03
HBIEBNA Newspaper post
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
lil
2015
Laudato Si’ L-enċiklika ta’ Papa Franġisku L-ekoloġija u l-Ġiżwiti Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1
Miktub minn Fr Paul Zammit SJ
www.jesuit.org.mt
Il-Qaddis tax-Xahar
San Pietru Claver 1581-1654 - L-ilsier tal-ilsiera
San Pietru Claver twieled f ’Verdú, fil-Katalonja fis-26 ta’ Ġunju 1581 minn familja ta’ bdiewa li kienu tat-tajjeb u nies devoti ħafna. Dan il-qaddis hu marbut ma’ waħda mill-paġni mill-iktar koroh tal-istorja – dik tal-iskjavitù. Għal ħafna snin il-bnedmin jassru lil ħuthom u kkalkulawhom bħala bhejjem tax-xogħol. Meta twieled Pietru, in-negozju tal-ilsiera kien ġà ilu 70 sena li żviluppa. Il-Mulej mexxa lil Pietru ħa jaħdem b’risq dawn ilvittmi tar-regħba tal-bnedmin. Ta’ 20 sena daħal Ġiżwita. Wara sentejn intbagħat Palma, fil-gżira ta’ Majorca, fejn iltaqa’ mal-Brother Ġiżwita, (San) Alfons Rodriguez. Nibtet ħbiberija sabiħa bejniethom. Dan il-Brother li kien purtinar tal-kulleġġ, kien iħeġġeġ lil Pietru ħalli jilqa’ s-sejħa li jaħdem fost l-ilsiera. Kien ħabib tassew li għaraf joħroġ tant tajjeb minn dan iż-żagħżugħ. Hekk Pietru offra ruħu ħalli jaħdem fost l-ilsiera. Mar Cartagena, fil-Kolombja. Hemm ra l-moħqrija li kienu jiffaċċjaw l-ilsiera. Kienu jeħduhom mix-xtut tal-Afrika tal-Lvant, xi daqqiet mibjugħin minn nieshom stess. Kienu jsibu ruħhom fuq bastimenti tal-waħx ppakkjati fuq xulxin, marbutin bil-ktajjen fi stivi dojoq u baxxi jintnu seba’ pesti. Ħafna kienu jimirdu. Min jimrad jintefa’ l-baħar. Il-vjaġġ f ’dawn il-kundizzjonijiet terribbli
2
kien idum bejn tlieta u erba’ xhur u xi terz mill-ilsiera qatt ma kienu jaslu l-Amerka ta’ Isfel! Qabel San Pietru kien hemm il-Ġiżwita Fr Alonso de Sandoval li qatta’ 40 sena jaħdem mal-ilsiera. Però l-metodu taż-żewġ appostli kien differenti. Sandoval kien imur iżur u jgħin lill-ilsiera fuq il-post tax-xogħol (tal-iskjavitù) tagħhom. Pietru għażel li jmur jilqagħhom hekk kif jaslu fil-port u qabel ma jinbiegħu. Kien imur ma’ nies twajba oħra, jinżel fl-istiva impestata u jdewwi lill-morda, jagħtihom x’jieklu u jixorbu u wara li jaqdihom filħtiġiet tal-ġisem kien jipproponilhom ukoll li jitgħammdu. Jikkalkulaw li f ’ħajtu għammed mat-300,000 skjav. Fejn il-bniedem ħoloq tant ħruxija fuq ħutu l-bnedmin, Alla offra l-ħajja ġdida ta’ Nsara lil tant nies. Barra minn hekk Pietru kien jitħabat ukoll ħalli d-drittijiet ta’ dawn l-imsejkna jkunu rrispettati. X’għamlet il-Knisja? Il-Papiet Pawlu III u Urbanu VIII kienu ħarġu digrieti biex jikkundannaw “dan il-ħażen estrem” kif sejjaħlu l-Papa Piju IX, iżda billi dan in“negozju” infernali kien iġib ħafna flus qajla dawn l-Insara taw kas x’qalu l-Papiet. Min-naħa tiegħu, Pietru u sħabu li ħadmu miegħu, qatta’ hu wkoll 40 sena minn ħajtu f ’din il-missjoni. Ma għamilhiex għax kienet ta’ sodisfazzjon għalih, iżda għall-imħabba ta’ Alla. L-imħabba tidher fl-atti u mhux fil-kliem. Barra milli ħadem mal-ilsiera, Pietru ħadem ukoll mas-sinjuri, mal-baħrin u n-negozjanti, kif ukoll malMusulmani u l-Protestanti Ingliżi li kienu jużaw il-port. L-aħħar erba’ snin ta’ ħajtu qattagħhom marid f ’kamartu. Kellu miegħu qaddej (eks-skjav) li krewlu s-Superjuri. Dan, minflok ma ħa ħsieb lil Pietru, kien jabbużah u joqtlu bil-ġuħ. Pietru sofra kollox bilpaċenzja għal dnubietu. Meta miet fl-1654, u malli n-nies tal-belt semgħu blaħbar imbuttaw ruħhom f ’kamartu biex isellmulu. Tant kien magħruf għall-qdusija tiegħu li ħadu ħafna affarijiet bħala relikwa tieghu. L-awtoritajiet li kienu jqisuh għax kien jaqbes għaddrittijiet tal-ilsiera ordnaw funeral pubbliku u ndifen b’ħafna solennità. Ix-xogħol kbir li Pietru kien għamel intgħaraf aktar wara mewtu. San Pietru Claver kien ikkanonizzat fl-1888 flimkien ma San Alfons Rodriguez. Hu l-patrun tal-Kolombja u tal-missjonijiet fost il-popli Afrikani. Bis-saħħa tiegħu l-kundizzjonijiet tal-ilsiera tjiebu. Nitolbu lil dan ilQaddis li jgħin lil tant ilsiera fid-dinja tal-lum u jeħles lid-dinja tagħna minn dan il-flaġell.
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
Kelma mill-editur
2
Il-Qaddis tax-Xahar San Pietru Claver
4
Laudato Si’ l-enċiklika tal-Papa
5
Il-Kumpanija ta’ Ġesù u l-ekoloġija
8
Esperjenzi ta’ żgħażagħ dwar il-volontarjat
.
Il-ħarsien tal-ħolqien ta’ Alla hu parti mill-missjoni tal-Ġiżwiti
Għeżież ħbieb u benefatturi, Mill-istampa tal-qoxra ta’ barra forsi diġà ndunajtu li s-suġġett ewlieni f ’din ilħarġa hu l-ambjent, jew aħjar kif jgħid ilPapa Franġisku fl-Enċiklika Laudato si’, dwar l-għożża u l-ħarsien tad-dar komuni tagħna. Dwar dan is-suġġett importanti għandna artiklu li jagħtina stampa ċara ħafna dwar is-suġġett. Issib ukoll żewġ artikoli li jittrattaw dwar l-enċiklika l-ġdida tal-Papa. Il-Papa jagħmel emfasi li l-ħolqien kollu “irċivejnieh b’xejn” (159) u fuq kollu rċivejnih “bħala don tal-imħabba ta’ Alla” (220). Il-Papa qal li “Alla kiteb ktieb millisbaħ, li l-ittri tiegħu huma l-kotra talħlejjaq preżenti fl-univers” (85). Il-Papa “iħeġġiġna naqraw fin-natura ktieb millisbaħ li minnu Alla jkellimna u jdewwaqna farka mill-ġmiel” (12) . Suġġetti oħra
Ta’ kull sena matul is-sajf għadd ta’ żgħażagħ imorru f ’pajjiżi oħra fejn jagħmlu xogħol ta’ voluntarjat. Xi wħud min dawn iż-żgħażagħ jaqsmu magħna x’tgħallmu min din l-esperjenzi li kellhom. Meta żagħżugħ jidħol Ġiżwita, qabel kollox hu jsir membru tal-Kumpanija
ta’ Ġesù u mhux membru ta’ xi Provinċja li hi ħaġa amminstrattiva. Għalhekk ilĠiżwita dejjem lest jaqdi f ’kull parti taddinja l-missjoni li jagħtuh is-superjuri. Kull Ġiżwita, minbarra t-tlett voti ta’ faqar, kastità u ubbidjenza, jagħmel vot speċjali ta’ ubbidjenza lejn il-Papa biex jaqdi xi missjoni li jagħtih jew fejn jibgħatu. Fiż-żewġ pagni tan-nofs issibu mappa tad-dinja u l-ismijiet tas-87 Ġiżwita Maltin li qegħdin jaħdmu fil-komuitajiet hawn Malta u f ’pajjiżi oħra madwar id-dinja. Qegħdin inġibu wkoll intervista ma’ Ġiżwita Malti li qiegħed jaqdi l-missjoni tiegħu fl-Università Pontifiċja Gregorjana f ’Ruma, opra kbira u importanti ħafna filmissjoni universali tal-Kumpanija ta’ Ġesù. F’Ottubru ser jiltaqa’ s-Sinodu talIsqfijiet f ’Ruma dwar il-familja u għandna artiklu dwaru miktub mill-Isqof Mario Grech. Minbarra l-paġna tas-soltu dwar l-Appostolat tat-Talb, għandna wkoll tlett pagni ta’ aħbarijiet dwar il-ħidma u l-appostolat tal-Ġiżwiti. Komplu itolbu għall-Kumpanija ta’ Ġesù li qed tħejji ruħha biex sena oħra tiltaqa’ l-Kongregazzjoni Ġenerali li taċċetta r-rizenja tas-Superjur Ġenerali u tagħżel ieħor.
f’din il-harġa
Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt
11 Għajnuna għat-talb ’l Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti
12 Il-87 Ġiżwita Malti fid-dinja
14 Spiritwalità Injazjana -
It-Tieni Ġimgħa tal-Eżerċizzi Spiritwali
16 Intervista ma’
Fr Louis Caruana
17 Duwa tal-ħniena
għall-familja - Kelma mill-Isqof t’Għawdex
19 Nekroloġija -
Br William Pace, SJ
20 ’L Hawn u ’l hemm mal-Ġiżwiti
22 Id-deżerti interni saru tant kbar
23 Il-programm ta’ rtiri u seminars organizzati miċ-ĊIS
Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.
Editur: Fr John Scicluna SJ
Email: hbiebna@jesuit.org.mt
Website: www.jesuit.org.mt
Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Rosanne Debono, Josette Vassallo, Robert Mamo Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606
Qoxra: ‘Sapling’ ta’ Jason Scragz, Flickr (Creative Commons)
um
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
ru 3 - 2015
lil
HBIEBNA
N
Stampar: Gutenberg Press
Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.
3
Ekoloġija
www.jesuit.org.mt
Laudato Si’ Tkun imfaħħar Fl-24 ta’Mejju,2015, il-Papa Franġisku ppubblika l-Enċiklika ‘Laudato Si’’(Tkun imfaħħar) dwar l-għożża tad-dar komuni. Minn din l-Enċiklika, il-Provinċjal tal-Ġiżwiti fil-Filippini, Fr Antonio F. Moreno, ġabar għaxar punti li tfaċċaw għall-ewwel darba
S’issa qatt ma kien hawn enċiklika bħal Laudato Si’. Hi l-ewwel enċiċlika li fid-dawl tal-fidi tittratta dwar l-ambjent u l-bidla fil-klima. Qabel u wara li ħarġet kellha ħafna attenzjoni. Din l- enċiklika ser ikollha influwenza kbira u tħalli impatt dejjiemi fuq il-fidi tagħna kif ukoll fuq l-iżvilupp ambjentali u uman tagħna. Wara li qrajtha ħriġt għaxar punti li sibt fiha.
1. Is-sbuħija tal-ħolqien ta’ Alla m’għandhiex prezz. Ikollna nammettu li għamilna ħsara lill-ħolqien ta’ Alla minħabba t-tendenzi konsumeristi tagħna u għażilna dak li jġib qligħ ta’ malajr minnflok dak li jiġi maż-żmien. Dan il-punt jgħinna ħalli nkunu determinati li naħdmu bla heda biex nindukraw dan il-wirt ta’ kulħadd. 2. Jeħtieġ inħarsu u nippromwovu l-fatt li aħna biċċa waħda mal-ħolqien. L-ambjent mhux realtà maqtugħa għaliha li aħna nistgħu nespljotaw u niddominaw għall-użu tagħna. Dak li hu tajjeb għall-ambjent huwa tajjeb ukoll għallumanità. 3. Il-pjaneta tagħna hi l-ġid komuni tagħna u d-dar li lkoll ngħixu fiha. Biex nippromovu l-ġid komuni jeħtieġ li ma nibqgħux naħsbu li għandna xi dritt fuq l-ambjent. Hemm limitazzjonijiet ambjentali serji jekk naħsbu li għandna dritt fuq ir-riżorsi tad-dinja tagħna. 4. Il-mentalità li għandna li naqbdu u narmu bl-addoċċ trid tinbidel f ’kultura li tieħu ħsieb l-ambjent. Irridu ngħaddu lill-
4
ġenerazzjonijiet futuri dinja sostenibbli li wieħed ikun jista’ jgħix fiha. Irridu nbiddlu s-sens li għandna li aħna propjetarji għal attitudni ta’ amministraturi fil-mod li nirrelataw mal-ħolqien. 5. L-għajta tal-fqar u l-għajta talambjent huma marbutin ħafna ma’ xulxin. Fit-tħassir tal-ambjent u l-bidla fil-klima l-aktar li jbatu huma l-fqar għax huma l-aktar vulnerabbli. “Sens profond ta’ komunjoni mal-bqija tannatura ma tistax tkun awtentika jekk f ’qalbna ma jkunx hemm it-tenerezza, il-kompassjoni u s-sensittività għal ħutna l-bnedmin” (§ 91). Ilġustizzja hi importanti ħafna. Imma mhix biss kif nieħdu ħsieb il-fqar, jew minn għandu jew m’għandux aktar aċċess għar-riżorsi naturali. Il-ġustizzja trid tiġi wkoll applikata bejn ilġenerazzjonijiet preżenti u futuri. 6. Saru inizjattivi u programmi tajbin biex inaqqsu l-impatt ta’ katastrofi ambjentali, imma hemm bżonn li jsir ħafna aktar fil-livell tar-relazzjonijiet globali, fi sferi nazzjonali u lokali, f ’azzjonijiet familjari u individwali reċiproċi biex ikun hemm riżultat awtentiku. Il-kollaborazzjoni, id-djalogu u t-tfittxija talġid komuni huma kruċjali meta niġu biex nindirizzaw l-isfidi ekoloġiċi u ambjentali. 7. L-ispiritwalità tal-ħolqien tista’ tkun forza u motivazzjoni qawwija biex nipproteġu d-dar komuni tagħna. “L-imħabbba ta’ Alla hija l-forza fundamentali li tmexxi dak kollu maħluq” (§ 77). Li niċħdu l-fatt li Alla huwa l-ħallieq tal-univers ikompli jsaħħaħ l-awtonomija u s-supremazija tal-umanità li twassal għallesplojtazzjoni bla rażan tal-ħolqien. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
www.jesuit.org.mt
8. L-edukazzjoni ekoloġika fid-diversi ambjenti għandha tiġi segwita bi stil ta’ ħajja ġdida u b’ħajja spiritwali. Il-familja tidher li huwa post privileġġjat fejn issir l-edukazzjoni ekoloġika. Flaħħar mill-aħħar, il-formazzjoni ta’ ċittadinanza globali li tippromwovi s-sensittività ekoloġika u tiddifendiha tista’ tibda tinbet fil-ħajja tal-abitanti tad-dinja tagħna. 9. Huwa importanti li neżaminaw l-eċċessi ta’ mudelli teknokratiċi dominanti u l-antropoċentriżmu modern li kkawżaw l-esplojtazzjoni tan-natura u tal-ħolqien ta’ Alla. Għad li t-teknoloġija ġabet magħha żvilupp ġenwin tal-popli, irridu kontinwament neżaminaw l-impatt tagħha fuq l-ekoloġija u l-iżvilupp uman. 10. Il-fatt illi l-awtorità ta’ nazzjonijiet individwali qiegħda tiddgħajjef u li l-ekonomija u s-setturi finanzjarji qed jingħataw aktar importanza mill-politika, it-triq li tista’ twassal biex il-ġid komuni globali jista’ jiġi ggvernat b’mod effettiv huwa l-ħolqien ta’ awtorità politika globali (§§ 174-175). Għandna biżżejjed arranġamenti fuq livell internazzjonali, nazzjonali u lokali għall-bidla fil-klima u l-protezzjoni talambjent, iżda l-isfida tidher li hija l-mekkaniżmu u r-rieda politika biex insarrfu ideat sbieħ f ’realtajiet konkreti.
Il-Kumpanija ta’ Ġesù
u l-ekoloġija
Fid-dinja kollha, fost il-bnedmin, qiegħed dejjem tiżdied is-sensittività dwar l-ekoloġija jew l-ambjent. Il-kuxjenza tagħna tniġġiżna meta quddiem għajnejna naraw dejjem jiżdiedu l-evidenzi tal-ħerba ambjentali li qiegħda sseħħ: tniggiż tal-arja u tal-ħamrija, żieda ta’ fdalijiet tossiċi, diżastri naturali katastrofiċi, il-qirda ta’ speċi ta’ annimali u pjanti, u fenomeni klimatiċi bħal għargħar, uragani u nuqqas ta’ xita. Aktar minn qatt qabel qegħdin nifhmu li d-destin tagħna huwa marbut mal-ħajja tal-pjaneta, u li d-Dinja nfisha tinsab fil-periklu li tinqered bl-għemil talbniedem innifsu. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
L-iktar ħaġa li tbeżżagħna hi l-bidla fil-klima. Is-sħana globali qed ikollha effetti diżatruzi fuq l-eko-sistemi kollha. Il-ftit għexieren ta’ snin li gejjin ser ikunu deċiżivi biex jiddeterminaw l-għamla tal-ġejjieni li ser ikollhom iħabbtu wiċċhom miegħu il-ġenerazzjonijiet ta’ warajna. Fis-seklu li ġej l-ambjent ser ikun preokkupazzjoni kostanti u jridu jittieħdu deċizjonijiet iebsa biex insalvawh. Sfidi f’salib it-toroq L-isfida li għandna quddiemna tinvolvi
5
Ekoloġija
www.jesuit.org.mt
ċ-ċivilizzazzjoni kollha. Il-kultura tal-konsum ta’ issa, ibbazata fuq mudell ta’ produzjoni xejn sostenibbli, hija tħeddida għal kull għamla ta’ ħajja fil-pjaneta; iżda għadna ma ħsibniex bis-serjetà biex infasslu mudell tassew sostenibbli: wieħed li jiggenera mpjieġi u ġid bażiku għal kulħadd, l-aktar għal dawk li huma fqar ħafna. Qegħdin f ’salib it-toroq, u quddiemna għadna sfidi f ’ħafna setturi. Neħtieġu teknologija ħadra gdida, mudelli ġodda ta’ produzzjoni, għejun safja ta’ energija, u drawwiet u stili raġonevoli ta’ konsum u ta’ ħajja. Irridu nħarsu l-komunitajiet ta’ nies li huma mhedda u mmexxu ‘l quddiem l-izvilupp fl-aktar pajjiżi foqra. Irridu ninkuraġġixxu kultura li tirrispetta u li tieħu ħsieb in-natura. Jeħtieġ li noħolqu santwarji biex inħarsu d-diversità bijologika u l-speċi li qegħdin fil-periklu. Ninħtieġu sistema ta’ tmexxija globali li jippermettilna nsibu soluzzjonijiet internazzjonali għal dawn il-ħafna sfidi. Dan kollu jfisser li hemm bżonn koordinament politiku, ekonomiku, u azzjoni kulturali fuq livell dinji. L-isfidi li qiegħdin niffaċċjaw huma komplikati. Minħabba din is-siwazzjoni, dawk li qegħdin isofru l-aktar huma l-fqar, speċjalment dawk li huma l-iktar esposti għad-deterjorament ambjentali u għad-diżastri naturali. Ilmudell ta’ produzzjoni bbażat l-aktar fuq l-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali, qiegħed iċaqlaq ħafna komunitajiet ta’ nies mill-post fejn tradizzjonalment twieldu u għexu. Sadattant, populazzjonijiet li jgħixu tal-kampanja qiegħedin ibatu minħabba l-bidliet fil-klima li jagħmlu ħsara lill-prodotti tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar, il-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni, ser ikollhom iħallsu qares għall-posperità tal-aktar nies privileġġjati tal-generazzjoni ta’ issa. Il-Ġiżwiti Fil-Kumpanija ta’ Ġesù, l-interess fl-ekologija huwa ħaġa reċenti, għalkemm ma nistgħux ngħidu li fl-imghoddi ma sar xejn. Fl-1983 ilKongregazzjoni Ġenerli 33 għamlet kumment dwar kif il-qerda mill-bnedmin tal-ħolqien kienet marbuta mad-disprezz tal-“Imħabba Ħallieqa”. Fl-1999 is-Segretarjat tal-Appostlat Soċjali ippublika id-dokument: We live in a broken world: Reflections on Ecology (Aħna ngħixu f ’dinja mkissra: Riflessjonijiet dwar l-Ekoloġija). Iktar tard, fl-2008, il-Kongregazzjoni Ġenerali 35 tkellmet dwar il-paċi mal-ħolqien bħala aspett essenzjali ta’ rikonċiljazzjoni ma’ Alla u ma’ bnedmin oħra. Il-Kongregazzjoni semmiet li l-qerda ma’ kullimkien tal-ambjent qiegħda tħedded il-ġejjieni tad-Dinja. Fl-2011 ħareġ dokument ieħor, Healing a broken world (Il-fejqan
6 6
ta’ dinja mkissra). Flimkien ma’ dan id-dokument kien hemm ittra tal-Patri Ġeneral, li fiha ħeġġiġġna ħafna biex ikollna qalb ġdida, inkunu grati lejn Alla għar-rigal tal-ħolqien, u nagħmlu proċess ta’ konverzjoni sinċiera. Tliet aspetti Meta fil-Kumpanija u fil-Knisja ngħidu li aħna mħassba dwar l-ekoloġija, jeħtieg li nqisu tliet aspetti differenti marbuta ma’ xulxin li ma jistgħux jinfirdu minn xulxin. L-ewwel aspett huwa li nieħdu ħsieb in-natura, jiġifieri li nsiru nafuha, inħobbuha u nħarsuha. Jeħtieġ li jkollna interess fil-ħajja fl-għamliet kollha tagħha, u li nirrispettaw tassew in-natura li hemm madwarna. Fit-tradizzjoni Nisranija tagħna, il-ħwejjeġ maħluqa kollha jirreferuna għand il-Ħallieq, u aktar ma huma kumplikati aktar jistgħu jirriflettu l-id ta’ Alla. Il-ħwejjeg maħluqa għandhom siwi fihom insfushom, mhumiex hemm biex nabbużaw bihom jew biex inbaxxuhom, inkella neqirduhom. Is-siwi tagħhom fihom infushom għandu jnibbet fina atteġġjament ta’ tifhir u ta’ radd il-ħajr għannatura maħluqa; din hi attitudni tassew Injazjana. Dawn l-aħħar għexieren ta’ snin it-teoloġija Nisranija qiegħda tiżviluppa l-idea li l-bnedmin huma msejha biex ikunu “gwardjani” tal-ħolqien. It-tieni aspett huwa l-ħarsien tal-persuni l-aktar dgħajfa u bla protezzjoni, il-komunitajiet l-aktar foqra, u l-generazzjonijiet tal-ġejjieni. F’dik li nsejħulha ekologija l-kwistjoni talġustizzja għandha sehem mill-akbar. Ilpopulazzjonijiet li għandhom l-inqas ħtija fil-qerda tal-ambjent huma dawk li huma l-iktar mheddin mill-konsegwenzi, dawk li ser iħallsu l-ikbar prezz! It-tielet aspett tal-impennn tagħna lejn l-ambjent, għandu x’jaqsam mal-iżvilupp ta’ stil ġdid ta’ ħajja. L-istil ta’ ħajja-konsumista talpajjiżi żviluppati u tas-setturi sinjuri tal-pajjiżi fqar, ma jistax jintlaħaq mill-bqija tad-dinja għassempliċi raġuni li l-pjaneta ma għandhiex riżorsi biżżejjed. Dan il-konsumiżmu mhux sostenibbli u mhux ġust. Neħtieġu forma ta’ kultura ġdida. Il-Ġiżwita Fr Ellacuria, li kien maqtul fl-El Salvador fl-1989, kien jitkellem dwar il-ħtieġa ta’ “kultura ta’ faqar” kuntrarja għall-“kultura tal-għana”, li qiegħda tħarbat in-natura u tisfrutta lill-bnedmin. Għalhekk neħtieġu “kultura ta’ moderazzjoni li kulħaded jieħu sehem fiha”, jiġifieri, kultura li tirrispetta l-ħolqien u tappoġġja l-aktar il-bnedmin l-aktar vulnerabbli. Rikonċiljazzjoni Ahna msejħin biex ngħixu aktar ta’ bnedmin:
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
www.jesuit.org.mt
illum dan ifisser li nirrispettaw b’imħabba l-ħajja fis-suriet kollha tagħha. Il-moderazzjoni, issolidarjetà, u s-sempliċità tal-ħajja għadhom ikunu s-sinjali ta’ stil ta’ ħajja tassew Nisranija, u jwassluna lejn ħajja aktar hienja u ta’ sudisfazzjon. Huwa ċar li meta sempliċiment inlissnu l-kelma “ekoloġija” weħdiha ma joħorġux dawn it-tliet elementi li semmejna. Minflok, l-aħħar Kongregazzjoni Ġenerali tal-Ġiżwiti fl-2008, tkellmet dwar “rikonċiljazzjoni mal-ħolqien”, li tfisser aħjar ix-xogħol li għandna quddiemna. Irridu nissuktaw nużaw il-kelma “ekoloġija”, għax isservi bħala pont biex iseħħ id-djalogu ma’ dawk kollha minn religjonijiet u tradizzjonijiet umanistiċi differenti, biex jingħaqdu magħna filħarsien tal-ħolqien. Fuq kollox, bil-qawwa kollha, jeħtiġilna nsostnu li għad hemm tama. Hemm numru kbir ta’ ħafna persuni impenjati biex iħarsu l-ambjent: dawn huma bdiewa, konsumaturi, xjenzjati, ekonomisti, negozzjanti, nies fil-politka u ħafna oħrajn. Hi ħaġa pożitiva li f ’kull rokna tal-pjaneta qiegħed jikber l-għarfien, u dan qegħed jimbotta n-nies biex jimpenjaw ruħhom iktar. Fost ilgenerazzjonijiet żgħażagħ kibret sensittività qawwija dwar dil-ħaġa; ħafna minnhom qegħdin jagħmlu għażliet radikali biex jgħixu stil ta’ ħajja aktar sempliċi, u jwarrbu l-komsumiżmu. Ir-reliġjonijiet għandhom sehem kbir x’jagħtu għall-ħarsien tal-ambjenrt, kemm għax jistgħu jipprovdu l-mottivazzjoni spiritwali meħtieġa f ’dan il-qasam, u wkoll għax joffru ideat aħjar dwar x’inhi ħajja tajba. Kif għedna, is-sehem kbir fil-ħarsien tal-ambjent qiegħed filli nadottaw stil ġdid ta’ għexien kif ngħixu, u dan hu dak li r-religjonijiet jistgħu jippromovu. Fi żmienna, l-għażla għall-ħajja tfisser il-ħarsien ta’ kull ħlejqa li niltaqgħu magħha fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.
li kellhom iħallu l-pajjiżhom minħabba proġetti industrijali ta’ kobor immens li saru f ’isem il-progress. Hemm imbagħad oħrajn li ilhom għexieren ta’ snin jaħdmu biex juru kif mudelli oħrajn barra minn dawk li sehhew huma aktar sostenibbli; huma jsostnu l-ħajja tan-nies billi jirrispettaw in-natura. Fuq livell internazjonali hemm inizjattivi li qegħdin jgħinu n-nies ikabbru sensibilità aktar matura u impenn dejjem akbar. Madankollu għad baqgħalna triq twila 5 x’nimxu. Bħalma għedna, l-isfida quddiemna tinvolvi ċ-ċivilizzazzjoni tagħna kollha. Irridu noħolqu mod għal kollox ġdid kif ngħixu ta’ bnedmin, kemm bħala individwi u kemm bħala soċjetajiet. U skont kif illum nifhmu x’inhi l-ħajja xierqa u tajba ġibna wiċċ imb wiċċ ma’ bidla rivoluzzjonarja. Id-dinja tinsab f ’sitwazzjoni storika li qiegħeda thedded il-ħajja stess ta’ dawk li joqgħod fiha. Bħala persuni msejħin biex inkunu xbihat u suriet Alla, il-Ħabib tal-ħajja, ma nistgħux infallu.
X’qegħdin jagħmlu l-Ġiżwiti Il-Kumpanija ta’ Ġesù qiegħda tħabrek biex tilqa’ din l-isfida b’modi differenti. Hemm komunitajiet ta’ Ġiżwiti li jnaqqsu l-ħela jew jirriċiklaw il-materjal li jużaw; oħrajn għandhom ġurnata fil-ġimgħa b’ikel veġetarju, jew neħħew il-karozzi privati; hemm oħrajn li jużaw l-energija tax-xemx, jibżgħu għall-ilma, u l-bqija. Hemm ukoll bosta opri tal-Kumpoanija – skejjel, universitajiet, djar tal-irtiri, ċentri soċjali – li jinkuraggixxu l-użu effiċjenti tal-energija, jirriċiklaw, iqajmu kuxjenza ambjentali, jibnu bini b’responsabbiltà ekoloġika, u jżommu l-kampus tagħhom “aħdar”. Uħud minn dawn l-opri huma speċjalment dedikati biex iħarsu komunitajiet fqar li minn żmien għal żmien ibatu l-konsegwenzi ta’ diżastri naturali. Oħrajn qegħdin isegwu populazzjonijiet
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
Reconciling with Creation huwa ktieb ta’ riżorsi għal dawk kollha li jixtiequ jsiru jafu iżjed dwar id-dimensjoni ekoloġika tal-missjoni tal-Ġiżwiti. Din il-publikazzjoni hija frott il-ħidma talJesuit Conference of Asia Pacific (JCAP) u l-Environmental Science for Social Change (ESSC). Il-ktieb Reconciling with Creation jinstab online: http://www.ecojesuit.com/ reconciling-with-creation/7764/
7 7
Volontarjat
www.jesuit.org.mt
Voluntarjat fis-sajf
mal-Ġiżwiti
Kull sena ċ-Chaplaincy tal-Universitá u l-Kulleġġ ta’ San Alwiġi jorganizzaw esperjenzi ta’ voluntarjat għaż-żgħażagħ f ’pajjizi barra minn Malta. Din is-sena 50 student u studenta marru Spanja, Londra, Firenze, Palermo, Napli u l-Etjopja. Erba’ minnhom jaqsmu magħna kif din l-esperjenza għenithom jikbru u jissaħħu fil-Fidi tagħhom kif ukoll flimħabba tagħhom lejn Alla u l-proxxmu.
Armagh Kien hemm żewġ gruppi, b’14-il guvni u xebba kull wieħed, mill-Kulleġġ ta’ San Alwiġi li marru jaħdmu mas-Sorijiet ta’ Madre Teresa u t-tfal ta’ Armagh fl-Irlanda ta’ Fuq. Dan is-sajf kelli l-opportunità li nagħmel ġimagħtejn volontarjat mat-tfal li jattendu proġett tas-sajf organizzat mis-sorijiet ta’ Madre Tereża ġewwa Armagh. Din l-esperjenza għenitni nikber u kienet verament ta’ benefiċċju għalija minħabba li bdejt inħares b’lenti differenti lejn ċerti affarijiet li qabel lanqas biss kont nagħti kashom. Għall-bidu kont xi ftit imbeżżgħa minħabba li ħassejtni li ma kontx ppreparata u kapaċi biżżejjed għal esperjenza bħal din. Madanakollu, il-biżgħat u l-inċertezzi kollha li kelli rnexxieli negħlibhom u b’hekk ksibt ħafna aktar kunfidenza u rfinajt il-ħilijiet tiegħi. Fil-fatt, waħda mill-affarijiet li ħalliet impatt kbir fuqi kienet l-ispirtu ta’ komunità li nbena bejnietna peress li tgħallimt aktar naħseb f ’ħaddieħor u mhux biss fil-ħtigijiet tiegħi. Għal din ir-raġuni, sirt ħafna aktar responsabbli u bnejt relazzjonijiet b’saħħithom u dejjiema ma’
8
sħabi tal-grupp, minkejja li ma kontx nafhom kollha qabel din l-esperjenza. Xi ħaga oħra li impressjonatni ferm kienet id-dedikazzjoni u l-ispiritwalità tas-sorijiet li jgħixu ħajja fis-sempliċità ‘l bogħod mid-dinja materjalista. Barra minn hekk, dan ix-xogħol volontarju kien ta’ sodisfazzjon kbir għalija peress li kont ta’ servizz siewi għal ħaddieħor filwaqt li fl-istess ħin ksibt valuri imprezzabbli li ċertament se ngħożżhom għal ħajti kollha. B’hekk issa ninsab immotivata li fil-futur nagħmel ħafna aktar xogħol volontarju kemm lokalment iżda wkoll f ’pajjiżi oħra. Paula Briffa Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
www.jesuit.org.mt
Meta tisma l-kelma “volontarjat”, mingħajr ma trid, timmagina missjunarji jgħinu fil-faqar assolut f ’xi pajjiz tat-tielet dinja jew belt ċentrali. Mill-esperjenzi li kellhom ħuti f ’Palermo u Napli, jien ma kellix idea oħra ta’ volontarjat barra minn xtutna, pero jien u sħabi ma domniex biex irrealizzajna li l-esperjenza f ’Armagh ipprovditilna tifsir aktar ċar ta’ faqar relattiv. M’hemmx bżonn li persuna tkun fqira b’mod materjali biex ssib ostakli li jtellfuha milli tibni karattru b’saħħtu. Hija ta’ qsim il-qalb meta tirrealizza li tfal ta’ 7 snin ikollom nuqqas ta’ opportunitajiet minħabba ċ-ċirkostanzi familjari taghhom. L-għan tagħna matul dawk il-ġimagħtejn kien biex nipprovdu ambjent hieni għat-tfal li minn età żgħira jkunu għaddew minn diversi esperjenzi ħorox. Meta konna mat-tfal waqt il-crafts jew fil-logħob kienet sfida għalina li ma nagħtuhomx attenzjoni żejda bla bżonn u wisq iktar ma norbtux qalbna magħhom. Din l-esperjenza għenitni niżviluppa karattru sod li ma jkunx mirbuħ mill-emozzjoni. Barra min hekk ma nistax ma nsemmix it-testijiet regolari tal-paċenzja li kien ikollna ma’ dawn it-tfal! Din l-esperjenza ġegħlitni biex inbiddel il-karattru konservattiv li kelli, biex nsemma iktar leħni u nkun kritiku b’talimod li ntejjeb lil sħabi. Komunità tissaħħah meta l-membri jgħinu lil xulxin biex kulħadd ikun inkluż u jkun l-aħjar verżjoni tiegħu nnifsu. Barra minn hekk, fl-
esperjenza tagħna ngħixu mas-sorijiet, intbaħna iktar minn qatt qabel bil-providenza t’Alla, fejn minkejja li xejn mhu tagħhom, imma fl-istess ħin ma jonqoshom xejn. Nixtieq nirringrazzja lil Fr Jimmy tal-opportunità li pprovdilna, lil Ms Stephanie Falzon u lil Rev Luke Seguna tal-għajnuna u tal-pariri li tawna, biex nkunu tassew rgiel u nisa għal ħaddiehor. Josef Pisani
Il-Mixja ta’ Compostela, Spanja
Ħafna drabi l-ħajja spiritwali hija mqabbla ma’ pelleggrinaġġ. Issa li għamilna l-esperjenza tal-Camino De Santiago nifhem aħjar din l-analoġija. Konna grupp ta’ 17 flimkien madLil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
Djaknu Ġiżwita, Karl Vella, u mxejna 270 kilometru f ’għaxart ijiem. Waqt din l-esperjenza l-ħajja saret ħafna iktar sempliċi għax konna ‘l bogħod minn affarijiet materjali, xogħol u ħajja mgħaġġla. Spiss il-mixi sar f ’xenarji ta’ natura u ħemda mill-isbaħ u għalhekk irriflettejt iktar dwari nnifsi u dwar l-iskop talħajja. Indunajt kemm hu importanti li napprezzaw l-affarijiet sbieħ u sempliċi tal-ħajja u li ma nibbażawx il-kuntentizza tagħna fuq il-karriera
u fuq x’jaħsbu n-nies fuqna. Għaraft li l-ferħ veru tagħna jrid ikun ibbażat fuq kemm aħna sinċerament ferħanin. Indunajt li ma nistax nittrasforma lili nnifsi f ’persuna iktar paċenzjuza, pożittiva, perseveranti u li naċċetta lil ħaddieħor. Iżda l-mixja għenitni nsir iktar konxju ta’ dawn il-karatteristici tiegħi u tatni ċ-ċans li nipprattikahom bilmod, bil-pass tiegħi.
Żewġ eżempji x’għallmitni l-mixja 1. Li pperseverajt meta kont għajjien u qalbi maqtugħa Il-mixja għenitni nifhem li filħajja spiritwali għandna nkunu perseveranti wkoll fi żminijiet diffiċli
9
u fi żminijiet fejn naħsbu li Alla mhux jismagħna. Mill-fatt li kuljum kellna nqumu kmieni biex nimxu distanzi twal u nġorru basket tqil fuq daharna kull fejn immorru tgħallimt li fil-ħajja spiritwali wkoll, waqt zminijiet difficli, m’għandniex nistagnaw iżda nipperseveraw. 2. Li għext ma’ oħrajn f’komunità Il-fatt li pperseverajt ġie mill-fatt li fil-mixja ma kontx waħdi. Ma qtajtx qalbi li nibqa’ mal-grupp u ninkoraġġixxi lil sħabi. Dan għenni nagħraf li kif inkuraġġejna lil xulxin fil-mixja fiżika, hekk ukoll għandna
nkun ta’ għajnuna lil xulxin fil-mixja spiritwali. Permezz tal-grupp tħallatt ma’ nies differenti u tgħallimt ħafna mingħandhom. Konna naqsmu ħsibijietna flimkien u rajt is-sbuħija li taqsam l-emozzjonijiet tiegħek maloħrajn. Għalkemm konna differenti, bdejt nara u napprezza t-tjubija u s-sbuħija ta’ kull persuna li mlew ilgrupp bir-rikkezza tagħhom. Għax għexna flimkien bħala komunità kelli ċ-ċans nipprattika li nisma’ lil ħaddiehor flok nitkellem dejjem jien. Irrejalizzajt li fija saret bidla żgħira għax bdejt nisma’ u nifhem iktar lil ħaddieħor mingħajr ma’ niġġudika. Permezz ta’ dan
Firenze L-esperjenza ta’ volontarjat li għamilt ġewwa Firenze, mas-sorijet ta’ Madre Teresa ma kinitx lewwel darba għalija għaliex fl-aħħar sentejn kont għamilt esperjenzi simili ġewwa Palermo. Għalkemm, minħabba l-esperjenzi li wettaqt qabel, dis-sena forsi kont ppreparat mentalment għal dan il-volontarjat mat-tfal, iżda xorta ħassejtni dubjuz. Biex nistqarr magħkom lejlet li tirna għall-Firenze l-mistoqsija li dwiet f ’qalbi kienet, “X’fettilli erġajt tiela’ nagħmel volontarjat meta stajt mmur nagħmel exchange jew btala?”
10
kollu tgħallimt niffoka iktar fuq ilkaratteristiċi sbieħ tal-oħrajn. Il-pelleggrinaġġ tal-mixi jixbah il-pelleggrinaġġ interjuri tagħna biex insiru nafu lilna nfusna aħjar anke b’mod spiritwali. Il-pelleggrinaġġ tal-fidi huwa wieħed mimli dubji, diffikultajiet u fallimenti. Min-naħa l-oħra huwa wkoll wieħed mimli paċi, ferħ u maħfra. Għalhekk matul il-mixja ta’ ħajjitna għandna nżommu għajnejna fuq l-għan ewlieni – dak li nimxu din ilmixja flimkien ma’ Ġesù sabiex insiru nafuh dejjem iżjed u aħjar ħalli nsiru nixbhuh biex naslu nkunu miegħu fl-eternità. Benjamin Briffa
Firenze, kif naħseb tafu, hija belt rikka fl-arkitettura u l-arti. Iżda din il-perspettiva ta’ Firenze forsi tagħmel kollox ward u zahar. Madankollu, fil-verità tagħmina mill-fatt li xorta hemm persuni li huma mwarrbin mis-soċjetà u neqsin mill-imħabba. It-tfal li jixxenqu li jkollhom familja ta’ pedament sod, li tħobbhom, taċċettahom kif inhuma, u li tgħallimhom x’inhu t-tajjeb u l-ħażin. Dan ħassejtu bħala faqar għal din is-soċjetà. Dis-sena bħala grupp ta’ Maltin konna noqogħdu ġol-kunvent tas-sorijiet, u nista’ ngħid li dan il-fatt għenni biex nifhem x’irid minni Alla. Ħaġa li laqtitni ħafna hija li s-sorijiet ħadu ħafna ħsiebna għaliex rawna providenza minn Alla, kemm għalihom fil-ħidma tagħhom mat-tfal, u anke għat-tfal stess. Is-sens ta’ familja qatt ma naqas kemm bejnietna bħala voluntiera Maltin kif ukoll mas-sorijiet. Tul dan ix-xahar ħallejt dik il-mistoqsija li ġabitni f ’dubju qabel ma tlajt għal din l-esperjenza, tidwi f ’qalbi biex forsi nirċievi risposta għaliha. U nista’ ngħid li r-risposta sibtha fit-tema ta’ dan il-Kamp fis-Sajf, li kien, Lo Avete Fatto A Me, frażi meħuda mill-evanġelju ta’ San Mattew, fejn il-Mulej jgħid li kull ħaga li nagħmlu ma’ dawn l-iżgħar minn ħutna nkunu għamilnieh miegħu. Saverio Bianco Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
il-Missjoni tagħna
Għajnuna għat-Talb
Ninġabar: Nieħu nifs ’il ġewwa u ieħor ’il barra b’attenzjoni sħiħa... nibqa’ sejjer hekk sakemm insib il-kwiet fija nnifsi... nimmaġina li nieżel l-isfel filfond ta’ qalbi.. u nasal fi klassi ta’ skola. Insib ruħi bilqegħda ma’ studenti oħra... bil-Mulej l-għalliem tagħna. Jistedinna nitfgħu ħarsitna lejn id-dinja u nisimgħu l-istejjer tan-nies... noqgħod għal ftit talħin ma’ din l-istedina. Fatt ċkejken: Grupp żgħir ta’ rġiel Talibani waqqfu l-van li kien qed iwassal lejn djarhom xi bniet ġejjin mill-iskola. B’ton li jwerwer, staqsew għal tfajla partikolari minn fosthom li kellha erbatax-il sena. Imbagħad sparaw fuqha. Imma għaliex? Għax aktar beżgħu minnha huma, milli hi minnhom. Dan ġara fl-2012. Din it-tfajla, jisimha Malala, qatt ma kienet tgħeja tikteb fil-blogs biex taqbeż għad-dritt ta’ bniet bħalha għall-edukazzjoni. Ħaġa bħal din kienet ta’ tħeddida kbira għat- Talibani. Għalhekk raw kif għamlu biex jgħalqulha ħalqha. Wara din l-isparatura, Malala għaddiet minn uġiegħ kbir f ’rasha u f ’għonqha. It-tobba tħabtu kemm felħu sakemm neħħew balla minn fejn ix-xewka ta’ darha u biex niżżlu n-nefħa li kellha f ’moħħha. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
Ritratt ta’ Southbank Centre, (Creative Commons)
Nitlob: O Mulej, nitolbok ghal tant tfal u adoloxxenti magħkusin għax imċaħħdin minn edukazzjoni xierqa. Nitolbok għall-kapijiet politiċi: agħmel li ma jqisux l-edukazzjoni u l-impjiegi bħala xi lussu, iżda bħala dritt fundamentali tal-bnedmin kollhom fit-triq ta’ ħajjithom. Kliem ta’ dawl: Il-moħħ mhux xi reċipjent li jrid jimtela, iżda nar li jrid jitkebbes. - Plutarch X’nista’ nagħmel: Napprezza l-edukazzjoni paċenzjuża li tawni xi membri tal-familja tiegħi. Nirringrazzja ’l Alla għalihom u fejn nista’ nurihom dan l-apprezzament. Ngħożż il-ħidma edukattiva li tawni tlitt persuni barra mill-familja. Inrodd ħajr ’l Alla għalihom u fejn nista’, nirringrazzjahom.
www
Jekk trid titlob għal fehmiet tal-Papa b’dan il-mod, tista’ tidħol kull xahar fil-website: www.attmalta.org
sto
Biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ skola u xogħol għaż-żgħażagħ kollha
Naħseb ftit: Kif qed inħossni waqt li nġib quddiem għajnejja l-ġlieda determinata ta’ Malala favur l-edukazzjoni għal kulħadd? Kemm-il darba tlift iċ-ċans li nitgħallem aktar u minflok ippreferejt inxerred moħħi f ’attivitajiet li ma jiswew għalxejn? Nista’ nagħmel xi ħaġa li ttejjeb il-qagħda edukattiva tat-tfal fil-pajjiżi fqar? Nista’, fl-ambjenti ta’ madwari, nagħti s-sehem tiegħi biex oħrajn jedukaw ruħhom aħjar, pereżempju għat-tfal ta’ familji bi problemi?
Malala Yousafzai
-Talb tat t la
Appo
Merħba! Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu:
Iżda reġgħet ġiet f ’sikkitha u malajr Malala ssuktat, bi qlubija liema bħalha, il-ġlieda tagħha għad-dritt tal-edukazzjoni tal-mara f ’dawk l-inħawi magħkusin mit-Talibani. Minħabba f ’hekk, Malala saret l-ewwel persuna li rebħet in-National Peace Award ta’ pajjiżha.
11
Is-86 Ġiżwita M NAXXAR
“Morru fid-dinja kollha xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu”
Mark 16:15
“Mur, u qabbad id-dinja kollha vampa nar” Sant’Injazju lil San Franġisk Saverju
Uffiċċju tal-Provincjal (Fr Patrick Magro) (Fr John Scicluna) (Fr Alfred Micallef)
BIRKIRKARA Fr Edgar Busuttil Fr Jimmy Bartolo Fr Joseph Cassar Fr David Cefai Sch Michael Debono Br Saviour Mifsud Fr Raymond Pace Fr Robert Soler Fr Alfred Xuereb
FURJANA Fr Lino Spiteri Fr Joe Borg Fr Herbert Friggieri Fr Anthony Micallef Fr Robert Wirth
MOSTA Fr Alfred Micallef Fr J. Buhagiar Bianco Fr Anthony Cilia Fr Victor Degabriele Fr Paul Deguara Fr Konrad Grech Fr Godwin Preca Fr Chris Vella
MSIDA Fr Michael Bugeja Fr Mark Cachia Fr Vincent Magri Fr Patrick Magro Fr Arthur G. Vella 12
INDJA
AWSTRALJA
LIBANU
Fr Paul Aquilina Fr Ninu Gatt Fr J. Gauci Sacco Fr Emidio Saliba Fr Anthony Scerri Fr Aloysius Zammit
Fr Albert Said
Fr O. Borg Olivier Fr Anthony Calleja Fr M. Zammit Mangion
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
Malti fid-Dinja AMERIKA
BRAZIL
EGITTU
NAXXAR
Fr John Saliba
Fr Josè Sciberras
KANADA
ĊILÌ
Fr Anthony Fenech Fr Joseph Mizzi
Fr Paul Chetcuti Br Frank Borg Fr George Camiilleri Fr Lino Cardona Fr Lawrence Caruana Fr Louis Casha Br Emmanuel Cilia Fr Alfred Darmanin Fr Charles Delia Fr Steno DeRaffaele Fr Anthony Galea Br Nazzareno Galea Fr Lawrence Gellel Fr Edward Mercieca Fr Saviour Sammut Fr John M. Scerri Br Thomas Scerri Fr John Scicluna Br Paul Spiteri Br Emmanuel Teuma Br Joe M. Vella Br Joe B. Vella Fr Victor Xuereb Fr Paul Zammit Fr Joe Zerafa
Fr Philip Chircop Fr Frank Micallef
Fr Anthony Mifsud
ETJOPJA Fr Joe Pullicino
TANZANIJA Fr Bernard Mallia
GĦAWDEX (Fr Victor Degabriele) (Fr Paul Deguara)
Mappa: Wikipedia Commons
IRLANDA
ITALJA
Fr Paul Pace Fr Paul Tonna
Fr Cecil Azzopardi Nov Josef Beck Sch Andrew Camilleri Fr Louis Caruana Fr Edward Farrugia
RENJU UNIT
Fr Joseph M. Briffa Fr Patrick Rice
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
Fr Mario Farrugia Fr Pierre Grech Marguerat Nov Arnold Mugliett Fr René Micallef Sch Robert Rizzo Fr Karl Vella 13
Spiritwalità Ritratt: Water Droplet ta’ Cary and Kasey Jordan / Flickr - Creative Commons
Miktub minn Fr Reno Grech SJ matul ħajtu 1943 - 2013
Spiritwalità Injazjana
Biex l-eżerċitant jiddisponi ruħu għal għażla u aħjar, Sant’lnjazju joffri tliet meditazzjonijiet importanti: tażŻewġ Stendardi, tat-Tliet Gruppi ta’ Nies, u tat-Tliet Xorta ta’ Umiltà. Kull waħda b’għan speċifiku. Biex jagħmel għażla tajba skont ir-rieda ta’ Alla, l-eżerċitant jeħlieġlu: (1) Isaffi moħħu u ħsibijietu minn preġudizzji u ideat fissi u jinfetaħ iktar għall-Ispirtu ta’ Alla, (2) Isaffi r-rieda tiegħu minn interessi personali u egoisti biex isib ir-rieda ta’ Alla għalih, u (3) Jissaffa minn ġibdiet diżordinati u jħalli l-imħabba ta’ Alla u għal Alla biss tmexxih fi-għażla tiegħu. Iż-Żewġ Stendardi F’din il-meditazzjoni l-eżerċitant jitlob li jagħraf il-qerq tax-xitan u għajnuna biex jaħarbu kif ukoll jitlob li jagħraf il-ħajja vera kif urieha Ġesù Kristu u l-grazzja biex isir jixbhu (Eż. Sp. 139). Din hi talba għad-dixxerniment tal-ispirti.
It-Tieni Ġimgħa talEżerċizzi Spiritwali (2) Fl-aħħar ħarġa, fost affarijiet oħra semmejna l-għanijiet tat-Tieni Ġimgħa li huma: (1) li l-eżerċitant isir jaf intimament lil Ġesù, biex iħobbu iktar u jimxi warajh aktar mill-qrib; (2) li twassal l-eżerċitant għallgħażla ta’ stat ta’ ħajja jew tiġdid ta’ ħajja jew għażla oħra importanti dejjem skont ir-rieda ta’Alla. 14
Struttura u kontenut Din il-meditazzjoni fiha tliet tħejjijiet u żewġ partijiet prinċipali. It-tliet tħejjijiet: (1) L-eżerċitant jimmaġina lil Kristu jsejjaħ lil kulħadd biex jiġborhom taħt l-istendard tiegħu (jiġifieri biex ikunu miegħu) u min-naħa l-oħra Luċifru qed jagħmel l-istess. (2) L-eżerċitant iġib quddiem għajnejh il-postijiet minn fejn Kristu u Luċifru qed jagħmlu s-sejħa tagħhom, wieħed mill-inħawi ta’ Ġerusalemm u l-leħor fl-inħawi ta’ Babilonja. (3) L-eżerċitant jitlob għall-grazzja ta’ dixxerniment tal-ispirti. Imbagħad fl-ewwel taqsima l-eżerċitant jiffoka fuq ix-xitan li għandu bixra li twaħħax u tbeżża’. Luċifru jsejjaħ ħafna xjaten u jibgħathom kuillimkien biex jittentaw lin-nies għal ġibda diżordinata għall-għana u affarijiet materjali oħra kif ukoll għal ġieħ fieragħ ħalli jwasslu lin-nies għas-suppervja. Fit-tieni taqsima l-eżerċitant jikkonċentra fuq Ġesù, sabiħ u li jiġbdek. Ġesù jagħżel nies biex ixerrdu t-tagħlim tiegħu lil kulhadd u jgħinuhom billi jwassluhom għall-faqar tal-qalb, għax-xewqa ta’ umiljazzjonijiet, u fl-aħħar għall-umiltà. Minn hawn jidher li l-prinċipji u l-valuri ta’ Ġesù huma opposti għal dawk ta’ Luċifru. Fl-aħħar l-eżerċitant jagħmel kollokju malMadonna, ma’ binha Ġesù, u mal-Missier, u jitlobhom Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
www.jesuit.org.mt
il-grazzja li jilqugħ taħt l-istendard ta’ Ġesù fil-faqar u fl-umiljazzjonijiet biex isir jixbah iktar lil Ġesù. Id-dinamika Irridu nħarsu d-dinamika fil-kuntest tal-għan tat-Tieni Ġimgħa: il-perfezzjoni fil-qadi ta’ Alla. Din il-meditazzjoni tippreżenta żewġ sistemi ta’ valuri u attitudnijiet opposti. L-eżerċitant isaqsi lilu nnifsu. “Xi tfisser li tkun ta’ Kristu? X’inhuma l-kriterji li bihom inkun ta’ Kristu? Liema valuri jħejjuni għal għażla ġenwina?” L-eżerċitant jasal biex jara jekk f ’ħajtu hux miexi wara Kristu u jifhem l-istrateġiji ta’ Kristu u tal-ispirtu l-ħażin. L-importanza ta’ din il-meditazzjoni Din il-meditazzjoni hi importanti ħafna. Biex l-eżerċitant jagħmel għażla tajba għandu jkun lest jaħdem għall-perfezzjoni f ’kull ċirkostanza u f ’kull stat ta’ ħajja. Din il-meditazzjoni tagħtih viżjoni ċara u konvinzjoni qawwija dwar x’għandha tkun l-attitudni prattika tiegħu biex jilħaq dan il-għan. It-Tliet Gruppi ta’ nies Jeħtieġ li l-eżerċitant jasal biex ikollu viżjoni ċara ta’ x’inhi r-rieda ta’ Alla għalih u kif jista’ jaqdih f dak l-istat ta’ ħajja li jkun qed isejjaħlu għalih. Ikollu jsaffi r-rieda tiegħu minn kull interess personali u egoist. Dan l-eżerċizzju jittestja d-dispożizzjoni tar-rieda tależerċitant u jeħlisha minn kull diżordni u qerq. Struttura u kontenut Sant’Injazju jippreżenta din il-meditazzjoni taħt forma ta’ parabbola. Is-soluzzjonijiet proposti jirriflettu d-dispożizzjonijiet differenti tar-rieda. Kien hemm tliet gruppi ta’ nies li kisbu somma kbira ta’ flus u li jħossu qalbhon marbuta magħhom. Fl-istess ħin iridu jsalvaw ruħhom u jsibu l-paċi ta’ Alla f ’qalbhom. L-eżerċitant jara lilu nnifsu quddiem Alla u l-qaddisin kollha ħa jixtieq u jagħraf x’jogħġob aktar lil Alla. Imbagħad jitlob il-grazzja li jagħmel dak li iżjed ikun għail-glorja ta’ Alla u għas-salvazzjoni ta’ ruħu. It-tliet gruppi ta’ nies iridu jeħilsu mir-rabta tagħhom mal-flus li kisbu. In-nies tal-ewwel grupp qatt ma jaslu biex jieħdu deċizjoni dwar il-mezzi biex jiddisponu minnhom. Ir-rabta mal-flus hi aktar qawwija mir-rieda tagħhom. Jibqgħu jħallu minn jum għal ieħor sakemm imutu. In-nies tat-tieni grupp iridu jeħelsu mir-rabta kif jixtiequ huma u mhux kif irid Alla. Jagħmlu ħafna kompromessi ma’ Alla u minflok jagħmlu r-rieda ta’ Alla jistennew li Alla jagħmel kif iridu huma. It-tielet grupp ta’ nies huma determinati li jinħelsu mir-rabta billi jimxu skont ma jrid Alla. Huma jħossuhom liberi li jżommu jew ma jżommux il-flus. Huma jfittxu biss ir-rieda ta’ Alla u kif jistgħu jaqduh aħjar. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
Wara t-tliet riflessjonijiet dwar dawn in-nies l-eżerċitant jagħmel l-istess tliet kollokji bħal dawk tal-meditazzjoni taż-Żewg Stendardi u jitlob l-istess grazzji. Adattament tal-eżerċizzju L-eżerċitant jista’ jirrifletti fuq xi ħaġa li jħossu marbut magħha u li qed tfixklu fid-deċiżjoni ta’ qadi aħjar lil Alla. Per eżempju s-saħħa, ix-xogħol jew irrabta ma’ xi status li jkollu l-eżerċitant. It-Tliet Xorta ta’ Umiltà Qabel l-għażla (elezzjoni) li jrid jagħmel l-eżerċitant, ikun jaqbel ħafna li jikkonsidra b’attenzjoni dawn it-tliet xorta ta’ umiltà. L-għan tal-eżerċizzju Il-meditazzjoni tat-TIiet Gruppi ta’ Nies tittestja s-sinċerità u l-integrità tar-rieda tal-eżerċitant. Iżda l-għan tal-konsiderazzjoni tat-Tliet Xorta ta’ Umiltà hu t-tisfija tal-qalb (affezzjonijiet) minn kull ġibda diżordinata biex tqanqal fl-eżerċitant qalb kbira ispirata mill-imħabba għal Ġesù, lesta għal kull sagrifiċċju biex issir tixbhu iktar. It-tliet xorta ta’ umiltà nistgħu nqisuhom ukoll bħala tliet livelli ta’ mħabba, kull wieħed iktar profond minn ta’ qablu. Struttura u kontenut tal-konsiderazzjoni L-ewwel xorta ta’ umiltà, li hi meħtieġa għassalvazzjoni, tikkonsisti filli wieħed iwarrab kburitu u jumilja ruħu b’mod li taħt l-ebda ċirkostanza u għallebda raġuni ma joffendi lil Alla apposta bid-dnub il-mejjet. Dan il-livell wassal ħafna nies biex jagħtu ħajjithom bħala martri għal Alla. It-tieni xorta tikkonmsisti filli taħt l-ebda ċirkostanza u għall-ebda raġuni ma joffendi lil Alla bid-dnub venjal. Jiġifieri jkollu l-libertà interjuri li permezz tagħha la jfittex u lanqas jinġibed lejn ħaġa aktar milli lejn I-oppost tagħha (per eżempju: għana jew faqar, ħajja twila jew qasira), sakemm fit-tnejn lil Alla jaqdih indaqs u jsalva ruħu l-istess. It-tielet xorta ta’ umiltà hi meta wieħed, biex jagħmel bħal Kristu u jsir jixbhu aktar, ikun irid u jagħżel, basta b’hekk jagħti ġieħ u glorja ndaqs lil Alla, li jkun fqir, imżeblaħ u umiljat ma’ Kristu minflok li jkun għani, imweġġaħ, meqjus għaref u għaqli. Fl-aħħar isiru t-tliet kollokji bħall-meditazzjonijiet ta’ qabel. Dinamika Tat-Tliet Xorta ta’ Umiltà F’din il-konsiderazzjoni ninnutaw mixja jew proċess minn għaqda bażika ma’ Kristu għal għaqda iktar intima miegħu, u fl-aħħar identifikazzjoni miegħu fl-imġiba u attitudnijiet. It-tielet xorta ta’ umiltà (Eż. Sp. 168) nistgħu biss nixtequha. Ma nistgħux nilħquha bil-ħila taghna biss. Din hi grazzja minn Alla. •
15
Intervista
www.jesuit.org.mt
Nerġgħu nsibu
l-fiduċja fir-raġuni Fl-1 ta’ Settembru 2014, il-Ġiżwita Malti, Fr Louis Caruana, li ġa kien professur tal-Filosofija tax-Xjenza u tan-Natura fl-Università Gregorjana f ’Ruma, issa nħatar id-Dekan tal-Fakultà tal-Filosofija. Għamilnielu din l-intervista.
LĦ Fil-fehma tiegħek, liema huma l-kwistjonijiet filosofiċi fid-dinja tallum? LC Problema filosofika urġenti hija dik li għandha x’taqsam max-Xjenzi Naturali. Il-mentalità xjentifika, li qiegħda tinfirex b’pass mgħaġġel mad-dinja kollha, iċċajpar il-bżonn li għandna li nfittxu l-għerf ħalli nikbru bħala persuni.Teżisti tensjoni bejn dak li hu tagħrif u dak li hu l-għerf; talewwel norbtuh mat-tkabbir u t-tkattir tal-informazzjoni, tat-tieni mal-iżvilupp tal-persuna fil-milja kollha tagħha. Hemm imbagħad problema urġenti oħra li għandha x’taqsam mal-idea tal-verità. Bir-raġun kollu sirna iktar miftuħin għal punti di vista differenti minn tagħna, iżda din l-apertura tista’ faċilment twassalna biex indgħajfu l-fiduċja tagħna fl-argumenti razzjonali. Inħalltu t-tolleranza mar-relattiviżmu, il-valuri mal-emozzjonijiet, il-verità mal-opinjoni tal-maġġoranza. Għalhekk jeħtiġilna niċċaraw b’urġenza dawn il-konċetti ċentrali biex jerġa’ jkollna fiduċja fir-raġuni. LĦ Mis-sena li għaddiet ’il quddiem, l-istudenti tal-ewwel ċiklu tal-Filosofija huma obbligati jagħżlu kors introduttiv dwar ix-xjenza naturali jew xjenza umana. Għaliex saret din ilbidla? LC Jekk immorru ftit lura fiż-żmien nindunaw li dawn ix-xjenzi qabel kienu jiffurmaw parti mill-Filosofija. Biż-żmien kibru u nqatgħu minnha u saru awtonomi. Issa l-kurrikulu għall-Bakkalawrjat iħaddan korsijiet fuq dawn is-suġġetti; dan għaliex aħna konvinti li l-Filosofija tista’ tibbenefika bis-sħiħ minn djalogu ma’ modi oħra ta’ ħsieb u minn dixxiplini li jimxu fuq metodi oħra ta’ riċerka. Minkejja l-karikaturi popolari, il-filosfu mhux xi ħassieb li jgħix maqtugħ minn kulħadd fuq il-qċaċet tal-ħsieb. Bil-maqlub għandu jkun pellegrin li jiġġerra fil-pjanuri, midħla ta’ dak kollu li hu uman, riċerkartur tal-verità li jitħallat mal-oħrajn.
16
LĦ Kif tidħol il-Filosofija fiddiskussjoni bejn il-fidi u x-xjenza? LC Il-Filosofija tibqa’ indispensabbli. Hija turi fil-beraħ strutturi moħbija talħsieb li sikwit nużaw inkonxjament, tiftaħ orizzonti ġodda tal-ħsieb filwaqt li tesplora u tiżen punti di vista ġodda. Billi dan ix-xogħol tagħmlu f ’kull qasam ta’ ħsieb, allura tidħol ukoll fid-dibattitu bejn il-fidi u x-xjenza. Il-filosofija tista’ tgħin lix-xjenzjati ħalli jiftakru, li r-raġunamenti tagħhom kif ukoll l-esperimenti li jagħmlu, jiddependu minn presupposti li jkollhom qabel u li jkunu marbuta mal-ħajja ta’ kuljum. Tista’ tgħin lit-teoloġi wkoll biex jiftakru li, jekk ma joqogħdux attenti, jistgħu faċilment jitilfu rashom wara s-suċċess u l-metodi oġġetivi taxxjenza u jippruvaw isiru bħax-xjenzjati. Meta jiġri dan, it-Teoloġija titlef l-identità u l-vokazzjoni tagħha. Il-Filosofija mhix qiegħda f ’pożizzjoni ta’ superjorità li minnha tista’ tiġġudika imparzjalment id-dixxiplini l-oħra. Ilkoll kemm aħna rridu nżommu f ’rasna li hemm presupposti moħbija li jmexxulna ħsibijietna. LĦ X’għandhom x’jitgħallmu minn xulxin ixxjenza u l-Filosofija? LC Il-filsosofija tgħallmet ħafna u għandha tissokta tagħmel dan, f ’dak li għandu x’jaqsam mat-trasparenza talargumentazzjoni, ir-responsabbiltà lejn dak li wieħed jista’ josserva kif ukoll li tkun rigoruża meta tiġġudika dak li hu plawsibbli u dak li mhuwiex. Biss m’għandniex ninsew, li l-għalqa tat-tiftix filosofiku hija wisq usa’ minn dik tax-xjenzi naturali. Mistoqsijiet fuq in-natura tal-istorja, il-mod kif il-lingwaġġ jiddetermina n-natura umana, l-arti, ir-realizzazzjoni tal-persuna, is-sens tal-ħajja, l-aqwa ġid, u mistoqsijiet oħra bħal dawn, huma kollha ta’ importanza kbira. Il-Filosofija tiffaċċja dawn il-mistoqsijiet preċisament għax imorru lil hemm minn dak li tista’ tistudja x-xjenza. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
Duwa tal-ħniena għall-familja
Is-sena l-oħra l-Isqof Mario Grech ħa seħem fis-Sinodu Straordinarju tal-Isqfijiet dwar “L-Isfidi Pastorali tal-familja fil-Kuntest tal-Evanġelizzazzjoni”. Din is-sena f ’Ottubru ser jerġa’ jkun membru tas-Sinodu Ordinarju tal-Isqfijiet dwar “Il-Vokazzjoni u l-Missjoni tal-Familja fid-Dinja tal-lum”. Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija l-Isqof ta’ Għawdex ħareġ Ittra Pastorali dwar “Duwa tal-Ħniena għall-Familja” u bil-permess ġentili tiegħu qegħdin inġibu fil-qosor xi siltiet minnha.
F’pajjiżna l-familja hija l-mimmi tal-għajnejn talkotra. Iżda għandna sfidi kbar li qegħdin itappnu l-viżjoni taż-żwieġ u l-familja. Ma teżistix familja perfetta iżda teżisti l-familja li kuljum tissara biex tirbaħ sfidi żgħar u kbar. Diversi ċirkustanzi qed joħolqu pressjoni kbira fuq ir-relazzjonijiet ta’ bejn il-miżżewġin u ta’ bejn l-istess membri tal-familja. It-tibdil kulturali qawwi li għaddejjin minnu qed iqajjem mistoqsijiet dwar il-konvinzjonijiet li salllum ħsibna li huma sħaħ daqs iż-żonqor. L-ideali u l-valuri tal-familja ftaqru u ġabu ħafna ġerħat. Dan kollu ġab kriżi ta’ fidi għax għalkemm bniedem jemmen li Alla jeżisti ma jifhmix kif jista’ jkun li Alla, li hu mħabba u tenerezza, jibqa’ passiv quddiem it-traġedja umana. Xi żwiġijiet u familji qed izappu għax Alla m’għadux il-bastun li fuqu jserrħu matul mixjiethom. Is-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja Fl-istess ħin fost it-tibdil kollu tibqa’ ħajja fil-bniedem ix-xewqa li jifforma familja. Għax Il-Knisja temmen li Ġesù Kristu huwa l-“inbid” li jhenni l-imħabba tal-miżżewġin, ma tehdiex ixxandar il-Vanġelu tal-Familja. Għalhekk, il-Papa Franġisku reġa’ sejjaħ l-Isqfijiet biex f ’Ottubru li ġej jiltaqgħu f ’Sinodu ħalli flimkien jirriflettu dwar il-missjoni tal-familja. Ma hemm ebda ħsieb li l-Knisja tibdel idduttrina tagħha dwar iż-żwieġ u l-familja. Ilpedament tal-familja huwa ż-żwieġ bejn raġel u mara li jinħabbu bi mħabba dejjiema, fidila u miftuħa għall-ħajja. Raġel u mara li jkunu misjuqin mit-twemmin fi Kristu iħarsu lejn iż-żwieġ bħala sagrament li hu għajn ta’ grazzja biex fid-dgħufija Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
tagħhom isibu l-għajnuna biex jgħixu s-sejħa u l-missjoni tagħhom. Hija ħasra li għal xi wħud iċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament taż-żwieġ hija biss ritwal pompuż, parata bi lbies sabiħ jew pageant reliġjuż. Il-Knisja tixtieq ħafna li ż-żwieg tal-koppji jirnexxi. Għalhekk, permezz tal-korsijiet ta’ formazzjoni qabel iż-żwieġ, tgħin lill-għarajjes iħejju ruħħom biex jiċċelebraw u jgħixu s-sagrament taż-żwieġ bħala ġrajja ta’ grazzja. IlKnisja tkompli takkumpanja l-koppji miżżewġin u toffri għajnuna profesjonali biex tgħin lill-persuni u l-koppji fid-diffikultajiet. Kulħadd għandu post fil-Knisja Hemm koppji li ż-żwieġ tagħhom falla u daħlu f ’rabtiet affettivi ġodda, uħud minnhom rikonoxxuti ċivilment. Iżda għadhom jixxennqu għal Kristu. Għalkemm sitwazzjoni bħal din tmur kontra s-sagrament Nisrani, il-Papa Franġisku jgħid li, “dawn il-persuni mhumiex skomunikati u assolutament m’għandhomx jiġu ttrattati bħala tali: huma dejjem jagħmlu parti mill-Knisja”. Fil-Knisja żdied l-għarfien li nilqgħu bħal aħwa u b’qalb attenta, fl-imħabba u fil-verità, lil dawk l-imgħammda li qegħdin f ’konvivenza ġdida wara li ż-żwieġ sagramentali tagħhom falla. Il-Papa jgħid li l-imġiba tar-Ragħaj it-Tajjeb għandha tkun il-mudell ukoll għall-Knisja, li tilqa’ lil uliedha u tkun id-dar miftuħa tal-Missier. “L-ebda bieb magħluq! Kulħadd jista’ jagħmel parti millkomunità. Il-Knisja hi d-dar tal-Missier fejn hemm post għal kulħadd”, għaliex sakemm il-bniedem huwa ħaj, dejjem tibqa’ t-tama li wieħed jista’
17
Kelma mill-Isqof t’Għawdex
www.jesuit.org.mt
Kelma mill-Isqof t’Għawdex
www.jesuit.org.mt
jtejjeb ħajtu Id-dgħajsa ta’ Pietru hija kenn tal-midinbin, hemm wisa’ għall-bnedmin kollha li jemmnu f ’Alla, ħadd eskluż, għax ma hawn ħadd li huwa mitluf. Ħadd ma huwa “imbarazz”. Ilkoll nistgħu nirrevedu l-ħajja tagħna u nikbru fl-intimità ma’ Ġesù. Għalhekk ma għandna nwarrbu ebda persuna mill-komunità Nisranija. Il-ħniena ta’ Alla tnebbaħ il-ħidma pastorali Dan l-atteġġjament tal-Knisja nistgħu nifhmuh jekk nikkontemplaw il-ħniena ta’ Alla għalina u miftuħa biex tħaddan lill-bniedem fil-miżerji tiegħu. Il-miżerikordja hija l-kelma-muftieħ biex nifhmu kif Alla jaħdem magħna l-bnedmin. B’din il-miżerikordja rridu nħarsu lejn is-sitwazzjoni ta’ kull persuna li qed tfittex lil Kristu. B’dawn l-għajnejn tal-miżerikordja għandna nħarsu lejn is-Sinodu ta’ Ottubru li ġej. Mhux sigriet li hemm ċerta stennija dwar x’ser joħroġ mis-Sinodu dwar din ir-realtà pastorali ta’ dawk li huma divorzjati u jinsabu fit-tieni relazzjoni. Il-miżerikordja ta’ Alla mhux biss hija duttrina bħalma hija d-duttrina dwar iż-żwieġ u l-familja, imma hija l-qofol tad-duttrina Nisranija. Alla miżerikordjuż ipoġġi jdejh fuq il-ġerħa talumanità biex jgħinha tfiq u tagħlaq. Meta ngħidu li Alla huwa għani fil-ħniena ma nkunux nifhmu li għal Alla jgħaddi kollox u li l-Vanġelu u l-Kmandamenti tiegħu saru rabass. Alla ħanin ifisser li Alla jagħti lill-bniedem aktar milli dan jistħoqqlu bi dritt. Għal Alla kollox huwa grazzja. Kif jgħidilna l-Papa Franġisku, “kieku Alla kellu jieqaf sal-ġustizzja, ma kienx jibqa’ Alla, kien ikun bħall-bqija tal-bnedmin kollha li jfittxu r-rispett tal-liġi. Il-ġustizzja waħidha mhix biżżejjed… Għalhekk Alla jmur ’l hemm millġustizzja bil-ħniena u l-maħfra”. L-imġiba ta’ kif ġabu ruħom il-Missirijiet
18
tal-Knisja ma’ dawk l-Insara li kienu dgħajfin u ċaħdu l-magħmudija tagħhom jew infirdu minn żwieġhom u daħlu fit-tieni relazzjoni turina t-triq ta’ kif il-Knisja u kull dixxiplu ta’ Kristu għandhom iġibu ruħhom. Il-Vanġelu tal-Ħniena Wieħed jittama li fis-Sinodu li ġej, Ommna l-Knisja, filwaqt li tibqa’ fidila lejn il-Vanġelu tal-Familja u ssostni lil dawk il-familji li huma “weqfin” fuq riġlejhom, tfittex tkun fidila lejn il-Vanġelu tal-Ħniena ta’ Alla, u ssib it-toroq biex iddewwaq il-miżerikordja ta’ Alla lil dawk li, minkejja li ma jkunux irnexxew fiż-żwieġ, għadhom jittamaw f ’Alla. Ma għandniex nibqgħu lura u nibżgħu nħaddmu l-qawwa terapewtika li Ġesù fdalna bħala Knisja biex ngħinu lill-midneb niedem li jixtieq joħroġ mill-ħabs tal-bieraħ u jirrikonċilja ruħu mingħajr ma nġagħluh jerfa’ piżijiet li moralment ma jiflaħhomx. Ġesù jibqa’ jagħti l-inbid il-ġdid Dak li ġara f ’Kana hu messaġġ pożittiv u kollu tama anki għal dawk il-persuni u koppji li naqsilhom l-inbid. Ġesù ma ġiex biex jikkundanna jew jaqta’ qalb il-bniedem, imma ġie biex isieħeb u jfejjaq. Ġesù jrid li lil dawk li l-inbid sarilhom ħall, jerġa’ jagħtihom il-possibbiltà li jduqu nbid tajjeb. Hekk kif mill-ilma Ġesù għamel l-ifjen inbid hekk ukoll, il-falliment fiż-żwieġ u l-familja, jista’ jkun opportunità biex Alla jagħmel miraklu. Għandha bżonn ta’ dan il-miraklu. Kif kiteb San Pawl: “Fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja ta’ Alla” (Rum 5:20). Ġesù wettaq l-ewwel miraklu tiegħu fuq talba ta’ Ommu Marija. Bil-kuruna tar-Rużarju, nitolbu lill-Omm tal-Ħniena biex, il-Knisja, permezz tasSinodu, tkompli ddawwar dawk l-għajnejn tagħha tal-ħniena lejn l-umanità midruba.
Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015 ‘Love’ - skultura ta’ Aleksandr Milov, Ukrajna
Br William Pace, SJ 1925 – 2015
Fjura fil-ġnien ta’ Alla Fil-ġnien ta’ Alla hemm ħafna fjuri differenti. Hemm dawk li jispikkaw fl-ilwien tagħhom, bilfwieħa li jarmu madwarhom, bil-għamla tagħhom. Issib oħrajn li huma modesti, żgħar żgħar, bilkemm jidhru, iżda wkoll sbieħ, ilkoll meħtieġa u jagħmlu l-ġid filwaqt li jagħtu glorja ’l Alla bi ġmielhom. Br William Pace li ħalliena fid-9 ta’ Awwissu 2015 kien fjura delikata. Br William twieled il-Belt Valletta fl-4 ta’ Diċembru 1925, qrib dik li dak iż-żmien kienet l-iskola tal-Baviera. Bħala żagħżugħ kien membru attiv fil-Legion of Mary. Ħa formazzjoni teknika u laħaq engine fitter. Ta’ 17-il sena beda jaħdem u għal 20 sena baqa’ dejjem f ’dan ixxogħol. Fl-1960 William ħa sehem f ’irtir ġewwa l-Imdina, immexxi minn Fr Joseph Galdes, SJ. Matul dan l-irtir ħass li l-Mulej kien qed isejjaħlu għall-ħajja reliġjuża u wieġeb għaliha b’mod l-iktar ġeneruż. Sarraf din it-tweġiba bi 53 sena ta’ ħajja mogħtija lil Alla u lill-Knisja. Fil-kwiet, Br William dejjem qeda l-missjoni li ngħatatlu. Għalhekk wara li spiċċa n-novizzjat, huwa qatta’ sentejn bħala assistent tal-infermier. Dak iż-żmien Dar Loyola, in-Naxxar, kienet mimlija Ġiżwiti, ħafna minnhom żgħażagħ. Minkejja li ma kienx hemm ħafna mard u nies ta’ età kbira, xorta l-infermier kien ikollu x’jagħmel. Barra minn hekk kien ukoll inkarigat li jara li l-karozzi tad-dar kienu jinżammu sewwa. Mhux l-ewwel darba li kien joqgħod jispjegalna fuq kif jaħdmu l-magni! Wara dan iż-żmien intbagħat għal sena Mt St Joseph, li dak iż-żmien kienet filbidu tagħha ħalli jgħin hemmhekk ukoll. Imbagħad ġew 48 sena li qattagħom kollha f ’Dar Loyola! Mar hemm fl-1967 u għal darba oħra kien assistent tal-infermier u anke Infermier. Xogħol ieħor ta’ siwi kbir kien il-portinerija. Bħall-brother twajjeb u qaddis San Alfons Rodriguez, patrun tal-brothers Ġiżwiti, hu kien jilqa’ lil min jiġi f ’Dar Loyola: min irid iqerr, min irid ikellem xi Ġiżwita, min jitlob xi għajnuna... biex ma nsemmux it-telefon! Ħafna talbiet, ħafna ħin mal-bieb jistenna, imma li permezz tagħhom huwa ta sehem kwiet u effikaċi għas-Saltna ta’Alla. Dak li jgħodd quddiem Alla mhuwiex x’nagħmlu, iżda kif nagħmluh. Jekk nagħmluh bl-imħabba, u Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
għalina reliġjużi taħt ubbidjenza, dan jiswa mitqlu deheb quddiem Alla. Ġie mbagħad iż-żmien meta Br William ma setax ikompli jagħti dawn is-servizzi. Inġabar flinfermerija u wara ċertu żmien qajla kien joħroġ minn kamartu. Ġie l-mard li dam ikiddu għal snin twal. Hu ffaċċjah b’kuraġġ kbir. F’dan l-aħħar żmien kien hemm żewġ affarijiet li kienu jolqtuni fih. Billi jien mill-istess naħa tal-Belt bħalu, konna sikwit nitkellmu fuq fejn konna noqogħdu. Kien jirrakkuntali ħafna fuq l-inħawi fejn kien jgħix fi tfulitu u f ’żgħożitu. Kien jgħaġġibni kif kien jiftakar in-nies, bieb bieb fejn kienu joqogħdu u ħafna dettalji oħra. Ħaġa oħra li kienet tolqot lil min iżuru kienet li kien ikun jaf kollox x’qed jiġri fid-dinja. Kien iħobb ħafna jisma’ r-radju u għalhekk kien iżomm ruħu infurmat u aġġornat. Illum minn Dar Loyola mdawra kollha siġar u fjuri, Br William daħal fil-ġnien ta’ Alla, fil-Ġenna. Il-Mulej refagħlu postu (kif jerfa’ lilna) fil-ġnien tiegħu.
19
Nekroloġja
Miktub minn Fr Paul Zammit, SJ
’l Hawn u ’l He Missjonijiet ġodda ta’ Ġiżwiti Maltin Kif jiġri f ’ħafna Provinċji talĠiżwiti, kull sena, qabel jew nhar il-festa ta’ Sant’Injazju, jitħabbru l-missjonijiet ġodda li jingħataw lil xi Fathers u Brothers. Il-Patri Ġeneral approva n-nomina ta’ erba’ superjuri ġodda. Fr Michael Bugeja, Superjur tal-komunità ta’ Dar P. Manwel Magri, SJ, flImsida u jkompli bħala ċ-Chaplain tal-Università. Fr Paul Chetcuti Superjur f ’Dar Loyola, in-Naxxar, fejn joqgħodu wkoll il-Fathers u Brothers anzjani jew morda. Fr Lino Spiteri Superjur ta’ Dar Sarria, filFurjana, Fr Alfred Micallef Superjur f ’Mount St Joseph, il-Mosta, u jibqa’ l-Ekonomu tal-Provinċja. It-tlett membri tal-komunità ta’ Dar Pedro Arrupe, iż-Żejtun, Fr Vince Magri, Fr Mark Cachia u l-istudent Vyacheslav Okun (mill-
Ukranja) ingħaqdu mal-komunità ta’ Dar P. Manwel Magri, SJ, fl-Imsida. Fr Cachia ser ikun Viċi Superjur u jaħdem fil-JRS fejn hemm ukoll l-istudent Okun. Fr Magri jkompli bħala d-Direttur tal-Istitut Paulo Freire, iż-Żejtun. Fil-komunità tal-Imsida ser ikun hemm wkoll l-istudent Giuseppe Pellegrino millItalja biex jgħin fiċ-Chaplaincy. Minn Dar Manresa, Għawdex, Fr Anthony Cilia ser ikun fil-komunità tal-Mosta, u Brother Joe B. Vella ngħaqad mal-komunità ta’ Dar Loyola, in-Naxxar. Fr Victor Degabriele, sar membru tal-komunità ta’ Mount St Joseph, il-Mosta, imma jkun joqgħod u jagħti servizz pastorali fid-Dar tal-Irtiri tagħna f ’Għawdex. Fr Paul Deguara, baqa’ membru tal-komunità filMosta, u jkun jgħin ukoll fid-Dar
Tibda l-tħejjija għall-KĠ 36 Bejn il-31 ta’ Awwissu u t-12 ta’ Settembru saret l-ewwel laqgħa f ’Ruma tal-Kumitat Preparatorju
għall-Kongregazzjoni (Kapitlu) Ġenerali 36. Il-Kumitat jinkludi żewġ rapprezentanti minn kull waħda tas-
tal-Irtiri f ’Għawdex Fr Christopher Vella li ser ikun f ’ Mount St Joseph, il-Mosta, u jkun id-Direttur taċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana kif ukoll jgħin fl-Istitut Paulo Freire, iż-Żejtun. Fr Paul Pace mar Dublin, l-Irlanda, biex ikun id-Direttur tal-Fathers Ġiżwiti li jkunu qegħdin jagħmlu it-Tielet sena tan-Novizzjat. Fil-komunità tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, ser ikun hemm l-istudent Volodia Kolotocchenko mllUkranja. Iż-żewġ studenti Maltin, Andrew Camilleri u Robert Rizzo, li għadhom kif spiċċaw is-sentejn ta’ Novizzjat, ser ikunu Ruma u jibdew il-kors tal-filosofija fl-Università Gregorjana.
sitt Konferenzi: Afrika u Madagaskar, l-Amerika Latina, il-Kanada u l-Istati Uniti, l-Ewropa, l-Asja tas-Sud, u l-Asja Paċifiku. Il-Patri Ġeneral u Fr Douglas Marcouiller mill-Kurja Ġenerali f ’Ruma, huma wkoll membri. Dan il-Kumitat jistudja u jorganizza l-Talbiet u t-Temi li waslu mill-Provinċji kollha biex ifasslu sintesi sustantiva tat-temi li probabilment ikunu ttrattati fil-KĠ. Il-Kumitat iwaqqaf Kummissjonijiet biex iħejju l-materjal għall-KĠ36. Imbagħad f ’Ottubru u Novembru din is-sena jiltaqgħu l-Eletturi ta’ kull Konferenza ħalli jiddiskutu l-materjal li jkun ħejja l-Kumitat Preparatorju. B’hekk ikun qed isir ix-xogħol importanti ta’ riflessjoni u dixxerniment għall-KĠ 36 li tibda fit-2 ta’ Ottubru, 2016.
Il-mument waqt il GC35 meta nħatar il-Ġeneral l-ġdid, Fr Adolfo Nicholás, SJ
20
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
emm
mal-Ġiżwiti
Saċerdot ġdid
Ktieb ġdid
B’radd il-ħajr ’Alla u ferħ inħabbru li d-Djaknu Karl Vella, mill-parroċċa ta’ Ħal Balzan, li bħalissa qiegħed jgħin fl-appostolat tal-Università f ’Ruma, ser ikun ordnat saċerdot mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Kon-katridal ta’ San Ġwann, il-Belt, fis-6.30 pm, nhar il-Ħamis, 5 ta’ Novembru, li taħbat il-festa tal-Qaddisin kollha tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Nifirħu lil Karl u nawgurawlu ħidma fejjieda fl-għalqa tal-Mulej, nirringrazzjaw lill-ġenituri tiegħu u lill-benefatturi li kkontribwew għallformazzjoni tiegħ. Nistiednu l-ħbieb u l-benefatturi kollha tagħna għaċ-ċerimonja talordinazzjoni Din ser tkun l-ewwel ordinazzjoni ta’ saċerdot li ser imexxi l-Arċisqof Scicluna.
Għadu kif ħareġ it-tieni edizzjoni riveduta u miżjuda tal-ktieb “Encyclopedic Dictionary of the Christian East” editjat minn Fr Edward Farrugia, li hu Professur flIstitut Pontifiċju Orjentali f ’Ruma. Dan il-ktieb fih iktar minn 2,000 paġna b’kontribuzzjonijiet minn tmien esperti, fosthom Fr Farrugia, u fih ukoll mapep u ċarts.
Il-Papa qalilhom: “Aħna qegħdin fi gwerra ... imma fost il-poplu ta’ Alla hemm ħafna ħwejjeġ tajbin u sbieħ. Hemm ukoll sinjali ta’ tama u ferħ u ħafna qaddisin moħbijin. Agħmlu kuraġġ u komplu mixjin ’il-quddiem.”
Iż-żgħażagħ qasmu ħafna bejniethom dwar il-ħbiberija ma’ Ġesù, l-Ewkaristija u l-missjoni tagħhom. Kienet okkazjoni fejn ħafna żgħażagħ fetħu qlubhom għal Kristu.
Ċentinarju tal-Moviment Ewkaristiku Żgħażagħ Il-Moviment Ewkaristiku Żgħażagħ (MEŻ), li hu parti millMoviment tal-Appostolat tat-Talb, twaqqaf mitt sena ilu u illum jinsab f ’56 pajjiż. Sa ftit snin ilu l-MEŻ f ’Malta kien jissejjaħ il-Eucharistic Crusade, u l-membri kienu ilCrusaders. Biex ifakkru dan iċ-Ċentinarju f ’Awwissu saret laqgħa internazzjonali ta’ ħamest ijiem f ’Ruma. Waqt l-udjenza privata li kellhom mal-Papa, xi wħud mill1,500 żgħażagħ minn 35 pajjiż mill-5 kontinenti għamlu xi mistoqsijiet u weġibhom. Iż-żgħażagħ baqgħu mpressjonati ħafna bl-attitudni, is-sempliċità u l-ferħ tal-Papa li ħassewh qrib tagħhom. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
21
Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani
Miktub minn Fr Paul Pace SJ
‘Id-deżerti interni saru tant kbar’
Laudato Si’ issejjaħ għal bidliet kbar L-Enċiklika Laudato si’ tal-Papa Franġisku dwar “l-għożża tad-dar komuni” hi dokument mexxej u faċli biex taqraha, imma li tistedinna għal bidliet kbar ħafna, kemm bħala individwi, kif ukoll bħala popli. Mill-ewwel vers il-Papa jistedinna biex inħarsu lejn id-dinja u lejn il-ħolqien b’għajnejn ġodda: id-dinja hija “bħal oħtna, li magħha naqsmu ħajjitna, u bħal omm sabiħa li tilqagħna f ’dirgħajha”. (1) Lil din iddinja rridu nibdew inħarsu lejha mhux aktar bħala xi ħaġa li għandna d-dritt ”inħarbtuha kif irridu”, imma bir-rispett u l-qima li tistħoqqilha din oħtna;
tarf tal-kriżi ekoloġika jekk ma nibdlux ħajjitna, u dan fuq livell soċjali wkoll, għaliex “m’għandniex żewġ kriżijiet separati, waħda ambjentali u oħra soċjali, imma kriżi waħda u kumplessa soċjo-ambjentali”. (139) Irridu nfittxu soluzzjonijiet li ġejjin mhux mill-biża’ tad-diżastru li ġej fuqna, imma minn viżjoni waħda li tfittex kif tieħu ħsieb in-natura filwaqt li tagħti lura d-dinjità lill-fqar. Din ir-rabta bejn il-faqar u n-nuqqas ta’ rispett lejn l-ambjent huwa punt li fuqu l-Papa jinsisti b’qawwa kbira: il-veri vittmi tal-kriżi ambjentali huma dejjem il-fqar, u hawn popli sħaħ li qed isofru faqar kiefer minħabba l-egoiżmu ta’ min jaħli u jberbaq dak li Alla ħalaq għal kulħadd. Dan ma jagħmluhx biss l-individwi imma wkoll sistemi ta’ produzzjoni u ta’ tqassim li ma jafux jirrispettaw il-bilanċ li jeżisti fil-ħolqien u allura jċaħħdu lil miljuni kbar mir-riżorsi li huma wkoll għandhom dritt għalihom.
X’jeħtieġ isir
in-natura hija rigal kbir li tana Alla, għaliex “aħna stess ġejjin minn din l-art. Ġisimna stess hu msawwar minn elementi tal-pjaneta, l-arja tagħha hi dik li tagħtina n-nifs, u l-ilma tagħha jaħjina u jsaħħaħna”. (2)
Kriżi u vittmi Din mhijiex sempliċi ħarsa romantika lejn ilħolqien għax titlob minna bidliet fil-fond. Il-Papa jinsisti li aħna wkoll ħlejjaq, u allura lkoll marbutin ħaġa waħda mal-ħlejjaq l-oħrajn kollha. Din hija realtà ċara għal kull min jieqaf jaħseb, u aktar u aktar għal dawk li jemmnu f ’Alla li ħalaq kollox bl-imħabba. “Meta fl-Evanġelju naqraw kif Ġesù jitkellem dwar it-tajr tal-ajru u jgħid li ’anqas wieħed minnhom ma hu minsi quddiem Alla’, kif jista’ jkollna l-ħila nittrattawhom ħażin jew nagħmlulhom ilħsara?”(221) Din ir-rabta bejn dak kollu li jeżisti tfisser li l-kriżi tal-ambjent hija wkoll, u fuq kollox, kriżi spiritwali: “id-deżerti esterni fid-dinja qed jiżdiedu għax iddeżerti interni saru tant kbar”. Qatt m’aħna ser insibu
22
Il-bidla li rridu nagħmlu biex nevitaw id-diżastru ekoloġiku titlob l-ewwelnett virtujiet sodi: nitgħallmu niċċaħdu u ma naħlux anke jekk għandna l-mezzi. Il-Papa jsemmi dettalji zgħar: li dak li jkun jilbes aktar ħwejjeġ biex ma jsaħħanx iżżejjed fejn ikun, ‘jevita’ l-użu tal-materjal tal-plastik jew tal-karta, inaqqas ilkonsum tal-ilma, jifred l-iskart, isajjar biss dak li jiflaħ jiekol, jinqeda bit-trasport pubbliku jew jaqsam l-istess karozza ma’ aktar minn persuna waħda...u ħafna iżjed. (211) Imma dan waħdu mhux biżżejjed. Hemm bżonn ukoll li l-pajjiżi u dawk li għandhom is-setgħa filpolitika, fl-industrija u fil-ħolqien ta’ teknoloġija ġdida jagħrfu li ma jistgħux jimmiraw għall-qliegħ tal-flus u l-poter mingħajr ma jagħtu każ tal-ġid komuni; il-Papa jisħaq li dan jinkludi r-rispett veru tal-ekoloġija u ta’ kull bniedem u bniedma fuq wiċċ l-art. Inħalli l-għeluq għal kliem il-Papa nnifsu: “Nistieden lill-Insara kollha biex jagħmlu viżibbli din id-dimensjoni tal-konverżjoni tagħhom, u jħallu l-qawwa u d-dawl tal-grazzja li rċevew jixterdu wkoll fir-relazzjonijiet tagħhom mal-ħlejjaq l-oħra u maddinja ta’ madwarhom.”
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
Programm t’attivitajiet Ċentru Spiritwalità Injazjana
Għal aktar tagħrif, jew biex tieħu sehem, ċempel fuq 2276 0201 jew ibgħat email lil info@mtsjoseph.org għallattivitajiet li ser isiru d-dar tal-irtiri Mount St Joseph, Mosta, jew għallattivitajiet li ser isiru d-dar tal-irtiri Dar Manresa, Victoria, Għawdex ċempel fuq 21 55 6635 jew ibgħat email lil manresagozo@gmail.com.
2-4 OTT
Irtir fil-Kampanja
Imexxu: Clare Camilleri, Maria Theresa Portelli u Lawrence Zerafa Post: Mt. St. Joseph, Mosta
Seminar: Il-Ktieb ta’ Ruth
Imexxi: Prof. Anthony Frendo Post: Manresa House, Għawdex
20-22 NOV
Avventura għaż-żgħażagħ li tlaqqa’ gost flimkien u edukazzjoni għal valuri tajbin. Imexxi: Fr Jose Buhagiar Bianco, SJ Post: Mount St. Joseph, Mosta
Imexxi: Fr Vince Magri, SJ Post: Manresa House, Għawdex
DIĊ
OTT
Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Ħbieb u l-Qarrejja li bagħtulna l-OFFERTA tagħhom biex igħinuna nkopru xi ftit l-ispejjes biex nistampaw u nimpustawlkom LIL ĦBIEBNA. Kif tafu, Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma tiddependi kompletament mill-offerti tal-ħbieb u l-qarrejja. Għalhekk niddependu ħafna mill-ġenerożità tagħkom. Tistgħu tibagħtulna l-offerta bil-posta: Lil Ħbiebna, 78, Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 jew twassluha f ’dan l-indirizz: Uffiċċju Benefatturi, 1, Pjazza E.S. Tonna, Floriana (ħdejn il-knisja ta’ Sarria eżattament quddiem l-istage). Jew tagħmlu online donation: www.jesuit.org.mt
Seminar dwar il-ħajja u l-vjaġġ ta’ Mosè, b’riflessjoni fuq ħajjitna
Irtir għal koppji miżżewġa
7-13
16-18
GRAZZI
4-6 DIĊ
Irtir Injazjan fis-silenzju
L-irtirant jista’ jagħzel kemm-il ġurnata jdum fl-irtir Post: Mount St. Joseph, Mosta
Irtir waqt l-Avvent - preparazzjoni għall-Milied
Imexxi: Fr Edgar Busuttil, SJ Post: Manresa House, Għawdex
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2015
11-13 DIĊ
Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin Balzan Maria Micallef Għargħur Ibraġġ Kappara Mosta Sliema Xagħra Awstralja
Georgette Gatt oħt il-mejjet Fr Anton Azzopardi SJ Bertu Gauci Pierre Ghirlando hu l-mejtin Fr Roland u Fr Gabriel, SJ Charles Grixti Robert Staines Abel Galea Joyce Delia Albert Mizzi Mananni Buhagiar oħt il-Ġiżwiti Fr Ġiġi (mejjet) u Fr George Camilleri Josephine Grech 23
Ritratt: ‘Ripples of Colour’ ta’ Scott Cresswell - Flickr (Creative Commons)
Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Awwissu - Ottubru 2015 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
Tixtieq Tagħti Sehmek fil-Formazzjoni ta’ Ġiżwita? • ITLOB bil-ħerqa lil Alla biex isejjaħ żgħażagħ ġenerużi ħalli jaqduh fil-Kumpanija ta’ Ġesú. • ITLOB lill-Madonna biex tħares liż-żgħażagħ li jħossu li għandhom vokazzjoni u tidħol għalihom biex iwettqu r-rieda t’Alla. • ITLOB għall-perseveranza fil-vokazzjoni ta’ dawk li diġa’ bdew it-triq. • Jekk tinsab marid(a) OFFRI T-TBATIJA tiegħek għall-intenzjonijiet ta’ hawn fuq. • Jekk tixtieq TGĦIN FINANZJARJAMENT, nilqgħu l-offerta tiegħek bil-qalb. Il-formazzjoni ta’ Ġiżwita hija twila u tqum ħafna flus. • Tista’ jew waħdek jew flmkien ma’ oħrajn, f’daqqa jew ftit ftit, TAGĦMEL BORŻA TA’ STUDJU b’tifkira jew suffraġju ta’ xi persuna għażiża għalik. Din is-somma ta’ €700 li tgħin biex titħallas parti min-nefqa ta’ sena waħda biss. Tista’ wkoll tiftakar fl-istudenti tagħna fit-TESTMENT tiegħek. • Għall-iktar dettalji tista’ tkellem jew tikteb lil: ‘Inservi Jesuit Foundation’, 78 Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 Tel 21412 606
Josef Beck, NSJ
Andrew Camilleri, SJ
Robert Rizzo, SJ
Arnold Mugliett, SJ
Michael Debono, SJ
Karl Vella, SJ
Josef Beck - Għadu kemm daħal Ġiżwita, in-novizzjat Genoa; Arnold Mugliett - Qiegħed jagħmel it-tieni sena novizzjat Genoa; Andrew Camilleri - Qiegħed jistudja l-filosofija Ruma; Robert Rizzo - Qiegħed jistudja l-filosofija Ruma; Michael Debono - Qiegħed igħallem il-Kulleġġ 24 San Alwiġi; Karl Vella - Ser jiġi ordnat saċerdot fil-5 ta’ Novembru 2015