiċi. Imma almenu qed insib il-ħin nispiċċa proġetti ta’ kitba mibdija u issa mitmuma. Qed nabbozza xi xogħlijiet għat-teatru… U qed naħseb ħafna kif se nqatta’ l-bqija ta’ ħajti issa li din l-esperjenza gegħlitni nidħol f’qoxorti waħda sew u niddistillizza x’inhu essenzjali u x’mhux. Qed inħossni patri novizz lejlet id-dħul tiegħu għall-ħajja monastika…

Imma fil-qalba ta’ qalbi naf li, għax minn ewl il-bniedem li meta jgħaddi s-saram, il-proponimenti u l-istħajjil kollu jtiru ma’ riħ ta’ siegħa, se nerġgħu lura għall-‘mamma rutina’ u n-normi li sawruna: ‘Normalità ġdida’ qed isejħulha… Jekk tippermettuli, jien inżid kelma: ‘normalità ġdida immaġinata’. Karmen Azzopardi: Din hija d-disa’ ġimgħa li qegħda magħluqa hawn ġew. Ma nistax ngħid li jiena mdejqa. Jien bniedma li dejjem ħabbejt il-kwiet. Issa ilni ngħix waħdi minn mindu miet ir-raġel, Chev. Paul Naudi, tlettax-il sena ilu. Qabel iż-żmien tal-Covid-19 kien ikolli diversi impenji barra imma issa xejn. Naturalment il-fatt li jkolli noqgħod hawn bilfors allura l-biċċa ħadet xejra oħra. La mmur il-knisja, la tqarbin, la familja, la ħbieb, la ħelper, la hairdresser. Xejn. Waħdi. Imma l-importanti li kull filgħodu nagħmel programm f’moħħi x’għandi nagħmel matul il-ġurnata. Mela Quddies fuq it-TV u anki Rużarju, kitba, qari, tisjir, daqsxejn television, inwieġeb messaġġi fuq l-ismartphone u hekk. Nirringrazzja lill-Mulej li għandi tal-grocer u tal-ħaxix u tal-mediċina li huma ta’ għajnuna kbira. Iġibuli kollox wara l-bieb u jien indaħħal kollox ġewwa. Ħaġa tajba li naħseb li ser toħroġ minn dan iż-żmien hija li sibt ħin aktar biex nirrifletti fuq ċertu veritajiet tal-ħajja. Il-prijoritajiet ħadu xejra oħra. Dak li kont naħseb li ma nistax ngħaddi mingħajru issa jinħass mhux daqshekk importanti. Ħaġa oħra, l-ispiritwalità li nħoss u l-karità li nara li qed issir nittama li jgħinuni biex noħroġ minn dan iż-żmien ta’ kriżi bħala mara aħjar bi kwalitajiet altruistiċi li jkunu ta’ ġid għalija u għalloħrajn.

Bosta minn dawn l-atturi li għadna kif semmejna taw sehemhom flimkien ma’ ruxxmata atturi inkredibbli oħrajn filkollaborazzjoni bejn Teatru Malta u Festivals Malta u Il-Festival Internazzjonali tal-Arti; qari ġdid tal-poeżija L-Għanja ta’ Malta ta’ Oliver Friggieri, taħt id-direzzjoni ta’ Sean Buhagiar, b’kompożizzjoni ta’ Mario Sammut u filming u editjar ta’ Kevin Kiomall. Dan il-proġett poetroniku huwa disponibbli online fuq is-sit web tal-Malta International Arts Festival kif ukoll fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom. Ibqghu segwu lil Teatru Malta il kumpanina Nazzjonali tat-Teatru taghkom fuq www.facebook.com jew teatrumalta.org.mt GWIDA Lulju 2020 33



IRBAĦ €1,000 MA’ GWIDA Kull ma trid tagħmel hu li ġġemma’ 6 kupuni – wieħed minn kull edizzjoni tal-Gwida li ser joħorgu din is-sena, jigifieri: KUPUN 1: Minn din l-edizzjoni ta’ LULJU (li jidher hawn taħt), KUPUN 2: Mill-edizzjoni ta’ AWWISSU KUPUN 3: Mill-edizzjoni ta’ SETTEMBRU, KUPUN 4: Mill-edizzjoni ta’ OTTUBRU KUPUN 5: Mill-edizzjoni ta’ NOVEMBRU, KUPUN 6: Mill-edizzjoni ta’ DIĊEMBRU

Kupun 1 – LULJU 2020Irrispondi billi timmarka r-risposta li tapplika għalik. Kont tarah il-bulettin mediku? Kuljum Ta’ Spiss Xi Kultant Fuq xiex kont tara il-bulettin? TVM One Net Facebook

Rari

Qatt

Ma Kontx Narah

Ibgħat is-6 kupuni sal-31 ta’ Diċembru 2020, u fil-bidu tas-sena l-ġdida tista’ tirbaħ €1,000! Tinsiex tibgħat id-dettalji personali tiegħek ma’ dawn il-kupuni kif jidhru hawn taħt, biex inkunu nistgħu nikkuntatjawk: Ibgħat dan il-kupun flimkien mal-5 l-oħra sal-31 ta’ Diċembru 2020 fuq GWIDA, KOMPETIZZJONI, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq InNegozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010

Isem u Kunjom: ______________________________________________________________________________________ Numru tal-ID Card: ___________________________________________________________________________________ Telefon / Mobajl: _____________________________________________________________________________________ Email: ________________________________________________________________________________________________ Indirizz Postali: ______________________________________________________________________________________



GWIDA SpeĊjali

GWIDA Speċjali

GĦADA L-FINALI TA’ LIQUORISH! Kienet avventura interessanti, fejn mill-bidu nett dehret diffiċli ferm. L-ewwel missjoni ta’ din is-sena, il-parteċipanti kellhom iġorru l-ħwejjeġ tagħhom wara daharhom xkora u jitilgħu muntajna sħiħa. Avventura fejn rat 10 parteċipanti jsalpaw għal edizzjoni mimlija avventura f’pajjiż mill-isbaħ. Il-parteċipanti din is-sena marru ġewwa l-Indoneżja. Pajjiż inkredibbli li żgur mhux forsi għamel din l-avventura aktar eċitanti. Ovvjament bħal kull avventura din iġġib magħha tant u tant sfidi imma żgur li dawn l-isfidi kienu sfidi li l-parteċipanti flimkien mal-krew ta' dan il-programm laqgħu fi ħdanhom sabiex l-edizzjoni ta' din is-sena reġgħet kienet waħda ta' suċċess. Mill-10 parteċipanti issa baqa’ biss 7 għax 3 minnhom ġew eliminati filwaqt li persuna waħda, Dylan baqa’ sal-aħħar għax ġie vvutat biex jagħmilha sal-aħħar talavventura. Tkellimna ftit ma’ Andrea Cassar il-moħħ wara Liquorish u Joseph Cauchi l-maniġer tal-produzzjoni. Għada, 6 ta’ Lulju huwa proprju l-Finali ta’ Liquorish! Tinsewx issegwu fuq ONE fit-8:30pm. GWIDA Lulju 2020 37


GWIDA SpeĊjali

ANDREA CASSAR

Il-Preżentatriċi u l-moħħ wara Liquorish Kellek ħolma li flimkien mat-tfal tmur safari, qtajtha dik ix-xewqa jew le? Qed nistenna li t-tifla tagħlaq 8 snin biex vera tapprezza l-mument tal-avventura! Imma iva għad tasal dik il-ġurnata. Morna simili ta’ safari, is-sena l-oħra morna s-Sri Lanka u ltqajna ħafna m’annimali salvaġġi. Imma l-vera safari Afrikan għadna le m’għamilniehx. Fil-bidu ta’ din is-sena mort vaganza mat-tfal u ħadtu l-kelb ukoll? Iva! Kull sena nagħmluha. Inħobbu nsiefru u nieħdu l-kelb magħna. Għax niddejqu nħalluh warajna. Għall-inqas darba fis-sena nkunu ħadnieh, tlajna l-Italja bil-karozza u ħadnieh fis-snow. Iġġennen il-kelb! Kull sena nagħmluha! Vera tkun vaganza tal-familja ta’ vera bil-kelb b’kollox nippakkjaw. Kellkom xi esperjenza meta kont hemm li tibqa’ tiftakar? Meta konna hemmhekk, kien hemm oħti wkoll u addottaw u ġabu kelb. Tlajna b’wieħed u nżilna bi tnejn. Kienet esperjenza ħelwa. Imbagħad is-sena l-oħra morna Sri Lanka, 38 GWIDA Lulju 2020

kienet esperjenza indimentikabbli għat-tfal. Niftakarna waħda mill-esperjenzi sbieħ li kellna konna qed insuqu fi triq u f’daqqa waħda, ġo triq normali joħroġ iljunfant! Trid tara ljunfant quddiem il-karozza! Aħna nitilgħu nsuqu aħna, mhux bi gwida. F’daqqa waħda bżajna biex nipprovaw naqbżuh. Għaddew 2 minuti u joħroġ iljunfant ieħor u dawn l-iljunfanti bdew ħerġin minn kullimkien. Bdejt nitwerwer għax dan jagħmel pass, jgħaffiġlek ilkarozza. Bdejna naraw in-nies u karozzi oħra, jaqbdu u bdew joħorġu jdejhom u jitimgħuhom. Ta’ Maltin li aħna, tellajt miegħi pakkett galletti ta’ Malta. It-tfal bdew jgħiduli: “Ma għandek xi ħaġa x’tagħtihom?”. Għedtilhom li galletti biss għandi! Dawn it-tfal ħarġu minn ġot-tieqa bil-galletti Maltin u trid tara dan l-iljunfant jiekol il-galletti, kienet vera tajba. Darba mort il-missjoni u ltqajt ma’ Sister Celine, għaliex affettwatek din? Sister Celine biddlitli ħafna l-kunċett tal-ħajja. Kont għadni żagħżugħa dejjem fuq ruħi u moħħ ir-riħ. Kont




GWIDA SpeĊjali

tlajt nagħmel volontarjat u ltqajt magħha. Jien inħoss li Sister Celine hija t-tieni Madre Tereża. Il-ġenwinità tagħha u l-imħabba sinċiera vera lejn tfal li huma foqra u tat-triq hija xi ħaġa inkreddibli. Soru Indjana imma tagħmel volontarjat ġewwa l-Afrika. Qiegħda barra mill-comfort zone kompletament. Ilni ħbieb magħha u ngħinha tul dawn is-snin kollha iktar minn darba. L-affarijiet li tagħmel huma ġenwini u vera nista’ noqgħod fuqha. Rajt ix-xogħol tagħha, ma nistax nispjegah. Għalija tfisser xi ħaġa kbira. Għandi ammirazzjoni kbira lejha. Nitkellmu regolari, bqajna ħbieb sew u xorta nibqa’ ngħinha. Kienet hi li tagħtek il-kunċett ta’ Liquorish? Mhux hi, imma meta kont tlajt l-Afrika kienet esperjenza xokkanti. Filli mort l-Università kont diġà fit-televiżjoni u hekk. Dak iż-żmien kont qed infittex xi ħaġa speċjali. Kelli kollox imma tibda tħoss xi ħaġa nieqsa fik. Għedt ħa naqbad u mmur. Niftakar kont tlajt u ltqajt magħha. Dak iż-żmien ma tantx kien ikun hemm żgħażagħ isiefru waħidhom u jaqbdu u jitilqu f’dawn il-pajjiżi. Ommi qaltli miġnuna. Niftakar tlajt, imbagħad kont għedtilhom “ejjew ħa niffilmjaw programm” u ġie waħdu. Kont nuri l-filmati fuq it-televiżjoni dak iż-żmien Bugs@net u vera kienu ntlaqgħu tajjeb dawn il-filmati. Minn hemmhekk beda ħiereġ il-kunċett. Dak li aħna l-Maltin dak iż-żmien konna naraw l-affarijiet fuq Discovery Channel ma kienx hemm dak ir-relazzjoni li aħna l-Maltin immorru ngħixu u nagħmlu dawk l-avventuri. Qatt titlef il-paċenzja mat-tfal? It-tfal tiegħi? Taf jaqaw? Oh god! ... Jien it-tfal tiegħi, kif nidħlu fil-karozza jibdew jiġġieldu! Issa jinħabbu daqs ma nafx xiex, jorqdu fl-istess sodda għax jiddejqu jorqdu f’sodod separati. Imma l-ġlied tagħhom xi ħaġa li ma niflaħx għaliha. Il-ħin kollu għaddejjin, waħda taqbad mal-ieħor u l-ieħor ukoll. Il-ġlied ta’ bejniethom. X’jgħidulek fuq Liquorish? Peress li tista’ tarah online l-programm, meta jsib ċans t-tifel inħalluh jarah. Imma mhux il-live għax ikun wisq tard għalih! Jekk ikunu jridu japplikaw għal Liquorish tħallihom? Kieku mhux għax aħna Liquorish iva nħallihom. Derrejthom minn mindu kienu trabi jsiefru f’dawn il-pajjiżi, għax kull sena neħduhom Filippini u dawn il-postijiet. Nagħmluha “diffiċli” wkoll magħhom, imma fuq livell iżgħar. Imma pereżempju camping immorru għax iħobbu dawn l-affarijiet. Għaliex le? Hija

“Jekk tkellmu lil kull parteċipant li tela’ magħna matul dawn l-aħħar 16il sena, kulħadd jgħid li Liquorish mhux vaganza.” esperjenza unika u t-tfal tiegħi żgur jikluha xi ħaġa hekk. Kieku xi darba xi ħadd jagħmel Liquorish forsi anke għal età iżgħar, nibgħathom. Forsi titħajjar għal Liquorish junior? Iva! Taf kemm ilhom jgħidulna nies fuqha? Għax vera hi esperjenza sabiħa u tibdillek ħajtek. Jekk tkellmu lil kull parteċipant li tela’ magħna, kulħadd jgħid li ma tkunx bħala vaganza imma bħala persuna tibdlek. La jikbru t-tfal hemm ċans li terġa’ tmur l-avventura? Nixtieq. Kont mort ta’ ftit, imma issa diffiċli. It-tfal kibru u għalihom li nitlaq dak it-tul, għadhom wisq żgħar li nista’ nitlaqhom hawnhekk. Tipo waħidhom taf kif? Jekk jikbru u jgħiduli mur, immur. Xi ħaġa li nkun għatxana għaliha. Allura li qed nagħmel nipprova nagħmel l-affarijiet simili imma magħhom issa. GWIDA Lulju 2020 41


GWIDA SpeĊjali

INTERVISTAJNA LIL CAPTAIN JO Il-Maniġer tal-produzzjoni!

Int iltqajt m’Andrea fuq Bugs@net. X’ġara minn hemm? Dik hemm storja interessanti! L-ewwel nett jiena mhux b’ċikka dħalt fuq it-TV, jien applikajt biex nidħol, kien hobby tiegħi, kont għadni żgħir u applikajt. Meta mort nagħmel l-audition kien hemm Andrea u dak iż-żmien l-assistent producer tagħha, għedtilha li xtaqt ngħidilha xi ħaġa. Għedtilha jien qatt ma dħalt fi studjow u qatt ma dħalt imkien. Meta mort lura d-dar qaluli, int taħseb li ser tgħidilhom li m’għandek idea ta’ xejn. Fil-fatt Andrea kienet qed tfittex lil xi ħadd li tixtieq tgħallmu mill-bidu. Kont għamilt l-aħħar sensiela ta’ Bugs@net, dak spiċċa u minn hemm beda Liquorish. Apparti Liquorish, int tħobb issiefer. Minħabba li int espert tal-ivjaġġar u ssiefer ma’ diversi persuni tara ħafna pajjiżi differenti. Ġieli sifirt mal-familja u ħadthom avventura? Jien nemmen ħafna speċjalment għall-iżvilupp tat-tfal għalkemm l-iskola hija importanti ma tkunx hi biss. Issafar jagħti l-opportunità kemm il-kbar u anke ż-żgħar jiskopru d-dinja kemm hi kbira. Peress li aħna gżira, 42 GWIDA Lulju 2020

terġa’ li nħossu aktar l-effett tagħha jekk ma nsifrux u ma niltaqgħux man-nies nibqgħu tagħna f’tagħna. Inqisha ħafna importanti jien. Fortunat li l-mara tiegħi taħsibha bħali, allura meta kellna t-tifel tagħna sa minn meta kellu sena, konna nsiefru barra mill-Ewropa. Ħafna nies jgħiduli, “Bis-serjeta tagħmilha?”. Forsi tinstema’ komplikata aktar milli hi. Forsi għalija tinstema’ aktar faċli għax imdorri nsiefer. Però fil-verità l-airlines hija komda ħafna anke li ssiefer bit-trabi. Lukandi biex tibbukkja huma komdi. Dejjem tagħżel affarijiet li huma tajbin għall-età tat-tfal jew għall-gosti tal-mara. Jew għat-tip ta’ vaganza li rridu nagħmlu. X’esperjenzi kellkom it-Tajlandja? Meta ddeċidejna li mmorru hemm, avżajna lil tal-familja. Noqogħdu attenti li dejjem navżawhom għax kulħadd jgħidilna: “Oqogħdu attenti fejn ser tieħdu ż-żgħir”, morna u qgħadna attenti kif norganizzawha biex inkunu komdi għax it-tifel kien għadu żgħir. Għamilna road trip mill-belt kapitali sa fuq. Għamilna 7 ijiem induru u niltaqgħu ma’ kulturi differenti. Iltqajna ma’ tal-long necks u t-tifel għandu ritratt ma’ tifla tal-età tiegħu li għandha għonqha twil ta’ dan it-tribu. Jien għalija mhux komplikati dawn l-affarijiet, nieħu gost nara t-tifel jieħu gost u aħna nirrilassaw. Għalina dik il-vaganza


GWIDA SpeĊjali

tagħna. Imbagħad li nagħmlu dejjem inħallu jumejn noqogħdu ġo lukanda komda biex tkun relaxing holiday. Imma hemm tkun Joseph ta’ Liquorish ukoll? Le u ma nagħmilx ir-regoli u nbatix il-ġuħ avolja nduq l-ikel u naraw l-ikel. Fil-verità nkun fil-kumdità għax tkun il-vaganza tiegħi jiena matul is-sena jkolli ammont ta’ ġimgħat li nkun qed nagħmel Liquorish jiġifieri f’sena jkolli ċans nagħmel l-avventuri estremi. Meta nkun speċjalment bit-tifel naraw li nkunu daqsxejn aktar komdi. Induru l-lukandi u nivvjaġġaw minn post għal ieħor. Ma tkunx estrema assulutament bħal Liquorish kieku l-mara ma tiġix! X’tgħidlek il-mara meta tkun sejjer għallfilming? Meta ltqajt mal-mara tiegħi, kienet diġà tafni nagħmel Liquorish għax konna għadna fil-bidu. Liquorish mhux faċli għax il-preparamenti ta’ qabel ma nsiefru u wara li niġu jieħdu ħafna ħin u jieħu ħafna mill-enerġija tagħna. Jien, il-mara tiegħi, Jackie, tgħidli jkollok bżonn ġimgħa biex tiġi f’tiegħek għax verament jinvolvi xogħol li wara jkollok bżonn tistrieħ. Li kieku ma jkollix is-sapport tagħha u tal-familjari u tal-ġenituri li jgħinuna speċjalment bit-tifel naħseb li tkun daqsxejn impossibbli xogħol hekk. In-nies jgħiduli li jien iffortunat għax insiefer ħafna, veru postijiet sbieħ però daż-żmien bilfors irid ikollok is-sapport. Mhux ser ngħidlek tgerger għax ma nkunx fair, anzi tinkoraġġini ħafna. Kważi jiddispjaċini li ħa nħallilha load ta’ xogħol waħidha Malta, imma nifhmu lil xulxin. Andrea tkellmek meta tkun filming? Andrea tkellimni, u dak hu argument tagħna ta’ qabel ma mmorru. Għax Andrea tkun trid li jkollna komunikazzjoni l-ħin kollu. Jien ngħidilha li nkun qiegħed xogħol, nikkonċentra mhux ser noqgħod nibgħatlek x’inhu jsir. Jien għandi kunċett, la jien qed nieħu ħsieb il-produzzjoni u qed jirnexxili nagħmilha mhux ser noqgħod nirrakkontalek u ninkwetak x’qed jiġri. Però fil-verità nifhem li hi tkun tixtieq tkun taf dak kollu li qed jiġri. Dejjem issaqsina fuq l-affarijiet u jekk għandniex bżonn l-għajnuna. Fl-aħħar mill-aħħar jekk

“L-agħar meta jweġġa’ xi ħadd jew xi ħadd ikun ma jiflaħx.” jinqala’ xi ħaġa hemmhekk, l-ewwel persuna li nduru u nsaqsu hija Andrea. Ġieli kellna sitwazzjonijiet fejn ikollna bżonn inċemplulha biex tgħinna. Biss biss fl-eliminazzjonijiet il-koordinazzjoni kif ser jinżlu l-parteċipanti lura Malta trid tagħmilha bilfors minn Malta għax aħna ma tantx ikollna komunikazzjoni. F’dak il-każ, ikollna chat bejnietna kollha fejn nibagħtu l-updates. Ikun hemm l-assistant producer miegħi hemmhekk li ngħidilha żomm komunikazzjoni m’Andrea biex tassigura li kollox sew. Imma nevitaw li noqogħdu nċemplu inkella nagħmlu sigħat inparlaw għax nintilfu fl-ideat ta’ x’ser nagħmlu. Jien naħseb li la nkunu qegħdin hemmhekk m’hemmx ċans noqogħdu nivvintaw. Dak li pjanajna u li għandna nagħmlu issa qed nagħmluh, hekk naħsibha jien. L-agħar esperjenza tiegħek f’ Liquorish? F’ Liquorish, ikollna ħafna mumenti li huma diffiċli. L-ewwel nett qed inkunu f’ħafna postijiet li nkunu “in the middle of nowhere”, u ġieli l-affarijiet imorru ħżiena. Mhux dejjem niffilmjawhom u ġieli lanqas il-parteċipanti ma jkunu jafu. Darba serquni u għalija dan episodju żgħir li għadda fhimt. Trid tkompli! Navża l-kru li kollox sew u nimxu. Is-sena li għaddiet jien ma kontx involut però xorta waħda spiċċajt fiha, meta kien hemm l-aċċident bil-parteċipanti, ittabiba u l-kru. Jien ovvjament sirt naf mill-ewwel, konna


GWIDA SpeĊjali

fit-tribù tal-Massai u kelli nimxi xi sagħtejn treking biex nasal punt viċin u nasal ħdejhom. Din ġrat f’nofs ta’ lejl. Il-parteċipanti kienu reqdin, kelli l-kru kien qed jiffilmja l-parteċipanti u jiena tlaqt nimxi waħdi bl-annimali ma’ dan tat-tribu li ma jafx jgħid kelma blIngliż. Imma dik hi parti mill-avventura. Ħafna drabi jiġru affarijiet li tkun drajt. Wara 16-il sena nagħmel Liquorish, ħafna drabi ma ngħidux “illistra xi ġralna”, imma tidra ssolvi l-problemi. L-agħar meta jweġġa’ xi ħadd jew xi ħadd ikun ma jiflaħx, jew xi ħadd ikun skomdu u jrid jitlaq id-dar! Trid issolvi dawk ilproblemi. Jiġifieri meta kont arrestat ma kontx qed tippanikja? Meta kont arrestat kellna din is-sitwazzjoni. Ħadu d-direttur tagħna b’dgħajsa u jien ħallew il-militar miegħi f’nofs din il-bajja. Il-parteċipanti kienu naħa oħra, komplew il-filming u ma jafux x’qed jiġri. Inkwetajt però jien u d-direttur għamilna, Liquorish kollha kemm aħna, letteralment qisna aħwa niftiehmu b’ħarsa u kont naf li kellu esperjenza biżżejjed li ħa jsolviha. Allura ma ppanikjajtx! Kieku ħa jkun xi parteċipant jew xi kru kont ninkwieta u kont noffri li mmur magħhom. L-istorja kienet ħafna iktar komplikata milli dehret fuq it-TV. Spiċċajna mmorru qisu tribunal tal-lokal għal ħafna drabi u kompla għaddej il-filming għax ma

44 GWIDA Lulju 2020

“Andrea tkun trid li jkollna komunikazzjoni l-ħin kollu.” stajniex nieqfu. Tkun diffiċli, trid tieħu deċiżjonijiet! Fil-verità x’tagħmel? Twaqqaf l-avventura u tiġi lura? You have to pull out your socks u tkompli. Tkun diffiċli u ninkwieta. Nibda ngħid ħa navżawhom lil Malta? Kien hemm punt fejn kibret u avżajna lil Malta x’qed jiġri li f’każ li tiġi kumplikata ħafna jkollna dejjem opinjoni oħra tal-affarijiet. Konna l-Bangladesh u dik hija l-kultura tagħhom. Parti mill-kultura mbagħad tidra għax din kienet ġrat fil-bidu tal-avventura. Aħna ma konna għamilna xejn ħażin imma sempliċi mmaġinaw li qed niffilmjaw biddrone affarijiet sigrieti li ma kienx il-każ u ma kien hemm xejn. Imbagħad ġie rilaxxat id-direttur, iltqajna, irrakkontali u għednielu x’ser jiġri, tkellimna... kienet kumplikata insomma.



Interess

X’TISTA’ TARA FUQ IT-TV?

Programmi ta’ varjetà

prodotti u tendenzi ġodda f’dan is-suq. Il-programm huwa ppreżentat minn Ian Busuttil Naudi u Rachel Cachia, filwaqt li Martina Zammit tippreżenta Gadgetina.

Bandiera Kaħla

Kull nhar ta’ Tnejn fl-21:45 fuq TVM Jagħti ħarsa mill-qrib lejn kif jiġu ddikjarati bajjiet bħala Blue Flag u x-xogħol warajhom biex jinżammu f’kundizzjoni tajba.

Realtà

Espresso

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:00 fuq ONE Il-programm ta’ varjetà, Espresso ser iżommlok kumpanija wkoll fis-sajf! Bħas-sena l-oħra Espresso ser ikompli waranofsinhar. Doża ta’ kompetizzjonijiet u intervisti ta’ interess! Kollox taħt preżentazzjoni ta’ Wayne Aquilina akkumpanjat mill-komika Agnes Pandolfino fil-ġranet tatTnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.

Noli

It-Tnejn, it-Tlieta u l-Ġimgħa fis-19:15 fuq TVM Fid-29 ta’ Ġunju beda programm ġdid fuq TVM immirat għall-familja kollha! Intervisti ġodda ma’ personalitajiet u logħob b’differenza! Bi preżentazzjoni ta’ Angie Laus, dan il-programm żgur li m’għandekx titlef! Jekk ma tilħaqx tarahom fuq it-TV tkun tista’ ssegwihom fuq il-paġna ta’ Noli fuq Facebook. Xi ċajta u daħka ma jonqsux! F’wieħed mill-programmi ta’ Noli, Angie stiednet lil John Bundy biex jagħmel ċajta lil sieħbu Ernest, iżda ċ-ċajta daret kontrih u l-vittma kien hu!

Vitalità

It-Tnejn u l-Ġimgħa fis-18:15 fuq TVM Programm prodott mill-Kunsill Malti tal-Volontarjat dwar temi ta’ saħħa, l-anzjani, arti, ambjent, kura tal-annimali u żgħażagħ.

Gadgets

Kull nhar ta’ Tnejn fid-21:00 fuq TVM It-teknoloġija qed tbiddel lid-dinja u Gadgets huwa l-programm li jeduka u jgħarraf lit-telespettaturi fuq

46 GWIDA Lulju 2020

Kull nhar ta’ Tnejn fl-22:05 fuq TVM Realtà huwa programm ta’ ġrajjiet kurrenti li jikkonsisti f’diskussjoni u analiżi ta’ suġġetti topiċi. B’diversi mistednin esperti fis-suġġett, il-preżentatur Brian Hansford jitratta kwistjonijiet attwali li jvarjaw minn temi politiċi, soċjali u edukattivi biex iżomm lill-udjenzi infurmati u aġġornati blaffarijiet li jkunu qed iseħħu f’pajjiżna.

Mill-Imħażen tal-Festi

Kull nhar ta’ Tlieta fis-18:45 fuq TVM Fid-dawl tal-pandemija jagħti ħarsa kif id-dilettanti tal-festi qed ikampaw f’din is-sitwazzjoni fejn jidħol armar tal-festa.

Ras Imb Ras

Kull nhar ta’ Erbgħa fis-19:15 fuq TVM B’mistoqsijiet diretti u inċiżivi, il-ġurnalist ta’ TVM Mario Xuereb jittanta jiskopri aktar dwar is-suġġett u l-personaġġ li jkollu quddiemu.


Interess

Bejnietna

Kull nhar ta’ Erbgħa fis-14:05 fuq Net Bejnietna huwa doża ta’ pjaċir fis-sajf! Il-programm bi preżentazzjoni ta’ Dulcima Aquilina u Stephanie Chircop bil-parteċipazzjoni ta’ Marco Calleja. Dan il-programm ivarja minn irkejjen edukattivi, informazzjoni ta’ interess, gossip u kompetizzjonijiet!

Vale

Kull nhar ta’ Erbgħa fl-16:00 fuq Net Il-preżentatriċi Valerie Vella ser tkun qed turi fl-irkejjen tagħha l-fatt li kull ħaġa eżistenti fuq il-pjaneta tagħna għandha l-valur tagħha.

Dine or Dishes

Kull nhar ta’ Ħamis fis-18:15 fuq TVM Bi preżentazzjoni ta’ Manuel Aquilina, il-kok Neil flimkien mal-kok Aaron se jkunu qed iħejju riċetti ma’ 2 kontestanti. Dan il-programm li beda f’Ottubru li għadda ser ikompli jagħtina l-aqwa riċetti minn dawn il-kokijiet eċċellenti!

Tertuqa

Kull nhar ta’ Ħamis fl-22:05 fuq TVM Tertuqa jkompli jwassal lit-telespettaturi l-aħħar tagħrif u kummenti kritiċi dwar l-aktar films riċenti li jkunu qed jintwerew fit-teatri.

ta’ 9 snin ’il fuq, maqsumin f’2 kategoriji skont l-etajiet, akkumpanjati mill-band residenti tal-programm taħt ittmexxija ta’ Mro. Mark Spiteri Lucas, u li nhar is-Sibt 11 ta’ Lulju se jipparteċipaw fil-finali li se tkun imxandra waqt edizzjoni speċjali tal-programm The Entertainers, li se jkun dedikat lil The Entertainers Singing Challenge. Programm li għandu preżentazzjoni ta’ Janvil u produzzjoni ta’ Spiteri Lucas Entertainment.

Għawdex Illum

Kull nhar ta’ Ħadd fis-18:15 fuq TVM Se jkompli jippreżenta l-ambjent trankwill Għawdxi. Ilprogramm se jkopri aspetti Għawdxin minn lenti storika, arkitettonika, artistika, kulturali, u ambjentali, filwaqt li jikxef l-użanzi u l-istili tal-ħajja Għawdxija.

Fil-Ġnien Ma’ Melo

Kull nhar ta’ Ħadd fis-18:45 fuq TVM Fil-Ġnien ma’ Melo huwa programm iddedikat għallbotanika u għall-varjetà kbira ta’ pjanti, iffilmjati f’ġonna Sqallin. Melosaul Balzan se jagħti informazzjoni dwar siġar, arbuxelli, pjanti u fjuri varji, li jikbru fis-serer u fil-pajsaġġi ta’ taħt il-muntanja Etna.

Drama

Xtra Sajf

Kull nhar ta’ Ħamis fid-21:00 fuq TVM Xtra huwa programm stabbilit ta’ diskussjoni li jixxandar fuq TVM, fejn il-mistiedna jiddiskutu temi u aħbarijiet kurrenti. Xtra, ippreżentat minn Saviour Balzan.

Int min int

Kull nhar ta’ Sibt fis-19:15 fuq TVM Bi preżentazzjoni ta’ Frank Zammit u produzzjoni talMCAST, ser inkunu qed naraw għal sensiela oħra, ilprogramm Int Min Int. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ser jagħtu ħarsa lejn id-dinja diġitali li fuq kollox kollha kemm aħna nagħmlu parti minnha. Taħlita ta’ aħbarijiet, kultura u anke stejjer mill-midja soċjali. Il-programm hu mtella’ millistudenti tal-MCAST fuq TVM.

The Entertainers

Is-Sibt 11 ta’ Lulju filgħaxija bejn id-21.00 u l-23.30 fuq Net Mingħajr ebda dubju matul ix-xhur li għaddew waħda millaktar attrazzjonijiet importanti waqt il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija The Entertainers, li jixxandar fuq Net Television bejn it-20.30 u l-23.00, kienet il-kompetizzjoni tal-kant għal talenti tfal u żgħażagħ, jew aħjar The Entertainers Singing Challenge. Għal diversi ġimgħat it-telespettaturi kellhom iċ-ċans isegwu mill-qrib bosta kantanti waqt fażijiet differenti. Issa jmiss lil 16-il kantant/a/i

Ipokriti

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-12:15 fuq TVM Kitba ta’ Lino Grech ser jerġa’ jibda jixxandar l-ewwel drama soap Maltija, Ipokriti! Tiftakru kif beda? Segwi l-ewwel episodji mill-ewwel sensiela matul Lulju. Victor Grech, Herman Bonaci, Karl Bonaci, Frida Cauchi, Romina Bonaci, Ray Abdilla, Marica Mizzi, Peter Borg, Rachel Portelli, Josephine Mahoney u tant atturi oħra!

Simpatiċi

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-12:15 fuq Net Il-familja Cassar tirritorna għal darb’oħra fuq l-iskrins tat-televiżjoni! Minn Lulju bdew jixxandru l-episodji ta’ Simpatiċi.

GWIDA Lulju 2020 47


Interess

Ħbieb u Għedewwa

Mit-Tnejn Sal-Ġimgħa fl-15:45 fuq Melita More c.315 Fit-30 ta’ Marzu beda jixxandar is-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa fuq Melita More. F’Lulju mistenni naraw l-aħħar puntati u naraw kif ser tagħlaq din is-sensiela mimlija intriċċi, gibeb u fuq kollox imħabba.

Becky

It-Tielet Staġun: Dejjem Tiegħek Becky Is-Sibt fl-10:15 u l-Ħadd fid-09:45 fuq Net L-avventura ta’ Becky qed terġa’ tixxandar fuq Net Television. Min jista’ jinsa l-bawxati ta’ Becky! Meta kienet taħdem bħala spettur kif ukoll meta kienet taħdem fuq ilcruise! Xalata ta’ nostalġija li jqanqlulek tbissima!

Vittmi

Kull nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa fl-22:00 fuq Net L-aħħar drama ta’ Lino Grech tirritorna.

L-Għarusa

It-Tlieta fid-21:00 u fl-22:05 fuq TVM Fix-xahar ta’ Marzu, L-Għarusa ġiet iddikjarata bħala l-aktar drama segwita fuq l-istazzjonijiet kollha! Issa għandek iċ-ċans li terġa’ tara mill-ġdid din is-sensiela u l-imħabba sigrieta li Bettina kellha!

F’Ġieħ l-Imħabba

L-Erbgħa fid-21:00 u fl-22:05 fuq TVM Żewġ puntanti kull nhar ta’ Erbgħa fejn tista’ terġa’ ssegwi din id-drama li bdiet f’Ottubru. Safejn lesti li jaslu l-familji biex isalvaw l-isem tal-familja tagħhom?

Rubini

Kull nhar ta’ Erbgħa fid-21:00 fuq Net Żewġ Episodji kull nhar ta’ Erbgħa ta’ drama mill-passat.

Fattigi

Kull nhar ta’ Ħamis fid-21:00 fuq Net Fattigi jwassal storja ta’ tlett nisa vulnerabli li jissiltu malesperjenzi diffiċli li jaffaċċjaw fid-dinja moderna tal-lum.

Iċ-Ċaqqufa

Kull nhar ta’ Tnejn fid-20:50 fuq TVM Is-serje popolari Iċ-Ċaqqufa reġa’ qed jintwera mill-ġdid fuq TVM. Dan kien ħa post is-serje F’Ġieħ L-imħabba li kellu jitwaqqaf minħabba l-Covid-19. Erġa’ ara l-avventuri ta’ Rose, id-dixxiplina stretta tan-nanna Karla u l-ħlewwizza tan-nannu Nin!

Sorelle

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:15 u fis-14:00 fuq TVM2 Id-drama tal-5 aħwa li bdiet f’Ottubru ser terġa’ tintwera mill-ġdid fuq TVM. Jekk tlift xi puntata issa ċ-ċans biex tiskopri aktar fuq dawn l-aħwa u kif Leo ħarbtilhom ħajjithom!

48 GWIDA Lulju 2020

Għall-Paċi u l-Mistrieħ

Kull nhar ta’ s-Sibt u Ħadd fis-13:05 fuq Net Drama mill-passat ser tirritorna fuq Net.


Interess

Gizelle

Kull nhar ta’ Sibt fit-8:30pm fuq ONE Qed jerġa’ jixxandar is-serje Gizelle, l-aktar drama popolari fl-2006. Ilu jixxandar fuq ONE mit-18 ta’ April li għadda u ċertament żamm kumpanija matul l-imxija. Waħda millprodutturi Abigail Mallia qaltilna li... “Aħna konna bdejna l-idea ta’ open day. Meta kellna l-ewwel waħda, ħsibt li ser jiġu 50 ruħ maximum. Wasalt naqra tard u xħin wasalt bqajt ħalqi miftuħ nara n-nies barra l-ONE. Tant ġew nies u tant iffirmajna etċ.. li l-għada kulħadd qam bid-deni. Onestament ma kontx stennejtha”.

Ħażen u Mrar

Kull nhar ta’ Ħadd fit-20:20 fuq Net Drama mill-passat ser tirritorna fuq Net.

Sami tinqabad tbus lil Chad minn Abigail. It-tluq ta’ Salem ser ikun emozzjonanti għal Nicole, b’Sami u Eric jaqsmu flimkien għeluq sninhom memorji mhux daqshekk sbieħ waqt reunion. Lejn it-tieni ġimgħa ser naraw kif Adrienne jirnexxilha ċċempel lil Lucas mill-ħabs, b’Hope tarresta lil Sami. Ikun Eric li jikkonfronta lil Brady fuq id-deċiżjonijiet ta’ Nicole li jħalli r-raħal ma’ Holly. Iżda Rafe u Hope ma jaqblux fuq Sami u jispiċċaw fl-idejn. Lejn it-tielet ġimgħa, persuna misterjuża tiġi interrogata fuq Will. Sami terġa’ tispiċċa fl-inkwiet waqt li Eve tiżvela xi ħaġa interessanti fuq Brady u Victor. Il-pressjoni fuq Kate tikber hekk kif tipprova tfittex min qed jagħmel sabutaġġ lil DiMera. Lejn l-aħħar ġimgħa Sami ser ikollha sorpriża ħelwa għal Rafe. Eve tipprova tinħeles mill-ingann ta’ Brady.

Barranin

You Me and Them - Is-Sibt fid-21:00 fuq TVM Don’t Forget the Driver - Is-Sibt fid-21:30 fuq TVM

Home - Is-Sibt fid-21:30 fuq TVM (wara li jispiċċa Don’t Forget The Driver) Repetizzjonijiet ta’ Michael McIntyre Big Show Is-Sibt fl-22:05 fuq TVM Repetizzjonijiet ta’ Penn and Teller Fool Us ilĠimgħa fid-21:15 fuq TVM Beautiful

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:41 fuq Canale 5 Ridge u Steffy ser imorru għand Quinn biex jibqgħu separati minn xulxin. Bill ser jaħseb li Ridge qiegħed juri interess f’Katie u jgħid din it-teorija lil Liam. Thomas jisma’ bil-bullying li qed isir fuq bintu minn Julius. Eric ser jgħajjat laqgħa mal-famlija kollha biex jiddiskutu l-affarijiet fuq Quinn. Is-sigrieti ta’ Sasha ser iħallu impatt fuq Thomas hekk kif isir jaf bis-sigriet kbir li kienet qed iġġorr f’ħajjitha.

Il Segreto

Days Of Our Lives

Mit-Tnejn Sal-Ġimgħa fis-13:00 fuq Melita More Wasalna fit-53 staġun ta’ din is-serje. Nicole tgħid lil Eric li tħobbu u jibdew jippjanaw għall- futur. Brady se jissuspetta li Chloe qed taħbilu xi ħaġa. Nicole lil Brady tgħidlu bis-sigriet il kellha iżda aktar tard Brady idawwar fehemtu fuqha. Hope u Rafe ser jiġġieldu fuq il-pożizzjoni ġdida li għadha kemm akkwistat. Aktar tard fl-episodji ser naraw kif Sami ssib il-wens f’Marlena. Ma jgħaddux ħafna li

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-15:30 fuq Canale 5 F’Ġunju reġa’ beda mill-ewwel staġun ta’ din is-sensiela. F’maltempata li seħħet matul il-lejl, Pepa Aguirre ġiet traduta mill-għalliem u maħbub tagħha Carlos Castro. Hu serqilha lil binha biex jagħtih lill-mara tiegħu Elvira, li kienet għadha kemm welldet tarbija mejta. Madanakollu Pepa timtela b’kuraġġ u tagħmel wegħda li xi darba għad tieħu lil binha lura.

Looney Tunes Show - Kull nhar ta’ Ħadd fit-8:00

fuq Italia 1

I Flintstones - Kull nhar ta’ Ħadd fid-8:50 fuq Italia 1 I Simpson - Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:40 fuq Italia 1

GWIDA Lulju 2020 49


Intervista

DESTINY CHUKUNYERE

Minn “Stallett ġo qalbi” għal “Għatxana ħafna u vera ninsab kuntenta” fi żmien xahar! “All Of My Love”, il-kanzunetta li Destiny kienet ser tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contenst ta’ din is-sena ser tibqa’ mniżżla bħala l-aktar kanzunetta li għamlet suċċess internazzjonali iżda ma waslitx sal-finali. Minħabba l-Covid-19, il-Eurovision ta’ din is-sena tħassar. Kien proprju fit-18 ta’ Marzu meta l-European Broadcasting Union ħabbret li għal din is-sena minħabba l-imxija talCovid-19 ħa jkun ikkanċellat il-Eurovision Song Contest li kellu jsir f’Mejju li ġej ġewwa Rotterdam l-Olanda. Il-festival li ilu jsir mill-1956 bla waqfien ġie kkanċellat minħabba l-inċertezza li l-Covid-19 ġabet magħha madwar id-dinja u madwar l-Ewropa kollha! F’intervista qaltilna, “Kienet stallett ġo qalbi, xtaqt li tlajt! Kienet il-ħolm tiegħi li nitla’ l-Eurovision u nirrappreżenta lil Malta. Kull deni ħudu b’ġid, forsi minn dan joħroġ xi ħaġa oħra”. Fuq il-preparamenti, kienu ilhom li bdew, “fuq il-kanzunetta konna qed naħdmu ħafna fuqha għax ridna noħorġu b’riżultat tajjeb. Kulma kien fadal xahar sakemm nitla’ nirrappreżenta lil Malta imma kellna nwaqqfu kollox”. Żmien il-Covid-19 spiċċat qattgħetu d-dar, “kuljum nagħmel makeup, nistila xagħri. Għandi makeup artist tajba ħafna

50 GWIDA Lulju 2020

u għallmitni ħafna tricks, allura nirringrazzjaha għax issa naf nagħmel makeup sew”. Destiny tgħidilna li hi kienet tgħix man-nanna u tħoss ħafna n-nuqqas tagħha “…Peress li n-nanna kienet tagħmilli kollox nimmissjaha ħafna. Għamiltilha whatsapp biex inkun nista’ nkellimha” tgħidilna Destiny. Għalissa qed tgħix m’ommha sakemm jgħaddi kollox. In-nanna kienet ferm diżappuntata li n-neputija ma telgħetx għall-Eurovision. “Iddispjaċieha għax xtaqet li nitla’, imma ma nafx kinitx ser titla’ jew le n-nanna” tispjegalna Destiny. Minn dakinhar ma waqqfux is-serje ta’ riżultati tajbin għal Malta. Bi sforz biex jinżamm ħaj l-ispirtu tal-Eurovision Song Contest bdew jiġu stabbiliti ħafna kunċerti talEurovision minn madwar il-pajjiżi. L-ESC Today poġġiet lil Malta fit-tielet post. Fl-Awstrija sar Der Kleine Song Contest fejn Malta kklassifikat fit-tielet post b’19% talvoti. Wara dan ir-riżultat, Destiny kellha intervista qasira fejn kienet qalet li “Nittama li nerġa’ nkun hawn s-sena d-dieħla”.Fost ir-riżultati tajbin li kisbet Malta kien hemm ukoll dak tal-Wiwibloggs. Dawn ħafna drabi jagħmlu polls li jaqtgħu r-riżultat aħħari. Is-sena l-oħra kienu ħabbru li


Intervista

l-Olanda kien ser jirbaħ kif fil-fatt sar, kif ukoll fl-2018 kienu għażlu l-kanzunetta Toy bħala l-favorita li ser tirbaħ fejn kienu qatgħu wkoll. Din is-sena l-aktar kanzunetta li ssemmiet kienet tal-Ġermanja “Violent Thing”. Fit-tieni post poġġew lil Malta! Kieku sar il-Eurovision, Malta kien ser ikollha ċans tajjeb li mmorru tajjeb b’Destiny u l-kanzunetta tagħha “All of My love”. Konna nistennew li nkunu mal-aqwa 3 kanzunetti skont dawn ir-riżultati. Dwar dan is-suċċess, Destiny qaltilna, “Ninsab verament kuntenta u onorata li “All of my Love” qiegħda filklassifiċi tal-Iżvezja u l-Finlandja. Vera kuntenta li x-xogħol kollu li għamilna qed jiġi apprezzat internazzjonalment.” Imma x’kienet ser tagħmel fil-finali kieku għaddiet? Fis-serje Eurovision Calls, Destiny żvelat x’kienet ser tagħmel differenti fil-kanzunetta tagħha filEurovision. Destiny fuq il-libsa qalet li... “Konna għadna qed naħdmu fuq il-libsa qabel ġara dan kollu. Kienet ser tkun l-istil tiegħi u xi ħaġa li mdorrija nilbes. Xi ħaġa lussuża għax inħobb l-affarijiet ileqqu”. Tkellmet ukoll fuq kif ser ikun imqassam il-palk... “Fuq il-palk konna ser nagħmlu xi ħaġa relatata mal-vidjow mużikali biex ikun hemm konnessjoni. U fuq il-kanzunetta,... “Kont ser nagħmel xi ħaġa kompletament differenti vokalment lejn l-aħħar tal-kanzunetta. Kienet ser tkun differenti, kont ser nivvokalizza lejn l-aħħar”. Ritratti: Albert Camilleri

Iżda ċertament l-akbar sorpriża għal Destiny kienet fis-16 ta’ Mejju. Fil-ġurnata li proprju Destiny kellha tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest, PBS ħabbru li s-sena d-dieħla ser tkun hi li tirrappreżenta lil Malta. Bix-xieraq Destiny! Hekk kif tħabbret l-aħbar, aħna ta’ GWIDA kellimna u ħaddnielha l-kummenti tagħha. “Nixtieq nibda billi ngħid grazzi lid-delegazzjoni Maltija, talli afdaw fija, sabiex nitla’ s-sena d-dieħla. Napprezza immens. Lesta li naħdem ħafna u ħafna iktar sabiex ir-riżultat ikun ħafna akbar minn din ilkanzunetta li kelli din is-sena, u nagħmel minn kollox biex nagħmilkom kburin! Huwa ta’ unur għalija li ser jerġa’ jkolli l-opportunità li nirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision. Għatxana ħafna u vera ninsab kuntenta u ma nistax nistenna sakemm nerġgħu nibdew naħdmu għal kanzunetta ġdida u kollox ġdid”. Ma setax li ma niħdux ukoll kumment mingħand ommha Alexia li tant tagħtiha sapport. “Jiena qiegħda in 7th heaven bħalissa, vera t-talb u dak kollu li xtaqna ġie realtà. Nirringrazzja lil kulħadd minn qiegħ qalbi lill-Maltin u Għawdxin li dejjem urew is-sapport lil Destiny. Id-delegazzjoni Maltija u dawk kollha li reġgħu fdaw lil Destiny biex terġa’ tirrappreżenta lil Malta”. Saħansitra ħadna kumment m’għand Onor. Carmelo Abela, Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li fost l-oħrajn hu inkarigat li jieħu ħsieb il-PBS. “Ilqajt b’ċertu sodisfazzjon, Destiny naħseb jien diġà pparteċipat fil-Eurovision tat-tfal, imma l-aspirazzjoni tagħha bħala kantanta li qed tistabilixxi lilha nnifisha fuq livell nazzjonali f’pajjiżna kienet li tipparteċipa mhux fil-Junior iżda fil-Eurovision tal-kbar. Sfortunatament meta rnexxielha tagħmilha l-Eurovision tħassar, allura jien ilqajt bil-ferħ id-deċizjoni tal-PBS li għas-sena d-dieħla tkun Destiny il-kantanta li tirrappreżentana. Naħseb li kien ħaqqha li wara dak li għaddiet minnu, il-proċess biex intgħażlet hi tkun tista’ tipparteċipa hi, persważ li l-poplu Malti wkoll japprezza din id-deċiżjoni”. Awguri Destiny għas-sena d-dieħla! GWIDA Lulju 2020 51


GWIDA SpeĊjali

L- E wwe l S e n a

L-EWWEL SENA TA’ GWIDA.MT Il-Portal Jikseb Popolarità Kbira! Jikteb Emil Calleja Bayliss Fil-5 ta’ Ġunju 2019, uffiċjalment twieled is-sit Gwida. mt. Sena ta’ suċċessi kbar grazzi għall-appoġġ tagħkom il-qarrejja. Sena fejn rajna l-udjenza tagħna tikber minn xahar għal xahar b’mod astronomiku. Sena ta’ stejjer b’differenza. Sena b’avventuri kbar, suġġetti varji fejn ktibna fuq numru kbir ta’ personalitajiet lokali.

tgħid li Gwida.mt għandha fost l-aqwa Facebook Insights mis-siti lokali, b’interazzjoni għolja li dan l-aħħar ftit xhur qarrbet ukoll lejn il-miljun fil-ġimgħa u poġġiet lill-Gwida. mt fost l-aqwa tliet siti lokali anke f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Matul l-avventura ġdida tagħna matul din l-aħħar sena, is-sit tagħna kiseb popolarità kbira ħafna u issa stabilixxa ruħu bħala r-raba’ l-aktar portal popolari f’Malta fost ilnews portals u l-websites lokali kollha. Dak mhux kollox – Gwida.mt huwa l-iktar portal f’Malta segwit li jxandar biss bil-lingwa Maltija u huwa wkoll l-iktar portal f’Malta segwit fil-ġeneru tal-lifestyle, gossip u entertainment.

Fuq il-klassifika tar-rankings tas-siti f’Malta ta’ Alexa, Gwida.mt sab ruħu mal-aqwa ħamsin fl-ewwel ġimgħa, rekord assolut f’Malta filwaqt li fl-ewwel xahar għamilna qabża enormi u konna mal-aqwa għaxar siti lokali u minn hemm bqajna mexjin ’il quddiem. F’Mejju 2020 dħalna mal-ewwel ħames siti lokali fejn bħalissa ninsabu fir-raba’ post fost is-siti lokali kollha! Dak li portals oħrajn damu s-snin biex akkwistawh, aħna – grazzi għalikom – ilħaqnieh fi ftit xhur.

Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għat-tim kollu ta’ Gwida.mt li qed naraw qabża enormi f’dawn l-aħħar ftit xhur fejn tista’

Fl-ewwel sena ta’ Gwida.mt kellna suċċessi bla preċedent fejn jidħlu l-figuri ta’ Google Analytics, fejn aħna

52 GWIDA Lulju 2020


GWIDA SpeĊjali F’SENA BISS GWIDA.mt JIRNEXXILHA TIKKLASSIFIKA MAL-EWWEL 4 PORTALS F’MALTA*!

Kien hemm mumenti fejn konna kontroversjali u f’mumenti oħra forsi konna wisq liberali u żgur kien hemm mumenti li żbaljajna wkoll fil-ġudizzju tagħna u ta’ dan nitolbukom taħfrulna iżda l-iskop tagħna huwa dak li verament noffru mudell alternattiv għal ħafna newsportals tradizzjonali li jiddominaw ix-xena tal-midja f’Malta. Bla dubju ta’ xejn is-suċċess tagħna kien possibbli wkoll grazzi għall-advertisers u l-sponsors tagħna li mill-ewwel emmnu fil-proġett Gwida.mt! Gwida hija waħda mill-aktar household brands magħrufa f’Malta u l-proġett ambizzjuż li nikbru online kien possibbli grazzi għal ħafna brands lokali ta’ reputazzjoni kbira u istituzzjonijiet magħrufa li emmnu f’dan il-portal. Kull min hu midħla tal-online marketing malajr

GuideMeMalta.com

Llum

Malta Independent

Net News

Newsbook

Malta Today

Lovin Malta

Inħossu li f’sena mxejna passi kbar imma dawn żgur ma kinux ikunu possibbli li ma kienx għalikom il-qarrejja tant leali tagħna. Intom mhux biss dħaltu taqraw l-artikli, iżda esprimejtu l-opinjoni tagħkom, u mhux l-ewwel darba li għarraftuna wkoll b’xi storja. Gwida.mt tagħmluha intom, hi tagħkom daqskemm hi tagħna. Intom li żżommuha ħajja u popolari. Minn qiegħ qalbna nirringrazzjawkom.

TVM

rreġistrajna aktar minn 40 miljun session fuq il-portal tagħna b’430,000 ruħ iżuru s-sit tagħna bħala medja ta’ kull xahar. Il-maġġoranza tal-qarrejja tagħna għandhom bejn il-25 u 54 sena. Dawn in-numri żgur li jawguraw tajjeb ħafna għall-familja ta’ Gwida.mt u s-segwaċi tagħna.

Timesofmalta

4

jista’ jintebaħ li għandna numru kbir ta’ kumpaniji li huma preżenti fuq Gwida.mt – u dan għaliex riklam fuq Gwida.mt jaħdem għax jarawh mijiet ta’ eluf ta’ nies! Prova ta’ kemm jarawh eluf ta’ nies kienet l-istorja li rnexxielna nagħmlu proprju f’għeluq l-ewwel sena. F'sena rnexxielna niksbu ħafna affarijiet sbieħ, iżda xejn ma tana pjaċir daqs dan il-messaġġ li rċivejna. Dakinhar filgħodu konna tellajna l-aħbar li kien hemm waħda mara, Sandy Agius Smith mara f’San Francisco qed tagħmel appell lillMaltin u forsi l-aktar lin-Naxxarin dwar il-membri tal-familja tagħha f’Malta. Membri li tilfet il-kuntatt magħhom u tixtieq li terġa' tagħmel dan mill-ġdid. "Qed nipprova nsib l-primi kuġini tiegħi min-naħa ta' missieri," hija tikteb fil-post, li tagħti informazzjoni dwar fejn kien jgħix matul iż-żmien tiegħu f'Malta. "L-isem ta' missieri huwa Frank "Chicko" Agius, huwa għex 57, Markiż Scicluna fin-Naxxar," tkompli żżid. Hi tgħid li ommu kien jisimha Teresa Agius qabel reġgħet iżżewwġet u saret Cortis. Sandy tgħid li hi tilfet il-kuntatt magħhom wara li ġie nieqes missierha fl-2004. Tappella lil kull min għandu informazzjoni għandu jibgħathielha. Wara biss ftit sigħat, bis-saħħa ta' Gwida.mt, Sandy issib lillfamilja tagħha! "Tgħidx kemm ferħet u bkiet bil-ferħ, għax hi ma kellha ebda kuntatt" tgħidilna qariba ta' Sandy. Sandy qaltilhom ukoll li meta ser tkun tista', ser tiġi Malta u tiltaqa' mal-familja tagħha. Flimkien ma' Sandy, il-familja li tgħix Malta qagħdu jitkellmu fuq affarijiet li jiftakru meta kienet żgħira. Xi ħlew! Awguri lil din il-familja Maltija! Nixtieq nieħu l-opportunità wkoll li nirringrazzja t-tim kollu wara s-suċċess ta’ Gwida.mt, żgur mhux forsi li s-suċċess ma jinbeniex mingħajr bażi soda u ħidma id f’id minn tim ta’ professjonisti li jaħdmu b’tant ħila sabiex Gwida.mt tkun ta’ suċċess. Iżda l-ikbar grazzi tmur lejn il-mijiet ta’ eluf ta’ qarrejja regolari tagħna. Aħna nirringrazzjawkom mill-qalb tal-appoġġ! GWIDA Lulju 2020 53



Editorjal

IR-RONDA TAD-DAR

Jekk tagħmel eżami issa... tgħaddi? Għal ħafna nies id-dar hija l-akbar investiment li jagħmel f’ħajtu. Mhux biss il-flus li tonfoq sabiex ikollok id-dar sabiħa u komda għalik, iżda l-memorji li jkollok fiha huma imprezzabbli. Mill-inqas ħmerija sal-aktar ħaġa sentimentali tkun ġrat fid-dar. Għalhekk wieħed għandu joqgħod b’seba’ għajnejn li d-dar ikun qed jagħmlilha r-ronda meħtieġa. Mhux sempliċiment tfarfira biss, jew ħasil talart imma hemm aktar affarijiet li wieħed għandu jagħmel sabiex jassigura li d-dar qiegħda nadifa u protetta minn kwalunkwe ħaġa. Għalkemm li semmejt huma importanti, iżda hemm aktar affarijiet lil hinn minn dawn li wieħed għandu jqis meta jkollu d-dar tiegħu. Għandek fejn terfa’ l-affarijiet? Waħda mill-akbar uġigħ fid-djar hija fejn ser terfa’ kollox! Immaġina tkun ilek ħajtek kollha terfa’ l-aktar affarijiet importanti, imbagħad tiġi biex timxi minn dar għal oħra. Trid terġa’ tqiegħed dawk l-affarijiet kollha f’post tajjeb. Meta tiġi biex tqiegħed kollox f’postu trid tara li jkollok l-għamara neċessarja biex taħżen u tippostja l-affarijiet. Il-kwistjoni ta’ fejn ser tqiegħed dawn l-oġġetti trid tkun meta int tkun qed tfassal id-disinn tal-pjanta tad-dar. Jista’

jkun jew tiddedika kamra fejn terfa’ l-affarijiet, magħrufa bħala box room, jew inkella ddeffes armarju fil-kmamar rispettivi u terfa’ hemmhekk. Fil-kamra tal-banju, trid tara fejn terfa’ l-prodotti tal-ħasil li jinkludu wkoll xkupa u pala, biċċiet biex timsaħ, ħażna tat-toilet paper, xugamani, facecloths, fwieħa, prodotti tal-wiċċ etċ... Kollox irid ikun konvinjenti għalik sabiex ikun faċli biex taċċessahom. Għalkemm jidher bħala xogħol tedjanti, it-tindif huwa neċessarju sabiex tgħix f’ambjent san. Jista’ jieħu ħafna ħin, madanakollu hemm diversi ta’ tagħmir elettroniku ta’ kif jistgħu jgħinuk tħaffef f’qasir żmien. Għandek tikseb affarijiet essenzjali tat-tindif. Bħalissa invoga ħafna r-robot cleaner, li jdurlek mad-dar u jiknislek l-art f’qasir żmien. Dan ir-robot cleaner jista’ jkollu l-funzjoni li jaħsillek l-art ukoll, madanakollu jekk ikollok pjan kbir trid tara li tibdel il-kontenitur tal-ilma. Jekk minnaħa l-oħra tħobb tiknes l-art int, allura aħseb biex tixtri vacuum cleaner, b’hekk tkun qed tnaddaf kollox b’mod faċli waqt li ġġib kullimkien pupilla. Dan l-apparat elettroniku trid taħsiblu post fejn ser tqiegħdu meta ma tkunx qed tużah, sabiex ikollok kollox f’ordni.

GWIDA Lulju 2020 55


Editorjal

Xi ngħidu għall-kamra tal-ħasil, ara li jkollok spazju fejn tagħmel il-washing machine, iż-żiemel tal-ħwejjeġ, fejn terfa’ l-prodotti tal-ħasil, labar tal-inxir u jekk tista’ daħħal tumble dryer! Tal-aħħar tgħinek ħalli jekk m’għandekx ħafna spazju fejn tonxor il-ħwejjeġ, tkun tista’ tnixxifhomlok hi. Trid tiċċekkja xi ħwejjeġ tista’ titfa’ fiha, dan ikun differenti skont l-apparat li tixtri. Aktar kemm tkun sofistikata aktar tkun tista’ tnixxef affarijiet. Il-ħasil tal-ħwejjeġ huwa parti kbira mill-ħajja ta’ kuljum u jekk għandek familja kbira, allura dan jista’ jieħu ħafna ħin. Għal dan jeħtieġ li jkollok xi affarijiet neċessarji biex dan ix-xogħol ikun faċli għalik. Qis li ddaħħal washing machine kbira biżżejjed għad-daqs tal-familja tiegħek. Mur għal waħda li tesa’ ħafna ħwejjeġ ħalli tkun tista’ kemm tiffranka l-ħin, l-ilma u anke l-konsum tad-dawl. L-aktar li jkollok affarijiet x’terfa’ hija l-kamra tal-ikel! Borom, appliances, affarijiet biex issajjar u x’naf jien! Il-kċina hija waħda mill-aktar kmamar li tintuża u importanti fid-dar. Biex tkun tista’ ssajjar tajjeb u b’mod konvinjenti jkollok bżonn diversi oġġetti essenzjali u utensils bażiċi bħal dixxijiet, oġġetti tal-ħġieġ, taġnijiet etċ... Għandek tinvesti wkoll f’xi tagħmir bażiku tal-kċina bħal microvawe, toaster, magna tal-kafè, proċessur tal-ikel u blenders. Dawn huma xi oġġetti essenzjali li kull kċina teħtieġ biex taħdem faċilment u bla xkiel. Apparti li trid taħseb ukoll għal sett skieken tajbin, pożati, platti, affarijiet biex isservi fihom, mugs għall-kafè, tazzi tax-xorb u tal-inbid. L-aktar kamra li tqatta’ ħin fiha hija bla dubju l-kamra tassodda. Din l-aktar li jkollha bżonn fejn terfa’ fiha u ħafna nies ikollhom kamra separata sabiex jerfgħu l-ħwejjeġ magħrufa bħala walk-in. Ħafna mill-kumpaniji tas-sodod, peress li jafu li l-ispazju dejjem qed ikun limitat qegħdin jagħmlu spazju apposta taħt is-sodda fejn terfa’ l-affarijiet. Għal din il-kamra

56 GWIDA Lulju 2020

mhux biss ikollok bżonn komodina żgħira fuq iż-żewġ naħat tal-kamra, iżda amarju bi kxaxen sabiex terfa’ l-affarijiet neċessarji bħal-lożor u investi addizzjonali, tagħmir elettroniku tax-xagħar, prodotti ta’ sbuħija etċ... Hawn ukoll min qed jerfa’ ż-żraben f’armarju apposta sabiex ikunu kollha fl-ordni u r-riħa taż-żraben ma taffettwax il-ħwejjeġ. Kun żgur li l-gwardarobba wkoll tkun kbira biżżejjed biex fiha terfa’ l-ħwejjeġ talistaġun kemxejn goffi bħal kowtijiet, ġkieket u ħafna aktar. Hemm min ukoll jerfa’ l-aċċessorji tal-Milied fil-gwardarobba, dan jiddependi minn kemm hi kbira u kemm tesa’. Kemm int organizzat? Għandek il-karti kollha miġburin? Tkellimna man-nutar Dr Corazon Mizzi li ltaqgħet ma’ diversi koppji u familji li jkunu ser jidħlu fid-dar tagħhom. Min jaf kemm il-kuntratt għamlet fuq bejgħ ta’ proprjetà. Suġġett li għaliha taffaċċjah ta’ kuljum. Staqsejnieha liema huma ż-żewġ mistoqsijiet importanti li wieħed għandu jagħmel meta jkollu dar u jkun kollox lest. Qaltilna, “Għandek testment?”. “U jekk iva ilek li għamiltu?”. Testment mhux xi ħaġa li tagħmlu meta tkun avvanzat fiż-żmien, iżda jeħtieġ li tagħmlu appena wieħed jidħol fid-dar tiegħu. “Ħafna drabi niftakru fit-testment meta nkunu ma nifilħux jew meta nisimgħu fuq xi ħadd li ħalliena. It-testment għandna nippjanawh u nagħmluh meta nkunu f'sensina u f'saħħitna, mhux meta jiġi l-għawġ. Jiżbalja min jaħseb li t-testment jagħmluh ix-xjuħ biss. Kulħadd għandu jagħmel testment - għaliex inħallu f'idejn il-liġi biex tirregola s-suċċessjoni tagħna meta għandna l-faċilità li nagħżlu aħna xi jsir wara mewtna?” tgħidilna n-nutar. F’każ li wieħed ikun diġà għamel it-testment, allura niġu għat-tieni mistoqsijia, “Ilek li għamiltu?”. Hawnhekk, Dr Corazon tagħmilha ċara li t-testment qatt ma jitlef il-validità tiegħu, “għadda kemm għadda żmien minn fuqu, sakemm ma jitħassarx b’testment ieħor. Iżda jista' jkun li jitlef ir-rilevanza tiegħu minħabba li jkunu nbidlu xi ċirkostanzi f'ħajtek jew inbidlu x-xewqat tiegħek. Ilek ma tirrevedi t-testment tiegħek? Jekk int miżżewweġ, uża ftit mill-ħin li qed tqattgħu flimkien biex tiddiskuti l-affarijiet mal-mara jew mar-raġel tiegħek”.



Editorjal

Imma għandha sisien sodi? Tgħidli mela jien bennej jew perit? Le xejn minn dan! Li jkollok is-sisien tad-dar sodi jfisser li tkun protetta minn kwalunkwe ħaġa li jista’ jiġri. Ħafna djar illum il-ġurnata peress li jittieħed loan mill-bank, irid isir dak li jgħidulu Home Insurance. L-assigurazzjoni tas-sidien tad-djar tgħin biex tipproteġi dak l-investiment u lilek f’diversi modi. L-assigurazzjoni ħafna drabi tkun tkopri biex l-oġġetti jkunu protetti u jgħinuk meta l-affarijiet ma jmorrux kif ikun previst. F’każ li Alla ħares qatt ikun hemm xi nar, serq, vandaliżmu jew agħar minn hekk diżastri naturali, l-assigurazzjoni tgħinek sabiex tkopri l-ispejjeż li tkun ġarrabt. Sfortunatament huma każijiet li jiġru u jekk ma tkunx protett it-telfa tkun ħafna akbar. Kif jgħid il-Malti, aħseb fil-ħażin sabiex it-tajjeb ma jonqosx. Għal dawk li l-assigurazzjoni tad-dar mhux qiegħda bilfors, allura faċilment jistgħu jgħidulek li dawn huma ħela ta’ flus. Iżda meta jkollok eżami tkun trid tgħaddi le? Anke jekk dan l-eżami jkun wieħed imprevist! Kif jiġri fil-maġġoranza tal-każijiet, meta wieħed jinduna li jkun ried assigurazzjoni tad-dar iżda jkun tard wisq. Kont taf li anke meta titlef iċ-ċwievet tkun kopert? Ħafna mill-polzi ta’ assigurazzjoni f’Malta huma mgħammra b’servizz li jkun erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, mit-Tnejn sal-Ħadd, sabiex f’każ li jinqalagħlek xi ħaġa, ikunu hemm lesti biex jgħinuk. Anke meta jkun hemm xi ħsarat fil-pajpijiet tal-ilma, xi taqtir talilma li Alla biss ikun jaf minn fejn ikun ġej u xi ħsarat fl-elettriku. Tħallix jgħaddi żmien sakemm din tkun solvejtha wkoll! Żgur ma tkunx tixtieq li affarijiet bħal dawn iħarbtulek ħajtek f’mumenti meta tkun diġà rrabjat bil-konsegwenzi li jkunu nqalgħu. Apparti minn hekk kif tista’ torqod billejl u taf li dak li għandek madwarek, mhux kopert? Mhux aħjar tħallas xi ħaġa ħalli ttaffi ftit mill-frustrazzjoni li tista’ tkun għaddej minnhom fi żminijiet diffiċli. Mela serraħ rasek fejn jaqbillek u proteġi l-affarijiet personali, memorji u dak kollu li int tgħożż.

58 GWIDA Lulju 2020

Żgur li kont taf kollox? Kemm int protett legalment? Fiżikament? U kemm għadek ħejjejt spazju minn qabel sabiex terfa’ l-affarijiet neċessarji... Mistoqsijiet li tajjeb li tiddiskutihom ma’ tad-dar sabiex ilkoll tkunu siguri u protetti. Tinsewx l-agħar ħaġa li jista’ jiġrilek hi meta xi ħadd jgħidlek, “Lest għall-eżami?” “Tgħaddi jekk tagħmlu issa stess?”. Għidha din fuq id-dar tiegħek billi twieġeb id-domandi li għamilnielek!




EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN

DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB (It-Tieni Parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

X’ġara s’issa? Instabet mara oħra maqtula fi Strada Stretta! Tgħid x’qed jiġri? Għaliex qed isir dan il-qtil? Alvio u Lydia dehru jitlewmu, u xħin din ħarġet mill-kamra ħalliet id-djarju warajha! B’Alvio jsib iddjarju u jieħdu hu! Anke Luċija serqet! Ħadet l-ittra ta’ Lydia mingħand is-Sinjura tagħha!

Angela kienet qed tilbes waqt li tħares minn ġot-tieqa tammira l-veduta ta’ barra. F’ħin minnhom jinfetaħ il-bieb bl-addoċċ u tidħol Iris, sidt il-burdell. Iris: Angela: Iris:

Telaq hux dan? Mela! Ilu! Tajjeb! Iris tipprova tagħlaq il-bieb iżda Angela pronta tagħmel idha biex jibqa’ mbexxaq!

Iris: Angela: Iris: Angela: Iris: Angela: Iris: Angela: Iris: Angela: Iris: Angela: Iris: Angela: Iris: Angela: Iris: Angela: Iris:

Xi trid? Għal sehmi? Xiex? Mhux is-soltu! Is-soltu? Saħħa ħadtlu ġidu lil dak. wInt fiex tindaħal gustuża? Intik fejn taħdem, fejn tiekol, għax bukkun filgħodu dejjem ħadtu, tinħaslu bil-misħun tiegħi, għandek il-wiċċ titlobni iktar. Taf kemm jiswa arloġġ bħal dak...tgħid mhux se nċediha. Eh le gustuża...trid titlaq għal rasek? Ma jkollokx min jieħu ħsiebek imbagħad. Agħmel int, imma kieku flokok nibża’. U għala għandi nibża’, skużi ta?! Hemm aħna, sakemm kont magħluqa hawn ġew sbejħa, sabu oħra mejta. Fejn? Għand ta’ Nena. Kienet żgħira? Jekk jagħrfuh wiċċha forsi jgħidulna. Miskina! Hemm aħna. Imma stenna. Nena suppost tipproteġihom ukoll, u xorta ġara li ġara. Imma Nena m’għandhiex il-ġuvintur joqogħdu għassa mal-bibien bħali. Mela ma ddaħħalx magħha, ja qammiela! Ara kemm ħa tixher il-Qorti, għax issa jafu biha l-Pulizija...issa se tibqa’ żżommni hawn int? Għax għandi x’nagħmel. Ninżel għal sehmi isfel? Mhux hekk prinċipessa...mela Iris xi darba ħallietkom tmutu bil-ġuħ jew? Jien nieħu ħsiebkom, ma tarax Dak Li Mitluf U Dak Li Misjub - 53

GWIDA Lulju 2020 61


EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN

DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB (It-Tieni Parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

iweġġgħuhomli żewġ tfajliet bħalkom. (Iris taqbadha minn wiċċha, iżda Angela tidher frustrata) Fil-kamra tal-burdell fejn sar il-qtil kien hemm żewġ pulizija għassa mal-katavru. It-3 nisa li sabu l-mejta, kollha jibku u jolfqu. Ma setgħux jemmnu bit-telfa tal-ħabiba tagħhom. Marta kienet qed titkellem mad-detective Montford li kien qed iniżżel xi noti għar-rapport. Marta: Montford: Marta: Detective: Marta:

Miskina għandha żewġt itfal! X’ser jagħmlu issa? Xi traġedja! Sinjorina nifhem li diffiċli għalik, imma iktar ma tikkalma malajr u tirrispondi għad-domandi li qed nagħmillek iktar inkunu nistgħu nsibuh malajr. Staqsi, staqsi! Mela ejja nerġgħu nibdew mill-bidu, l-aħħar li rajt lill-vittma x’ħin kien? Jien kont għadni kemm lestejt minn klijent u ltqajt magħha fil-kuruturi, nissoponi anke hi kienet għadha kemm lestiet... Fil-kamra ta’ maġenb kien hemm żewġ uffiċjali bilwieqfa, għassa għal li jista’ jinqala’.

Johnny: Carmelo: Johnny: Carmela: Johnny: Carmelo: Johnny: Carmelo: Johnny: Carmelo:

Qed tiggrava l-biċċa, u kif isiru jafu hemm barra ġenn ħa jkollna Carm. L-importanti li ma nallarmawx in-nies aħna. Iva imma kemm se ndumu, xi darba jew oħra din ħa toħroġ...u issa anke l-Ingliżi deħlin fiha. Ħeq bilfors! In-nies diġà qed jitkellmu hemm barra eh! Għalxejn, iddawwarha kif iddawwarha, kerha. U żgur li kerha, imma ħa tkompli tikrieh jekk ma nsibuhx. Dan qattiel serjali, dejjem jekk hu l-istess persuna. Kellimt lil Montford...jidher li fuq l-istess bniedem qed nitkellmu, il-każijiet kollha għandhom somiljanzi relevanti. Issa l-gazzetti jonqos. Il-kelma malajr tinxtered, Malta żgħira Carm..... U n-nies magħrufa jgħidu...mhux li nsibuh ja kelb. Il-qattiel tan-nisa kien qiegħed fuq fomm kulħadd. Il-Pulizija kienu għatxana li jaqbduh għax ħafna kienu qed jibżgħu minnu. Sadanittant Luċija kienet qed tqalleb fl-oġġetti personali tas-Sinjura tagħha Marie. Fetħet u għalqet kull kexxun li kellha fil-kamra. Bl-aktar mod metikoluż kienet tpoġġi l-affarijiet fejn kienu jinsabu. Ebda ħjiel talenvelop bl-ittra li kienet kitbet Lydia. Fil-pront jibdew jinstemgħu passi ta’ Marie mill-kuritur. Luċija għadha hemm tfittex u tqalleb. Marie resqet qrib tal-kamra tas-sodda tagħha, waqt li Luċija sabet mazz ittri li bdiet tgħarbilhom. It-tensjoni bdiet tikber, Marie fetħet il-bieb u bi żbrixx taqbad lil Luċija li kienet qed timsaħ il-mera żgħira li kellha qrib l-armarju.

Marie: Luċija: Marie: Luċija:

Int kemm se ddum illum? Daqt lesta? Kont bdejt, imma ftakart li għidtli nagħmel il-mera għax kienet imdellka, u waqaft, kif inlestiha nkompli Sinjura. M’għandix iktar minn nofs siegħa oħra. M’għandekx għaġla, tinsiex tfarfar it-tapiti. Iva Sinjura, ħalli f’idi. Marie ddur u tkun ser titlaq, iżda tinduna li kien hemm xi ħaġa mhux f’postha fil-kamra tagħha. Tgħid indunat li

62 GWIDA Lulju 2020

Dak Li Mitluf U Dak Li Misjub - 54


EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN

DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB (It-Tieni Parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Luċija kienet qed tfittex fil-kamra u mhux tfarfar? Tgħid ser tkeċċiha talli qabditha tnemmes fil-kamra tagħha? S’issa le, iżda kienet lemħet frejm li ma kienx qiegħed sew fuq il-komodina tagħha allura ċaqilqitu biex ikun għal gost tagħha waqt li tinduna li Luċija kienet qed tħares kull mossa li kienet qed tagħmel. Xħin telqet, Luċija ħadet nifs twil, kienet qrib li tinqabad illum u dan kollu għall-imħabba bla tarf li kellha għal Lydia. “Iżda mhux miġnuna trid tkun biex toqgħod tbiddel frejm għax ma kienx angolat biżżejjed” bdiet tgħid bejnha u bejn ruħha. Lydia dakinhar kienet iltaqgħet mal-idolu tagħha ġewwa kafetterija fil-Belt Valletta, ħadd ħlief il-poeta u tabib Rużar Briffa li kien qed jixrob kafè f’mejda żgħira ġo kantuniera filwaqt li jħarbex xi ftit versi fuq napkin. Ma setgħatx ma tiqafx u tkellmu wara kollox kien ħabib ta’ missierha. Lydia:

It-tabib Briffa? Rużar Briffa? Lydia jien, it-tifla tal-Professur Vella Houton.

Rużar:

(għall-bidu kienet ftit diffiċli biex jiftakarha għax kien jafha żgħira) Lydia! II-mamma mia kemm kbirt, niftakrek żgħira jien (filwaqt li bisilha jdejha bħala ġest ta’ merħba).

Lydia:

Skużani ġejt fuqek hekk, imma ma stajtx ma nkellmekx, indunajt li kont int minn barra.

Rużar:

U żgur. Sewwa għamilt. Daqskemm konna naħdmu flimkien jien u l-papà. Ġieli kont ġejt għandkom ukoll.

Lydia:

Wiċċ ma tantx ninsieh jien...ħadt gost li rajtek, ma ridtx intellfek, kompli.

Rużar:

Ma ttellifni xejn, qiegħda waħdek?

Lydia:

Iva!

Rużar:

Poġġi, poġġi, inġiblek kafè?

Lydia:

Ma ngħidlekx le kieku. Nirringrazzjak. (waqt li poġġiet bilqiegħda u Dott Briffa għajjat lill- waiter)

Rużar:

Kafè jekk jogħġbok! Għidli Lydia, kif intom? Il-familja kollox sew?

Lydia:

Mhux ħażin, mhux ħażin. Lill-papà nimmissjah ħafna imma.

Rużar:

Kemm ilu mejjet issa l-papà?

Lydia:

Fl-aħħar sena tal-gwerra ħalliena, jiġifieri xi 12-il sena issa. Jien kont żgħira.

Rużar:

Iva. Iva, niftakar xi ħadd qalli. Kien voluntier hux hekk?

Lydia:

Iva Lixandra, l-Eġittu.

Rużar:

Wisq nies ħallew ħajjithom fil-gwerra. Żmien kiefer...imma insomma.

Lydia:

X’int tikteb hemm?

Rużar:

Ħeħe! Poeżija...jew biċċa minnha, ma stajt insib karta mkien, kelli niktibha fuq napkin.

Lydia:

(waqt li tbissmet bl-aħbar) L-importanti li ma tarmihiex issa!

Rużar:

U ma tkunx l-ewwel darba ( jidħaq magħha). U int Lydia għadek tistudja?

Lydia:

Le issa spiċċajt.

Rużar:

X’prospettivi sbieħ għandek għall-futur?

Lydia:

Ma nafx ngħidlek.

Rużar:

Għarusa? Dak Li Mitluf U Dak Li Misjub - 55

GWIDA Lulju 2020 63


EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN

DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB (It-Tieni Parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Lydia:

Għarusa...imma storja kkumplikata. Ma naħsibx li għadni.

Rużar:

Tidher ikkumplikata sew. L-importanti fil-ħajja li tkun kuntenta u tfittex li tagħmel lil ħaddieħor kuntent.

Lydia:

Jien hekk nifhimha wkoll.

Rużar:

Tfajla bħalek m’għandhiex ikollha problema ssib għarus tal-affari tiegħu.

Lydia:

Minn hawn naqra diffiċli imma, u bi rġiel ma rridx nisma’.

Rużar:

Tidher li għalkemm żgħira, diġà weġġgħek xi ħadd. Tibżax, il-Bambin jagħlaq bieb u jiftaħ mija.

Lydia:

Mhux fil-każ tiegħi imma Dott. Anke d-dar kelli nitlaq.

Rużar:

Ma rridx nindaga jew nindaħal; imma għax qed tgħidli int, u b’rispett tal-ħbiberija li kelli għal missierek inħoss li għandi niftaħlek għajnejk.

Lydia:

Tippruvax tgħidli mmur lura. Ħajti infern.

Rużar:

Ma fhimtx sew il-problemi tiegħek, imma jekk tlaqt mid-dar kif tista’ tirranġahom dawn il-problemi? Tfajla bħalek, postha d-dar m’ommha.

Lydia:

Mhux meta ommha l-problema.

Rużar:

Hekk differenti.

Lydia:

Naħseb għabbejtek b’biżżejjed problemi Dott, ħa nħallik. (filwaqt li tkun ser titlaq)

Rużar:

Stenna...il-kafè lanqas missejtu.

Lydia:

Forsi għal darb’oħra (tqum u ddur u toħroġ ’il barra)

Rużar:

Lanqas għidtli fejn qed toqgħod, Lydia stenna.

Lydia:

Grazzi Dott, narak. Waqt li Lydia kienet qed taħseb fuq ħajjitha u l-maħbub tagħha Mario, Angela kienet għadha thewden fuq l-arloġġ li kien ħalla Oscar sabiex iqatta’ lejl magħha jitkellem. Għalhekk daħlet fil-kamra ta’ Iris fejn din kienet qed tgħodd il-flus. Iris indunat b’Angela u għalqet il-kaxxa tal-flus bl-arloġġ b’kollox u warrbitha. Iris ħarset lejn Angela bħal speċi x’għandek bżonn.

Angela: Iris:

Il-flus! Eh bilħaqq! Oqgħod hemm. Daret lejn il-kaxxa b’darha lejn Angela waqt li bdiet tgħodd kemm għandha tagħti. Angela telgħet fuq ponot subgħajha biex tħares lejn l-arloġġ.

Iris: Angela:

Hemm ħa! Kuntenta issa. Ħeq kuntenta hux! (filwaqt li telqet ’il barra) Iżda Angela baqgħet wara l-bieb tistenna lil Iris titlaq. Appena telqet ftit minuti wara, daħlet fil-kamra nkiss inkiss, ħadet l-arloġġ t’Oscar u reġgħet sakkret il-bieb warajha.

64 GWIDA Lulju 2020

Dak Li Mitluf U Dak Li Misjub - 56



TISLIBA BIL-PREMJU LULJU L-Ewwel Premju €20 Vawċer minn Gold Market It-Tieni Premju Ktieb minn Horizons It-Tielet Premju Ktieb minn Faraxa Ir-Raba’ Premju Ktieb minn Merlin Library

Soluzzjoni 12

Mimdudin 1 Maktur; 3 Mħabba; 8 Venezwela; 10 Virtù; 11 Ritmu; 13 Randa, 15 Katrin; 19 Vot; 20 Isir; 21 Uniti; 23 Tribù; 25 Zija; 26 Fjurett; 27 Rabta; 29 Libsa; 30 Fided; 31 Fawra; 32 Aħtaf; 33 Ħanin Weqfin 1 Malta; 2 Kavetta; 4 Bravuri; 5 Amar; 6 (Nzer) Tatura; 7 Nzer(Tatura); 9 Namur; 12 Tejġu; 14 Navi; 16 Torta; 17 Inċira; 18 Bizzilla; 22 Tarbija; 24 Stedin; 26 Fanal; 27 Raff; 28 Bews 1. 3. 8. 10. 11. 13. 15. 19. 20. 21. 23. 25. 26. 27.

Mimdudin

Ġemgħa ta’ vapuri (6) Bla xagħar (6) Iż-żona ta’ Bormla, l-Isla u l-Birgu (9) Linji ta’ dawl iffurmati mix-xemx (5) Kantant tal-mużika lirika bħal Pavarotti, pereżempju (5) Għamel dak li qal, poġġa fil-prattika (5) Stħarriġ, investigazzjoni (6) Jiksi l-għasafar (3) Kif bint ommu tiġi għalih (4) Fil-beraħ (5) Saltna (5) Twemmin (4) Kienu jlaqqgħu ġuvni ma’ xebba għażżwieġ (7) Kesħa kif ukoll apparat li jagħmel is-silġ (5)

Tisliba Bil-Premju Lulju Ibgħat is-soluzzjoni lill-GWIDA/ Tisliba Lulju, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 20 ta’ Lulju. 66 GWIDA Lulju 2020

29. 30. 31. 32. 33. 1.

Biża’, kruha kbira (5) L-ewwel wieħed li għaqqad banda? (5) Lewn id-demm (5) Attakkaw lil Malta fl-Assedju l-Kbir (5) Metall irqiq jitgħattan malajr (5)

Weqfin

Sbieħ u jfuħu meta joħorġu speċjalment fir-rebbiegħa (5) 2. Għandu x’jagħmel (7) 4. Tawh il-ġenb, tneħħa (7) 5. Issibu f’27 Mimduda (4) 6. Dottoressa (6) 7. Maħlul (4) 9. Jintramaw biex jilqgħu għax-xemx jew ix-xita (5) 12. Sinna ftit akbar mis-snien, iżda ta’

Drakula esaġerati (5) 14. Ħtija (4) 16. Toħroġ bihom meta tikseb ġieħ u stima (5) 17. L-ewwel xahar tas-sena (6) 18. Sfida, tagħmlu meta tiġi wiċċ imb wiċċ 22. (8) 24. Kif inhi magħrufa l-Knisja tal-Mosta (7) 26. Biha trażżan kelb feroċi li jigdem (6) 27. Nomina (5) Biċċiet, fdalijiet forsi tal-ħobż wara li 28 tqattgħu (4) Agħti x’jiekol lil min hu bil-ġuħ (4)

Isem Indirizz Mob/Tel




Editorjal

IL-PERSUNA LI MHUX QED TIRRISPONDIK BĦALISSA QIEGĦDA TIXXEMMEX!

Jekk jogħġbok ċempel aktar tard! Sħana, riħ isfel u gdim tan-nemus... iżda s-sajf huwa kkaratterizzat minn diversi ħruġ u attivitajiet fuq barra. Issa li r-restrizzjonijiet fuq nies ma’ xulxin qegħdin jiġu mneħħijin nistgħu nerġgħu nibdew niltaqgħu flimkien u nieħdu gost! Kien ħaqqna li niċċelebraw ftit wara ġimgħat sħaħ inħarsu bejn erba’ ħitan, u ngħiduha kif inhi l-interazzjoni soċjali immissjajnieha mhux ħażin! Aħna l-Maltin inħobbu nikkomunikaw, qiegħda ġo fina li nitkellmu, nargumentaw, nidħqu flimkien. Għalhekk beda l-istaġun tista’ tgħid favorit ta’ ħafna... L-istaġun tal-... Tal-BBQs. Meta nisma’ l-kelma BBQ, niftakar fil-basktijiet mimlijin ikel sakemm jifilħu, BBQ kbir, cooler li tesa’ l-ilma, luminata, inbid u 2 birra flimkien mal-gaġġetti li jġiegħlu l-luminata tibqa’ kiesħa. Dan ma jistax jonqos iz-zalzett tal-Malti fil-bidu, taħlita ta’ paste tat-tonn taż-żejt u bigilla flimkien mal-galletti! Xi ngħidu fl-aħħar għall-flixkun li jsaħħan fejn ikollu l-misħun ħalli fl-aħħar tal-ikla nagħmlu l-kafè! BBQ tipiku Malti huwa dak li joħroġ il-kċina kollha u dak kollu li jkollu d-dar u jmur ħdejn il-baħar. Għax aħna basta nieklu u nkunu komdi! Importanti li meta norganizzaw dawn it-tip ta’ BBQs nagħmlu mezz li ma nħallu l-ebda tip ta’ skart warajna u nħallu kullimkien nadif.

Hawn diversi BBQs ukoll li ma jħammġux u jużaw il-gas flok il-famuż ċarkowl. Dan mhux biss ma jħammiġx u faċli biex tnaddfu imma l-ikel jiġi aktar bnin! “Dak il-karawett ser tiftħu Dor?...” jaqbeż ir-raġel wara li jkun kiel bukkun! Żmien il-Ġelati u Granita! Nispera li mhux qed tagħmel id-dieta, għax bħalissa waqt li qed taqra dan qed nimmaġinak tixxennaq għal ġelat mimli ġamm u karawett, tal-vanilla jew ċikkulata! Għalkemm il-ġelati illum il-ġurnata huma moda s-sena kollha, imma fis-sajf jisplodi u bil-qilla tax-xemx, tkun trid xi ħaġa kiesħa biex tiffriskalek griżmejk u xxappap xufftejk b’dik il-ħlewwa liema bħalha! Żmien il-ħobż biż-żejt. X’hemm aħjar minn kisra ħobż ħdejn il-baħar imdellka bil-kunserva. Jew xi ftira sħuna waqt li timlieha bl-affarijiet tipiċi bħal tonn taż-żejt, ġardiniera, fażola, kappar, żebbuġ, ġbejniet, basal tal-pikles u x’ naf jien! Hemm min jippreferi jieħu dawn ġo wrap li tkun aktar metodu bnin, iżda l-ħobża Maltija tibqa’ l-favorita ta’ ħafna. Nistgħu ngħidu li dan qisu platt tradizzjonali Malti, li kull min jersaq lejn din il-gżira għandu jieħu!

GWIDA Lulju 2020 69


“Mela spiċċawlek il-ġbejniet, dal-biċċtejn tfajt?” jaqbeż ittifel il-kbir, meta l-ftira ma tkunx tista’ tingħalaq! Żmien id-dulliegħa u frott tas-sajf! Sintendi waqt il-BBQs malajr jaqbżu n-nanniet li magħhom ikunu ġabu cooler apposta mimli frott tas-sajf! Bħal xi dulliegħa jew bettieħa! Dawn jinżlu għasel meta jkunu kesħin għax tista’ tiffriska! Għal min ikun aktar iddedikat, ikun jista' jagħmel salad tal-frott bnin imħallat bid-dulliegħ, larinġ, mango, bettieħ, għeneb, ananas u tuffieħ. Għal dawk l-avventurużi jistgħu jagħmlu smoothie tajjeb billi jżidu ftit silġ! Apparti li hija xarba bnina tieħu pjaċir tiffriska ftit waqt li taf li m’għandhiex zokkor żejjed! Żmien il-Ħut u l-frott tal-baħar. Malta għandna xalata ta' sajjieda primi, ħut frisk u suq vast li tista' tagħżel li trid! Jew għax inqattgħu ħafna ħin ħdejn il-baħar, jew inkunu mixtiqin minnu imma fis-sajf, dawk il-lampuki jinżlu għasel. X’hemm aħjar milli jkunu griljati b’naqra meraq tal-lumi fuqhom! Inkella mħawrin bil-kappar, żebbuġ, tadam u basal, b’naqra ħabaq u nagħniegħ! Anke taqra fuqhom jaqbdek l-aptit aħseb u ara meta jkunu msajrin! Ġieli pruvajt issajjarhom fuq il-BBQ? Ma jiddispjaċikx! Żmien il-Lidos, pools imma bis-social distancing! Iktar minn qatt qabel irridu noqogħdu attenti minħabba l-pandemija ta’ Covid-19, madanakollu xorta nistgħu nieħdu pjaċir. Li noħorġu u nieħdu gost huwa terapija għall-moħħ b’saħħtu li jżomm attiv u ’l bogħod minn mard mentali bħaddipressjoni. Li tmur ġo pool ara li tagħti kas il-miżuri ta’ mitigazzjoni, speċjalment li żżomm distanza u ħu pjaċir. Insa l-istress tax-xogħol, il-faċendi tad-dar u x-xogħol pendenti li għandek. Dan hu ħin għalik sabiex issib lilek innifsek u tirrilassa ftit! “Ċama... Ċama... “ jgħidu t-tfal waqt li tal-pool jgħajjat “Ħujj! Ma tistgħux taqbżu hemm!” Iżda ma ninsewx dejjem... Żmien fejn għandek iżżid l-eżerċizzju fiżiku! Eżatt nieklu ħafna fis-sajf madanakollu ma rridux ninsew li s-saħħa tagħna hija importanti ħafna. Importanti li mmorru l-baħar u mhux biss nibqgħu statiċi filwaqt li nitkellmu, imma nippruvaw nużaw ġisimna kollu. Idea tajba billi tmur f’bajjiet mhux bir-ramel, ħalli tkun qed tagħmel sforz fuq ġismek kollu u ċċaqlaq il-muskoli. Ma tistax taqbad u

70 GWIDA Lulju 2020

tnaqqas il-kaloriji kif ġie ġie, iżda bis-saħħa ta’ terapisti ta’ nutrizzjoni jkunu jistgħu jgħinuk tiekol kemm ikun hemm bżonn. F’każ li ma tikolx bnin dan jista’ jirriżulta sabiex ikollok għejja u telqa kbira. Hu rrakomandat li jkollok bilanċ f’kollox. Dan japplika iżjed jekk meta tkun qed tnaqqas il-kaloriji tkun qed tagħmel xi forma ta’ eżeriċzzju. F’dan ilkaż it-terapista ta’ nutrizzjoni flimkien mal-kowċ tal-fitness ikunu jistgħu jgħinuk tqassam u tagħmel l-aħjar dieta għalik. Eżempju dan huwa eżerċizzju tajjeb li tista’ tagħmel sabiex ittejjeb il-bilanċ tiegħek, issaħħaħ il-qalb u tkun aktar flessibbli. Kulma trid tiddedika huwa 30 minuta kuljum! Importanti li qabel tibda dan l-eżerċizzju tagħmel warm up ta’ minn tal-inqas 4 minuti. Jekk għandek kompjuter tista’ tidħol hawn u ssegwi l-eżerċiżżju https://bit.ly/ gurnata2anewbetterlife. Dawn huma metodi ta’ kif aħna l-Maltin inqattgħu s-sajf! Dan is-sajf ser ikun differenti mis-sjuf ta’ qabel għax ser ikollna neqsin il-festi li tant inħobbu! Madanakollu l-ħruġ li jinvolvi l-ikel żgur mhux ser jonqos! L-importanti li jekk inkunu ser nieklu ikel xaħmi, nieħdu ħsieb li nixorbu l-ilma u nagħmlu xi forma ta’ eżerċizzju! Nawgurawlek is-sajf ittajjeb! “Ma qed idoqqlok il-mowbajl!” taqbeż il-bint!... “Ħallih binti! Qed nixxemmex ftit issa jaqleb voice mail!” Kontributuri ta’ dan l-artiklu fis-sezzjoni tal-isports:

P Il-kowċ tal-fitness, Matthaeus Grasso –BSc. (Hons.) Sport

and Exercise Science (United Kingdom) facebook.com/matthaeus.grasso P It–terapista fuq nutrizzjoni, Christine Busuttil MSc Nutrition.




RiĊetti

PLATTER ANTIPASTO BITTADAM MIMLI, ĦAXIX U ĠBEJNIET RiĊetta ta’ Manuel Xuereb

Ingredjenti

Direzzjoni

Għat-tadam mimli

Għat-tadam, aqta’ l-uċuħ u neħħi n-nofs. Agħmel il-kuskus bl-ilma sħun u meta jkun lest ħallat flimkien mal-kumplament tal-ingredjenti. Uża biex timla t-tadam imbagħad poġġi fuq trej tal-ħami. Erġa’ poġġi l-uċuħ fil-wiċċ, itfa’ ftit żejt tażżebbuġa u aħmi fil-forn f’temperatura ta’ 200°c għal 10 minuti. Għall-ħxejjex, aqta’ f'biċċiet twal u qiegħed ħdejn xulxin fuq trej kbir tal-ħami. Iksi bil-butir tattewm imdewweb. Ħallat flimkien il-frak tal-ħobż, il-parmiġġjan, it-tursin u l-melħ u l-bżar. Itfa’ din it-taħlita fuq il-ħxejjex u ferrex ftit biż-żejt taż-żebbuġa. Aħmi fil-forn f’temperatura ta’ 200°c għal 15-20 minuta, jew sakemm isir kannella dehbi. Servi t-tadam mimli u l-ħxejjex imqatta’ fuq platt kbir tal-injam bil-ħobż imqatta', ġbejniet u dip.

P 4 jew 5 tadamiet P pakkett kuskus P mgħarfa prinjoli P 100g ġobon feta, imfarrak P 2 mgħaref żebbuġ iswed imqatta’ P ftit weraq tal-ħabaq frisk imqatta’

Għall-ħaxix

P bżar aħmar kbir P qarabagħlija P 250g qargħa mqaxxra P mgħarfa butir tat-tewm P 2 mgħaref frak tal-ħobż mingħajr glutina P 2 mgħaref parmiġġjan maħkuk P mgħarfa tursin imqatta’ P melħ u bżar P żejt taż-żebbuġa P pakkett crackers mingħajr glutina

Ikollok bżonn ukoll

P ġbejniet plain u tal-bżar P dip tal-qaqoċċ jew arjoli P ħobża bil-qoxra

GWIDA Lulju 2020 73



RiĊetti

KLAMARI MIMLIJIN RiĊetta ta’ Anton B Dougall

Ingredjenti

Direzzjoni

P 4 klamari P 300g frak tal-ħobż... l-aħjar li tagħmlu minn ħobż Franċiż xott P 100g basal P 100g faqqiegħ P 3 sinniet tewm P nagħniegħ imqatta’ rqiq ħafna P żejt taż-żebbuġa P bżar mitħun frisk u melħ

1. Ixgħel il-forn 180°C, gass numru 4. 2. Naddaf tajjeb il-klamari. Neħħi l-linka. Qatta’ l-ġewwieni tagħhom f’biċċiet żgħar ħafna u poġġih ġo skutella. 3. Qaxxar it-tewm u l-basal u qattagħhom f’biċċiet żgħar ħafna flimkien malfaqqiegħ li tkun ħsilt sew. 4. Saħħan ftit żejt ġo taġen fond u qalli l-basal, it-tewm u l-faqqiegħ. Ħawwad il-ħin kollu biex ma tħallix il-basal jiskura għax jagħmel togħma morra. 5. Farrak il-ħobż irqiq ħafna. Uża food processor jekk ikun hemm bżonn. 6. Żid il-frak tal-ħobż fl-iskutella mal-klamari. Ferrex in-nagħniegħ u roxx ftit bżar u melħ. Ħawwad tajjeb. 7. Żid il-basal, tewm u faqqiegħ mat-taħlita. Erġa’ ħawwad u roxx ftit aktar bżar u melħ jekk ikun hemm bżonn. 8. Imla l-klamari b’din it-taħlita. Geżwer tajjeb kull klamar fl-istretch and seal jew fojl biex it-taħlita ma toħroġx waqt is-sajran. 9. Qiegħed il-klamari ġo dixx tal-forn. Żid ftit ilma u sajjar għal madwar 40-45 minuta. 10. Servi sħan ma’ insalata tal-gosti tiegħek, patata jew ross. Jekk trid tista’ servi wkoll ftit zalza tat-tadam bil-kappar.

GWIDA Lulju 2020 75



Oroskopju

IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON

Kun af aktar dwar iż-żodjaku ta’ Cancer Dan huwa xahar fejn jispikka ż-żodjaku ta’ Cancer, li ovvjament ikollu l-bidu tiegħu mal-istaġun tas-sajf fil-21 ta' Ġunju u jibqa’ fis-seħħ sat-22 ta' Lulju. Il-forma ta’ dan iżżodjaku hu granċ li fil-mitoloġija Griega hemm il-leġġenda li Hercule kien għaffeġ il-granċ u l-fdalijiet tiegħu fforma format kbir fis-smewwiet għal bosta żmien u hekk inħoloq dan iż-żodjaku.

tmur tajjeb ma’ żodjaku maskili ta’ Gemini, Libra, Capricorn u Taurus.

Cancer huwa mibni fuq diversi aspetti pożittivi, fost dawn insibu l-burdata stabbli, id- determinazzjoni ta’ twettiq u ovvjament is-sentiment sensittiv ta’ dan iż-żodjaku. Iżżodjaku ta’ Cancer huwa mfassal mill-element tal-ilma li flimkien maż-żodjaku ta’ Pisces u ta’ Scorpio u dan it-trio ta’ żodjaki jagħmel dan l-element wieħed ferm interessanti meta tiġi għall-gwida ta’ dak li ikun imwassal fl-oroskopju.

Nies famuzi li jagħlqu żmienhom taħt iż-żodjaku ta’ Cancer insibu lil Tom Cruise , Khloe Kardashian, Will Ferrell, Pamela Anderson, Kevin Hart, Selena Gomez , Sylvester Stallone u Tom Hanks fost oħrajn. Maltin insibu fost oħrajn lill-kantanta Louise Ann Bugeja Tate, il-mużiċist u kunsillier tal-Belt Mark Spiteri Lucas, l-editur ta' Gwida.mt u awtur Emil Calleja Bayliss. Insibu wkoll id-direttur Sean Buhagiar, il-preżentatur tar-radju Clint Bajada, il-komiku Steve Hili, il-kantanta Justine Shorfid. Anke Miss Malta taqa' taħt din l-istilla, Hannah Giacchino, id-direttur Charles Stroud, l-attur Joseph Fenech u l-kantanta Miriam Christine.

Fatti interessanti dwar iż-żodjaku ta’ Cancer Wara t-tbissima ta’ Cancer hemm dejjem ħsieb! Cancer ma jiħdux gost meta jkunu taħt osservazzjoni jew attenzjoni żejda. Cancer huma magħrufin li jidħlu fin-nar għal dawk li jkunu f’qalbhom. Iħobbu dik ir-raqda ħelwa imma jekk ikollhom ħsieb ma joqogħdux bi kwiethom sakemm isolvuha anke jekk idumu tul il-lejl. Il-memorji huma l-aktar valur importanti ta’ ħajjithom. Cancer iħobbu jżommu pass lura sakemm ikunu ċerti li jistgħu jwettqu dak li jixtiequ jwettqu, dawk li jiddubitaw fil-kapaċitajiet ta’ Cancer mill-ewwel jiġu mwarrba. Cancer huma persuni ta’ kumpanija tajba u kumplessa, jagħrfu mill-ewwel jekk dik il-persuna hijiex ideali u sinċiera, filwaqt li kapaċi jżommu l-uġigħ ġewwa fihom u ma jurux verament xi jkun għaddej madwarhom. Iż-żodjaku ta’ Cancer min-naħa maskili jmur tajjeb ma’ żodjaki femminili tal-istess Cancer, Virgo, Scorpio, Sagittarius u Pisces. Filwaqt li żodjaku ta’ Cancer femminili

L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta‘ Cancer huwa dak tatTnejn waqt l-aktar jum li trid tevita huwa dak tal-Erbgħa. L-aktar xahar ideali għaż-żodjaku ta’ Cancer huwa dak ta’ April waqt l-aktar xahar li trid tevita huwa dak ta’ Frar.

F'Lulju jiċċelebraw għeluq sninhom u jaqgħu taħt din l-istilla wkoll Coleiro Preca r-raġel tal-President Emeritus Marie Louise, il-kantanti Sebastian Calleja, Daniel Muscat, Rhiannon Micallef, James Mifsud, Neville Refalo, Klinsmann Coleiro u Romina Mamo, il-ġurnalisti Keane Cutajar u Lou Bondi, il-patri Josef Pace u l-qassis Robert Grech, flimkien mal-atturi Ryan Galea, Charles Sammut, Emanuel Cassar u Sarah Camilleri. Anke l-qarrejja tal-provi ta' din ir-rivista, l-għalliema tal-Malti, Nicole Sammut, taqa’ taħt din l-istilla! Jekk int tixtieq aktar informazzjoni dwar iż-żodjaku (l-istilla tiegħek) personali, tista’ tibgħat ittra postali lil PaulJon Po Box 27 Paola jew żur is-sit www.pauljon13.com. Namaste! GWIDA Lulju 2020 77


Oroskopju

IŻ-ŻODJAKU TA’ CANCER MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LULJU Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April Mument inċert f’dak li int trid twettaq. Dan se joħloq ftit ta’ tensjoni imma int trid tagħraf issarraf l-abbiltà magħrufa tiegħek biex b’hekk int tkompli miexi b’determinazzjoni u tħares ’il quddiem f’dak li riesaq lejk, emmen iżjed fik innifsek sabiex tasal. Namaste.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru Mument ta’ aktar paċenzja issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi b’ aktar maturità u għaqal f’dak li ġej kemm fil-ħidma tiegħek u ferm aktar fir-relazzjoni li int għandek. Agħraf ikkombina l-esperjenza miksuba sabiex finalment tirbaħ dak li tixtieq. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju Mument li int trid tagħraf aktar dwar il-bilanċ fil-ħajja ta’ madwarek. Għalkemm int se tkun mitluf ħafna dwar il-proġetti tiegħek xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ sabiex b’hekk tevita xi konsegwenzi, irrifletti sew. Namaste.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru Mument ta’ aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li int taf dan kollu suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek u kemm il-madwar tiegħek sabiex dak li ġej madwarek tiffaċċjah b’aktar kalma u trankwilità! Namaste.

Gemini mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju Mument li tagħraf timxi aktar b’pass mgħaġġel fejn jekk is-soltu int kont iddum sabiex tieħu xi pożizzjoni jew deċiżjoni, issa dan se tibda twettqu b’aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu direzzjoni ġdida. Namaste.

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru Mument ta’ ftit aktar ta’ tensjoni madwarek aktar mis-soltu. Issa minħabba dan int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm aktar lilek u ferm aktar issitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek sabiex int tkun aktar imħejji għal dak li riesaq lejk. Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju Mument li jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħek sabiex b’hekk int li tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja kemm tiegħek personali u anka tal-madwar tiegħek. Dan huwa perjodu li jista’ jkun li int terġa’ tirbaħ dak li int tlift għalhekk kun imħejji aktar. Namaste.

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar Trid timxi b’aktar għaqal sabiex fil-ħajja ta’ madwarek iżżomm lilek iffokat ftit aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta’ xi konsegwenzi. Imma tkattar lilek u ssaħħaħ iżjed. Namaste.

Mument opportun li tagħraf taħtaf dan il-perjodu sabiex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f’dak li int tixtieq. Dan jista’ jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa int għandek madwarek tagħmel possibbli li tirċievi dak kollu. Namaste. Mument ta’ riflessjoni aktar fl-imħabba li int għandek minħabba li taf terġa’ tidħol fil-passat tiegħek u dan ovvjament jaf joħloq xi problemi kemm lilek u lil ta’ madwarek, għalhekk agħraf li l-passat huwa passat b’hekk biss int tkun tista’ timxi ’l quddiem. Namaste.

Mument ta’ aktar kontroll tiegħek innifsek, fejn jekk int is-soltu kont tkun ikkontrollat minn ċertu aspetti tal-ħajja dan issa sejjer jinbidel kompletament, b’hekk se tagħraf tieħu kontroll aktar il-madwar kollu tiegħek. Agħraf din l-isfida li riesqa lejk. Namaste. Mument li se jagħmlek ftit aktar aggressiv flambizzjonijiet kemm tiegħek personali u kemm ta’ madwarek. Dan jaf ikun ta’ sfida għalik, minħabba dan int ser turi aktar l-abbiltà tiegħek f’dak li int trid tesprimi u twassal, agħraf sew! Namaste.

KOMPETIZZJONI OROSKOPJU MINN PAULJON Iż-żodjaku ta’ Cancer ma’ min huwa kkombinat? o ma’ Pisces o ma’ Gemini o jew ma’ Scorpio? Isem u Kunjom: ______________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________ Mobile Number: ______________________ Ibgħat it-tweġiba tiegħek b'dan il-kupun lil PaulJon Kompetizzjoni Oroskopju, PO BOX 27, PAOLA sas-17 ta’ Lulju 2020. l-ewwel tweġiba li nirċievu korretta tirbaħ il-kalendarju żodjaku u tiġi mħabbra fl-artiklu li jmiss. Namaste

78 GWIDA Lulju 2020




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.