Lil Ħbiebna - Leħen il-Ġiżwiti Maltin | Apr-Jun 2019

Page 1

02

HBIEBNA Newspaper post

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

lil

2019

Il-Ġiżwiti f’Malta jippjanaw l-missjoni tagħhom għal ġejjieni mimli tama Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja

1


Miktub minn Fr Paul Zammit SJ

Il-Qaddisa tax-Xahar

Il-Madonna tat-Triq

Fl-imħabba tagħna lejn Marija, aħna l-Insara nqimuha b’ħafna titoli. Għalina hi Ommna u l-eżempju ta’ kif ngħixu l-fidi tagħna. Dan għax aħna nemmnu li kien permezz tagħha li l-Feddej tad-dinja sar bniedem. Għalhekk jekk Ġesù hu t-triq, il-verità u l-ħajja, Marija hija dik li twassalna għandu – Hi l-Madonna tat-Triq. Dan it-titolu tal-Madonna tat-Triq hu marbut ma’ kwadru li għal Sant’Injazju u sħabu kien ifisser ħafna. Tant hu hekk li meta Injazju żar Ruma għall-ewwel darba fl-1523, hu kien ra l-kwadru tal-Madonna tat-Triq f ’kappella żgħira. Mill-ewwel inġibed lejha. Kif jgħid hu stess ilkoll għandna xi xbihat jew statwi li jaqblu iktar mal-ħajja spiritwali tagħna u jgħinuna fil-fidi u t-talb tagħna. Din kienet l-ewwel darba li Injazju kellu x’jaqsam ma’ dan l-inkwatru, iżda baqa’ f ’qalbu. Għalhekk meta wara erbatax-il sena reġa’ mar Ruma, ra kif għamel biex

2

jakkwistah. Hu li kien bniedem li ma kien xejn marbut mal-affarijiet tad-dinja, kellu rabta kbira ma’ din ix-xbieha. X’għamel? Bil-kuraġġ kollu mar għand Dun Pietro Codacio, ilkappillan, u talabhulu! Naturalment, din ilbiċċa ma għoġbitu xejn lill-kappillan, għax dan il-kwadru kien il-ġawhra tal-parroċċa u t-talba ‘sfaċċata’ ta’ Injazju ma ntlaqgħetx. Iżda Alla għandu t-toroq tiegħu. Jgħaddi żmien, u Dun Pietro jaċċetta li jgħaddi dan l-inkwatru lil Injazju. Mhux biss, iżda ġab rigal ieħor miegħu: Talab lil Sant’Injazju biex jidħol Ġiżwita! Kien l-ewwel Ġiżwita Taljan fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Naraw li jekk inħallu ’l Alla jmexxina, affarijiet li bilkemm nobsruhom iseħħu f ’ħajjitna. Hekk dan l-inkwatru għażiż sar il-mezz biex il-Ġiżwiti, fil-bidu tal-Ordni tagħhom u għas-sekli li ġew wara, jiltaqgħu ma’ Marija u jsejħu fuqhom il-barka tagħha. Franġisku Saverju, Pierre Favre, iż-żgħażagħ qaddisin, Alwiġi, Stanislaw Kostra, Ġovanni Berchmans u tant oħrajn talbu quddiem dan l-inkwatru. Meta fl-1945 ftaħna n-Novizzjat tagħna f ’Dar Loyola n-Naxxar biex jilqa’ l-ewwel novizzi, il-kappella kienet dedikata lill-Madonna tat-Triq u hemm kopja ta’ dan l-inkwatru. Il-Ġiżwiti u ħafna Insara li jiġu minn diversi parroċċi ta’ Malta u Għawdex ħalli jżuru s-Santwarju tal-Madonna tat-Triq f ’Dar Loyola sabu d-dawl, il-faraġ u l-għajnuna ħalli jaslu għand Ġesù u jaqdu l-missjoni li jafdalhom. F’xi toroq ġieli rajna xi djar imsemmijin għallMadonna tat-Triq għax ikunu poġġew il-familja u d-dar tagħhom taħt il-protezzjoni ta’ Ommna Marija.

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019


Kelma mill-editur Tal-futur jew t’issa?

Għeżież ħbieb u benefatturi, Suġġett li matul is-snin dejjem kien u jibqa’ f ’ilsien in-nies hu dak dwar iż-żgħażagħ. Il-mod kif inħarsu lejn iż-żgħażagħ u nitkellmu dwarhom ixaqleb ħafna lejn innegattiv. Spiss, il-kummenti tagħna huma wisq ġeneralizzati, filfatt, ngħidu “Kollha hekk”. Sfortunatament, il-mezzi tax-xandir jagħtu importanza lill-istejjer negattivi u tiġi, mela, ippreżentata stampa negattiva taż-żgħażagħ. Jeħtieġ inbiddlu l-mod kif inħarsu lejn iż-żgħażagħ u l-preġudizzji u, minflok, nibdew naraw il-ħafna ħwejjeġ pożittivi fihom. Iż-żgħażagh tal-lum huma differenti minn dawk ta’ ftit snin ilu. Forsi, il-kejl li nużaw hu dak taż-żmien tagħna. Ma nirrealizzawx, ma nifhmux u, għalhekk, ma naċċettawx li d-dinja nbidlet, jiġifieri, li l-bnedmin ukoll inbidlu. Meta ż-żgħażagħ ikunu immotivati tajjeb, ikunu ġenerużi ħafna, joffru ruħhom biex jagħmlu xogħol volontarju u jgħinu l-batut. Kemm jimpenjaw ruħhom b’entużjażmu meta napprezzawhom u nafdawhom! Aħna nħarsu lejn il-qoxra ta’ barra u ninsew l-imħabba u t-tjubuija f ’qalbhom. Il-Knisja, u magħha l-Ordnijiet u l-Kongregazzjonijiet reliġjużi, żiedu l-ħidma li kellhom u organizzaw attivitajiet ġodda, bħalma kienu l-kampijiet fis-sajf, diversi ħargiet, il-Jum Iill-Komunità, u attivitajiet oħra. Il-Papa San Pawlu II, fl-1985, waqqaf

“Ġejjieni mimli tama” Minn meta twaqqfu, il-Ġiżwiti dejjem ħadmu ħafna maż-żgħażagħ fil-parroċċi, fl-istituzzjonijiet edukattivi u fl-għaqdiet tagħhom. F’Jannar 2017, il-Papa Franġisku ħabbar li t-tema tas-Sinodu tal-Isqfijiet f ’Ottubru 2018 kienet ser tirrigwardja ż-żgħażagh. Konsegwentement, stieden liżżgħażagħ iwieġbu kwestjonarju. F’Marzu 2018, il-Papa sejjaħ xi 300 żagħżugħ middinja kollha għal laqgħa f ’Ruma, bi tħejjija u biex iservu t’għajnuna għall-Isqfijiet fisSinodu. Ftit żgħażagh ħadu sehem fis-Sinodu imma dawn il-ftit taw kontribut siewi ħafna. Wara s-Sinodu, il-Papa ippubblika Ezortazzjoni Appostolika, bl-isem ta’ Christus Vivit (Kristu jgħix). Għall-benefiċċju talqarrejja tagħna, qegħdin nippubblikaw sinteżi ta’ dan id-dokument importanti u sabiħ. Spiss, nisimgħu min jgħid li ż-żgħażagħ huma l-futur. Fid-dokument imsemmi, ilPapa jgħid li “ma nistgħux nieqfu biss malistqarrija li ż-żgħażagħ huma l-futur taddinja; huma l-preżent, diġà qed jagħnuh bil-kontribut tagħhom” (n.64). Jalla dan id-dokument iħeġġeġ tiġdid flatteġġjamenti tagħna biex napprezzaw il-valur taż-żgħażagħ billi, kif tgħid ir-raba’ preferenza appostolika tal-Ġiżwiti għall-għaxar snin li ġejjin, “nakkumpanjaw liż-żgħażagħ filħolqien ta’ ġejjieni mimli tama.”

Il-Qaddis tax-Xahar Il-Madonna tat-Triq

4

Il-messaġġ tal-Papa liż-żgħażagħ

13 AVVIŻ IMPORTANTI 14 Spiritwalita’ Injazjana 16 ’L Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti

19 Ġublewijiet tal-Ġiżwiti 2019 Nekroloġija

21 Fr Emidio Saliba SJ 22 Fr Frank Micallef SJ 23 Fr Joe Buhagiar Bianco

Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.

Email: hbiebna@jesuit.org.mt

Editur: Fr John Scicluna SJ Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Maria Casaletto, George Cassar, Elisa Saliba, Lilian Schembri Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606

Website: www.jesuit.org.mt

um

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

ru 2 - 2019

lil

HBIEBNA

il-Jum Dinji taż-żgħażagh li beda jsir kull erba’ snin f ’pajjiżi differenti. Fid-djoċeżijiet madwar id-dinja, kull sena, f ’Ħadd il-Palm, beda jiġi iċċelebrat Jum iż-Żġħażagħ.

2

f’din il-harġa

Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt

N

Ritratt tal-Qoxra:

Grupp ta’ Ġiżwiti Maltin waqt laqgħa li saret id-dar tal-irtiri Mount St Joseph. Magħhom jidher ukoll Fr Joaquin Barrero Diaz SJ, l-Assistent tas-Superjur Generali

Stampar: Gutenberg Press

Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.

3


Żgħażagħ

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard

“Intom l-illum ta’ Alla” il-Papa jgħid liż-żgħażagħ

“Kristu jgħix. Hu t-tama tagħna u l-isbaħ żgħożija ta’ din id-dinja. Dak kollu li jmiss isir żagħżugħ, jiġġedded, ifur bil-ħajja. Għalhekk, l-ewwel kelmiet li nixtieq illissen lil kull żagħżugħ Nisrani huma: Hu jgħix u jridek ħaj!”.

Hekk tiftaħ l-Eżortazzjoni appostolika postsinodali Christus vivit ta’ Franġisku, iffirmata t-Tnejn 25 ta’ Marzu fid-Dar Imqaddsa ta’ Loreto u indirizzata “liż-żgħażagħ u lill-poplu kollu ta’ Alla”. Fid-dokument, magħmul minn disa’ kapitli mqassma f ’299 paragrafu, il-Papa jfisser kif ħalla “jnebbħu l-għana tar-riflessjonijiet u tad-djalogi tas-Sinodu” taż-żgħażagħ, iċċelebrat il-Vatikan f ’Ottubru 2018. L-EWWEL KAPITLU “X’tgħid il-Kelma ta’ Alla dwar iż-żgħażagħ?” Franġisku jfakkar li “fi żmien fejn iż-żgħażagħ ftit li xejn kienu jiswew, xi kitbiet juruna kif Alla jħares lejhom b’għajnejn differenti” (6) u jippreżenta fil-qosor figuri ta’ żgħażagħ mit-Testment il-Qadim: Ġużeppi, Gidgħon (7), Samwel (8), is-Sultan David (9), Salamun u Ġeremija (10), ix-xebba qaddejja Lhudija ta’ Nagħman u ż-żagħżugħa Rut (11). Imbagħad jgħaddi għat-Testment il-Ġdid. Il-Papa jfakkarna li “Ġesù, l-eternament żagħżugħ, irid jagħtina qalb dejjem żagħżugħa” (13) u jżid: “Ninnutaw li Ġesù ma kienx jogħġbu l-fatt li l-adulti kienu jħarsu bi stmerrija lejn dawk l-aktar żgħażagħ jew b’mod despotiku jżommuhom għall-qadi tagħhom. Bilmaqlub, kien jitlob: ‘L-akbar fostkom għandu jġib ruħu tal-iżgħar wieħed’ (Lq 22:26). Għalih, l-età ma kinitx tistabbilixxi l-privileġġi, u li wieħed kellu età iżgħar ma kienx ifisser li kien jiswa inqas”. Franġisku jafferma: “M’għandux għax jiddispjaċina li nqattgħu ż-żgħożija tagħna fit-tjieba, billi niftħu qalbna għall-Mulej, ngħixu b’mod differenti” (17). IT-TIENI KAPITLU: “Ġesù Kristu dejjem żagħżugħ” Il-Papa jaffronta t-tema tas-snin taż-żgħożija ta’ Ġesù u jfakkarna fir-rakkont evanġeliku li jpinġi lin-

4

Nazzarenu “fil-qalba tal-adolexxenza tiegħu, meta reġa’ lura mal-ġenituri tiegħu f ’Nazaret, wara li kienu tilfuh u reġgħu sabuh fit-Tempju” (26). Ma rridux naħsbu, jgħid Franġisku, li “Ġesù kien xi adolexxent solitarju jew żagħżugħ li kien jaħseb biss fih innifsu. Ir-relazzjoni tiegħu man-nies kienet dik ta’ żagħżugħ li kien jaqsam fil-ħajja kollha ta’ familja intergrata tajjeb fir-raħal”, “ħadd ma kien iżommu b’żagħżugħ stramb jew maqtugħ milloħrajn” (28). Il-Papa jinnota li Ġesù adolexxent, “grazzi għallfiduċja tal-ġenituri tiegħu… iħossu liberu li jitħarrek u jitgħallem jimxi mal-oħrajn kollha” (29). Dawn l-aspetti tal-ħajja ta’ Ġesù ma għandhomx jiġu injorati fil-pastorali maż-żgħażagħ, “biex ma noħolqux proġetti li jiżolaw liż-żgħażagħ mill-familja u mid-dinja, jew li jibdluhom f ’minoranza magħżula u attenta li ma tmurx tittieħed mix-xejriet ta’ barra”. Imma għandna bżonn ta’ “proġetti li jsaħħuhom, iseħbuhom u jwassluhom għal-laqgħa tagħhom mal-oħrajn, għall-qadi ġeneruż, il-missjoni” (30). Ġesù “lilkom, żgħażagħ, ma jdawwalkomx mill-bogħod jew minn barra, imma ibda mill-istess żgħożija tiegħu, li hu jaqsam magħkom” u fih nistgħu nagħrfu l-bosta aspetti tipiċi tal-qlub żgħażagħ (31). Qrib “tiegħu nistgħu nixorbu mill-għajn vera, li żżomm ħajja l-ħolmiet tagħna, ilproġetti tagħna, l-ideali kbar tagħna, u li tindirizzana lejn it-tħabbira ta’ ħajja li hi ta’ min jgħixha” (32); “il-Mulej qed isejħilna biex nixegħlu kwiekeb fil-lejl ta’ żgħażagħ oħra” (33). Għalhekk Franġisku jitkellem fuq iż-żgħożija tal-Knisja u jikteb: “Nitolbu lill-Mulej jeħles lill-Knisja minn dawk li jridu jxejħuha, iżommuha mwaħħla fil-passat, iwaqqfuha, ma jħalluhiex tiċċaqlaq. Nitolbuh anki jeħlisha minn tentazzjoni oħra: li temmen li hi żagħżugħa għax tbaxxi rasha għal dak kollu li d-dinja toffrilha, li temmen li tiġġedded jekk taħbi l-messaġġ tagħha u tinħeba qalb ilkotra. Le. Hi żagħżugħa meta tkun dak li tassew hi, meta tirċievi l-qawwa tagħha dejjem ġdida mill-Kelma ta’ Alla, Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019


www.jesuit.org.mt

mill-Ewkaristija, mill-preżenza ta’ Kristu u tal-qawwa talIspirtu tiegħu kuljum” (35). Huwa minnu li “aħna l-membri tal-Knisja ma rridux inkunu strambi”, imma fl-istess waqt “irid ikollna l-kuraġġ li nkunu differenti, li nikxfu ħolm ieħor li din id-dinja ma toffrix, li nagħtu xhieda tal-ġmiel talġenerożità, tas-servizz, tas-safa, tal-qawwa, tal-maħfra, tal-fedeltà għall-vokazzjoni tagħna, tat-talb, tat-taqbida għall-ġustizzja u l-ġid komuni, tal-imħabba għall-foqra, tal-ħbiberija soċjali” (36). Il-Knisja tista’ tiġi ttentata titlef il-ħeġġa tagħha u tfittex “ċertezzi mondani foloz. Huma proprju ż-żgħażagħ li jistgħu jgħinuha tibqa’ żagħżugħa” (37). Il-Papa mbagħad jirritorna għal tagħlim li għalih hu fost l-egħżeż u, biex ifisser li hemm bżonn nippreżentaw il-figura ta’ Ġesù “b’mod attraenti u effikaċi”, jgħid: “Għalhekk hemm bżonn li l-Knisja ma tkunx ħsiebha żżejjed fiha nfisha, imma tirrifletti fuq kollox lil Ġesù Kristu. Dan ifisser li tagħraf b’umiltà li hemm xi affarijiet konkreti li jeħtieġ jinbidlu” (39). Fl-Eżortazzjoni jingħad li hemm żgħażagħ li jħossu li l-preżenza tal-Knisja “tagħtihom fastidju u ddejjaqhom”. Atteġġjament li għandu għeruqu “wkoll f ’raġunijiet serji u li jixirqilhom ir-rispett tagħna: l-iskandli sesswali u ekonomiċi; in-nuqqas ta’ preparazzjoni tal-ministri ordnati li ma jafux jaqraw kif jixraq is-sensibbiltà tażżgħażagħ; ir-rwol passiv li jingħataw iż-żgħażagħ fi ħdan il-komunità Nisranija; il-Knisja li ssibha bi tqila tagħti raġuni lis-soċjetà għall-pożizzjonijiet duttrinali u etiċi tagħha” (40).

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019

Hemm żgħażagħ li “jixtiequ Knisja li tisma’ iżjed, li ma toqgħodx il-ħin kollu tikkundanna lid-dinja. Ma jridux jaraw Knisja siekta u najxa, imma lanqas waħda dejjem fi gwerra minħabba f ’żewġ temi jew tlieta li bihom hi ossessjonata. Biex tkun kredibbli f ’għajnejn iż-żgħażagħ, xi drabi jkun hemm bżonn terġa’ tumilja ruħha u sempliċiment tisma’, tagħraf f ’dak li jgħidu oħrajn dawl li jista’ jgħinha tiskopri aħjar il-Vanġelu” (41). Ngħidu aħna, Knisja li tibża’ żżejjed tista’ tkun il-ħin kollu kritika “fil-konfront tad-diskorsi kollha fuq id-difiża tad-drittijiet tan-nisa u trid turi l-ħin kollu r-riskji u l-iżbalji li jista’ jġib miegħu t-tiftix ta’ dawn id-drittijiet”, waqt li Knisja “ħajja tista’ tirreaġixxi billi tagħti attenzjoni lit-tiftix leġittimu tad-drittijiet tannisa”, imqar jekk “ma taqbilx ma’ dak kollu li jipproponu ċerti gruppi femministi” (42). Franġisku għalhekk jippreżenta lil “Marija, ix-xebba ta’ Nazaret”, u l-iva tagħha bħala dik “ta’ min irid iċappas idejh u jirriskja, ta’ min irid jilgħab kollox, mingħajr garanzija oħra ħlief iċ-ċertezza li taf li hi qed iġġorr fiha wegħda. U jien nistaqsi lil kull wieħed u waħda minnkom: tħossu li qed iġġorru fikom wegħda?” (44). Għal Marija, “id-diffikultajiet ma kinux raġuni biex tgħid ‘le’” u bl-involviment tagħha saret “l-‘influencer’ ta’ Alla”. Il-qalb tal-Knisja hi wkoll mimlija b’żgħażagħ qaddisin. Il-Papa jfakkar f ’San Bastjan, San Franġisk ta’ Assisi, Santa Giovanna d’Arc, il-Beatu martri Andrew Phû Yên, Santa Kateri Tekakwitha, San Duminku Savio, Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, il-Beatu

5


Żgħażagħ

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard

Ceferino Namuncurá, il-Beatu Isidoro Bakanja, il-Beatu Pier Giorgio Frassati, il-Beatu Marcel Callo, u l-Beata żagħżugħa Chiara Badano. IT-TIELET KAPITLU: “Intom l-illum ta’ Alla” Franġisku jafferma li ma nistgħux nillimitaw ruħna u ngħidu li “ż-żgħażagħ huma l-futur tad-dinja: huma l-preżent, qed jagħnuh bil-kontribut tagħhom” (64). Għalhekk jeħtieġ nisimgħuhom imqar jekk “xi drabi tipprevali t-tendenza li nipprovdu tweġibiet prekonfezzjonati u riċetti lesti, mingħajr ma nħallu joħorġu l-mistoqsijiet taż-żgħażagħ fl-aspett ġdid tagħhom u nilqgħu l-provokazzjoni tagħhom” (65). “Illum aħna l-adulti qed nirriskjaw li nagħmlu lista ta’ diżastri, ta’ difetti taż-żgħażagħ ta’ żmienna… Xi jkun ir-riżultat ta’ dan l-atteġġjament? Distanza dejjem ikbar bejnietna” (66). Min hu msejjaħ ikun missier, ragħaj u gwida taż-żgħażagħ għandu jkollu l-ħila “jindividwa mixjiet fejn oħrajn qed jaraw biss ħitan, jilmaħ possibbiltajiet fejn oħrajn jaraw biss perikli. Hekk hi l-ħarsa ta’ Alla l-Missier, li kapaċi jivvalorizza u jkabbar iż-żerriegħa li hemm fil-qalb taż-żagħażagħ. Għalhekk il-qalb ta’ kull żagħżugħ għandha titqies ‘art qaddisa’” (67). Franġisku jżid jistedinna biex ma niġġeneralizzawx, għax “teżisti pluralità ta’ dinjiet taż-żgħażagħ” (68). Huwa u jitkellem fuq minn xiex jgħaddu ż-żgħażagħ, il-Papa jiftakar fiż-żgħażagħ li jgħixu f ’kuntesti ta’ gwerra, dawk sfruttati u vittmi ta’ ħtif, kriminalità organizzata, traffikar ta’ bnedmin, jasar u sfruttament sesswali, stupri. U anki dawk li jġarrbu atti kriminali u vjolenzi (72). “Ħafna żgħażagħ huma ideoloġizzati, strumentalizzati u użati bħala laħam tal-priża u bħala għodda biex teqred, tbeżża’ jew tirredikola lill-oħrajn. U l-agħar ħaġa hi li ħafna jinbidlu f ’suġġetti individwalisti, għedewwa u suspettużi f ’kulħadd, u hekk isiru priża faċli ta’ proposti diżumanizzanti u ta’ pjanijiet qerrieda minsuġa minn gruppi politiċi jew poteri ekonomiċi” (73). Iżjed kotrana huma dawk li jġarrbu xi xorta ta’ emarġinazzjoni u esklużjoni soċjali għal raġunijiet reliġjużi, etniċi jew

6

ekonomiċi. Franġisku jikkwota adolexxenti u żgħażagħ li “joħorġu tqal u l-pjaga tal-abort, kif ukoll it-tixrid tal-HIV, ilbosta xorta ta’ dipendenza (drogi, logħob tal-azzard, pornografija, u l-bqija) u s-sitwazzjoni tat-tfal tat-triq” (74), sitwazzjonijiet li jsiru iktar ta’ swied il-qalb u ibsin għan-nisa. “Ma nistgħux inkunu Knisja li ma tibkix quddiem dawn it-traġedji ta’ wliedha żgħażagħ. Qatt ma għandna nidraw… L-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li napplikaw ir-riċetta tal-ispirtu ta’ din id-dinja li jissarraf f ’li nilluppjaw liż-żgħażagħ b’aħbarijiet oħra, b’distrazzjonijiet oħra, b’banalitajiet” (75). Il-Papa jistieden liż-żgħażagħ jitgħallmu jibku għal sħabhom li huma agħar minnhom (76). Huwa minnu, jispjega Franġisku, li “s-setgħana jagħtu xi għajnuniet, imma spiss bi prezz għoli. F’ħafna pajjiżi foqra, l-għajnuna ekonomika ta’ xi pajjiżi iżjed għonja jew ta’ xi organizzazzjonijiet internazzjonali normalment hi marbuta mal-aċċettazzjoni ta’ proposti min-naħa tal-Punent f ’materja ta’ sesswalità, żwieġ, ħajja jew ġustizzja soċjali. Din il-kolonizzazzjoni ideoloġika tagħmel ħsara b’mod partikulari liż-żgħażagħ” (78). Il-Papa jiftħilna għajnejna wkoll għallkultura tal-lum li tippreżenta l-mudell żagħżugħ tas-sbuħija u tinqeda bil-ġisem taż-żgħażagħ fil-pubbliċità: “mhuwiex xi eloġju liż-żgħażagħ. Ifisser biss li l-adulti jridu jisirqu ż-żgħożija għalihom infushom” (79). F’aċċenn għal “xewqat, ġrieħi u tiftix”, Franġisku jitkellem fuq is-sesswalità: “F’dinja li tonfoħ iżżejjed issesswalità, diffiċli nżommu relazzjoni tajba ma’ ġisimna u ngħixu serenament ir-relazzjonijiet affettivi”. Minħabba f ’hekk ukoll il-morali sesswali spiss hi kawża ta’ “nuqqas ta’ ftehim u ta’ tbegħid mill-Knisja” għax tinftiehem “bħala spazju ta’ ġudizzju u ta’ kundanna”, minkejja li hawn żgħażagħ li jixtiequ jikkonfrontaw ruħhom fuq dawn it-temi (81). Il-Papa, quddiem l-iżviluppi tax-xjenza, tat-tekonoloġiji bijomediċi u tan-newroxjenzi jfakkar li “jistgħu jnessuna li l-ħajja hi don, li aħna essri maħluqa u limitati, li nistgħu faċilment niġu strumentalizzati minn min għandu f ’idejh il-poter teknoloġiku” (82). L-Eżortazzjoni mbagħad tieqaf fuq it-tema tal-“ambjent diġitali”, li ħoloq “mod ġdid ta’ komunikazzjoni” u li “jista’ Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019


www.jesuit.org.mt

jiffaċilita ċ-ċirkulazzjoni ta’ informazzjoni indipendenti”. F’ħafna pajjiżi, l-internet u x-xbieki soċjali “llum saru post essenzjali biex nilħqu u ninvolvu liż-żgħażagħ” (87). Imma “huma wkoll territorju ta’ solitudni, manipulazzjoni, sfruttament u vjolenza, sal-każ estrem tad-‘dark web’. Il-midja diġitali tista’ tesponi għar-riskju ta’ dipendenza, ta’ iżolament u biex bil-mod il-mod jintilef il-kuntatt mar-realtà konkreta… Xejriet ġodda ta’ vjolenza jixterdu permezz tal-midja soċjali, ngħidu aħna l-ibbuljar fuq is-siti tal-internet; l-internet huwa wkoll kanal għat-tixrid tal-pornografija u ta’ sfruttament tal-persuni għal skop sesswali jew bil-logħob tal-azzard” (88). Ma rridux ninsew li fid-dinja diġitali “hemm għaddejjin interessi ekonomiċi ġganteski”, li kapaċi joħolqu “mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni tal-kuxjenzi u tal-proċess demokratiku”. Hemm ċrieki magħluqa li “jiffaċilitaw it-tixrid ta’ informazzjoni u aħbarijiet foloz, jagħwu bi preġudizzji u mibegħda… Il-fama tal-persuna tispiċċa pperikolata minn proċessi mgħaġġla onlajn. Il-fenomenu jolqot ukoll il-Knisja u r-ragħajja tagħha” (89). F’dokument imħejji minn tliet mitt żagħżugħ u żagħżugħa mid-dinja kollha qabel is-Sinodu jingħad li “r-relazzjonijiet onlajn jistgħu jsiru diżumani” u l-mod kif spiċċajna mgħarrqin fid-dinja virtwali ffavorixxa “xorta ta’ ‘migrazzjoni diġitali’, jiġifieri qtugħ mill-familja, millvaluri kulturali u reliġjużi, li jwassal lil ħafna persuni għal dinja ta’ solitudni” (90). Il-Papa jkompli billi jippreżenta “l-migranti bħala paradigma ta’ żmienna”, u jfakkar tant żgħażagħ involuti fil-migrazzjoni. “It-tħassib tal-Knisja jolqot b’mod partikulari lil dawk li jaħarbu mill-gwerra, mill-vjolenza, mill-persekuzzjoni politika jew reliġjuża, mid-diżastri naturali minħabba wkoll bidliet fil-klima, u mill-faqar estrem” (91): mhux biss ifittxu opportunitajiet ġodda, imma joħolmu futur aħjar. Migranti oħra jħossuhom “miġbudin mill-kultura tal-Punent, u xi drabi jinbtu fihom aspettattivi irrealistiċi li jesponuhom għal delużjonijiet peżanti. Traffikanti bla skrupli, spiss imdaħħla fis-suq tad-droga u tal-armamenti, jisfruttaw iddgħufija tal-migranti… Irridu nsemmu b’mod partikulari l-vulnerabbiltà tal-migranti minuri mhux akkumpanjati… F’xi pajjiżi fejn jaslu, il-fenomeni migratorji jqajmu sens ta’ allarm u biża’, spiss imrewħa u sfruttati għal fini politiċi. Hekk tixtered mentalità ksenofobika u ta’ għeluq fina nfusna, li jeħtieġ nirreaġixxu għaliha b’determinazzjoni” (92). Iż-żgħażagħ migranti spiss iħossuhom maqlugħa mill-għeruq kulturali u reliġjużi tagħhom (93). Franġisku jitlob “b’mod partikulari liż-żgħażagħ biex ma jaqgħux fixxbieki ta’ dawk li jridu jpoġġuhom kontra żgħażagħ oħra li jaslu f ’pajjiżhom, u jiddeskrivuhomlhom bħala suġġetti perikulużi” (94). Il-Papa jitkellem ukoll fuq l-abbużi fuq il-minuri, Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019

u jagħmel tiegħu stess l-impenn tas-Sinodu b’risq l-adozzjoni rigoruża ta’ prevenzjoni u jesprimi gratitudni “lejn dawk li għandhom il-kuraġġ li jikkundannaw iddeni li sarilhom” (99), u jfakkar li “għall-grazzja ta’ Alla” s-saċerdoti li ħammġu jdejhom b’dawn il-“krimini orribbli mhumiex il-maġġoranza, li fil-verità hi magħmula minn dawk li qed iwettqu ministeru fidil u ġeneruż”. Jitlob liżżgħażagħ biex, jekk jaraw saċerdot li jinsab f ’riskju għax qabad it-triq żbaljata, isibu l-kuraġġ li jfakkruh fl-impenn tiegħu lejn Alla u lejn il-poplu tiegħu (100). L-abbużi mhumiex l-uniku dnub fil-Knisja. “Dnubietna huma taħt għajnejn kulħadd; huma riflessi bla ħniena fit-tikmix tal-wiċċ millennarju ta’ Ommna”, imma l-Knisja ma tfittex ebda kirurġija estetika, “ma tibżax turi d-dnubiet tal-membri tagħha”. “Għalhekk niftakru li lill-Omm m’għandniex nitilquha waħidha meta hi midruba” (101). Dan il-mument mudlam, bl-għajnuna taż-żgħażagħ, “jista’ jkun tabilħaqq opportunità għal riforma ta’ qawwa epokali, biex ninfetħu għal Pentekoste ġdid” (102). Franġisku jfakkar liż-żgħażagħ li “hemm triq biex noħorġu” mis-sitwazzjonijiet kollha koroh u ta’ tbatija. Ifakkar fl-aħbar it-tajba li xxandret fl-għodwa talQawmien. U jfisser li mqar jekk id-dinja diġitali tista’ tesponina għal tant riskji, hemm żgħażagħ li jafu jkunu kreattivi u ġenjali f ’dawn l-oqsma. Bħall-Venerabbli Carlo Acutis, li “għaraf jinqeda bit-teknoloġiji l-ġodda tal-komunikazzjoni biex iwassal il-Vanġelu” (105), ma nqabadx fin-nassa u kien jgħid: “Kulħadd jitwieled oriġinali, imma ħafna jmutu fotokopji”. “Tħallix li jiġrilek hekk” (106), iwissi l-Papa. “Tħallix lil min jisraqlek it-tama u l-ferħ, lil min isakkrek biex jużak bħala lsir tal-interess tiegħu” (107), fittex id-destinazzjoni l-kbira tal-qdusija. “Li nkunu żgħażagħ ma jfissirx biss infittxu l-pjaċiri li jgħaddu u suċċessi tal-qoxra. Sakemm iżżgħożija ma tilħaqx il-fini tagħha fil-mixja tal-ħajja tiegħek, trid tkun żmien ta’ għotja ġeneruża, ta’ offerta sinċiera” (108). “Jekk int żagħżugħ fl-età, imma tħossok wisq dgħajjef, għajjien u deluż, itlob lil Ġesù jġeddek” (109). Imma ftakar dejjem li “diffiċli ħafna neħduha kontra… l-perikli u t-tiġrib tax-xitan u tad-dinja egoista jekk aħna waħidna” (110), fil-fatt neħtieġu ħajja komunitarja. IR-RABA’ KAPITLU: “It-tħabbira l-kbira liż-żgħażagħ kollha” Liż-żgħażagħ kollha l-Papa jħabbrilhom tliet veritajiet kbar. “Alla li hu mħabba” u għalhekk “Alla jħobbok, qatt tiddubitah dan” (112) u tista’ “tinxteħet bla nkwiet ta’ xejn fid-dirgħajn ta’ Missierek tas-Sema” (113). Franġisku jafferma li l-memorja tal-Missier “mhix xi ‘hard disk’

7


Żgħażagħ

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard

li jżomm u jarkivja l-informazzjoni kollha tagħna, ilmemorja tiegħu hi qalb ħelwa mimlija ħniena, u jieħu gost iħassar darba għal dejjem kull ħjiel ta’ ħażen tagħna… Għax iħobbok. Fittex li toqgħod għal mument fis-skiet u tħallih iħobbok” (115). U tiegħu hi mħabba “li iktar tafek terġa’ tqum milli taqa’, iktar taf ir-rikonċiljazzjoni milli l-projbizzjoni, iktar taf tagħti opportunitajiet ġodda milli tikkundanna, futur milli passat” (116). It-tieni verità hi li “Kristu jsalvak”. “La tinsa qatt li hu jaħfer sebgħa għal sebgħa u sebgħin darba. Jerġa’ jerfagħna fuq spallejh għal darba wara l-oħra” (119). Ġesù jħobbna u jsalvana, għax “tista’ ssalva biss lil min l-ewwel tkun ħabbejtu. Tista’ tibdel biss lil min tkun għannaqt. L-imħabba tal-Mulej hi ikbar mill-ħażen kollu tagħna, mid-dgħufijiet u l-għemejjel imsejkna kollha tagħna” (120). U “l-maħfra tiegħu u s-salvazzjoni tiegħu mhumiex xi ħaġa li xtrajnieha jew li jeħtieġ niksbuha bl-opri u l-isforzi tagħna. Hu jaħfrilna u jeħlisna b’xejn” (121). It-tielet verità hi li “Hu jgħix!”. “Jeħtieġ niftakruh dan… għax nirriskjaw li nieħdu lil Ġesù Kristu biss bħala eżempju tajjeb mill-imgħoddi, bħala tifkira, bħala xi ħadd li salvana elfejn sena ilu. Dan ma jkun jiswielna għal xejn, iħallina kif sabna, ma jeħlisniex” (124). Jekk “hu jgħix, dan hu garanzija li t-tajjeb jista’ jsaltan f ’ħajjitna… Allura nistgħu nieqfu ngemgmu u nibdew inħarsu ’l quddiem, għax flimkien miegħu dejjem tista’ tħares ’il quddiem” (127). F’dawn il-veritajiet jidher il-Missier u jidher Ġesù. U fejn hemm huma, hemm ukoll l-Ispirtu s-Santu. “Sejjaħ ta’ kuljum lill-Ispirtu s-Santu… Titlef xejn u hu jista’ jibdillek ħajtek, jista’ jdawwalha u jagħtiha rotta aħjar. Ma jeħodlok xejn, ma jnaqqaslek xejn, anzi, jgħinek issib dak li għandek bżonn bl-aħjar mod” (131). IL-ĦAMES KAPITLU: “Mixjiet taż-żgħażagħ” “L-imħabba ta’ Alla u r-relazzjoni tagħna ma’ Kristu ħaj ma jżommuniex milli noħolmu, ma jitolbuniex indejqu l-ixfqa ta’ ħajjitna. Bil-maqlub, din l-imħabba tixprunana, tistimulana, tiftaħna għal ħajja aħjar u isbaħ. Il-kelma ‘tħassib’ tiġbor fiha ħafna mix-xewqat fil-qlub tażżgħażagħ” (138). Meta jaħseb f ’xi ħadd żagħżugħ, il-Papa jara lil dak li jżomm dejjem riġlu wieħed quddiem l-ieħor, lest biex jitlaq, biex jagħmel xi ħaġa, dejjem orjentat ’il quddiem (139). Iż-żgħożija ma tistax tibqa’ “żmien sospiż”, għax “hi ż-żmien tal-għażliet” f ’ambitu professjonali, soċjali, politiku u anki fl-għażla tas-sieħeb jew sieħba jew li wieħed iġib l-ewwel ulied. L-ansjetà “tista’ ssir waħda mill-agħar għedewwa meta twassalna biex inċedu l-armi xħin niskopru li r-riżultati mhumiex immedjati. L-isbaħ ħolm jitwettaq bit-tama, is-sabar u t-tħabrik, u

8

meta nwarrbu l-għaġla żejda. Fl-istess waqt, ma nistgħux neħlu għax ma nħossuniex fiż-żgur, ma rridux nibżgħu nirriskjaw jew inkella li ħa nagħmlu xi żball” (142). Franġisku jistieden liż-żgħażagħ biex ma jgħixux ħajjithom gallarija, ma jgħaddux ħajjithom quddiem skrin, ma jirriduċux ruħhom għal karozzi mitluqa u ma jħarsux lejn id-dinja qishom kienu turisti: “Agħmlu ħoss! Keċċu l-biżgħat li qed iwaħħlukom… għixu!” (143). Jistedinhom “jgħixu l-preżent” billi jgawdu bi gratitudni kull don ċkejken tal-ħajja mingħajr ma jispiċċaw “qatt mhuma sodisfatti b’xejn” jew “ossessjonati bil-pjaċiri bla tarf ” (146). Fil-fatt, li ngħixu l-preżent “ma jfissirx li nintelqu għal ħajja vvizzjata b’mod irresponsabbli li tħallina battala u bla sodisfazzjon veru” (147). “Qatt m’int ħa tagħraf il-milja taż-żgħożija, jekk… ma tgħixx il-ħbiberija ma’ Ġesù” (150). Il-ħbiberija miegħu ma tistax tinħall għax hu ma jitlaqniex waħidna (154) u hekk, bħalma nagħmlu ma’ ħabib, “nitkellmu, naqsmu anki l-iżjed ħwejjeġ mistura, ma’ Ġesù nidħlu anki f ’konverżazzjoni”: meta nitolbu, “nilagħbu l-logħba tiegħu, nagħmlulu spazju biex hu jista’ jaġixxi u jista’ jidħol u jista’ jirbaħ” (155). “La ċaħħadx iż-żgħożija tiegħek minn din il-ħbiberija”, “tgħix l-esperjenza sabiħa ta’ min jaf li hu dejjem imsieħeb” bħalma ġralhom iddixxipli ta’ Għemmaws (156); San Oscar Romero kien jgħid: “Il-Kristjaneżmu mhuwiex ġabra ta’ veritajiet li jeħtieġ nemmnu, ta’ liġijiet li jeħtieġ nosservaw, ta’ projbizzjonijiet. Għax hekk jimbuttana flok jiġbidna. IlKristjaneżmu hu Persuna li ħabbitni tant li issa qiegħda titlob imħabbti. Il-Kristjaneżmu hu Kristu”. Għalhekk il-Papa, meta jitkellem fuq kif nikbru u nimmaturaw, jurina bl-importanza li nfittxu “żvilupp spiritwali”, li “nfittxu lill-Mulej u nħarsu l-Kelma tiegħu”, li nżommu “l-‘konnessjoni’ ma’ Ġesù… għax m’intix se tikber fil-ferħ u fil-qdusija biss bil-qawwa u l-ħsieb tiegħek” (158). Anki l-adult irid jimmatura mingħajr ma jitlef il-valuri taż-żgħożija: “F’kull mument tal-ħajja nistgħu nġeddu u nkabbru ż-żgħożija tagħna. Meta bdejt il-ministeru tiegħi bħala Papa, il-Mulej wessa’ l-ixfqa tiegħi u tani żgħożija mġedda. L-istess ħaġa tista’ tiġri lil koppja li ilha miżżewġa ħafna snin, jew lil monaku fil-monasteru tiegħu” (160). Li tikber “ifisser tgħożż u ssaħħaħ fik il-ħwejjeġ l-aktar prezzjużi li tagħtik iżżgħożija, imma fl-istess waqt ifisser inkunu miftuħa biex insaffu fina dak li mhux tajjeb” (161). “Imma nfakkrek li m’intix ħa ssir qaddis u tħoss ħajtek mimlija jekk toqgħod tikkupja lill-oħrajn”, “jeħtieġ tiskopri min int u tiżviluppa l-mod personali tiegħek kif tkun qaddis” (162). Franġisku jipproponi “mixjiet ta’ fraternità” biex nistgħu ngħixu l-fidi, u jfakkarna li “l-Ispirtu s-Santu jrid joħroġna ’l barra minna nfusna, biex inħaddnu magħna lill-oħrajn… Għalhekk dejjem aħjar ngħixu l-fidi flimkien

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019


www.jesuit.org.mt

u nesprimu mħabbitna f ’ħajja komunitarja” (164), waqt li negħlbu “t-tentazzjoni li ningħalqu fina nfusna, fil-problemi tagħna, fis-sentimenti miġruħa tagħna, fit-tgergir u fil-kumditajiet” (166). Alla “jħobb il-ferħ tażżgħażagħ u jistedinhom fuq kollox għal dik l-allegrija li tingħax fil-komunjoni tal-aħwa” (167). Il-Papa mbagħad jitkellem fuq iż-“żgħażagħ impenjati”, u jafferma li xi drabi jistgħu “jirriskjaw li jingħalqu fi gruppi żgħar… Iħossuhom qed jgħixu l-imħabba fraterna, imma forsi l-grupp tagħhom sar sempliċi estensjoni tal-jien tagħhom. Dan jiggrava jekk il-vokazzjoni tal-lajk tinftiehem biss bħala servizz fi ħdan il-Knisja…, u ninsew li l-vokazzjoni lajkali hi qabelxejn l-imħabba fil-familja u l-imħabba soċjali u politika” (168). Franġisku jipproponi “liż-żgħażagħ li jmorru lil hemm mill-gruppi ta’ ħbieb tagħhom u jibnu l-ħbiberija soċjali, ifittxu l-ġid komuni. L-ostilità soċjali teqred. U familja teqred lilha nfisha bilmibegħda. Pajjiż jeqred lilu nnifsu bil-mibegħda. Id-dinja tinqered bil-mibegħda. U l-ikbar mibegħda hi l-gwerra. Illum il-ġurnata qed naraw lid-dinja teqred lilha nfisha bil-gwerra. Għax ma jafux ipoġġu bilqiegħda u jitkellmu” (169). “L-impenn soċjali u l-kuntatt dirett mal-foqra jibqgħu okkażjoni fundamentali ta’ skoperta u approfondiment tal-fidi u ta’ dixxerniment tal-vokazzjoni” (170). Il-Papa jsemmi l-eżempju pożittiv taż-żgħażagħ tal-parroċċi, gruppi u movimenti li “għandhom id-drawwa li jmorru jagħmlu kumpanija lill-anzjani u l-morda, jew li jżuru l-postijiet fejn hemm il-foqra” (171). Waqt li “żgħażagħ oħra jipparteċipaw fi programmi soċjali bl-għan li jibnu djar lil min m’għandux saqaf fuq rasu, jew biex jgħinu reġjuni mniġġsa, jew biex jiġbru l-għajnuna għal dawk l-iktar fil-bżonn. Kemm tkun ħaġa sabiħa kieku din l-enerġija komunitarja tiġi applikata mhux biss f ’azzjonijiet sporadiċi imma b’mod stabbli!”. L-istudenti universitarji “jistgħu jingħaqdu b’mod interdixxiplinari biex japplikaw dak li jafu ħalli jgħinu jissolvew problemi soċjali, u f ’din il-ħidma jistgħu jaħdmu id f ’id ma’ żgħażagħ ta’ Knejjes oħra jew ta’ reliġjonijiet oħra” (172). Franġisku jħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jagħmlu tagħhom dan l-impenn: “Nara li ħafna żgħażagħ f ’tant partijiet taddinja ħarġu fit-toroq biex jesprimu x-xewqa tagħhom għal ċiviltà iżjed ġusta u fraterna… Huma żgħażagħ li jixtiequ jkunu protagonisti tal-bidla… Tħallux li jkunu oħrajn ilprotagonisti tal-bidla!” (174). Iż-żagħażagħ huma msejħa biex ikunu “missjunarji kuraġġjużi”, u jagħtu xhieda kullimkien tal-Vanġelu b’ħajjithom, li ma jfissirx “jitkellmu fuq il-verità, imma jgħixuha” (175). Imma l-kelma ma għandhiex tiskot: “Kunu kapaċi tmorru kontra l-kurrent u agħrfu aqsmu ma’ oħrajn lil Ġesù, għaddulhom il-fidi li hu takom” (176). Fejn jibgħatna Ġesù? “Ma hemmx konfini, ma

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019

hemmx limiti: jibgħatna għand kulħadd. Il-Vanġelu huwa għal kulħadd u mhux għal xi wħud. Mhuwiex biss għal dawk li jidhrulna l-aktar qrib tagħna, l-aktar li lesti jilqgħu l-aħbar, l-aktar li se jaċċettawna. Hu għal kulħadd” (177). U ma nistgħux nistennew li “l-missjoni ħa tkun ħafifa jew komda” (178). IS-SITT KAPITLU: “Żgħażagħ li għandhom għeruq” Franġisku jgħid li jiddispjaċih “jara li xi wħud qed jipproponu liż-żgħażagħ li jibnu futur bla għeruq, bħallikieku d-dinja bdiet issa” (179). Jekk xi ħadd “jagħmlilkom proposta u jgħidilkom tinjoraw l-istorja, ma tgħożżux l-esperjenza tal-anzjani, tistkerrhu dak kollu li għadda u tħarsu biss lejn il-futur li qed joffrilkom hu, jewwilla dan mhux mod irħis kif jiġbidkom bilproposta tiegħu biex tagħmlu biss dak li qed jgħidilkom hu? Dik il-persuna tixtieqkom battala, maqlugħa minn għeruqkom, suspettużi dwar kollox, biex tistgħu tafdaw biss fil-wegħdiet tagħha u toqogħdu għall-pjanijiet tagħha. Hekk jaħdmu l-ideoloġiji ta’ diversi lwien, li jeqirdu (jew iżarmaw) dak kollu li hu differenti u hekk jistgħu jaħkmu bla ma jsibu x’jiqfilhom” (181). Il-manipulatur jinqeda wkoll bl-adorazzjoni tażżgħożija: “Il-ġisem żagħżugħ isir is-simbolu ta’ dan il-kult ġdid, u għalhekk kulma għandu x’jaqsam ma’ dak il-ġisem hu meqjum bħala idolu u mixtieq bla waqfien, u dak li mhux żagħżugħ hu mistkerrah. Imma din hi arma li tispiċċa biex tbaxxi qabelxejn liż-żgħażagħ stess” (182). “Għeżież żgħażagħ, tħallux lil min jiddobba biż-żgħożija tagħkom b’risq ħajja superfiċjali, li tifxel il-ġmiel maddehra” (183), għax hemm ċertu ġmiel f ’dak il-ħaddiem li jerġa’ lura d-dar bil-ħmieġ tax-xogħol ma’ jdejh, fil-mara anzjana li tieħu ħsieb ta’ żewġha marid, fil-fedeltà ta’ koppji li jibqgħu jinħabbu mqar fil-ħarifa tal-ħajja. Imma llum hawn min jippromovi “spiritwalità mingħajr Alla, affettività mingħajr komunità u mingħajr impenn b’risq min qed ibati, biża’ mill-foqra li jidhru qishom suġġetti perikulużi, u serje ta’ offerti li jippretendu li jistgħu jbellgħulkom futur ġenna tal-art li dejjem hu pospost għal darb’oħra” (184): il-Papa jistieden liżżgħażagħ biex ma jħallux taħkimhom din l-ideoloġija li ġġib magħha “xejriet veri ta’ kolonizzazzjonijiet kulturali” (185) li jaqilgħu liż-żgħażagħ mill-appartenenzi kulturali u reliġjużi li minnhom ġejjin u tipprova tomoġenizzahom billi tibdilhom f ’suġġetti “fabbrikati li jistgħu jiġu mmanipulati” (186). Hi fundamentali r-“relazzjoni tiegħek mal-anzjani”, li jgħinu liż-żgħażagħ jiskopru l-għana ħaj tal-imgħoddi, u jagħmlu memorja tiegħu. “Il-Kelma ta’ Alla tissuġġerilna ma nitilfux il-kuntatt mal-anzjani, biex hekk nistgħu

9


Żgħażagħ

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard

nitgħallmu mill-esperjenza tagħhom” (188). Dan “ma jfissirx li int għandek taqbel magħhom f ’dak kollu li jgħidu, lanqas li għandek tapprova l-għemejjel kollha tagħhom”, imma “sempliċiment li tkun miftuħ biex tilqa’ dak l-għerf li jgħaddi minn ġenerazzjoni għalloħra” (190). “Lid-dinja qatt m’għamlilha ġid u anqas se jagħmlilha l-qtugħ bejn ġenerazzjoni u oħra… Din hi l-gidba li trid tbellagħhielna li dak li hu ġdid biss hu tajjeb u sabiħ” (191). Meta jitkelllem fuq “ħolm u viżjonijiet”, Franġisku josserva: “Jekk iż-żgħażagħ u l-anzjani jinfetħu għall-Ispirtu s-Santu, flimkien jistgħu jipproduċu kollaborazzjoni tal-għaġeb. L-anzjani joħolmu u ż-żgħażagħ ikollhom il-viżjonijiet” (192); jekk “iżżgħażagħ iniżżlu għeruqhom fil-ħolm tal-anzjani, jirnexxilhom jaraw il-ġejjieni” (193). Mela jeħtieġ “nirriskjaw flimkien”, nimxu flimkien, żgħażagħ u anzjani: l-għeruq “mhumiex ankri li jgħallquna” imma “punt fejn inniżżlu għeruqna biex nistgħu nikbru u nilqgħu għall-isfidi l-ġodda” (200). IS-SEBA’ KAPITLU: “Il-pastorali maż-żgħażagħ” Il-Papa jfisser kif il-pastorali maż-żgħażagħ ġarrbet l-attakk tal-bidliet soċjali u kulturali u “ż-żgħażagħ, fl-istrutturi tas-soltu, spiss mhumiex isibu tweġibiet għattħassib tagħhom, għall-ħtiġijiet tagħhom, għall-problemi u l-ġrieħi tagħhom” (202). Iż-żgħażagħ infushom “huma atturi tal-pastorali maż-żgħażagħ, imsieħba u ggwidati, imma ħielsa li jsibu toroq dejjem ġodda bi kreattività u kuraġġ”. Jeħtieġ “nużaw l-għaqal, l-intelliġenza u l-għarfien li ż-żgħażagħ stess għandhom tas-sensibbiltà, tal-lingwaġġ u tal-problemi taż-żgħażagħ l-oħra” (203). Il-pastorali maż-żgħażagħ għandha bżonn flessibbiltà, u hemm bżonn “nistiednu liż-żgħażagħ għal avvenimenti li kull tant u tant joffrulhom postijiet fejn mhux biss jirċievu formazzjoni, imma li jippermettulhom ukoll jaqsmu ħajjithom, jiffesteġġjaw, ikantaw, jisimgħu xhieda konkreti u jduqu l-laqgħa komunitarja ma’ Alla l-ħaj” (204). Il-pastorali maż-żgħażagħ ma tistax ma tkunx sinodali, jiġifieri li kapaċi ssawwar “mixja flimkien”, u timplika żewġ linji kbar ta’ azzjoni: l-ewwel hi t-tiftixa, it-tieni l-maturazzjoni. Għall-ewwel waħda, Franġisku jafda fil-ħila taż-żgħażagħ infushom li “jsibu toroq attraenti biex jistiednu”: “Irridu biss inħeġġu liż-żgħażagħ u nagħtuhom il-libertà li jaġixxu”. Iżjed importanti minn hekk, “kull żagħżugħ u żagħżugħa jrid isib il-kuraġġ li jiżra’ l-ewwel tħabbira f ’dik l-art għammiela li hi l-qalb ta’ żagħżugħ u żagħżugħa oħra” (210). Hu pprivileġġjat “il-lingwaġġ tal-qrubija, il-lingwaġġ tal-imħabba diżinteressata, relazzjonali, eżistenzjali, li jmiss il-qalb”,

10

billi nersqu qrib taż-żgħażagħ “bil-grammatika talimħabba, mhux bil-proselitiżmu” (211). F’dak li jmiss il-maturità, Franġisku jiftħilna għajnejna li ma mmorrux nipproponu liż-żgħażagħ imqanqla minn esperjenza intensa ta’ Alla “laqgħat ta’ ‘formazzjoni’ fejn jaffrontaw biss kwistjonijiet duttrinali u morali… Ir-riżultat ikun li ħafna żgħażagħ jiddejqu, jitilfu n-nar imkebbes fihom mil-laqgħa ma’ Kristu u l-ferħ tal-mixja warajh” (212). Jekk kull proġett formattiv “bla dubju jrid jinkludi formazzjoni duttrinali u morali”, daqshekk ieħor importanti “li jkun idur” mal-kerygma, jiġifieri “l-esperjenza li fuqha tinbena l-laqgħa ma’ Alla permezz ta’ Kristu li miet u rxoxta” u mal-maturazzjoni “flimħabba fraterna, fil-ħajja komunitarja, fil-qadi” (213). Għalhekk “il-pastorali maż-żgħażagħ dejjem għandha tinkludi mumenti li jgħinu għat-tiġdid u l-approfondiment tal-esperjenza personali tal-imħabba ta’ Alla u ta’ Ġesù Kristu ħaj” (214). U trid tgħin liżżgħażagħ “jgħixu bħal aħwa, jgħinu lil xulxin, biex isawru komunità, biex jaqdu lill-oħrajn, biex ikunu qrib talfoqra” (215). L-istituzzjonijiet tal-Knisja hekk isiru “ambjenti tajbin”, u jiżviluppaw “ħiliet ta’ kif wieħed jilqa’”: “Flistituzzjonijiet tagħna rridu noffru liż-żgħażagħ postijiet tajbin, li huma jistgħu jmexxu kif jixtiequ huma u fejn jistgħu jidħlu u joħorġu bla xkiel, postijiet li jilqgħuhom u fejn jistgħu jinġabru minn jeddhom u b’fiduċja biex jiltaqgħu ma’ żgħażagħ oħra kemm fil-mumenti ta’ tbatija u meta jkunu mxebbgħin, u kemm meta jixtiequ ma’ min jiċċelebraw il-ferħ tagħhom” (218). Għalhekk Franġisku jiddeskrivi “l-pastorali talistituzzjonijiet edukattivi”, u jafferma li l-iskola għandha “bżonn urġenti li tikkritika lilha nfisha”. U jfakkar li “hemm xi skejjel Kattoliċi li donnhom organizzati biss biex iżommu għaddej dak li hemm… L-iskola mibdula f ’‘bunker’ li tipproteġi mill-iżbalji ‘ta’ barra’ hi l-karikatura li tesprimi l-aħjar din it-tendenza”. Meta mbagħad iż-żgħażagħ joħorġu, jintebħu li hemm “diskrepanza kbira bejn dak li għallmuhom u d-dinja li fiha sabu ruħhom issa”. Min-naħa l-oħra, “fost l-ikbar ferħ ta’ edukatur hemm dak li jara student tiegħu jikber f ’persuna b’saħħitha, integra, protagonista u kapaċi tagħti” (221). Ma nistgħux nifirdu l-formazzjoni spiritwali mill-formazzjoni kulturali: “Din hi l-ħidma kbira tagħkom: li twieġbu għarritornelli paralizzanti tal-konsumiżmu kulturali b’għażliet dinamiċi u qawwija, bit-tiftix, l-għarfien u l-qsim” (223). Fost l-“ambjenti ta’ żvilupp pastorali”, il-Papa jindika l-“espressjonijiet artistiċi” (226), il-“prattika tal-isport” (227), u l-impenn għall-ħarsien tal-ħolqien (228). Hemm bżonn ta’ “pastorali popolari maż-żgħażagħ”, “usa’ u iktar flessibbli, li tistimola, fid-diversi postijiet fejn konkretament issib liż-żgħażagħ, dawk il-gwidi Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019


Ritratt: James-Baldwin - Unsplash.com

www.jesuit.org.mt

naturali u dawk il-kariżmi li l-Ispirtu s-Santu diġà żera’ f ’nofshom. Qabelxejn dan ifisser li ma nagħmlulhomx iżżejjed xkiel, normi, kontrolli u strutturi obbligatorji lil dawk iż-żgħażagħ ta’ fidi li huma ‘leaders’ naturali fil-postjiet fejn jgħixu u fid-diversi ambjenti. Irridu nillimitaw ruħna li nseħbuhom u nħeġġuhom” (230). Meta nippretendu “pastorali maż-żgħażagħ impersonali, pura, ikkaratterizzata minn ideat astratti, maqtugħa mid-dinja u mħarsa minn kull tebgħa, inkunu nirriduċu l-Vanġelu għal proposta bla togħma, li ma tinftehimx, imbiegħda, maqtugħa mill-kulturi taż-żgħażagħ u adattata biss għal élite ta’ żgħażagħ Insara li jħossuhom differenti, imma li fir-realtà qed jgħumu f ’iżolament bla ħajja u li lanqas jagħti frott” (232). Franġisku jistedinna nkunu “Knisja bil-bibien tagħha miftuħa”, u “lanqas mhu meħtieġ li wieħed jaċċetta għalkollox it-tagħlim kollu tal-Knisja biex jista’ jieħu sehem f ’xi wħud mill-ispazji tagħna ddedikati għaż-żgħażagħ” (234); “irid ikun hemm wisa’ wkoll għal dawk kollha li għandhom viżjonijiet oħra talħajja, jistqarru twemmin ieħor jew jiddikjaraw ruħhom barranin għax-xefaq reliġjuż” (235). L-ikona għal din il-viżjoni joffrihielna l-episodju evanġeliku tad-dixxipli ta’ Għemmaws: Ġesù jistaqsihom, jismagħhom bis-sabar, jgħinhom jagħrfu dak li għaddejjin minnu, jinterpretaw dak li għexu fid-dawl tal-Iskrittura, jaċċetta li jieqaf magħhom, jidħol fil-lejl tagħhom. Huma stess li jagħżlu li bla dewmien jerġgħu jaqbdu l-mixja tagħhom fiddirezzjoni opposta (237). “Dejjem missjunarji”. Biex iż-żgħażagħ isiru missjunarji ma hemmx bżonn jagħmlu xi “mixja twila”: “Żagħżugħ li jmur pellegrinaġġ biex jitlob l-għajnuna lill-Madonna u jistieden ħabib jew sieħeb tiegħu biex imur miegħu, b’dan il-ġest sempliċi qed iwettaq azzjoni missjunarja prezzjuża” (239). Il-pastorali maż-żgħażagħ “trid tkun dejjem pastorali missjunarja” (240). U ż-żgħażagħ jixirqilhom dejjem ir-rispett fil-libertà tagħhom, “imma għandhom bżonn ukoll li jħossuhom imsieħba” min-naħa tal-adulti, ibda mill-familja (242) u allura mill-komunità: “Dan jimplika li liż-żgħażagħ nifhmuhom, nistmawhom u nħobbuhom, u ma niġġudikawhomx il-ħin kollu jew nesiġu minnhom perfezzjoni li ma tikkorrispondix mal-età tagħhom” (243). Jinħass in-nuqqas ta’ persuni esperti u dedikati għallakkumpanjament (244) u “xi tfajliet iħossu n-nuqqas ta’ figuri ta’ riferiment femminili fi ħdan il-Knisja” (245). Iżżgħażagħ infushom “fissrulna” l-karatteristiċi li jittamaw li jsibu f ’min iseħibhom: “ikun Nisrani fidil impenjat fil-Knisja u fid-dinja; tiftixa kontinwa tal-qdusija; ma jiġġudikax, imma jieħu ħsieb; jagħti widen b’attenzjoni għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ; iwieġeb bi ħlewwa; ikun jaf lilu nnifsu; jagħraf il-limiti tiegħu; jaf bil-ferħ u n-niket tal-ħajja spiritwali. Kwalità ta’ importanza ewlenija hi li wieħed jagħraf li hu bniedem u li jista’ jiżbalja: m’aħniex Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019

11


Ritratt: Toa-Heftiba - Unsplash.com

perfetti, imma midinbin maħfura” (246). Iridu jkunu jafu “jimxu flimkien” maż-żgħażagħ u jirrispettaw il-libertà tagħhom. IT-TMIEN KAPITLU: “Il-vokazzjoni” “Dak li hu fundmentali hu li niddixxernu u niskopru li dak li jrid Ġesù minn kull żagħżugħ u żagħżugħa hu qabelxejn il-ħbiberija tiegħu” (250). Il-vokazzjoni hi sejħa għas-servizz missjunarju lejn l-oħrajn, “għax ħajjitna fuq din l-art tilħaq il-milja tagħha meta tinbidel f ’offerta” (254). “Biex inwettqu l-vokazzjoni tagħna hemm bżonn niżviluppaw, inwarrdu u nikkultivaw dak kollu li aħna. Mhux nivvintaw, jew noħolqu lilna nfusna mix-xejn, imma niskopru mill-ġdid lilna nfusna għad-dawl ta’ Alla u nħallu lil ħajjitna twarrad” (257). U “dan l-‘inkunu għalloħrajn’ fil-ħajja ta’ kull żagħżugħ normalment hu marbut ma’ żewġ kwistjonijiet fundamentali: il-formazzjoni ta’ familja ġdida u x-xogħol” (258). F’dak li għandu x’jaqsam mal-“imħabba u l-familja”, il-Papa jikteb li “ż-żgħażagħ iħossu b’ċerta qawwa s-sejħa għall-imħabba u joħolmu li jiltaqgħu mal-persuna t-tajba li magħha jistgħu jibnu familja” (259), u s-sagrament taż-żwieġ “igeżwer din l-imħabba bil-grazzja ta’ Alla, iniżżlilha għeruqha f ’Alla nnifsu” (260). Alla ħalaqna sesswati, hu stess ħalaq is-sesswalità, li hi don tiegħu, u

12

għalhekk “xejn tabù”. Hi don li l-Mulej jagħtina u “għandu żewġ għanijiet: li nħobbu lil xulxin u li nnisslu l-ħajja. Hi passjoni… L-imħabba vera hi mimlija passjoni” (261). Franġisku josserva li “ż-żieda fis-separazzjonijiet, divorzji… tista’ tikkawża fiż-żgħażagħ tbatijiet kbar u kriżijiet ta’ identità. Xi drabi jkollhom jitgħabbew b’responsabbiltajiet li mhumiex proporzjonati għall-età tagħhom” (262). Minkejja d-diffikultajiet kollha, “nixtieq ngħidilkom… li l-familja hi ta’ min jirriskja għaliha u fiha ssibu l-aqwa tħeġġiġ biex timmaturaw u l-isbaħ ferħ x’taqsmu ma’ xulxin. Tħallux lil min jisirqilkom ilpossibbiltà li tħobbu bis-serjetà” (263). “Li temmen li xejn ma jista’ jkun għal dejjem hu ingann u gidba… nitlobkom tkunu rivoluzzjonarji, nitlobkom tmorru kontra l-kurrent” (264). Fejn jidħol ix-xogħol, il-Papa jikteb: “Nistieden liżżgħażagħ biex ma jippretendux li jistgħu jgħixu bla ma jaħdmu, dejjem jiddependu mill-għajnuna tal-oħrajn. Dan mhuwiex sew, għax ix-xogħol hu ħtieġa, hu parti mis-sens tal-ħajja fuq din l-art, triq ta’ maturazzjoni, ta’ żvilupp uman u ta’ mixja biex nilħqu l-milja personali ta’ ħajjitna. F’dan is-sens, li ngħinu bil-flus lill-foqra għandu jkun dejjem rimedju proviżjorju kif nilqgħu għal ċerti emerġenzi” (269). U wara li jinnota kif fiddinja tax-xogħol iż-żgħażagħ qed iħabbtu wiċċhom ma’ xejriet ta’ esklużjoni u ta’ emarġinazzjoni (270), jafferma hekk dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ: “Hi kwistjoni… li Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019


Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019

l-politika għandha tqisha bħala problema prijoritarja, b’mod partikulari llum li l-ħeffa tal-iżviluppi teknoloġiċi, flimkien mal-ossessjoni biex tonqos in-nefqa tax-xogħol, jistgħu jwasslu malajr biex ċerti postijiet tax-xogħol jeħdulhom posthom il-magni” (271). U liż-żgħażagħ jgħidilhom: “Huwa minnu li ma tistax tgħix bla ma taħdem u li xi drabi jkollok taċċetta dak li ssib, imma qatt terġa’ lura mill-ħolm tiegħek, tidfen qatt għalkollox vokazzjoni, qatt tgħodd ruħek b’mirbuħ” (272). Franġisku jagħlaq dan il-kapitlu billi jitkellem fuq il-“vokazzjonijiet għal konsagrazzjoni speċjali”. “Fiddixxerniment ta’ vokazzjoni ma rridux naqtgħu barra l-possibbiltà ta’ konsagrazzjoni lill-Mulej… Għaliex taqtagħha barra? Ibqa’ żgur li, jekk tagħraf sejħa ta’ Alla u timxi warajha, din tkun il-ħaġa li timla lil ħajtek tassew” (276). ID-DISA’ KAPITLU: “Id-dixxerniment” Il-Papa jfakkarna li “mingħajr l-għerf tad-dixxerniment nistgħu faċilment ninbidlu f ’pupazzi qisna merċa mitluqa għat-tendenzi tal-mument” (279). “Espressjoni tad-dixxerniment hu l-impenn biex nagħrfu l-vokazzjoni tagħna. Hi ħidma li titlob spazji ta’ solitudni u ta’ skiet, għax din hi deċiżjoni personali ħafna li ħadd ma jista’ jeħodha hu flokna” (283). “Id-don tal-vokazzjoni hu bla dubju don esiġenti. Id-doni ta’ Alla huma interattivi u biex ingawduhom hemm bżonn nirriskjaw ħafna” (289). Minn min jgħin liż-żgħażagħ fid-dixxerniment huma mitluba tliet sensibbiltajiet. L-ewwel waħda hi l-attenzjoni għall-persuna: “Irridu nisimgħu lill-ieħor li qed jagħtina lilu nnifsu fi kliemu” (292). It-tieni hi li wieħed jgħarbel lilu nnifsu, jiġifieri “taqra l-mument it-tajjeb fejn tista’ tagħraf il-grazzja mit-tentazzjoni” (293). It-tielet hi li “nagħtu widen għat-tqanqil li l-ieħor iħoss ‘quddiemu’. Hu s-smigħ profond ta’ ‘fejn irid imur tassew l-ieħor’” (294). Meta wieħed jisma’ lill-ieħor b’dan il-mod, “f ’ċertu punt irid iwarrab min-nofs biex iħallih jimxi fit-triq li jkun skopra. Jgħib kif għeb il-Mulej minn quddiem id-dixxipli tiegħu” (296). Jeħtieġ “inqanqlu u nsieħbu l-proċessi, mhux nimponu l-mixjiet. U dawn huma proċessi ta’ persuni li huma dejjem uniċi u ħielsa. Għalhekk hu diffiċli li nsibu riċetti lesti” (297). L-Eżortazzjoni tagħlaq b’“xewqa” tal-Papa Franġisku: “Għeżież żgħażagħ, kemm nieħu gost narakom tiġru b’ħeffa ikbar minn min jeħodha bil-mod u hu beżżiegħi. Iġru, miġbuda minn dak il-Wiċċ hekk maħbub, li aħna nqimu fl-Ewkaristija mqaddsa u nagħrfu filġisem ta’ ħuna li jbati… Il-Knisja għandha bżonn talqabża tagħkom, tal-intuwizzjonijiet tagħkom, tal-fidi tagħkom… U meta taslu hemm fejn aħna għadna ma lħaqniex, ħa jkollkom is-sabar li tistennewna” (299). Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019

JEKK MA TIMLIEX IL-FORMOLA T’HAWN TAĦT, MA NKUNUX NISTGĦU NIBQGĦU NIBGĦATULEK DIN IR-RIVISTA Għażiż Qarrej/ja ta’ Lil Ħbiebna, Minħabba r-regolamenti Ġenerali ġodda dwar il-protezzjoni tad-Data (GDPR), aħna neħtieġu l-permess miktub tiegħek biex nibqgħu inżommu l-indirizz tiegħek ħalli nkunu nistgħu nibqgħu nibgħatulek ir-rivista Lil Ħbiebna darba kull tlett xhur bħalma għamilna tul dawn l-aħħar snin. Jekk tixtieq tibqa’ tirċievi din ir-rivista, inti mitlub/a tiffirma dan il-kunsens ta’ hawn taħt u tibgħatulna fl-indirizz: Editur ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR2067 sal-15 ta’ Settembru 2019, jew imla l-formula onlajn billi tmur fuq https://www.cognitoforms. com/LilHbiebna/Subscribe Bit-tama li nisimgħu mingħandkom, nixtiqulkom barka u ġid. Fr John Scicluna SJ Editur Lil Ħbiebna Aqta’ minn hawn u ibgħatha fl-indirizz hawn fuq miktub.

Jien ___________________________ hawn taħt (isem u kunjom) iffirmat/a, li noqgħod _____________________ _______________________________________ _______________________________________ nagħti l-kunsens tiegħi biex l-Editur ta’ Lil Ħbiebna jibqa’ jżomm l-indirizz tiegħi sabiex nibqa’ nirċievi din ir-rivista sakemm tibqa’ ppubblikata. _____________________________ Firma u data

13


Spiritwalità

Miktub minn Maria Theresa Portelli

Spiritwalità Injazjana Fuq il-Passi ta’ Injazju ... Minn Loyola għal Manresa (2) Fl-aħħar ħarġa qsamt magħkom l-esperjenza tal-pellegrinaġġ li għamilt is-sena l-oħra fi Spanja fil-postijiet ta’ Sant’Injazju u sħabu. Illum ser inkompli ngħidilkom l-istorja.

Nofs il-pellegrinaġġ (li rrakkontajtilkom fl-ewwel artiklu) kien għadda u issa komplejna l-vjaġġ li kien se jwassalna f ’Katalunja. L-ewwel art inżilna Verdú, raħal ċkejken li iżda għandu sinifikat għall-Kumpanija ta’ Ġesù. Hawnhekk kien twieled u trabba San Pietru Claver, li kien missjunarju Ġiżwita fl-Amerika Latina – kien magħruf l-aktar bħala “l-ilsier tal-ilsiera”. San Pietru Claver kien xhud ta’ kif dak iż-żmien kienu jiġu ttrattati l-ilsiera. Kien jinżel il-port meta kien jasal xi bastiment, jilqagħhom b’qalb kbira u bi tbissima fuq wiċċu, filwaqt li jagħtihom ħwejjeġ, ikel u xorb. San Pietru Claver kien jgħix b’mod ħaj is-silta tal-Evanġelju: “Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missieru tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien.” (Mt. 28: 19-20). Inwettaq il-missjoni tiegħu Waqt li kont qed nitlob għal ftit minuti fil-Kappella tal-post fejn twieled San Pietru Claver, jien ukoll bdejt nisma’ lil Mulej jgħidli li qed ikompli jibgħatni biex inwettaq il-missjoni tiegħu filwaqt li jistedinni biex inkompli nakkumpanjah f ’din il-missjoni. Ħassejt qalbi ħafna aktar miftuħa biex inwieġeb għal dawn is-sejħat tiegħu u biex din il-missjoni nwettaqha f ’kull mument u ċirkostanza tal-ħajja tiegħi. Lili wkoll, Ġesù beda jassigurani li hu dejjem miegħi, f ’kull mument kemm ta’ ferħ u anki ta’ niket. Kien ta’ konsolazzjoni kbira għalija li nisma’ lil Ġesù jgħidli li anki meta nħossni waħdi, hu qed jakkumpanjani. Imbagħad komplejna triqna fil-vjaġġ ta’ Injazju... Eżatt wara li rkupra mill-inċident li kellu fil-battalja ta’ Pamplona, Sant’Injazju erħielha għal pellegrinaġġ lejn il-monasteru Benedittin ta’ Montserrat. Hemmhekk għamel velja ta’ lejl sħiħ quddiem il-Madonna s-Sewda ta’ Montserrat u offra x-xabla tiegħu lilha filwaqt li għamel qrara ġenerali li dam iħejji għaliha tliet ijiem. Il-ħolm li kellu biex jibni karriera militari ntemm f ’Montserrat – il-post ukoll li kien il-bidu ta’ għotja kompleta lil Alla biex jaqdiH taħt il-patroċinju ta’ Marija. Fl-esperjenza li kellu f ’Montserrat, Sant’Injazju għaraf ukoll li ħajtu kollha kemm hi hija pellegrinaġġ – vjaġġ qaddis għal destinazzjoni qaddisa. Il-grazzja ta’ Alla F’Montserrat bdejt nagħraf li l-weġgħat emozzjonali

14 12

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019


www.jesuit.org.mt

tiegħi qegħdin hemm biex ifiequ bil-grazzja ta’ Alla u billi jien ninfetaħ għaliH. Ħassejtni nsir parti mill-muntanji majjestużi li hemm u li jdawwru l-lokal kollu. Quddiem il-Madonna s-Sewda ta’ Montserrat, bħal Injazju ridt li noffrilha dak kollu li kont qed inġorr internament miegħi tul il-pellegrinaġġ. Tlabtha biex twassalni aktar qrib ta’ Ġesù u biex il-Mulej jagħtini l-grazzja tallibertà interjuri biex inkun nista’ nkompli nwettaq dak li jrid minni. It-tappa li jmiss kienet f ’Manresa, fejn għalija l-pellegrinaġġ u l-esperjenza spiritwali tiegħu laħqu l-qofol tagħhom. Il-perjodu li Injazju għadda f ’Manresa, kważi sena, kien żmien ta’ talb u penitenza għalih. Hemmhekk kellu esperjenzi spiritwali ta’ konsolazzjoni u deżolazzjoni u minn dawn l-esperjenzi li għadda beda jsejjes l-Eżerċizzi Spiritwali fl-għar fejn kien iqatta’ sigħat sħaħ u ljieli fit-talb. Kif wasalt fid-Dar tal-Irtiri ta’ Manresa u dħalt f ’dan l-għar stajt nesperjenza dak li hemm miktub fl-art bil-mużajk – “Locus in quo stas, terra sancta est” – il-post fejn inti wieqaf huwa art qaddis! Immaġinajt lil Injazju 500 sena ilu, hemmhekk f ’dak l-għar, jitlob, jiġi mġarrab minn spirti differenti u għaddej mill-prova tar-ruħ – esperjenzi li bnewh spiritwalment u li wara seta’ jgħin li ħaddieħor bihom. Gratitudni kbira Mal-wasla tagħna hemmhekk iċċelebrajna l-Quddiesa fl-għar stess. Matulha ħassejtni grata ħafna fuq kollox lejn Alla imma wkoll lejn Sant’Injazju tal-esperjenza tal-Eżerċizzi Spiritwali meta jien kont għamilthom snin ilu. Kien hemm mumenti li ma bdejtx nemmen li qiegħda fl-istess għar fejn kien Injazju! Is-silenzju tal-għar kien profond ħafna u ħassejtni mimlija bih – silenzju li fih il-Mulej tant jitkellem! L-għada filgħodu waqt li bqajna f ’Manresa u dorna xi postijiet oħra hemmhekk stess marbuta ma’ Sant’Injazju, kelli ċ-ċans li nqum ftit aktar kmieni u ninżel bil-mixi sa fejn ix-xmara Cardoner. Hawnhekk Injazju kellu esperjenza li kienet immarkatlu l-bqija ta’ ħajtu. Din l-esperjenza jirrakkontaha hekk fl-Awtobiografija tiegħu (#30): “Waqt li kien miexi ... intefa’ ftit bilqiegħda jħares lejn ix-xmara li, dik in-naħa, kienet fonda. Waqt li kien bilqiegħda, bdew jinfetħulu l-għajnejn ta’ fehemtu. Dan mhux għax ra xi dehra; iżda beda jifhem u jagħraf ħafna ħwejjeġ, kemm spiritwali kif ukoll ta’ fidi u ta’ studju. Intefa’ dawl hekk kbir fuq dan kollu li Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019

kollox deherlu ġdid”... Jien u miexja max-xmara, iż-żiffa friska li kien hemm u l-ħoss tal-ilma għaddej mal-kurrent tax-xmara, ġegħluni nimmaġina lil Injazju f ’dik l-esperjenza li kellu hemmhekk. Għalija, waħdi hemmhekk jien u x-xmara, kienet esperjenza ta’ intimità mal-Mulej kif ukoll ma’ Injazju. Tlabt, blinterċessjoni ta’ Injazju u l-Madonna, biex il-Mulej ikompli jagħtini għarfien aħjar tat-triq tal-ħajja tiegħi u tar-rieda tiegħu. Bħalma ġara ma’ Injazju, tlabt biex il-Mulej ikompli jagħtini d-dawl tiegħu. Kieku stajt ma tlaqtx minn Manresa! Imma kellna nkomplu l-vjaġġ għal Barċellona u mbagħad lura Malta... ll-pellegrinaġġ ikompli... fil-ħajja ta’ kuljum

Ix-xmara Cardoner, f’Manresa, Spanja (Ritratt millarkivji tal-kurja tal-Ġiżwiti, Ruma)

Il-monasterju ta’ Montserrat, fi Spanja

Meta nħares lura lejn dan il-pellegrinaġġ, nara li fl-esperjenza li kelli, għaraft li l-iktar ħaġa importanti hija l-fiduċja tiegħi f ’Alla u li nagħti l-kontroll ta’ ħajti lilu. Hekk kif il-weġgħat tiegħi kienu esposti aktar quddiem Alla, stajt nesperjenza aktar l-imħabba u l-maħfra tiegħu. Esperjenzajt kif il-weġgħat tiegħi fetħuni aktar għal Alla. Il-pellegrinaġġ Injazjan kien għalija verament mezz ta’ fejqan għal aktar libertà. Dan il-fejqan għadu miegħi u ħa jibqa’ miegħi... għalkemm xi kultant naqta’ qalbi f ’xi esperjenzi tal-ħajja, il-fiduċja f ’Alla naf li se tgħinni biex iżżommni għaddejja. Lura d-dar, ħadt miegħi d-doni u l-grazzji kollha li rċivejt mingħand Alla tul dan il-pellegrinaġġ. Ilpellegrinaġġ qed ikompli fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum fuq il-passi ta’ Injazju u fuq kollox ta’ Alla. M’għandix dubju li xi darba għad nerġa’ nirritorna lura lejn Spanja u nagħmel l-istess vjaġġ, li minkejja li jkun l-istess, madanakollu l-esperjenza interjuri u spiritwali tiegħu tkun differenti!

15


’l Hawn u ’l He Jinqatel Ġiżwita fis-Sudan

Ritratt: sjcuria.global

Is-Superjur Ġenerali fl-Afrika Matul il-Ġimgħa Mqaddsa, Fr Arturo Sosa, is-Superjur Ġenerali tagħna, għamel l-ewwel żjara tiegħu fil-Provinċja tal- Afrika talPunent li tħaddan tmien pajjiżi. Ha sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru f ’żewġ parroċċi tal-Ġiżwiti. Meta s-Superjur Ġenerali jżur xi Provinċja hu jkun jixtieq jagħmel esperjenza tal-ħajja, ilkomunità, it-talb u l-appostolat u jħares lejn id-dinja bl-għajnejn tal-Ġiżwiti li jkun qed iżur. F’Ħamis ix-Xirka Fr Sosa ħasel saqajn xi nies fil-parroċċa f ’N’Djamena, iċ-Ċhad. Fil-Ġimgħa l-Kbira wasal Douala, fil-Cameroon. Hemmhekk f ’Sibt il-Glorja talab mal-parruċċani u għammed xi persuni. Iċċerimonja kienet mimlija b’kant tradizzjonali. F’Ħadd il-Għid Fr Sosa mexxa l-Quddiesa. Fl-omelija rringjazzja lill-kollaboraturi u l-membri tal-Komunità ta’ Ħajja Nisranija.

Ftit ilu, fis-sagħtejn ta’ filgħodu, xi nies daħlu fir-residenza tal-Ġizwiti f ’Cueibet, fis-Sudan t’Isfel u qatlu lill- Ġiżwita Kenjan Fr Victor-Luke Odhiambo ta’ 62 sena. It-tliet membri l-oħra tal-komunità kienu diġà raqdu. Għadu mhux ċar għaliex inqatel Qabel mar fis-Sudan, Fr Victor-Luke, ħadem fil-Kenja fejn kien il-Prinċipal ta’ kulleġġ fejn jitħarrġu l-għalliema kif ukoll direttur ta’ Ċentru għas-subien f ’Nairobi. Wara kien ukoll il-Principal ta’ Loyola High School f ’Dar Es Salaam, it-Tanzania. Father Victor-Luke kien l-ewwel Ġiżwita li miet fis-Sudan ta’ isfel meta kien qed jagħti servizz lin-nies tiegħu. Fl-Afrika tal-Lvant kollha kien magħruf bħala għalliem ta’ eluf ta’ studenti. Kien bniedem kuraġġuż ħafna , intelliġenti, kreattiv u fuq kollox jemmen fil-valur tal-edukazzjoni.

Olimpijadi tal-Matematika L-istudenti tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara, rebħu l-Għaxar Malta Mathematics Olympiad (team competition) meta għelbu 31 Kulleġġ u skola oħra minn Malta u Għawdex li ħadu sehem filkompetizzjoni ta’ din is-sena. Hawn Malta dan l-Olimpjadi hu organizzat kull sentejn mid-Dipartiment tal-Kurrikulu, id-Direttorat għall-Kwalità u Standard fledukazzjoni. Saret l-ewwel darba fl-2000 u l-Kulleġġ ta’ San Alwiġi rebaħ ħames darbiet. Il-konkors għandu l-għan li jiddentifika studenti tal-Matematika u jagħtihom l-opportunità li jaħdmu flimkien bħala tim fi spirtu xieraq ta’ kompetizzjoni, taħt il-gwida tal-għalliema biex flimkien jiskopru u jifirħu bis-soluzzjoni ta’ problemi tal-Matematika.

16

Lil Ħbiebna - It-Tiemi Ħarġa 2019


emm mal-Ġiżwiti

Ritratt: sjcuria.global

Il-Midja u ż-żgħażagħ fil-Polonja

Għal bosta snin il-Ġiżwiti fil-Polonja ilhom mpenjati ħafna fl-oqsma tal-midja. Il-pubblikazzjoni ta’ kotba u rivisti kienet attività importanti. Imma issa l-Ġiżwiti qed jiffukaw iżjed fuq il-midja digitali. Waqt żjara fil-Polonja, is-Superjur Ġenerali, Fr Arturo Sosa, żar l-uffiċċji u f ’xandira fuq it-televiżjoni qal li “il-midja qatt m’għandha tkun siekta, imma jeħtieġ ixxandar il-vertità li ġġib ħelsien u mhux tistigmatiżża. M’għandniex naħbu l-iskandli, imma nuru l-krizijiet u l-abbuzi. B’dan il-mod nistiednu għall-konverżjoni, bidla u riforma. Il-midja għandha tgħin lill-Knisja u s-soċjetà kollha biex twassal għarrikonċiljazzjoni.” Imbagħad Fr Sosa mar Gdańsk biex jiċċelebra l-Quddiesa ma’ eluf ta’ żgħażagħ fiċ-Chaplaincy u b’hekk ried jagħmel emfasi fuq il-preferenza tal-Ġiżwiti li nakkumpanjaw iż-żgħażagħ. Dakinhar il-Vangelu tal-Quddiesa kien dwar irRagħaj it-Tajjeb. Fr Sosa appella liż-żgħażagħ biex joħorġu miż-żona ta’ komfort u sigurtà u jwieġbu għassejha ta’ Alla u jmorru f ’mergħat ta’ ħelsien għax meta nkunu ħelsien nkunu nistgħu nħobbu”. Fr Sosa tkellem ukoll dwar l-importanza talpartiċipazzoni fil-komunita ta’ dawk li jemmnu. Talab biex ma noħolqux divizjonijiet li jwasslu għal “aħna” u “huma”.

Konvenzjoni Internazzjonali taż-żgħażagħ f’Malta Għat-tielet darba, il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’kara, ospita s-36 Konvenzjoni Annwali għall-istudenti mill-Kulleġġi tal-Ġiżwiti fl-Ewropa kollha. Minbarra

Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2019

l-istudenti Maltin ħadu sehem 50 student mill-Ungerija, ilLitwanja, Spanja, l-Albanija, il-Kosovo, l-Italja, il-Polonja u l-Irlanda. It-tema tal-laqgħa kienet “Il-Ġiżwiti u l-appostolat tagħhom maż-żgħażagħ.” Kull delegazzjoni għamlet preżentazzjonijiet dwar l-istorja rikka tal-akkompanjament u l-formazzjoni li l-Ġiżwiti joffru fil-Kulleġġi tagħhom permezz ta’ diversi proġetti u programmi nnovattivi għaż-żgħażagħ. Permezz ta’ dawn il-programmi, l-istudenti jingħataw l-opportunità li jiskopru aktar dwar infushom f ’kuntest dinamiku ta’ servizz volontarju, irtiri spiritwali u attivitajiet soċjali. B’hekk il-partiċipanti tgħallmu dwar il-ħajjiet taż-żgħażagħ f ’pajjiżi oħra. Il-laqgħa kienet ċelebrazzjoni u għamlet kuraġġ lillistudenti biex isiru aktar attivi fl-iskejjel, l-universitajiet, il-Parroċċi, iċ-ċentri spiritwali u l- organizazzjonijiet volontarji, li jaħdmu b’mod kollaborattiv ma’ oħrajn biex iġibu bidla fil-ħajja tal-foqra u l-immarġinaliżżati. L-istudenti barranin kienu ospitati minn familji talistudenti tas-Sixth Form tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u żaru xi bliet f ’Malta.

15 17


’l Hawn u ’l He Martri ta’ żmienna

Fi triqtu mill-Libanu lejn is-Sirja, Fr Arturo Sosa, is-Superjur Ġenerali, waqaf ħalli jmur jitlob fuq il-qabar tal-predeċessur tiegħu, Fr Peter-Hans Kolvenbach. Seba’ snin ilu, fis-7 ta’ April, 2012, Fr. Frans van der Lugt, li kien magħruf bħala Abouna Frans, inqatel fil-ġnien talkomunità, fir-raħal ta’ Homs, fis-Sirja, fejn kien jgħix. Fr Frans twieled l-Olanda u mar missjunarju fil-Libanu. Hu beda jaħdem f ’Homs itejjeb il-ħajja tan-nies, speċjalment ta’ dawn b’xi diżabilità. Stinka ħafna biex ikun hemm armonija bejn l-Insara u l-Musulmani. Meta bdiet il-gwerra fil-pajjiz, ir-ribelli ordnawlu jitlaq iżda hu ma riedx jabbanduna n- nies. Din id-deċiżjoni swietlu ħajtu. Din is-sena, fis-6 ta’ April, eluf ta’nies, għall-ewwel darba, inġabru f ’Homs biex jiċċelebraw il-ħajja ta’ Abouna Frans. Is-Superjur Ġenerali, Fr Arturo Sosa qaddes il-Quddiesa. Imbagħad l-għada fil-knisja tal-Kulleġġ San Ġużepp, f ’Beirut, Fr Arturo Sosa mexxa Quddiesa oħra b’radd il-ħajr tal-ħajja ta’ martri ta’ żmienna.

Laqgħa tal-JESWEBCOM f’Madrid Bejn l-14 u s-17 ta’ Mejju, 38 rappreżentant talkomunikazzjoni ta’ diversi provinċji tal-Ġiżwiti fl-Ewropa kif ukoll delegati mill-Awstralja, millAmerika Latina u mill-Afrika, iltaqgħu f ’Madrid. Fost it-temi proposti għall-istudju fil-fond, kien hemm riflessjoni dwar il-Preferenzi Appostoliċi Universali ġodda tal-Ġiżwiti , kif ukoll dwar ilkomunikazzjoni f ’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u linji gwida għall-provinċji ‘Being Jesuit Online’. Il-parteċipanti aġġornaw lil xulxin dwar ix-xogħol li qed iseħħ fir-realtajiet varji, inħoloq network biex jaqsmu r-riżorsi u idejat kif jistgħu jkunu sors ta’ tama. Fl-2020, il-laqgħa se ssir fi Vjenna, l-Awstrija.

18

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019


emm mal-Ġiżwiti Gublewijiet 2019 ANNNIVERSARJU TAS-SAĊERDOZJU Fr Louis Casha twieled ilMarsa u kien ordnat saċerdot fil-Kanada fil-21 ta’ Ġunju 1959. Lura Malta għal sena kien fil-komunità tagħna fl-Isla u wara għadda għaxar snin fin-Naxxar bħala Assistent tad-Direttur tan-Novizzi. Fl-1971 beda jgħallem filKulleġġ ta’ San Alwiġi, B’kara, u jieħu ħsieb il-Libreriji. Wara 28 sena mar Loyola House, in-Naxxar, imma fil-ġranet tal-iskola kien imur il-Kulleġġ, jieħu ħsieb il-Librerija tas-Sixth Form. Għamel xogħol pastorali f ’San Ġiljan, f ’B’kara, fil-Għargħur u fin-Naxxar. Fr Charles Delia twieled f ’ĦażŻebbuġ u kien ordnat saċerdot fl-14 ta’ Settembru, 1969. Kiseb l-M.A. minn Oxford, il-Liċenzjat tal-Filosofija u tatTeoloġija u wara id-Dottorat fil-Filosofija. Għallem il-Filosofija f ’Tal-Virtù, ir-Rabat, fl-Università ta’ Malta, f ’Napli, fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, u fl-Università Gregorjana, f ’Ruma. Għallem ukoll il-Klassiċi flUniversità ta’ Malta. Għal xi snin ħadem ukoll fi Franza u l-Ġermanja. Kien jagħti l-Eżerċizzi Spiritwali f ’Malta u barra u l-priedki tar-Randan fil-parroċċi. Fr Michael Zammit Mangion huwa minn tas-Sliema. Waqt in-novizzjat talab biex imur missjunarju fil-Libanu. Studja l-filosofija u t-teoloġija f ’Pariġi u kien ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju, 1974. Beda jgħallem fil-Kulleġġ tagħna f ’Beirut, fejn kien ukoll ilPrefett tal-Istudji. Għal bosta snin kien l-Ekonomu tal-Provinċja tal-Lvant Qarib. Kien Rettur tal-Kulleġġ u Superjur fi Djar oħra. Kien ukoll id-Direttur Reġjonali tal-JRS Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019

ANNIVERSARJU FIL-KUMPANIJA TA’ ĠESÙ Fr John M. Scerri twieled il-Ħamrun u daħal Ġiżwita fit-23 ta’ Settembru, 1949. Wara li spiċċa l-formazzjoni kien Viċi Superjur inNaxxar u bejn l-1967 u 1974 kien jgħallem u Direttur Spiritwali f ’żewġ skejjel tal-Istat. Imbagħad għal 15-il sena għamel xogħol pastorali fl-Awstralja. Lura Malta kien Superjur fl-Isla u għal 3 snin kien Kappillan f ’Wales. F’Malta kien Superjur in-Naxxar. Għamel xogħol pastorali filBelt Valletta u diversi parroċċi. Issa qiegħed irtirat f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Fr Oliver Borg Olivier huwa minn B’Kara u fl-10 ta’ Ottubru, 1959 daħal fin-Novizzjat. Mar missjunarju filProvinċja tal-Lvant Qarib. L-ordinazzjoni tiegħu kienet fit-2 ta’ Lulju, 1972. Għallem itteoloġija fil-Kajr u Beirut. Kien Direttur Spiritwali fis-seminarju fil-Kajr u f ’Beirut. Fil-Libanu ħadem ma’ diversi għaqdiet u ma’ knejjes orjentali. Kien Assistent Ekkleżjastiku tal-Komunità ta’ Ħajja Nisranija fl-Eġittu u filLinanu. Għal ftit żmien ħadem ukoll fit-Turkija. Fr Bernard Mallia twieled Santa Venera u beda n-novizzjat fl-10 ta’ Ottubru, 1959. Fl-1974 mar missjunarju fl-Afrika. FitTanzania għallem fis-seminarju u kien kappillan. Fl-1896 beda

19


Ġublewijiet

www.jesuit.org.mt

jgħallem fis-Seminarju f ’Juba, is-Sudan. Imbagħad għamel l-istess fis-Seminarju f ’Khartoum. Meta spiċċa jgħallem ħadem fil-parroċċa ta’ Rumbek fis-Sudan. Għal xi żmien għallem fil-Kulleġġ u mill-2019 qiegħed it-Tanzania fin-Novizzjat fejn jgħallem u qiegħed Direttur Spiritwali. Fr Edward Mercieca minn Ħat-Tarxien daħal Ġiżwita fl-10 ta’ Ottubru, 1959. Mar missjunarju fiċ-Ċilí fl-1963. Wara l-ordinazzjoni għallem il-Psikoloġija fl-Università Cattolica. Fl-1976 inħatar Rettur tal-Kulleġġ u wara Superjur taċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana. Kien kappillan ta’ Parroċċa u Superjur. Kien inkarigat mill-formazzjoni tal-kollaboraturi fl-Amerika Latina. Fl-2004 sar Direttur fil-Kurja Ġeneralizia tal-Promozzjoni tal-Ispiritwalità Injazjana. Issa qiegħed irtirat f ’Dar Loyola. Fr Anthony Micallef twieled Ħaż-Żebbuġ u fl-10 ta’ Ottubru, 1959 ingħaqad mal-Ġiżwiti. Fl-1965 mar missjunarju l-Indja. Meta kien Viċi f ’parroċċa beda jieħu nteress fil-medja soċjali bħala strument għallevanġeliżżazzjoni. Wara waqqaf iċ-ċentru Sademarsal tad-Djoċesi tal-media. Ġie lura Malta fl-1995 u sar membru tal-komunità f ’Dar Sarria, il-Furjana. Jieħu ħsieb l-Għaqda benefatturi u jqassam Lil Ħbiebna u RM2000. Jagħmel xogħol pastorali f ’Ħaż-Żebbuġ. Fr Patrick Rice twieled flImtarfa u fis-7 ta’ Diċembru, 1959 beda n-novizzjat. Wara li spiċċa l-formazzjoni ġie Malta u kien fil-komunità l-Isla waqt li beda jgħallem il-matematika u Integrated Science u l-Computer Science fil-Kulleġġ ta’ San Alwigi, B’kara. Meta spiċċa jgħallem għamel sentejn bħala Religious Counsellor fl-Isla. Għamel xogħol pastorali fl-Amerika u l-Kanada. Ilu mill-2012 kappillan fl-Iskożja. Fr Godwin Preca twieled B’Kara. Daħal Ġiżwita fit-2 ta’ Ottubru, 1969. Beda jgħallem fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’kara fejn kien il-Ko-

20

ordinatur tal-attivitajiet pastorali u anke Counsellor talistudenti. Għal diversi snin kien l-Assistent Ekkleżjastiku Nazzjonali talKomunità ta’ Ħajja Nisranija. Kien ukoll Direttur taċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana. Qeda bħala Superjur fl-Imsida u l-Mosta. Jagħti ħafna rtiri f ’Malta u f ’diversi pajjiżi. Jagħmel xogħol pastorali fil-Primarja tal-Kulleġġ u maż-żgħażagħ fin-Naxxar. ANNIVERSARJU TAL-AĦĦAR VOTI Fr Robert Wirth huwa mill-Belt Valletta. Fl-1954 mar missjunarju l-Indja u kien ordnat saċerdot fl-24 ta’ Marzu 1963. L-Aħħar Voti għamilhom fil-15 ta’ Awwissu, 1969. Kien Viċi fil-parroċċi, Viċi Prinċipal fil-Kulleġġ , Sahibganj, u Direttur Spiritwali f ’Kulleġġ f ’Bangalore. Mill-1971 sal1991 kien il-Promotur Nazzjonali tal-Leaders’ Training Service. Kien iżur ħafna Kulleġġi, u ppubblika diversi kotba. F’Malta kien Chaplain fl-Università, Superjur fil-komunitajiet. Qiegħed f ’Dar Loyola u jagħmel xogħol pastorali. Fr Joseph Zerafa twieled il-Mosta. Fl1954 mar missjunarju fl-Indja. Kien ordnat saċerdot fl-Indja fid-19 ta’ Marzu, 1964. Għamel l-Aħħar Voti fil-15 ta’ Awwissu, 1969. Waqqaf l-istazzjon missjunarju ta’ Asanbani (illum parroċċa) u kellu għal qalbu ħafna l-edukazzjoni tat-tfal. Kien jgħin u jfejjaq in-nies permezz ta’ mediċini naturali. Fl-Indja waqqaf l-Sponsors League u bil-fondi mingħand il-benefatturi Maltin għen ħafna tfal jistudjaw u jkomplu fl-Università. Issa jinsab irtirat f ’Dar Loyola, in-Naxxar.

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019


Għalkemm kien xi ftit misthi u diffidenti, kien reliġjuż u saċerdot eżemplari kif ukoll dejjem għamel li talbuh isSuperjuri. Wettaq dmirijietu b’dedikazzjoni u sens qawwi ta’ qadi. Emidio kellu personalità pjaċevoli, b’sens umoristiku. Ġħex il-ħajja komunitarja u kien iħobb u jnissel il-ferħ fost sħabu. Dejjem wera rispett lejn sħabu u l-opinjoni tagħhom. Il-ferħ tiegħu kien li jaħdem mat-tfal u ż-żgħażagħ. Fost ir-responsabilitajiet li ngħata kien Assistent Surmast filKulleġġ ta’ St Xavier’s f ’Sahibganj, Surmast f ’żewġ kulleġġi, Direttur tal-kandidati, u għal 12-il sena, kien ir-Rettur tal-kulleġġ f ’Sahibganj u wara fin-Novizzjat. Kien apprezzat ħafna bħala għalliem tal-lingwa Ingliża fl-iskejjel, fil-Juniorate, fid-Dar tal-kandidati u fin-Novizzjat. Hu serva wkoll bħala Teżorier f ’diversi komunitajiet Ġiżwiti u f ’istituzzjonijiet. Iġorr is-salib

Fr Emidio Saliba, SJ 1942-2019 Matul it-tieni Gwerra Dinjija, fit-2 ta’ Lulju 1942, fil-Ħamrun, twieled it-tifel Emidio. Studja filKulleġġ ta’ San Alwiġi, B’kara, u fl-10 ta’ Ottubru 1958 daħal novizz mal-Ġiżwiti. Wara n-Novizzjat u l-istudji klassiċi, Emidio talab li jmur jaħdem filMissjoni tagħna fl-Indja. Wasal l-Indja fl-1962, u studja l-Ħindi u wara s-Santali u l-Bengali wkoll. Studja l-filosofija f ’Pune u t-teoloġija f ’Kurseong. Kien ordnat saċerdot filMissjoni, fil-25 ta’ Marzu, 1971. Għamel l-Aħħar Voti fit-2 ta’ Frar, 1977. Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019

Fr Emidio kien ġeneruz u jittratta b’mod uman u rispettuz ma’ kulħadd, bniedem ta’ paċi u f ’xi problema jgħin biex tinstab soluzzjoni. Kien dejjem miftuħ għall-opinjonijiet tal-oħrajn, ma jżommx f ’qalbu, jappoġġja u jinkoraġġixxi ’l-oħrajn. Fl-aħħar snin, b’fidi qawwija, laqa’ s-salib talmarda u b’rassenjazzjoni eżemplari u għex fil-paċi. Lil sħabu l-Ġiżwiti u lil kull min kien jafu ħalla tifkiriet sbieħ ta’ fedeltà, ta’ simpliċità u ta’ faqar. Kien u jibqa’ ta’ ispirazzjoni lil kull min kien jafu. Fil-festa ta’ San Ġużepp ingħaqad għal dejjem mal-Mulej. L-isqof Julius Marandi ta’ Dumka mexxa l-funeral u bi kliem imqanqal wera l-apprezzament tiegħu għall-prezenza u l-appostolat fejjiedi ta’ Fr Emidio. L-omelija għamilha Fr Hilary D’Souza SJ, il-Prinċipal talKulleġġ ta’ St.Xavier’s. Fl-aħħar tal-Quddiesa, Ms Marcette Buttiġieġ, kuġina ta’ Fr Emidio, u li ilha s-snin taħdem u tikkolabora mal-Giżwiti fil-Missjoni, qrat ilmessaġġ ta’ ringrazzjament mill-membri talfamilja ta’ Fr Saliba. Agħtih, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

21

Nekroloġija

Miktub minn Fr John Scicluna, SJ


Nekroloġija

Miktub minn Fr John Scicluna, SJ

Kanada u beda l-kors tat-teoloġija. Kien ordnat saċerdot f ’Malta fil-5 ta’ Ġunju 1965. Wara Fr Frank talab biex jibqa’ l-Kanada. Chaplain u Maġġur fl-Air Force Kanadiża Fl-1968, Fr Frank ingħaqad marRoyal Canadian Air Force bħala kappillan. Wettaq xogħol pastorali militari mill-1968 sal-1988 f ’diversi bażijiet militari fil-Kanada u anke f ’Ċipru mal-Canadian Peacekeepers. Serva wkoll bħala Kappillan fl-armata u fin-navy. Frank kien apprezza ħafna l-ħatra bħala kappillan tal-famużi Canadian Air Force Snow Birds flying team. Irtira fl-1988 bil-grad ta’ Maġġur. Bidla

Fr Frank Micallef, SJ 1931 - 2019 Sant’ Injazju minn Loyola, il-Fundatur tal-Ġiżwiti, ried li saċerdot jew Brother ikun fejn ikun hemm bżonn u fejn jista’ jsir ġid għall-erwieħ. Dan narawh fil-ħajja ta’ Fr Frank Micallef li twieled Birkirkara fis17 ta’ Novembru 1931. Hu studja fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u fil-15 ta’ Frar 1951 daħal Ġiżwita. Fl-1956 beda jistudja l-filosofija fl-Ingilterra. Wara tliet snin, ġie Malta u għal sena għallem fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi f ’Birkirkara. Imbagħad fl-1961 reġa’ lura lejn l-Ingilterra u għallem fil-Kulleġġ tal-Ġiżwiti. Fl-1963 wasal il-

22

Fl-istess sena nħatar Kappillan ta’ Parroċċa f ’Ontario u darba fil-ġimgħa kien iżur l-istazzjon missjunarju fi Christian Island. Frank kien rispettat u apprezzat ħafna għaż-żelu tiegħu u kien jieħu sehem fil-ħajja tal-parruċċani. F’kull okkażjoni kien jipprova jkun disponibbli għal kulħadd. Għalhekk, kienet bħal sajjetta fil-bnazzi għall-Ġiżwiti u parruċċani meta fl-1994 tatu puplesija u ttieħed fl-Infirmeria tal-Ġiżwiti

f ’Pickering. Qabel marad, Frank kien pjuttost enerġetiku u ferrieħi. Kull fejn kien, il-pjaċir tiegħu kien li jiltaqa’ man-nies, jilqagħhom u jdawwarhom malpost. Kellu dispożizzjoni ta’ sempliċità evanġelika u jifraħ b’affarijiet żgħar. Fis-sittinijiet, meta kien għadu student, irnexxielu faċilment idaħħal ruħu f ’diversi gruppi u bl-istil tipiku tiegħu wrihom kif jistgħu jagħmlu l-affarijiet. Għalhekk, ġħal Fr Frank, l-aħħar għoxrin sena ta’ ħajtu kienu pjuttost diffiċli. L-istaff tal-infirmerija kienu jagħmlu minn kollox biex jassistuh u jgħinuh fis-sitwazzjoni tiegħu. Fr Philip Chircop li qiegħed il-Kanada kien iżuru spiss. Hekk għamlu wkoll il-ħafna ħbieb ta’ Frank. Fit-2 ta’ April, 2019, reħa ruħu f ’idejn il-Ħallieq. Kellu 88 sena u 68 minnhom għexhom bħala Ġiżwita. Fil-funeral, Fr Chircop għamel l-omelija. Agħtih, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2019


Wara fil-Libanu għen fil-formazzjoni tal-istudenti tagħna u sena wara sar ir-Rettur tal-iskolastikat. Fl-1986 inħatar l-assistent tal-Provinċjal fil-Libanu, u kien ukoll l-Assistent Surmast tas-Sixth Form u Ko-ordinatur tat-tagħlim tal-Ingliż fil-Kulleġġ. Fr Joe għex fil-Libanu matul il-gwerra ċivili li spiċċat fl-1990 u beda jgħallem fl-Università tagħna ta’ Saint Joseph, f ’Bejrut, fil-fakultà tax-xjenzi reliġjużi u jagħti korsijiet dwar il-Missirijiet tal-Knisja. Fl2006, waqt il-gwerra bejn l-Israel u l-milizja Xita Hezbollah, is-sitwazzjoni fil-Libanu kienet instabbli u Fr Joe ma felaħhiex u fl-2009 kien evakwat lejn Malta. Responsabilitajiet

Fr Joe Buhagiar Bianco, SJ 1942 – 2019 Ftit xhur wara li twieled f ’Ħal-Lija fit-23 ta’ Ottubru, 1942, Fr Joe Buhagiar Bianco tilef ’il missieru. Meta kiber studja fil-Kulleġġ ta’ San Alwigi Birkirkara u l-għada li għalaq ħmistax-il sena beda n-novizzjat in-Naxxar. Meta spiċċa n-novizzjat u l-istudji klassiċi, għamel il-kors tal-filosofija fi Franza. Talab li jmur missjunarju fil-Lvant Nofsani. Għadda sena filLibanu u sentejn fl-Eġittu, jitgħallem fil-Kulleġġ tagħna u jistudja l-Għarbi. Wara mar Ruma u studja l-arkeoloġija Nisranija. Studja t-teoloġija fi Franza u kien ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju, 1972. Għal 9 snin għallem fil-kulleġġ tagħna fil-Kajr. Lil Ħbiebna - It-Tieni L-EwwelĦarġa Ħarġa2019 2019

L-ewwel kien fil-komunità ta’ Loyola House, inNaxxar, u wara fil-komunita’ tagħna fil-belt Valletta u meta għalqet mar joqgħod f ’Mount St Joseph, il-Mosta. Saħħtu tjiebet u fl-2016 mar lura l-Libanu fejn beda jgħin kemm seta’ u kien ferhan. Fr Joe kien studjuż b’moħħ qisu enċiklopedija u b’memorja ta’ iljunfant. Il-Ġrieg u l-Latin kien jafhom daqs il-Malti. Spiss kien jieħu ħsieb il-bżonnijiet materjali talħajja tal-komunitajiet tagħna. Kien kok eċċellenti. Għal ħames snin kien id-direttur spiritwali nazzjonali tal-“girl guides” u membru tal-kunsill tal-moviment “Offre-Joie” li jlaqqa’ żgħażagħ Insara u Musulmani, li fil-pajjiz ma tantx jinġiebu, ħalli jaħdmu flimkien għall-ġid komuni, Għal żmien twil kien ukoll igħin lid-direttur ġiżwita tal-“farm” kbir ħafna tagħna. Għal tliet snin kien inkarigat mis-servizz tat-trasport tal-iskola tagħna, b’xi 40 xarabank u xufier. Wara marda qasira, Fr Joe miet f ’Beirut, fl-ewwel ta’ Mejju, il-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Il funeral sar jumejn wara. Ġew ħafna nies . Konna xi tletin Ġiżwita, tliet Isqfijiet u n-Nunzju Apostoliku, l-Arċisqof Malti Joseph Spiteri, u ħafna xufiera li ħadem magħhom. It-tebut ġarrewh iż-żgħażagħ tal-moviment “Offre Joie”. Agħtih Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin Ibraġ Lina von Brockdroff Naxxar Alfred Grech Elena Clara Miceli Demajo Inglterra Jimmy Logue G’Mangia Paul Abela Naxxar Bertu Farrugia San Gwann Oscar Caruana Montaldo Valletta Vincent Ferrando

23

Nekroloġija

Miktub minn Fr Michael Zammit Mangion, SJ


Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Mejju - Lulju 2019 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

31 ta’ Lulju

Il-Festa ta’ Sant Injazju ta’ Loyola

Fundatur tal-Kumpanija ta’ Ġesù

24

JESUITS


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.