03
HBIEBNA Newspaper post
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
lil
2018
X’joħolmu u x’jistennew iż-żgħażagħ mill-Knisja? Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja
1
Miktub minn Fr John Scicluna SJ
Il-Qaddis tax-Xahar
Richard Fernando, SJ
Joffri ħajtu għall-oħrajn
Bħalma għamlu ż-żagħżugħ Ġiżwita San Alwiġi Gonzaga, il-Patri Franġiskan Massimiljan Kolbe u oħrajn, hekk għamel il-Qaddej ta’ Alla, l-istudent Ġiżwita Richard Fernando, li offra ħajtu biex isalva t-tfal meta kellu biss 26 sena. Wara mewtu, kien hemm diversi espressjonijiet ta’ qima fil-Filippini, fil-Kambodja u postijiet oħra. Ftit ilu, il-Papa Franġisku fetaħ triq oħra li twassal għallkanonizzazzjoni, mhux biss dik tal-martirju jew ta’ qdusija kbira. Hu ammirevoli li persuna tagħmel offerta ħielsa ta’ ħajjitha, b’att eroiku ta’ servizz mimli mħabba għall-oħrajn. Għalhekk, fid-djoċesi ta’ Novaliches (fejn twieled Fernando) fil-Filippini, beda l-proċess tal-kawża tal-kanonizzazzjoni ta’ dan iż-żagħżugħ. Richard Fernando, jew Richie, kif kien magħruf minn ħbiebu, twieled fil-Filippini fis-27 ta’ Frar 1970, u kien l-iżgħar fost erbat aħwa. Hu studja f ’Claret High School u, wara, daħal fl-Università Ateneo de Manila u kiseb illawrija f ’Development Studies. Imbagħad, daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù u beda s-sentejn novizzjat bħala Ġiżwita. Wara, beda l-istudju tal-filosofija. Imur il-Kambodja F’Mejju 1995, Richie u missjunarji Ġiżwiti oħra marru f ’Phnom Penh, fil-Kambodja, biex jgħallmu u jagħmlu xi xogħol pastorali fl-iSkola Teknika li waqqfu l-Ġiżwiti fl1990 biex jipprovdu taħrig vokazzjonali għan-nies vittmi tal-mini, li huma b’diżabbiltà, tfal bil-polio jew vittmi ta’ xi inċident, biex ikunu jistgħu jaħdmu u jaqilgħu l-għixien tagħhom. Meta wasal, bl-imħabba tiegħu għall-istudenti, Richie rebaħ il-fiduċja tagħhom. Beda jistudja l-lingwa Khemer, li tgħallem fi żmien tliet xhur, u beda japprezza t-tradizzjonijiet religjużi tagħhom. Fl-20 ta’ Frar 1996, kiteb lil ħabibu u student Ġiżwita bħalu, Totet Banaynal, u qallu li bilmod il-mod, dieħel sewwa fix-xogħol u sar iktar involut u affettwat minnies, speċjalment mill-istudenti bi bżonnijiet speċjali. Kitiblu wkoll li “F’daqqa waħda, qiegħed inħoss imħabba kbira għalihom. Mhux li kont nimita kif kien jagħmel Ġesù. Mhux li nkun nista’ ngħinhom kif jagħmel Alla . . . Nittama li nkun nista’ noffri ħajti għalihom bis-sħiħ.” Filfatt, ħajtu offriha tassew!
2
Wieħed mill istudenti tal-iskola teknika kien l-orfni Sarom, li ta’ 16-il sena, kien suldat u sentejn wara, spiċċa b’diżabbiltà b’mina tal-art. Sarom kien spiċċa l-korsijiet fl-iskola u ried jibqa’ hemm. Iżda, minħabba li kien żagħżugħ li joħloq id-diżordni u xi kultant kien jilgħab il-flus, l-awtoritajiet tal-iskola talbuh jitlaq. Erbat ijiem qabel mewtu, Richie kiteb ittra twila lil ħabibu u student Ġiżwita bħalu, Totet Banaynal (illum saċerdot Ġiżwita li qiegħed jaqdi fil-Kambodja). Kiteb hekk: “Jiena naf qalbi fejn hi. Hi ma’ Ġesù Kristu, li ta kollox għall-fqar, il-morda, l-orfni ... Jien għandi tama li Alla qatt ma jinsa l-poplu tiegħu: ħutna bniet u subien b’diżabbiltà. Inħossni ferħan li Alla qiegħed jużani biex nassigura li ħutna jsiru jafu b’dan. Jiena konvint li din hi l-vokazzjoni tiegħi.” F’waħda mill-ittri tiegħu lil ħbiebu fil-Filippini, Richie kiteb li “Għalkemm Sarom kien ‘qarrieq,’ hu għandu post f ’qalbi.” Jipprova jsalva t-tfal Fis-17 t’Ottubru 1996, għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu, Sarom mar l-iskola biex jiltaqa’ mad-direttur u l-għalliema. Madanakollu, ħareġ irrabjat ħafna. Ħareġ bomba splużiva mill-basket u mar lejn il-klassi ta’ Richie mimlija studenti. Meta Richie u t-tfal indunaw x’kellu f ’idejh, qam paniku kbir u, filfatt, kulħadd ipprova jaħrab, imma t-twieqi tal-klassi kienu mbarrati bil-ħadid u l-istudenti ma setgħux jaħarbu. Richie kien determinat li jikkalma lil Sarom; mar minn warajh u għannqu biex jikkalmah u jżommu. Issieltu xi ftit u Sarom beda jgħajjat u talbu: “Sir, ħallini mmur, ma rridtx noqtlok.” Imma l-bomba waqgħet bejniethom u splodiet. Richie intlaqat minn biċċiet tal-bomba f ’rasu u partijiet oħra. F’sekonda, Richie waqa’ fuq Sarom li kien għadu f ’dirgħajh biex iħarsu mill-isplużjoni. Ftit wara, Richie miet l-isptar. Il-fdalijiet ta’ Richie ttieħdu f ’Novaliches, Quezon City, il-Filippini, u l-funeral sar tlett ijiem wara mewtu. Fl-istess ħin, il-ħbieb tiegħu fil-Kambodja ġarrew urna bi ħwejġu mxarrbin b’demmu u poġġewha f ’tempju tagħhom. Dak li ġara kien xokk kbir għalihom u tnikktu ħafna imma, fin-niket tagħhom, raddew ħajr lil Richie li kienu jafu u ħabbew. Sarom ukoll kellu xokk kbir u niket assolut fuqu; fiċċella tal-ħabs, qal li hu ma riedx joqtol lil Richie: “Richie u jiena kilna r-ross flimkien. Kien ħabib tiegħi.” Is-Superjur Ġenerali Fr Arturo Sosa, SJ, qabel li tibda l-kawża tal-kanonizzazzjoni. Waqt żjara fil-Kambodja, żar il-kamra fejn inqatel Richie u ra l-ħofra tal-bomba. Hemmhekk, offra talb quddiem l-urna bid-demm ta’ Richie. Il-Provinċjal tal-Ġiżwiti fil-Filippini radd ħajr lillfamilja ta’ Richie, li b’imħabba u ġenerożità kbira, offrewh lil Alla u lill-Kumpanija ta’ Ġesù. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
Kelma mill-editur Is-Sinodu u l-Ġiżwiti
Għeżież ħbieb u benefatturi, Fil-ħajja tal-Knisja Kattolika, l-Assemblea tal-Papa mal-isqfijiet minn madwar iddinja hi ġrajja importanti. Dawn il-laqgħat huma l-Kunċilju Ekumeniku u s-Sinodu tal-Isqfijiet. S’issa wara l-ewwel Kunċilju ta’ Nicea fl-325 saru 21 Kunċilju. L-aħħar wieħed kien it-Tieni Kunċilju Vatikan li sar bejn l-1962 u l-1965. Matul l-aħħar Kunċilju, l-Isqfijiet tkellmu dwar il-kolleġjalità, l-għaqda u l-ħidma tal-Papa u l-Isqfijiet flimkien. Għalhekk, f ’Settembru, 1965, il-Papa Pawlu VI waqqaf is-Sinodu tal-Isqfijiet biex iżomm ħaj l-ispirtu ta’ kolleġjalità. Hemm tliet tipi ta’ Sinodu tal-Isqfijiet. Dak Ġenerali jew Ordinarju u s’issa saru 14il wieħed. Saru tnejn Straordinarji u kien hemm 7 Sinodi Speċjali, ġeneralment dawn ikunu dwar xi parti tal-Knisja, per eżempju tal-Afrika, tal-Libanu, eċċ. Il-Papa jsejjaħ Sinodu Ġenerali kull tlett snin. It-tema tas-Sinodu li ser isir f ’Ottubru 2018 hi “Iż-Żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali”. Bi tħejjija għal din il-ġrajja ekkleżjali tasSinodu, qiegħdin niddekikaw din il-ħarġa tal-magazin tagħna liz-żgħażagħ. Fl-ewwel artiklu taqraw dwar il-ħajja ta’ student żagħżugħ Ġiżwita li, meta kellu 26 sena, offra ħajtu biex isalva t-tfal li kien jgħallem. Bdiet il-Kawża tal-Beatifikazzjoni tiegħu.
It-tieni artiklu jiġbor fil-qosor dak li hemm fid-dokument Preparatorju li jservi bħala bażi għad-diskussjoni matul il-ġimgħatejn li jkun jiltaqa’ s-Sinodu f ’atmosfera spiritwali u ta’ dixxerniment. Dan il-dokument hu mibni fuq tliet kelmiet li uża l-Papa fid-dokument tiegħu Il-Ferħ tal-Vanġelu: nagħrfu, ninterpretaw u nagħżlu. ll-konsultazzjoni li saret mad-dinja kollha, mal-Isqfijiet, ma’ eluf ta’ żgħażagħ permezz ta’ kwestjunarju online kienet tassew fenomenali. F’Marzu saret laqgħa f ’Ruma biex il-Papa jisma’ l-ideat, ix-xewqat u l-ħolm taż-żgħażagħ. Iż-żewġ rappreżentanti Maltin kitbulna dwar din il-laqgħa. Mit-twaqqif tagħhom il-Ġiżwiti, b’diversi modi u f ’oqsma differenti, dejjem ħadmu ħafna maż-żgħażagħ u għalihom. Jagħmlu ħafna xogħol pastorali magħhom. L-istudenti tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi rriflettew u wieġbu l-ittra li l-Papa kiteb liżżgħażagħ. Żewġ żgħażagh tal-Moviment “Komunità ta’ Ħajja Nisranija”, li jimxi fuq l-ispiritwalità Injazjana kitbulna dwar l-esperjeza tagħhom. Żagħżugħ jirrakuntalna dwar il-ħidma li ssir mill-Ġiżwiti fiċChaplaincy tal-Università. Bħas-soltu għandna artiklu dwar l-Ispiritwalità Injazjana. Issibu wkoll l-aħbarijiet tal-Ġiżwiti u dwar il-ħajja ta’ tnejn minn ħutna li ngħaqdu mal-Mulej. Hemm ukoll artiklu dwar is-suġġett tal-piena kapitali. Fil-qoxra ta’ wara hemm tagħrif dwar ilĠublew ta’ San Alwiġi Gonzaga u f ’liema knisja tistgħu tmorru biex tirbħu l-Indulġenza Plenarja.
Il-Qaddis tax-Xahar Richard Fernando SJ
4
Iż-żgħażagħ u s-sinodu tal-isqfijiet
6 X-joħolmu u x’jistennew iż-żgħażagħ mill-Knisja?
8
Iż-żgħażagħ fil-Komunita’ Ħajja Nisranija
10 Iċ-Chaplaincy fl-Universita’
12 Spiritwalita’ Injazjana 14 Iż-żgħażagħ jirriflettu dwar l-ittra tal-Papa
16 ’L Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti
18 Il-Ġiżwiti u l-futbol f’Malta
20 Nekroloġija - Fr Steno deRaffaele SJ, Fr Paul Deguara SJ
22 Il-piena tal-mewt 23 Programm t’irtiri CIS
Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.
Email: hbiebna@jesuit.org.mt
Editur: Fr John Scicluna SJ Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Maria Casaletto, George Cassar Elisa Saliba, Lilian Schembri Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606
Website: www.jesuit.org.mt
Ritratt tal-Qoxra: X’joħolmu u x’jistennew iż-żgħażagħ mill-knisja? Ritratt: Toa Heftiba (UnSplashed)
um
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
ru 3 - 2018
lil
HBIEBNA
2
f’din il-harġa
Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt
N
Stampar: Gutenberg Press
Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.
3
Tħejjija għas-Sinodu
Miktub minn Fr John Scicluna SJ
Iż-Żgħażagħ
u s-Sinodu tal-Isqfijiet Bejn it-3 u t-18 ta’ Ottubru f ’Ruma sejjer ikun hemm l-Assemblea tas-Sinodu tal-Isqfijiet iddedikat għat-tema “Żgħażagħ, fidi u dixxerniment vokazzjonali”. Dan is-Sinodu tal-Isqfijiet ħareg mix-xewqa ġenwina u profonda li l-Knisja tieħu ħsieb iż-żgħażagħ, u huma jafu li għall-Knisja din mhix ħidma li tagħmilha jew ma tagħmilhiex, iżda hi parti sostanzjali tal-vokazzjoni u l-missjoni tagħha fl-istorja.
Fl-istorja tal-Assembleja tas-Sinodu talIsqfijiet, l-Assemblea li jmiss, tispikka l-mixja ta’ tħejjija rikka u artikolata permezz tas-smigħ lill-komponenti ekkleżjali kollha. Fl-aħħar tad-Dokument Preparatorju bl-isem ta’ Instrumentum Laboris (IL), li ntbagħat lillKonferenzi Episkopali fid-dinja, kien hemm kwestjonarju. L-isqfijiet bagħtu t-tweġibiet tagħhom. Imbagħad kien hemm kwestjonarju ieħor, immirat lejn iż-żgħażagħ, li dam online sitt xhur u daħlu aktar minn 100 elf tweġiba. F’Settembru 2017 sar seminar internazzjonali bil-parteċipazzjoni ta’ riċerkaturi u esperti, dwar il-kondizzjoni taż-żgħażagħ. Fl-aħħarnett, mid-19 sal-24 ta’ Marzu 2018 f ’Ruma saret ilLaqgħa ta’ qabel is-Sinodu li fiha ħadu sehem 300 żagħżugħ (fosthom żewġ Maltin) minn madwar id-dinja kollha (mhux biss Kattoliċi, iżda wkoll konfessjonijiet u reliġjonijiet oħra kif ukoll dawk li ma jemmnux). Kien hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ 15-il elf ieħor permezz ta’ Facebook. Saru wkoll bosta osservazzjonijiet direttament lis-Segretarjat tas-Sinodu. Id-dokument IL, li kien ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju, jittraċċja din il-varjetà ta’ perspettivi u d-djalogu multidimensjonali li fih taw attenzjoni partikolari għall-perspettiva taż-żgħażagħ. Ilħames kapitlu sħiħ tal-ewwel parti tal-IL huwa ddedikat biex jagħtihom spazju u vuċi. Tul it-triq tal-preparazzjoni, u b’mod partikolari fil-Laqgħa ta’ qabel is-Sinodu, iż-żgħażagħ urew ruħhom miftuħin għal djalogu interġenerazzjonali, kollaborattiv u proattiv, li huma jirriflettu u li huma disponibbli. Dokument mfassal fuq 3 verbi Minbarra li d-dixxerniment huwa t-tema tas-Sinodu, huwa wkoll il-metodu tiegħu u
4
jirrappreżenta s-sinsla tad-dokument. It-test huwa maqsum fi tliet partijiet, li jirreferu għat-tliet verbi li uża Papa Franġisku, fid-dokument Il-Ferħ tal-Vanġelu (n. 51) u li jimmarka l-istadji taddixxerniment: ngħarfu, ninterpretaw u nagħżlu. L-ewwel parti tal-IL (li ngħarfu), jistedinna biex, b’ħarsa ta’ fidi u mingħajr preġudizzji jew demonizzazzjonijiet, nikkonfrontaw ir-realtà ħalli niskopru t-traċċi tal-passaġġ tal-Mulej anke meta tagħżel mogħdijiet imprevedibbli - u b’attitudni ta’ ftuħ u ħniena. Hu essenzjali li nkunu nafu r-realtajiet li fihom jgħixu ż-żgħażagħ. Jeħtieg nilqgħu l-mistoqsijiet u l-provokazzjonijiet tagħhom, anke dawk li f ’ċerti modi huma aktar skomdi, bħalma huma l-enfasi fuq il-forom ta’ diskriminazzjoni li jolqtu lin-nisa żgħażagħ, anki fl-oqsma tal-Knisja, dwar suġġetti kontroversjali bħalma huma l-omosesswalità u kwistjonijiet dwar il-ġendru, li dwarhom iż-żgħażagħ diġà qed jiddiskutu liberament u mingħajr tabù, jew dwar in-nuqqas ta’ vivaċità u telf taż-żmien talQuddiesa, l-omeliji bla siwi jew in-nuqqas ta’ ħila tal-komunitajiet Insara li jittrasmettu l-ferħ tal-fidi (ara IL, Nru 69). Fit-tieni parti (dwar l-interpretazzjoni) l-IL joffri xi strumenti għal qari aktar fil-fond tar-realtà li ssemmiet fl-ewwel parti, mhux l-interpretazzjoni kompleta tagħhom. It-tielet parti (li tagħżel) titlob il-Knisja kollha tagħmel għażliet ta’ bidla bl-għan ta’ vitalità spiritwali. F’din il-parti tissemma wkoll il-ħtieġa li l-Knisja tkun waħda li “toħroġ” mingħajr ebda ostaklu u tħassib biex tokkupa ċ-ċentru. Għalhekk jeħtieġ proċess determinat ta’ purifikazzjoni u riforma” (EG, nru 30), li jinkludi wkoll is-Sinodu u l-isforz magħmul waqt it-tħejjija ta’ smigħ onest għaż-żgħażagħ li jipparteċipaw b’mod sħiħ fissensus fidei fidelium .
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
www.jesuit.org.mt
Żewġ temi
Il-Papa joqgħod għal ‘selfie’ waqt laqgħa ma’ delegati żgħażagħ fil-Kulleġġ Pontifikali Internazzjonali ta’ Maria Mater Ecclesiae, Ruma, f’ Marzu 2018, qabel is-Sinodu li ser jibda f’Ottubru ta’ din is-sena (CNS photo/ Vatican media)
Fid-dokument IL hemm żewġ temi li jissemmew spiss. L-ewwel waħda hi dwar it-tifsir tal-kelma vokazzjoni. Ħafna tweġibiet juru li ħafna drabi l-kelma tinftiehem f ’sens strett wisq, li jillimitah għas-saċerdozju u l-ħajja reliġjuża (ara IL, Nru 85). Dan “joħloq preġudizzju qawwi fiż-żgħażagħ, li jaraw fil-kura pastorali talvokazzjonijiet attività mmirata esklussivament lejn” reklutaġġ “ta’ saċerdoti u reliġjużi” (IL, Nru 86). Għalhekk id-dokument jipproponi l-irkupru tas-sens integrat tat-terminu tal-vokazzjoni li hija speċifikata b’mod konkret b’mod oriġinali għal kull wieħed. L-għażla ta’ dak li tradizzjonalment tissejjaħ l-istat tal-ħajja (żwieġ, qassis jew ħajja reliġjuża) ċertament għandha valur vokazzjonali, iżda tista’ wkoll ikollha l-għażla tal-professjoni jew ta’ impenn ta’ servizz fl-isfera soċjali jew politika. Fl-aħħarnett, l-IL jistieden lill-Knisja biex it-tifsira vokazzjonali tal-għażla, mifruxa f ’xi pajjiżi, biex tibqa’ waħda “mingħajr riferenza għal konsagrazzjoni partikolari jew għal żwieġ” (IL, Nru 105). It-tieni tema hi dwar is-servizz ta’ akkumpanjament li ż-żgħażagħ jitolbu bil-qawwa għax iħossuhom weħidhom quddiem dinja kkumplikata. Ukoll f ’dan il-każ l-IL tmur fis-sens ta’ approċċ integrali. Fil-fatt, l-akkumpanjament spiritwali personali jibqa’ referenza privileġġjata, kif ukoll ministeru ta’ delikatezza kbira li teħtieġ preparazzjoni adegwata, iżda ma teżawrixxix ilkwistjoni. L-akkumpanjament għandu jinftiehem f ’sens analoġiku u jisfida ħafna figuri differenti, li jiltaqgħu magħhom iż-żgħażagħ fl-oqsma kollha
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
tal-ħajja tagħhom, minn familja għal skola, minn sport għal mużika, kif ukoll minn sitwazzjonijiet estremi bħal mard, uġigħ jew marġinalizzazzjoni. L-akkompanjament ifisser li jieħu r-riskju li jħalli l-pożizzjoni tiegħu, li jippermetti lil dawk li jakkumpanja li jkollhom aċċess għall-oriġinalità li l-Ħallieq ikun tah, minflok mudell passiv li jirriproduċi. Xewqa għal bidla monumentali B’ċarezza kbira, waħda Konferenza Episkopali affermat li “ż-żgħażagħ jitolbu lill-Knisja għal bidla monumentali ta’ attitudni, orjentazzjoni u prattika”. Huma jitolbuha biex tkun aktar awtentika, aktar relazzjonali, aktar impenjata lejn il-ġustizzja. Din hija d-direzzjoni tal-mogħdijiet ta’ “konverżjoni pastorali u missjunarja, li ma tistax tħalli l-affarijiet kif inhuma” (EG, Nru. 25), li l-Assemblea tasSinodu hi msejħa biex tidentifika u terġa’ ssejjaħ lill-Knisja kollha. Mhux possibbli li f ’artiklu qasir toħroġ irrikkezza kollha li fih id-dokument Instrumentum laboris li sejjer ikun il-bażi u l-bidu tad-diskussjoni fl-Assemblea. Id-dokument ma jagħtix riċetti jew soluzzjonijiet. Anke l-Isqfijiet u l-membri l-oħra li jieħdu sehem fil-laqgħat mgħandhomx triq ċara quddiemhom. Imma l-atmosfera spiritwali u ta’ dixxernament fl-Awla tal-Assemblea u l-qalb miftuħa tal-partiċipanti tgħin biex huma jisimgħu l-leħen tal-Ispirtu s-Santu. Nitolbu biex, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu u d-dixxerniment tal-partiċipanti dan is-Sinodu jwassal biex ikun hemm qawmien ġdid fil-Knisja kollha.
5
Tħejjija għas-Sinodu
Miktub minn Benjamin Flores Martin u Giulia Privitelli
X’joħolmu u x’ jistennew iż-żgħażagħ mill-Knisja Qabel ma jiltaqa’ f ’Ottubru 2018, is-Sinodu tal-Isqfijiet bit-tema ‘Iż-Żgħażagħ, il-Fidi, u d-Dixxerniment Vokazzjonali’, il-Papa Franġisku sejjaħ laqgħa taż-żgħażagħ li saret f ’Ruma f ’Marzu. Fost il-mistiedna kien hemm żewġ Maltin Benjamin Flores Martin u Giulia Privitelli u nirringrazzjawhom li laqgħu l-istedina tagħna u jaqsmu mal-qarrejja tagħna l-esperjenza li għexu waqt il-laqgħa u jagħtuna r-riflessjonijiet tagħhom.
Tagħsar kemm tagħsar, fil-fond tal-qalb ta’ kull żagħżugħ u żagħżugħa dejjem issib l-istess xewqat, ħolm u aspirazzjonijiet. Xewqat ta’ futur aħjar għalihom u għall-oħrajn, dinja fejn dak li jmexxuha huma l-imħabba u r-rispett reċiproku, dinja aħjar minn dak li qegħdin jgħixu fiha illum. “Mingħajr ir-riskju, bniedem żagħżugħ malajr jixjieħ, u l-Knisja tixjieħ miegħu. Għalhekk għandna bżonn lilkom, lilkom iż-żgħażagħ, ġebel ħaj ta’ Knisja b’wiċċ żagħżugħa.” Hekk wissiena l-Papa Franġisku dakinhar li bdiet il-laqgħa. Kliem provokanti u mqanqal, iżda kliem li jnissel ċertu sens ta’ konsolazzjoni u ta’ kuraġġ; kliem li ma jippermettix li wieħed ikun sodisfatt mill-mod ta’ kif il-Knisja qiegħda timxi maż-żgħażagħ illum il-ġurnata. Anzi! Tant hu hekk, li nħasset ħtieġa imminenti sabiex issir evalwazzjoni ġenwina dwar jekk il-Knisja qegħdiex filfatt tlaħħaq mar-realtà, jew aħjar, mar-realtajiet kumplessi, radikali u ambigwi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ tallum; realtajiet li qed imewtu l-ispirtu żagħżugħ li l-Papa Franġisku tant qed isostni li għandu jinżamm ħaj fil-Knisja. Ir-riskju veru hu li jintilef dak in-nerv kreattiv, inkwiżittiv u virili, pulsanti, għatxan għallesperjenzi awtentiċi, nerv li kontinwament ibaqbaq bl-enerġija u bil-ħolm tant preżenti f ’qalb żagħżugħa u ferrieħa. U għalhekk dar fuqna l-Papa, u bl-akbar serjetà talabna biex ma nibżgħux – biex ma nibżgħux nisfidaw il-mexxejja tagħna, spiritwali jew mhux, biex ma nibżgħux inkunu diretti u mingħajr filtri f ’ilsienna. “Mur
6
ara,” qalilna l-Papa, “x’jista’ jiġri jekk tiżbaljaw? Mhux titolbu maħfra? Wara kollox, għandkom kull dritt tkunu żgħażagħ. U jekk aħna niżbaljaw..aħna wkoll għandna nitolbukom maħfra.” Dan mhux ukoll qed iġorr is-salib? Waqt dil-laqgħa, iż-żgħażagħ tqassamna fi gruppi żgħar skond lingwa komuni. Dawn il-gruppi saru festa ta’ kulturi u tradizzjonijiet fejn aħna ż-żgħażagħ konna nħossuna milqugħa u ħielsa. Fl-imgħoddi l-barrieri kulturali sseparawna. Imma llum, permezz tat-teknoloġija u l-midja soċjali, tqarribna ħafna aktar lejn xulxin. Mid-djalogu f ’dawn il-gruppi, ħareġ ċar, li bosta żgħażagħ mhux dejjem iħossuhom parti mill-komunità fil-parroċċa tagħhom, iħossuhom esklużi u jixtiequ li dawn il-barrieri jaqgħu wkoll biex flimkien fl-imħabba nibqgħu mixjin f ’din il-mixja ta’ fidi. Waqt il-laqgħa, inqala’ inċident żgħir li tana tagħlima kbira. Persuna atea ssejħet bi żball biex terfa’ s-salib waqt il-Via Sagra fil-Basilika ta’ San Ġwann Lateran. Waqt il-provi l-persuna inkarigata ntebħet bl-iżball li kien sar u talab lil dan iż-żagħżugħ isib xi ħadd minfloku għal din ilpurċissjoni. Dan iż-żagħżugħ qam u ħareġ ‘il barra mbikkem u rrabjat li kien imġiegħel iħossu eskluż. Hu u ħiereġ ’il barra mill-binja, innotah il-qassis li kien talbu biex jiġi u jaqsam f ’din l-esperjenza. Il-qassis kien jaf li dan iż-żagħżugħ kien qiegħed f ’perjodu ta’ tfittxija u li f ’din l-esperjenza kien qed jara verament x’toffri l-Knisja. Malli sema’ x’ġara, qabdu minn idu u daħħlu ’l ġewwa. Quddiem Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
www.jesuit.org.mt
Il-Grupp ta’ 300 delegati żgħażagħ
kulħadd il-qassis staqsa għalfejn dan ma tħalliex jipparteċipa, u qal: “Dan mhux ukoll qiegħed iġorr is-salib?” Wara, kulħadd qam u laqa’ lil dan iż-żagħżugħ f ’nofshom u kien hemm min qagħad bil-kwiet jispjega t-tifsira ta’ din il-purċissjoni spiritwali. Din hija x-xhieda ta’ Knisja li ż-żgħażagħ waqt il-PreSinodu xtaqu jaraw; Knisja miftuħa u lesta li tilqa’ lil kull min qiegħed f ’din il-mixja ta’ fidi jew ta’ tfittxija, Knisja li ma tagħlaqx il-bibien lil dawn li huma f ’sitwazzjoni differenti imma Knisja awtentika li timxi, tħobb u tgħallem b’mod profond lil dawk kollha li tiltaqa’ magħhom. Kif se nħottu l-ogħla ħajt? Il-qofol ta’ din il-mixja u l-ħidma flimkien kien id-dokument PreSinodali li nħadem u ħareġ waqt il-laqgħa stess. Ħafna ħasbu u spekulaw li dan id-dokument kien maħdum minn qabel, iżda mhux hekk. Numru ta’ żgħażagħ ġabru l-ħsibijiet ta’ dawk kollha preżenti u anke ta’ dawk online u fi ftit sigħat ħarġu b’numru ta’ abbozzi fejn dak il-ħin stess ġew proposti suġġerimenti għal tibdiliet. Iżda seta’ dan id-dokument jilqa’ fih tant realtajiet ta’ nies differenti? Wisq probabbli ħafna jgħidu li le. Iżda d-dokument ma kienx xi trattat teoloġiku jew soċjologiku; kien biss snapshot tar-realtà li jgħixu numru ta’ żgħażagħ. F’laqgħa bħal din kull tip ta’ ħajt li jista’ jeżisti bejn pajjiż u ieħor, persuna jew oħra - ikun xi jkun l-isfond kulturali tagħha - bħal qisu jiżżarma fi ftit jiem, iżda dlonk jitfaċċa ieħor meta kulħadd
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
jerġa’ lura lejn daru. Donnu l-ogħla ħajt jinsab ġewwa darna stess. Kif nistgħu nimxu ’l quddiem? Kif nistgħu nevitaw sitwazzjoni fejn iż-żgħażagħ ikunu biss is-suġġett ta’ diskussjoni jew ta’ dokument, u fejn il-frott tiegħu jibqa’ mdendel ma’ siġra li ma tinżabar qatt? Mhux se jfittxu u jħabbtu fuq bieb il-Knisja L-ogħla ħajt jinsab fl-għalqa ta’ darna, filkomunitajiet tagħna, fil-kuntesti li nqattgħu l-aktar ħin fihom. Għalhekk, jekk hu possibbli, qabel nibdew naħsbu fuq is-sitwazzjoni globali taż-żgħażagħ, irridu naraw b’liema mod se nħottu dan il-ħajt li hawn quddiemna. Kif se nqarrbu r-realtà taż-żgħażagħ Maltin, li f ’ċertu aspetti hija unika bħal ma hija unika s-sitwazzjoni politika, soċjo-ekonomika u kulturali, ma’ dik ekkleżjali sakemm dawn jibdew jimxu id f ’id? Minn dak li ġie diskuss fil-PreSinodu jidher li l-ewwel pass trid tagħmlu l-Knisja: il-komunità Nisranija, kollha kemm hi, lajċi u reliġjużi. Iżżgħażagħ m’humiex se jimxu lejn xi ħaġa li ma jagħrfux, lejn lingwaġġ li ma jifhmux jew lejn xi ħaġa li ma jistgħux jirrelataw magħha, u viċi versa. U din m’għandhiex għalfejn tiġi bħala sorpriża. F’dinja diġitali fejn kollox jikkompeti għall-attenzjoni u fejn kollox huwa prattikament aċċessibli mingħajr wisq taħbit, ma nistgħux nippretendu li ż-żgħażagħ se jiġu huma minn jeddhom, ifittxu u jħabbtu fuq bieb il-Knisja.
77
Esperjenzi
Miktub minn Martina Mifsud u Katryna Vella
Iż-żgħażagħ fil-“Komunita ta’ Ħajja Nisranija” Fl-1563 Ġiżwita żagħżugħ Belġjan waqqaf fil-Kulleġġ Ruman dik li kienet tissejjaħ il-Kongregazzjoni Marjana (Sodality of Our Lady); moviment lajk bi Spiritwalità Injazjana. F’Malta bdiet teżisti fis-Seminarju ta’ Għawdex fl-1866, u wara fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’kara, f ’parroċċi u f ’postijiet oħra. Imbagħad fl-1948 il-Papa biddel ftit l-organizazzjoni ta’ dan il-Moviment u fl-1967 l-isem tal-Moviment sar il-“Komunità ta’ Ħajja Nisranija” (Christian Life Community - CLC) u baqa’ miexi fuq l-Ispiritwalità Injazjana. F’Malta s-CLC għandha diversi gruppi għall-adulti u għaż-żgħażagħ. Tlabna lil żewġ żgħażagħ jaqsmu magħna l-esperjenza tagħhom bħala membri tas-CLC u l-għajnuna li sabu għal ħajjithom.
Miktub minn Martina Mifsud: Talbuni nikteb dwar xi tfisser għalija il-Christian Life Community (CLC) – Komunità ta’ Ħajja Nisranija Tajtha ftit ħsieb. Irrealiżżajt li fil-bidu meta dħalt membru kelli xi ftit preġudizzju dwar x’tista’ toffrili din l-għaqda f ’dak li hu effett spiritwali. Imma sibt ruħi fi grupp ta’ komunità nisranija mill-aqwa li tqis li kull individwu hu importanti u li tagħtini l-kuraġġ biex naqdef u naħdem għal dak li nixtieq. Grupp fejn kollha kemm aħna ż-żgħażagħ membri għandna impenn lejn il-laqgħat u lejn xulxin. Grupp fejn niddiskutu u nevalwaw kwistjonijiet u problemi li jista’ jkollna, u naqsmu l-opinjonijiet tagħna fuq affarijiet li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. F’kull laqgħa jkollna ħin dedikat għar-riflessjoni u talb. Fuq kollox fis-C.L.C. sibt kommunità u l-wens u sapport f ’sens spiritwali u offritli dar li tilqagħni. F’din l-għaqda sibt il-Knisja li ma tittrattanix bħala parti mill-folla; xi ħadd negliġibbli. Fis-C.L.C saħħaħt il-fidi Mhux l-ewwel darba ħadtha kontra l-Knisja meta kien jiġrili xi ħaġa mhux ippjanata jew mhux skont ir-rieda tiegħi. Kultant kont nħoss li mhux dejjem tifhimni l-Knisja. Ic-CLC għallmitni ikolli l-fiduċja fil-Knisja mmexxija minn Alla li żżommilna idejna u takkumpanjana f ’art li waħedna m’aħniex kapaċi naqsmu, u li f ’kull ħaġa li tiġrilna, hemm ilpreżenza t’Alla. Hemm bżonn li jkollna l-fidi sħiħa fih. Imma jien minn dejjem batejt fil-fidi. Għadni
8
s’issa b’ħafna mistoqsijiet u dubji, imma qed nitgħallem li l-mistoqsijiet u d-dubji huma frott l-isforz żejjed li nagħmel biex nifhem l-affarijiet li mhux bilfors kienu intenzjonati biex jiġu miftiehma. Permezz tas-CLC kelli l-opportunita li mmur xahar barra fuq volontarjat. Kienet esperjenza li kompliet issaħħaħli l-fidi, u qatt m’jien ħa ninsa n-nies kollha li għamluha xi ħaġa imprezzabli. Kull persuna li ltqajt magħha kienet mimlija bliSpirtu ta’ Alla, u ma kinux jaħsbuha darbtejn biex jagħmlu xi ħaġa ta’ ġid. Vera impressjonanti kemm hawn nies qalbhom tajba, u kemm hi ħafna iżjed faċli li tkun hemm għal ħaddieħor meta jkollok lil Alla jimbuttak. Il-Knisja Minflok noqgħod naħseb x’għandha tagħtini l-Knisja u nirribella meta ma nirċevix, sirt nipprova nara jien bħala persuna daqs traba fl-art, x’nista’ nagħti. U kull ħaġa li nagħti bl-għajnuna ta’ Alla, nista’ nserraħ moħħi li l-Knisja ħa tkun hawn biex tgħini nwettaq il-ħolm tiegħi. Għalhekk nipprova ma nistenna xejn mill-Knisja, iżda napprezza kull ħaġa li tiġi mogħtija lili; sew filforma tal-grupp tas-CLC, kif ukoll f ’kull tbissima li kull individwu li għandu x’jaqsam mall-Knisja joffri ’l ta’ madwaru Inħoss li (fost affarijiet oħra) il-Knisja tirrappreżenta lil Alla fil-ħajja tagħna, u tagħtini s-saħħa biex naħdem u nipprova nagħmel id-dinja post aħjar. Anke jekk qatt m’hu ħa jirnexxieli, ilKnisja għenitni nifhem li hi tagħtini r-riżorsi biex imqar ntejjeb id-dinja ta’ individwu wieħed u li Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
www.jesuit.org.mt
Fr José de Pablo SJ jindirizza l-Assemblea Generali talKĦN. Warajh jidhru hafna ‘keywords’ dwar s-CLC minn pajjiżi differenti
l-Knisja tiftaħli ħafna bibien… Inħoss il-preżenza t’Alla fil-persuni li l-Knisja u s-CLC poġġewli fi triqti, u vera nħossni privileġġjata li Alla ddeċieda li jurini mħabbtu b’mod daqsekk sabiħ. Miktub minn Katryna Vella: Minn meta kont daqsxejn ta’ tifla, sa meta dħalt fis-Sixth Form tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi B’kara, bdejt ninqata’ bil-mod mill-ħakma ħelwa tal-ġenituri. Fil-Kulleġġ ingħaqadt mal-grupp tas-CLC ‘Iter Nostrum’, li organizza live-in. Hija esperjenza mill-isbaħ. Bħala membri ninġabru flimkien f ’attivitajiet, bħal-logħob, ‘hikes’, talb u riflessjonijiet. Il-laqgħat isiru darba fil-ġimgħa. Permezz tas-sehem tiegħi fil-laqgħat, indunajt b’fattur li nista’ ngħid mill-bidu beda jagħfas fuqi. Dan kien li bdejt nirraeliżża l-bżonn li l-bniedem jeħtieġlu jkun jaf iżjed dwar l-eżistenza tiegħu u xi jfisser dak li jemmen fih. Il-ħin twil ta’ riflessjoni fuqi nnifsi, kemm fil-laqgħat kif ukoll f ’mumenti ta’solitudni , kien ta’ għajnuna biex insir ilpersuna li sirt illum. Hi ħaġa sabiħa li l-bnedmin jingħaqdu fid-dar ta’ Alla u jitolbu flimkien. Hi ħaġa sabiħa wkoll li l-Knisja tinvolvi ż-żgħażagħ biex jieħdu sehem f ’ċertu attivatijiet waqt il-quddiesa, bħal kant, ‘powerpoints’, daqq, qari u tqarbin; iżda wkoll f ’affarijiet barra mill-bini tal-knisja, bħal-laqgħat, ikliet, u volontarjat għall-għajnuna tat-tkabbir talgħaqda tal-komunitajiet nisranija li kull djoċesi għandha bżonn.
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
L-esperjenza tiegħi fis-C.L.C. Meta ngħaqadt mal-grupp ‘Iter Nostrum’, tgħallimt li l-bniedem mhux biżżejjed li jitlob waħdu, għaliex hu maħluq biex jitkellem u jikkomunika ma’ ħolqien ieħor. Dan il-pilastru ta’ komunità, għeni nikber personalment kif ukoll soċjalment ma’ sħabi tas-CLC. Qabel ma dħalt membru ma’ dan il-grupp, kont naħseb li diffiċli tintegra ma’ nies oħra fuq qasam spiritwali. Mhux talli dan mhux minnu, iżda l-laqgħat, bl-għajnuna ta’ logħob, films u diskussjonijiet iżjed iħeġġu ż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom. Din il-komunità tas-CLC għenitni nifhem kif kull bniedem hu rappreżentat bħala univers żgħir li hu parti minn xi ħaġa ħafna ikbar minnu, xi ħaġa li hu ma jistax ikun jaf x’inhi f ’din id-dinja u li jista’ jduq biss ftit minn dan l-univers ikbar minnu. Apparti minn hekk, fil-grupp tgħallimt kif fit-talb verament isiru l-mirakli. Fil-laqgħat ta’ spiritwalità li jkollna, meta ma nsib xejn xi ngħid, nitfa’ ħarsti ’l fuq u ngħid, ‘Kemm Int kbir O Alla!’ u s-serenità li nħoss tkun waħda indiskribbli! Il-’guides’ għenuni nagħraf kif meta wieħed jitlob, ikun qed jara iżjed, għaliex ikun qed jidħol f ’persuntu u fil-persuna ta’ dawk li qed jitlob għalihom u b’hekk jagħraf iħares iżjed fil-fond. Ma fiha xejn li nagħmew, iżda importanti li nneħħu ċ-ċpar billi nitolbu maħfra, mhux biss lil Alla, iżda wkoll lill-membri talkomunità. Il-missjoni tiegħi hi waħda, u għandha tkun ta’ kulħadd, li b’kull azzjoni li nagħmel, infaħħar l-isem ta’ Alla.
9
Esperjenzi
Miktub minn Matthew Cassar
Iċ-Chaplaincy fl-Università - id-dar taż-żgħażagħ Fl-1592, il-Ġiżwiti waqqfu l-Collegium Melitemse li wara sar l-Università ta’ Malta. Meta l-Università kienet il-Belt Valletta, l-istudenti kellhom il-University Students’ Catholic Guild” u diversi Fathers Ġiżwiti, fosthom Fr Robert Darmanin, Fr Joseph Bernard u Fr Mario Jaccarini kienu d-diretturi spiritwali ta’ din l-Għaqda. Fis-sittinijiet beda l-bini tal-Università fl-Imsida. F’Jannar 1971 Fr Mario Jaccarini nħatar bħala l-ewwel full-time Chaplain tal-Università. F’Diċembru 1972 il-Ġiżwiti fetħu d-Dar P. Manwel Magri qrib l-Università. Fl-1977 l-Arċidjoċesi bniet il-kappella dedikata lil San Tumas More.
It-tim taċChaplaincy: Manuel Manuzzi SJ, Fr Patrick Magro SJ (Iċ-Chaplain il-ġdid), Sarah Zingariello, Martha Muscat u Christian Mintoff. Jidher magħhom ukoll Fr Mark Cachia SJ (li kien iċ-Chaplain sasSajf ta’ 2018)
10
X’tfisser il-kelma dar? Nistgħu ngħidu li din il-kelma tfisser il-post fejn wieħed jgħix b’mod stabbli. Madankollu, ħafna drabi l-kelma dar hija assoċjata fost oħrajn ma’ kliem bħal familja, imħabba u post fejn nikbru. Illum issoċjetà xi drabi ssibha diffiċli biex tispjega x’inhi dar u x’inhu meħtieġ biex iżżomm dar. Din hija importanti ħafna u ma nistgħux naħarbu minnha. Għalija, kif ukoll għal ħafna żgħażagħ, iċ-Chaplaincy tal-Università ta’ Malta saret daqslikieku kienet id-dar tiegħi – spazju ta’ imħabba li jien inħossni parti minnu fejn nista’ niżviluppa. X’offrietli u sibt fiċ-Chaplaincy Il-vjaġġ tiegħi fiċ-Chaplaincy tal-Università
ta’ Malta beda b’mod sempliċi. Fl-ewwel jum, li kien it-Tlieta, b’temp imċajpar u bix-xita, jien u l-ħabib tiegħi, li konna għadna qegħdin nidraw is-sistema tal-Università, poġġejna nieħdu kafè. Ilkonversazzjoni bdiet dwar affarijiet sempliċi imma malajr żviluppat f ’diskussjoni twila u profonda dwar l-isfidi li niffaċċjaw biex ngħixu l-fidi tagħna kuljum bid-dieher u biex insibu l-ambjent addattat fejn inħossuna komdi ħalli nesprimu dawn l-emozzjonijiet. Din il-konversazzjoni kienet strumentali biex niddeċiedi li nimxi u nidħol għall-ewwel darba fl-Uffiċċju taċ-Chaplaincy, mingħajr ma ħsibt dwar kemm-il darba kont se nerġa’ nidħol f ’dak l-uffiċċju fejn għamilt tifkiriet sbieħ li wassluni biex niżviluppa u nsir verżjoni aħjar tiegħi nnifsi. Huwa fatt li l-ħajja hija żvilupp u jekk
Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2018
www.jesuit.org.mt
nieqfu nikbru, naturalment u spiritwalment, ikun daqslikieku mitna. L-ewwel jiem li għaddejt fiċChaplaincy sa ċertu punt kienu mogħdija taż-żmien dwar affarijiet materjali li tellfuni milli nagħraf il-fatt li ċ-Chaplaincy kienet toffri ħafna opportunitajiet biex nikber. Fi żmien qasir, iċ-Chaplaincy bdiet issir il-post fejn jibdew ħbiberiji li jiffurmaw permezz talaċċettazzjoni ta’ kull persuna għal dak li hi. F’ħafna modi, iċ-Chaplaincy tfisser ċelebrazzjoni: komunità miftuħa li dejjem tiżviluppa għax tiċċelebra t-talenti u l-kwalitajiet ta’ kull individwu. Ġara li, avolja fil-bidu ma rrealizzajtx, iċ- Chaplaincy ipprovdietli l-ispazju biex tħallini niżviluppa l-personalità tiegħi stess permezz ta’ mħabba li tifhem u tappoġġja. Attivitajiet
Il-grupp ta’ żagħżagħ li telgħu biex joffru s-servizz tagħhom bħala volontiera l-Etijopja das-sajf. Magħhom jidher l-awtur ta’ dan l-artiklu, Matthew Cassar (jidher isfel, it-tieni wieħed mixxellug)
San Tumas Aquino qal: “Biex tikkonverti lil xi ħadd, mur aqbadlu jdejh u mexxih.” Meta bdejt l-avventura fl-Università, ħaġa waħda bdiet issir ċara f ’moħħi: ilbżonn li nsib spazju fejn nista’ nikkultiva u niżviluppa l-fidi tiegħi minkejja li l-ħajja universitarja kienet limitata ħafna biex insib dan l-ispazju. Għalkemm iċ-Chaplaincy, ma kkonvertitnix f ’sens litterali, iggwidatni biex il-fidi tiegħi ssir esperjenza iktar profonda u sinifikanti. L-opportinitajiet ta’ nutriment spiritwali huma vasti, speċjalment permezz ta’ sensiela ta’ attivitajiet bħat-talb ta’ Taizè, li hija waħda mill-esperjenzi favoriti tiegħi għax tagħti lil kull persuna l-ispazju għalliżvilupp spiritwali. Wieħed mill-modi li ċ-Chaplaincy pprovdiet lili u lill-oħrajn biex nikbru fil-fidi tagħna kien permezz tat-tagħlim tal-Knisja fil-kuntest tal-ħajja tal-lum. Dan kien isir permezz ta’ xi taħditiet fil-ħin tal-waqfa ta’ nofsinhar dwar temi soċjali ta’ żmienna fid-dawl Nisrani li jwasslu lill-istudenti biex jiddjalogaw u jisfidaw lil xulxin sabiex jiksbu għarfien aħjar ta’ dak li jemmnu. Inkun qed nonqos jekk ma niħux din l-opportunità biex nitkellem dwar l-esperjenzi ta’ volontarjat li ċ-Chaplaincy toffri li għalija jfissru mezz importanti biex nikber bħala persuna u fil-fidi. Matul iż-żmien li kont nistudja flUniversità ħadt l-opportunità li nieħu sehem f ’ħafna gruppi li organizzat iċ-Chaplaincy biex fis-sajf inwettaq servizz volontarju barra minn Malta.
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
Dar ta’ ferħ, daħq u qsim Permezz ta’ dawn l-esperjenzi kelli l-opportunità biex fuq kollox inħossni nagħmel parti b’mod iktar qawwi miċ-Chaplaincy u biex nisfida lili nnifsi u lill-fidi tiegħi f ’ambjent fejn kulħadd kien magħqud għal għan wieħed – dak li nagħmlu esperjenza ta’ volontarjat filwaqt li nsaħħu t-tliet pilastri ta’ servizz, spiritwaltà u komunità. F’dan il-kuntest iċ-Chaplaincy tipprovdi post fejn wieħed jitgħallem kif ikun parti minn komunità u biex jieħu sehem f ’attivitajiet bħalma huma l-attivitajiet biex jinġabru l-fondi miċ-Chaplaincy li jitolbu mill-persuna li tkun responsabbli u li tirsisti biex tikseb l-aħjar riżultat mill-aħjar tal-kapaċitajiet tagħha. Kieku jkolli niġbor l-esperjenza tiegħi maċChaplaincy ikolli ngħid li hi post fejn żviluppajt lili nnifsi għal dak li jien illum, billi kbirt personalment bħala individwu billi ngħaqqad l-iżvilupp personali tiegħi, inkun kapaċi ngħix u naqsam kuljum mal-oħrajn mumenti importanti f ’ħajti kif ukoll il-mixja spiritwali tiegħi. IċChaplaincy tikber u titqawwa b’mod sempliċi għax tissimbolizza l-aċċettazzzjoni u d-diversità. Hi post ta’ mumenti ma jieqfu qatt ta’ ta’ esperjenzi man-nies li jiffurmawha. Flimkien ma’ għadd kbir ta’ ħafna oħrajn, bla dubju, nista’ ngħid li għalina ċ-Chaplaincy hi d-dar tagħna.
11
Spiritwalità
Miktub minn Maria Theresa Portelli
Spiritwalità Injazjana
L-esperjenza tiegħi tal-Eżerċizzi Spiritwali (2) Fl-aħħar ħarġa, ippubblikajna l-ewwel parti tal-esperjenza tal-kittieba li għamlet ix-xahar irtir Injazjan fil-ħajja ta’ kuljum. Illum tkompli taqsam malqarrejja parti oħra mill-esperjenza spiritwali sabiħa li għaddiet minnha.
12
It-Tieni Ġimgħa Din it-Tieni Ġimgħa tal-Eżerċizzi Spiritwali, li mhix ġimgħa kalendarja kif nifhmu aħna imma hija fażi oħra tal-Eżerċizzi, tkompli tibni fuq l-Ewwel Ġimgħa għaliex tkompli tkun ibbażata fuq il-prinċipju li wieħed ifittex ’l Alla f ’kollox. L-għan ewlieni tagħha hu li wieħed jiddixxerni l-modi speċifiċi li għalihom Alla jkun qed isejjaħ lill-persuna. Bħala tħejjija għal din it-Tieni Ġimgħa, Injazju jissuġġerixxi dik li tissejjaħ ‘il-Kontemplazzjoni tasSultan’. Dan l-eżerċizzju jgħin biex wieħed iżomm quddiem għajnejh kemm huma serji d-deċiżjonijiet li jkollna quddiemna fil-ħajja. Meta għamilt dan l-eżerċizzju, ħassejtni li lanqas nista’ nirrifjuta s-sejħa li Hu qed jagħmel – dik li nkompli nsegwiH. Kelli xewqa fija li nkompli niskopri aktar x’inhi din is-sejħa u kif jien se nwieġeb għaliha u ngħixha. Kif jgħid Injazju, ridt li “ma nkunx trux għas-sejħa tiegħu iżda pront u kollni ħerqa biex inwettaq ir-rieda tiegħu l-iktar qaddisa” (ES, 91). Waqt ħafna mill-ħinijiet tat-talb ta’ din it-Tieni Ġimgħa, doqt u rajt kemm hu tajjeb il-Mulej (Salm 34: 8). Il-preżenza tiegħU kienet qawwija wisq, tant li xtaqt li nibqa’ fiha u kien hemm episodji mill-Iskrittura li kont qed nikkontempla li ma xtaqtx li noħroġ minnhom. It-Tieni Ġimgħa tinkludi tliet eżerċizzji importanti li jgħinu lil min qed jagħmel l-Eżerċizzi fil-proċess biex jieħu d-deċiżjoni li jkollu quddiemu lejn tmiem din it-Tieni Ġimgħa. Hawnhekk xtaqt ngħid fuq fuq l-esperjenza tiegħi ta’ dawn it-tliet eżerċizzji: Iż-Żewġ Stendardi Din il-meditazzjoni tgħin lil min qed jagħmel l-Eżerċizzi biex jinħeles mill-ingann tal-ispirtu l-ħażin fid-deċiżjoni li jkollu quddiemu u jimxi wara dak li qed jgħidlu l-Ispirtu ta’ Alla. Permezz ta’ din il-meditazzjoni, sirt aktar konxja kemm il-qawwa tal-ħażen u anke l-qawwa tal-Ispirtu t-tajjeb jinsabu fija u fid-dinja ta’ madwari. Rajt li t-tliet vizzji li San Injazju jattribwixxi għall-qawwa tal-ħażen – dawk tal-għana, tal-unur u tassuppervja - iwasslu lill-bniedem biex ikun indipendenti minn Alla. Huwa dan li x-xitan irid – li ninqatgħu minn Alla biex hu jkollu aktar ħakma fuqna. Immeditajt kemm Ġesù jixtieq li d-dixxipli tiegħu jsiru dejjem aktar jixbħuh fil-virtuwijiet tiegħu – fil-faqar, fl-umiljazzjonijiet u flumiltà. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
Għalhekk, l-iskop ta’ dan l-eżerċizzju hu biex nirriflettu dwar jekk il-valuri li qed ngħixu fl-istil ta’ ħajjitna jixbħux lil dawk ta’ Kristu jew le. F’dalmument tal-Eżerċizzi, tlabt il-grazzja li fl-għażliet tiegħi, ngħix it-tliet valuri ta’ Ġesù u, fl-istess waqt, inwarrab dak kollu li jista’ jfixkel. It-Tliet Gruppi ta’ Nies L-għan ta’ dan l-eżerċizzju hu biex min qed jagħmel l-Eżerċizzi jara x’dispożizzjoni għandu quddiem l-għażliet tal-ħajja u biex din iddispożizzjoni tinħeles minn kull diżordni u qerq. L-Ewwel Grupp ta’ Nies li jiddeskrivi San Injazju huma dawk il-persuni li jgħidu ħafna imma li ma jieħdu l-ebda azzjoni. It-Tieni Grupp ta’ Nies hu dawk il-persuni li lesti li jieħdu azzjoni dment li jilħqu kompromess dwarha, filwaqt li t-Tielet Grupp ta’ Nies hu dawk il-persuni li jħallu l-ħajja tagħhom f ’idejn Alla u jkunu disposti li jieħdu azzjoni skont ir-rieda tiegħU. Meta ħarist lejn deċiżjonijiet li kelli nieħu fil-ħajja tiegħi, rajt li matulhom ġieli kien hemm biżgħat, nuqqas ta’ kuraġġ u qtigħ il-qalb li dawn kienu jxekkluni ħafna fil-pass li kont inkun irrid nagħmel. Dawn għalija kienu attachments li jien ridt li neħles minnhom għaliex rabtuni ħafna u internament ma ħallewnix daqshekk libera. Tlabt ħafna ’l Alla l-grazzja li nkun bħat-Tielet Grupp ta’ Nies.
Quddiem din l-għażla li kelli quddiemi, ma kontx qed inħossni f ’dak li San Injazju jsejjaħlu bħala l-Ewwel Żmien (ES, 175) għaliex qatt ma kont daqshekk ċara biex malajr ngħid li dik l-għażla partikolari hija dik li Alla jixtieq. Fl-għażla li kelli quddiemi, kien hemm ħwejjeġ li ma kinux daqstant ċari u ġew mumenti ta’ inċertezza u dubji. Minħabba f ’hekk, aktar bdejt inħossni li qiegħda f ’dak li San Injazju jsejjaħ bħala t-Tieni Żmien, li hu esperjenza, li fiha, permezz tal-konsolazzjonijiet u d-deżolazzjonijiet, stajt nagħraf il-ħidma tal-ispirtu t-tajjeb u tal-ispirtu l-ħażin fija (ES, 176). Filfatt, tul il-kontemplazzjonijiet li għamilt f ’dal-perjodu, bdejt inħoss ħafna taqlib fija fiddixxerniment li kont qed nagħmel. Kien hemm bosta mumenti li fihom ħakmitni ħafna biża’. Madanakollu, bdejt nisma’ lil Ġesù jgħidli kif qal lid-dixxipli: “Agħmlu l-qalb, jien hu, tibżgħu xejn” (Mt.14: 27).
It-Tliet Xorti ta’ Umiltà L-ewwel Xorta ta’ Umiltà hi l-aktar bażika u ippreżentatli kif Alla wera dak li jogħġob lilu u dak li jagħtih gost permezz tal-Kmandamenti. It-Tieni Xorta ta’ Umiltà hi aktar perfetta u ppreżentatli quddiemi li qatt m’għandi nikkunsidra l-iċken azzjoni li tista’ xxejjen ir-relazzjoni li għandi ma’ Alla. It-Tielet Xorta ta’ Umiltà tinvolvi sejħa radikali għall-umiltà u tinkorpora fiha l-Ewwel u t-Tieni Xorta, iżda aktar minn hekk ukoll. Il-bniedem irid jimita u jixbah lil Kristu u, għalhekk, jagħżel il-faqar u l-umiljazzjonijiet b’imħabba lejn Alla. Din ippreżentatli l-possibilità li jista’ jkun hemm ċirkostanzi fil-ħajja tiegħi li fihom irrid immut għalija nnifsi, anke fl-għażla li kont qed inħejji għaliha f ’dawn l-Eżerċizzi. Dwar l-Għażla Din il-parti hi fundamentali għall-esperjenza tal-Eżerċizzi Spiritwali. Filwaqt li fil-ħinijiet tattalb tiegħi kont qed nagħmel kontemplazzjonijiet dwar il-ministeru pubbliku ta’ Ġesù, komplejt id-dixxerniment fuq għażla partikolari għall-ħajja tiegħi li kelli quddiemi dak iż-żmien. Kont ħerqana biex niskopri aktar dak li Alla jrid minni u tlabt ħafna għad-dawl tiegħU. Xi mindaqqiet, kelli fija sentimenti ta’ biża’ u drabi oħra ta’ kuraġġ. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
Fid-dixxerniment li komplejt flimkien ma’ min kien qed imexxini fl-Eżerċizzi Spiritwali, wasalt aktar li nagħraf kif għandi nwieġeb għall-għażla li kelli quddiemi. Quddiem din l-għażla, bdejt inħossni aktar fil-paċi: “Meta jkun Alla, u l-anġli tiegħu li qegħdin jaħdmu, issib li jnisslu fir-ruħ ferħ u hena spiritwali ġenwina, u jwarrbu kull swied ta’ qalb u taħwid li jiġu mill-għadu” (ES, 329). S’issa, fl-Eżerċizzi kont għaddejt minn mumenti sbieħ ħafna ta’ konsolazzjoni u intimità ma’ Alla, minkejja t-taqlib li għaddejt minnu sakemm għamilt l-għażla. Il-mumenti li fihom kelli nagħraf bejn spirti differenti għenuni ħafna biex nara kif taħdem ittattika tal-qawwa tal-ħażen. Għaraft ukoll li l-għaqda tiegħi ma’ Alla ma tridx tkun biss f ’dawk il-mumenti ta’ konsolazzjoni, imma anke fil-mumenti ta’ dlam. Referenzi Sant’Injazju ta’ Loyola. L-Eżerċizzi Spiritwali. (2006) Maqlub għallMalti minn P. Mallia SJ u A.G. Vella SJ.
(Jissokta f ’ħarġa oħra)
13
Spiritwalità
www.jesuit.org.mt
Riflessjoni
Miktub mill-Istudenti u Ms Cristina Spiteri
Iż-żgħażagh jirriflettu dwar l-ittra tal-Papa Fit-13 ta’ Jannar, 2017 il-Vatikan ippubblika d-Dokument Preparatorju għas-Sinodu talIsqfijiet f ’Ottubru tal-2018 dwar iż-żgħażagh. Dakinhar il-Papa kiteb ittra liż-żgħażagħ u qalilhom “Nistedinkom tisimgħu leħen Alla li jidwi fil-qlub tagħkom permezz tan-nifs talIspirtu s-Santu.” Il-Papa fakkarhom li fi Krakovja kien staqsa liż-żgħażagħ jekk l-affarijiet jistgħux jinbidlu. Huma wieġbu li xtaqu jġibu bidla. Żied jgħidilhom: “Anki l-Knisja tixtieq tagħti widen għal leħinkom, għas-sensibbiltà tagħkom, għall-fidi tagħkom; saħansitra għad-dubji u l-kritika tagħkom. Semmgħuha l-għajta tagħkom, ħalluha tidwi fil-komunitajiet u wassluha għand ir-rgħajja.”
B’din l-ittra lilna ż-żgħażagħ il-Papa riedna nkunu protagonisti fil-mixja lejn is-Sinodu u fisSinodu. Fuq stedina ta’ Ms Cristina Scerri, iċ-Chaplain tas-Sixth Form tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’kara, aħna, xi ftit studenti fis-Sixth Form, iltqajna biex nirriflettu flimkien u nwieġbu għall-ittra tal-Papa. Xi wħud minna ilna seba’ snin nistudjaw fil-Kulleġġ. Oħrajn daħlu sena jew sentejn ilu. Matul dawn is-snin aħna ħadna formazzjoni akkademika, imma fuq kollox ingħatajna formazzjoni umana u spiritwali ħalli nkunu tassew “irgiel u nisa għall-oħrajn”. Ninsabu fuq l-għatba biex nispiċċaw l-iskola u nibdew l-Università ħalli mbagħad, wara dixxerniment, inwieġbu għas-sejħa personali li jagħmlilna Alla. F’dan l-artiklu nixtiequ naqsmu magħkom xi ftit riflessjonijiet li għamilna dwar l-ittra u d-Dokument Preparatorju. 1. Il-Formazzjoni tal-Personalità Aħna nħossu li ż-żgħażagħ qegħdin ifittxu sens ta’ identità u jagħmlu lilhom infushom żewġ mistoqsijiet urġenti. “Min jien? Fejn sejjer?” Ilfamilja għandha rwol kruċjali fil-formazzjoni ta’ din l-identità. Ħafna aktar żgħażagħ isibu ruħhom fi djar fejn l-istruttura tal-familja tradizzjonali m’għadhiex teżisti. Għalhekk it-tfittxija tagħhom għall-istabbiltà u li jkun fiha l-konfini qiegħda ssir aktar urġenti. Hawn żgħażagħ li għalihom hi ħaġa rari li l-familja tkun flimkien għall-ikel. Dan jurina li ma nistgħux nikkonkludu li f ’darhom iżżgħażagħ għandhom strutturi stabbli. Id-Dokument Preparatorju jgħid li huwa fattur
14
sinifikanti għat-tiswir tal-identità li ż-żgħażagħ ikollhom sens “ta’ appartenenza”. Aħna naqblu li dan huwa tassew punt importanti. Il-Knisja teħtieġ li trawwem sens akbar ta’ appartenenza. Iżżgħażagħ tal-lum ma jħossux sens ta’ appartenenza fil-Knisja għax għalihom il-Knisja hija xi ħaġa tal-passat, antikwata, irrelevanti. Dan is-sens ta’ appartenenza jista’ jitrawwem billi l-Knisja tinvesti iktar f ’relazzjonijiet maż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ iħossuhom kapaċi jipparteċipaw fil-Knisja meta jiġu mismugħa u meta jkunu fdati. Il-Knisja għandha tħeġġeġ sens ta’ komunità li hija entużjasta, inklużiva u li tistieden. Dan is-sens veru ta’ appartenenza jista’ jseħħ biss jekk kull membru jipparteċipa u jħossu bħala membru attiv tal-komunità. Għalhekk huwa importanti li l-Knisja tibqa’ tħeġġeġ lill-adoloxxenti tagħha biex jipparteċipaw u jagħtu l-kontribut tagħhom bħal per eżempju fil-qari matul il-Quddiesa, li jissieħbu fil-grupp tal-abbatini, jew fil-Youth Fellowship. eċċ. Meta ż-żgħażagħ iħossuhom tassew parti minn komunità ħajja u dinamika huma jkunu lesti jagħtu sehemhom. Għalhekk inħossu li, speċjalment wara li jagħmlu l-Ġriżma tal-Isqof, jeħtieġ nippruvaw inżommu ż-żgħażagħ involuti fil-Knisja. 2. Iż-Żgħażagħ u l-futur Jista’ jkun li lilna ż-żgħażagħ il-futur jaqtagħlna qalbna. Qisu bħal xabla b’żewġt ixfar. Minn naħa waħda aħna ż-żgħażagħ qegħdin fil-quċċata tal-ħajja, il-ġejjieni jsejħilna, u għandna ħafna opportunitajiet li jħajruna. Imma fl-istess ħin, ilfatt stess li hemm tant opportunitajiet jista’ jkun ta’
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
Riflessjoni sfida kbira. Aħna nixxenqu għall-paċi u l-istabbiltà iżda naraw tant inġustizzji u tant tbatija. Ħafna żgħażagħ inħossuna mgħobbijin b’tensjoni u Numru ta’ ansjetà minħabba l-pressjonijiet biex immorru studenti tajjeb fl-eżamijiet, biex nirnexxu fl-impjiegi, mill-Kulleġġ biex niksbu l-istabbiltà finanzjarja u biex nilħqu San Alwiġi waqt ġimgħa l-għanijiet tal-karriera malajr kemm jista’ jkun. li qattgħu Aħna ż-żgħażagħ ninsabu mħassbin ħafna f’Loyola House, dwar l-ambjent. Għandna bżonn gwidi u għodda jakkumpanjaw biex jgħinuna nieħdu deċiżjonijiet tajba rigward il-Ġiżwiti l-istudji, il-karriera, l-istil ta‘ ħajja u r-relazzjonijiet anzjani li tagħna. joqogħdu hemmhekk, flimkien ma’ Ms Cristina Spiteri, iċ-Chaplain tasSixth Form.
3. Iż-Żgħażagħ u t-Teknoloġija Ma nistgħux niċħdu l-fatt li t-teknoloġija għandha rwol kruċjali fil-ħajja taż-żgħażagħ. Veru li bidlet il-mod kif nirrelataw ma’ xulxin, il-mod kif nistudjaw u r-rutina tagħna ta’ kuljum. Itteknoloġija fetħet dinja ta’ informazzjoni u aċċess għal ideat u modi ta’ għajxien ġodda li huma ħafna aktar globali. Madanakollu, il-mezzi teknoloġiċi qabduna f ’nassa. Xi wħud minna tassew ħassejna ruħna ħielsa u arrikkiti meta għaddejna ftit ħin mingħajr il-mobiles tagħna waqt esperjenza ta’ volontarjat dan is-sajf! Kemm ħassejna ruħna aħjar meta tkellimna wiċċ imb’wiċċ ma’ persuna mingħajr ilmidja soċjali li tinfluwenzana u tiddettalna kif jew min għandna nkunu! 4. Fittex Tifsira fil-Ħajja Nixtiequ nenfasizzaw il-punt li sar fid-Dokument Preparatorju li ħafna żgħażagħ ma jafux kif
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
jirrispondu l-mistoqsija, “X’inhi t-tifsira tal-ħajja?” Ma jarawx ħafna konnessjoni bejn il-ħajja u l-messaġġ tal-Knisja. Ħafna minnhom ma jarawx lilhom infushom bħala “reliġjużi”. Madankollu, “iż-żgħażagħ huma miftuħa għall-spiritwali”. Iżżgħażagħ jiddistingwu bejn ir-reliġjon, f ’termini ta’ istituzzjoni u tradizzjoni, u l-ispiritwalità. Bosta żgħażagħ huma diżillużi mill-Knisja bħala istituzzjoni u telqu minnha. Huma jfittxu tifsira, iżda din it-tfittxija ma twassalx awtomatikament għall-Knisja. Pjuttost ifittxu tifsira f ’suċċess akkademiku jew fi stat finanzjarju jew suċċess personali. Aktar milli tradizzjoni, iż-żgħażagħ jixtiequ esperjenzi fejn jistgħu jirriflettu dwar il-ħajja tagħhom u jikbru fl-ispiritwalità tagħhom. Għandhom bżonn jaraw nies li jagħtu xhieda awtentika u li verament jgħixu r-relazzjoni tagħhom ma’ Ġesù b’mod ġenwin. Dawn għandhom responsabbiltà kbira biex iressqu ż-żgħażagħ lejn Ġesù, mhux permezz talpredikazzjoni iżda permezz tal-mod ta’ kif jgħixu l-fidi tagħhom. Konklużjoni Is-Sinodu tal-Isqfijiet li ġej huwa sinjal ta’ grazzja għal żminijietna. Huwa mument meta r-rgħajja permezz tal-Ispirtu Qaddis ikunu miftuħa għallispirazzjoni tiegħu biex jisimgħu dak li ż-żgħażagħ jixtiequ jgħidu lill-Knisja u wara jwieġbu għallħtiġijiet u x-xewqat tagħhom. Niftakru fi kliem Ġesù li qal “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx,” (Matt 19:14). Ejjew nitolbu għal spirtu ta’ ftuħ u djalogu li jista’ jagħti ħajja u enerġija ġdida lill-Knisja.
15
’l Hawn u ’l H Il-kawża talKanonizzazzjoni ta’ Fr Pedro Arrupe Fil-11 ta’ Lulju 2018, isSuperjur Ġenerali, Fr Arturo Sosa, ħabbar il-bidu tal-proċess tal-beatifikazzjoni ta’ Fr Pedro Arrupe u qal li kien “bniedem ta’ verità b’għeruq fi Kristu u dedikat għall-missjoni”. Bħalissa, il-Postulatur Ġenerali tal-Ġiżwiti qiegħed jiġbor il-kitbiet ta’ Fr Arrupe u jħejji lista ta’ persuni li kienu jafuh u li lesti jagħtu xhieda tal-qdusija tiegħu. Qegħdin wkoll ifittxu jekk kienx hemm xi provi ta’ mirakli li saru wara li ntalbet l-interċessjoni tiegħu. Fr Arrupe twieled fl-1907 u daħal Ġiżwita fl-1927, waqt li kien qiegħed jistudja għal tabib. Studja f ’diversi pajjiżi u kien ordnat saċerdot fl-1936. Fl-1938 mar missjunarju fil-Ġappun. Kien id-Direttur tan-novizzi meta fis-6 ta’ Awwissu, 1945 waqgħet il-bomba atomika fuq Hiroshima. Fl-1958 inħatar Provinċjal tal-Ġappun u fl-1965 intgħażel biex ikun is-Superjur Ġenerali u t-28 suċċessur ta’ Sant’Injazju minn Loyola. Matul il-ġeneralat tiegħu Fr Arrupe stinka biex l-għan tal-Kumpanija ta’ Ġesù jissaħħaħ u jkun “Is-servizz tal-Fidi u l-promozzjoni tal-ġustizzja”. Kien hu li waqqaf is-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati. Fl-1973, beda juża l-frażi li l-Ġiżwiti, il-kollaboraturi tagħhom u l-istudenti fl-istituzzjonijiet edukattivi tagħhom, għandhom ikunu “nisa u rġiel għall-oħrajn”. Fl-1981 kellu puplesija u sentejn wara, fl-1983 offra r-riżenja tiegħu u qal li “Iżjed minn qatt qabel insib ruħi f ’idejn Alla. Dan hu li xtaqt matul ħajti minn żogħżiti.” Fr Arrupe miet f ’Ruma fil-5 ta’ Frar, 1991. Il-fdalijiet tiegħu kienu trasferiti miċ-ċimiterju u midfuna fil-knisja tal-Ġesù f ’Ruma.
Ġublewijiet fl-2018 Fl-24 ta’ Marzu: Fr Lawrence Caruana, 60 sena ta’ saċerdozju Fit-23 ta’ Settembru: Fr Joseph Borg, 70 sena filKumpanija ta’ Ġesù Fl-10 ta’ Ottubru: Fr Alfred Darmanin, Fr Victor Degabriele u Fr Emidio Saliba, 60 sena fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Waqt li nifirħulhom, nirringrazzjawhom għall-ħidma kollha tagħhom fl-għalqa tal-Mulej u nitolbu għallbżonnijiet tagħhom.
16
Ħatriet ġodda fil-Provinċja Hi drawwa tal-Ġiżwiti li, qrib il-festa ta’ Sant’Injazju, il-Provinċjal joħroġ dak li nsejħulu l-iStatus, jiġifieri lista ta’ ħatriet u ċaqliq ta’ persuni. Mill-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f ’B’Kara, Fr Edgar Busuttil, li kien is-Superjur tal-komunità, issa qiegħed fil-komunità ta’ Dar Manwel Magri, l-Imsida, u qed jkompli l-ħidma tiegħu fl-Istitut ta’ Paolo Freire fiż-Żejtun. Is-Superjur il-ġdid fil-Kulleġġ hu Fr Paul Chetcuti li kien is-Superjur f ’Dar Loyola, in-Naxxar. F’Dar Loyola, in-Naxxar, issa hemm bħala Viċi Superjur, Fr Anthony Calleja li kien jaħdem barra. Fr Alfred Micallef, is-Superjur ta’ Mount St Joseph, il-Mosta, u Fr Michael Bugeja, is-Superjur ta’ Dar Manwel Magri, l-Imsida, ħadu post xulxin. Minn Settembru sa Diċembru waqt li Fr Micallef se jkun imsiefer, Fr Patrick Magro se jkun l-Aġent Superjur fl-assenza tiegħu. Mill-Imsida, Fr Mark Cachia, li kien iċ-Chaplain tal-Università, ingħaqad ma’ sħabu fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f ’B’kara. Huwa qiegħed jaħdem mal-JRS (IsServizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati) . Minflok Fr Mark Cachia, iċ-Chaplain il-ġdid hu Fr Patrick Magro. Il-komunità ta’ Dar Loyola, in-Naxxar, żdiedet bi tliet membri ġodda. Mill-Furjana ġew Fr Joe Borg u Fr Robert Wirth, u ġie wkoll Fr Albert Said wara ħafna snin fl-Indja, is-Sudan u fl-Awstralja. Mill-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f ’B’Kara, Fr Albert Xuereb mar fil-komunità ta’ Mount St Joseph, il-Mosta. Br Saviour Mifsud, mill-Kulleġġ issa mexa għal Dar Manwel Magri, l-Imsida. Fr Josef Mario Briffa, li jgħallem fl-Istitut Bibbliku f ’Ruma, sejjer il-Kenja biex jagħmel it-Tielet sena tanNovizzjat tiegħu. Fr Chris Vella li qiegħed f ’Mount St Joseph, il-Mosta, bħala Direttur taċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana, ukoll sejjer jagħmel it-Tielet sena tan-Novizzjat tiegħu. Huwa se jkun il-Kuba. Fr Anthony Calleja inħatar Direttur taċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana minfloku. Tliet studenti wkoll iċċaqalqu. Andrew Camilleri, li spiċċa l-kors tal-filosofija f ’Ruma, jinsab fil-kulleġġ tagħna fil-Kajr, l-Eġittu, biex jaħdem fost l-istudenti u jgħallem l-Ingliż. Arnold Mugliett, minn Ruma issa qiegħed fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f ’B’kara, biex jagħmel xogħol pastorali mat-tfal u jgħallem. Minn Dar Manwel Magri, l-Imsida, Robert Rizzo, qiegħed fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f ’B’Kara u hemmhekk qed ikompli l-appostolat ta’ Assistent taċ-Chaplain fis-Sixth Form. Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
Hemm mal-Ġiżwiti Il-Komunità ta’ Ħajja Nisranija Fl-1563 Ġiżwita żagħżugħ Belġjan waqqaf fil-Kulleġġ Ruman dik li kienet tissejjaħ il-Kongregazzjoni Marjana (Sodality of Our Lady); moviment lajk b’Ispiritwalità Injazjana. Imbagħad fl-1948 il-Papa biddel ftit l-organizazzjoni ta’ dan il-moviment. It-Tieni Konċilju tal-Vatikan tkellem ħafna dwar issejħa ta’ kulħadd għall-qdusija u l-appostolat tal-lajċi. Dan wassal biex fl-1967 l-isem tal-moviment sar il“Komunità ta’ Ħajja Nisranija” (CLC) u baqa’ jimxi fuq l-Ispiritwalità Injazjana. Bejn it-22 u l-31 ta’ Lulju ta’ din is-sena, rappreżentanti minn iktar minn 70 pajjiż iltaqgħu f ’Buenos Aires, l-Arġentina, għall-Assemblea Dinjija tal-Komunitajiet ta’ Ħajja Nisranija.
F’din l-okkażjoni, is-Superjur Ġenerali qal li l-Konċilju ħa bis-serjetà l-missjoni tal-lajċi fil-Knisja. Hu fakkar lill-membri dwar l-importanza li jinvolvu ż-żgħażagħ fil-missjoni ta’ dan il-moviment. Iżżgħażagħ jassiguraw li tissokta l-missjoni tal-Komunità f ’partijiet differenti tad-dinja. Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa Franġisku talab lillmembri ħalli jaħdmu sabiex Kristu jkun preżenti fl-attivitajiet tagħhom, ħalli jagħtu messaġġ appostoliku fil-ħidmiet kollha tagħhom. Waqt li wera l-apprezzamant għall-kariżma tagħhom, il-Papa rringrazzjahom għad-dedikazzjoni u l-imħabba tagħhom lejn il-Knisja u l-aħwa. Fakkarhom ukoll li l-komunità għanda tħabbrek biex tiltaqa’ ma’ oħrajn u tmantnihom b’dak il-ħobż li waħdu biss jista’ jissodisfa l-qalb umana – l-imħabba ta’ Kristu.
Nifirħulu
Btala f’Malta
Matul dawn l-aħħar sentejn, l-istudent Arnold Mugliett kien qiegħed jistudja flUniversità LUMSA f ’Ruma u f ’Lulju kiseb il-lawrija filPsikoloġija. Prosit. F’Awwissu Arnold ħa sehem f ’laqgħa tal-Ġiżwiti fil-Formazzjoni dwar il-komunikazzjoni . Wara l-laqgħa, il-Ġiżwiti ż-żgħażagħ kellhom udjenza malPapa li għamilhom indirizz qasir u wieġeb għallmistoqsijiet tagħhom.
Fix-xhur tas-sajf xi Ġiżwiti Maltin li jaħdmu barra minn gżiritna ġew Malta għal ftit ta’ mistrieħ. Mill-Eġittu ġie Fr Oliver Borg Olivier. Mill-Etjopja kien hawn Fr Joe Pullicino. Mill-Kanada ġie Fr Philip Chircop. Mill-Indja lqgħajna lil Fr Paul Aquilina u lil Fr Joe Gauci Sacco. Qabel ma mar lura, Fr Joe, kellu l-opportunità sabiħa li għal ftit ġranet jiltaqa’ ma’ neputih, Mons Charles Gauci, li kien ordnat isqof ta’ Darwin, fl-Awstralja. Mill-Irlanda wasal Fr Paul Pace. Mill-Italja kien hawn Fr Cecil Azzopardi, l-istudent Josef Beck, l-istudent Andrew Camilleri, Fr Louis Caruana, in-novizz Nicholas Cassar, Fr Anthony Cilia, Fr Edward Farrugia, Fr Mario Farrugia, Fr Pierre Grech Marguerat, Fr Vincent Magri u Fr René Mario Micallef. Mill-Iskozja ġie Fr Patrick Rice. Minn Spanja kien hawn l-istudent Michael Debono. Fostna kien hawn ukoll xi Ġiżwiti oħra li ġew jistudjaw l-Ingliż jew għal vaganza. Volontarjat fis-sajf
Lil Ħbiebna - L-Ewwel Ħarġa 2018
Gruppi ta’ żgħażagħ għamlu volontarjat f ’Palermo Leaders: Emma Fenech u Anne Farrugia, flimkien ma’ Fr Patrick Magro SJ; Firenze - Leaders Evan Demicoli u Elena Pace; Naples - Leaders: Maria Vella u Joseph Fenech, flimkien ma’ Manuel Manuzzi SJ; Londra Leaders Lucia Buhagiar u Christian Mintoff; Ethiopia - Leader: Luisa Bugeja.
17 17
Storja
Miktub minn Carmel Baldacchino
Il-Ġiżwiti u l-futbol f’Malta Il-futbol hu wieħed mill-iktar sports favoriti f ’pajjiżna u għandu storja ta’ 141 sena. L-awtur, li għamel ħafna riċerka u kiteb ktieb “il Futbol f ’Malta” u ħafna artikli dwar dan, jaqsam mal-qarrejja l-bidu tal-istorja bejn il-Ġiżwiti u l-futbol f ’Malta.
Il-Kulleġġ ta’ San Injazju kif kien jidher fl-aħħar snin tas-seklu dsatax. Il-Kappella (immarkata b’ċirku) għadha hemm.
18
Il-Kulleġġ ta’ Sant’Injazju f ’San Giljan (illum Tas-Sliema) fetaħ f ’Novembru 1877. Ħalli nibdew, fil-qosor, bl-istorja tal-bini tiegħu. Negozjant irtirat Ingliż jismu Watson, b’mezzi finanzjarji sostanzjali, bena dar. Meta miet, il-bini sar kulleġġ tal-Protestanti bl-iskop li jitħarrġu żgħażagħ ħalli jmorru missjunarji fil-Lvant. Innumru ta’ subien li daħlu qatt ma qabeż is-sittin. Għalhekk, f ’qasir żmien, l-iskola kellha tagħlaq. Meta l-Kulleġġ kien jitmexxa mill-Protestanti, fin-naħa ta’ fuq, inbnew żewġ kmamar kbar li wara ntużaw bħala gymnasium u bħala laboratorji tal-fiżika u l-kimika. Dan kien il-bini fejn 33 tifel bdew il-ħajja kolleġġjali taħt it-tmexxija tar-Rettur Fr John Morris S.J. Minn 33 tifel, wieħed biss kien Ingliż. L-oħrajn kienu kollha Maltin. Wara seba snin Fr Henry Martin inħatar ir-Rettur. F’għeluq is-sena mill-bidu tat-tmexxija tiegħu, jiġifieri fit-18 ta’ Novembru 1878, Fr. Morris inbidel ma’ Fr Vincent Horngold li laħaq floku bħala Rettur. Dan mill-ewwel medd għonqu għax-xogħol. Taħt it-tmexxija tiegħu l-Kulleġġ ħa spinta ’l quddiem u żied dik li kienet magħrufa bħala n-naħa l-leminija tal-Kulleġġ. Dan seħħ minkejja d-diffikultajiet serji li
l-pajjiż sab ruħu fihom fosthom l-epidemija tal-kolera tal-1887. Fl-24 ta’ Frar 1881, il-knisja l-ġdida tbierket u nfetħet uffiċjalment mill-Vigarju Ġenerali. F’April tal-1898 Fr Joseph Kenny sar ir-Rettur u minħabba saħħtu dam sal-1901. Warajh ġie Fr Joseph Dobson. Jingħalaq il-Kulleġġ Għall-ħabta tal-1904 l-isqfijiet Ingliżi ħassew ilħtieġa li jinfetaħ kulleġġ tal-Ġiżwiti ġewwa Leeds. Il-Kulleġġ f ’Malta kien piż kbir għall-provinċja Ingliża għaliex mhux inqas minn sittax-il qassis u Brother kienu qegħdin iservu fih. Il-provinċjal Ingliż kellu jħabbat wiċċu ma’ sitwazzjoni fejn 24 post vakanti kellhom jimtlew biss bi tnax-il persuna. Billi l-Kulleġġ ta’ Leeds kien daqstant bżonjuż, il-provinċja Ingliża ddeċidiet li tagħlaq il-Kulleġġ tagħha f ’Malta. Dan seħħ f ’Lulju tal-1907 meta xi wħud millgħalliema tal-Kulleġġ irritornaw lura l-Ingilterra. Madankollu tliet għalliema baqgħu Malta biex jgħinu fil-Kulleġġ il-ġdid ta’ San Alwiġi f ’Birkirkara. Matul is-snin li fihom kien miftuħ il-Kulleġġ
Il-grupp ta’ studenti fil-Kulleġġ ta’ San Injazju f’San Ġiljan. Kienu dawn it-tfal li bdew il-logħba talfutbol f’Malta. Fin-nofs fuq in-naħa tallemin jidher Mr. Walford, il-bniedem li għallem lit-tfal Maltin kif jilagħbu l-futbol.
It-tim talfutbol ta’ St. Ignatius College 1901-02. It-tim talKulleġġ f’dan il-perjodu kien fl-aqwa tiegħu. F’dan ir-ritratt jidhru E. Busuttil, J. Bellante u F. Borg. Dawn it-tlieta kienu fost l-aqwa plejers ta’ żmienhom.
ta’ San Injazju, l-istudenti kienu sottomessi għallistess dixxiplina u sports li kienu jgħaddu minnhom l-istudenti talkulleġġi Ingliżi. Nafu fiċ-ċert li fl-1877, wieħed millgħalliema, ċertu Mr. Walford, għallem lill-istudenti Maltin kif jilagħbu l-futbol u l-krikit u anki talab lir-Rettur biex jibnilhom court talhandball. Sal-1899 illogħba tal-futbol kienet stabbilixxiet ruħha fil-Kulleġġ, tant li wieħed li kien qiegħed iżur l-inħawi nnota li l-logħba talfutbol kienet qed tintlagħab. Dan li għedna jipprova fiċ-ċert li l-futbol beda f ’Malta millĠiżwiti fil-Kulleġġ ta’ San Injazju f ’San Ġiljan. Mhux biss, iżda nistgħu nidentifikaw ukoll lil Mr. Walford bħala l-bniedem li żera’ ż-żerriegħa li nibtet u kibret fl-isport nazzjonali Malti. Jibdew il-partiti Fost l-ewwel Maltin li ppruvaw jilagħbu l-futbol kien hemm il-membri tal-Malta Athletic Club fil-Belt. Barra l-futbol, dan il-klabb daħħal f ’Malta diversi sports fosthom il-krikit u r-roller-skating. Il-Malta Athletic Club kellu parti importanti fl-istorja tal-futbol Malti għax minnu ħarġet l-ispirazzjoni biex il-futbol jimxi ’l quddiem. Għal ħafna snin il- President tal-klab kien il-Maġġur H.A. Balbi u taħt it-tmexxija tiegħu l-klabb organizza l-futbol fl-ewwel snin. Fl-1911 krew biċċa art fil-Marsa mingħand l-Ingliżi u rranġawha fi grawnd tal-futbol. L-Athletic Ground sar iċ-ċentru tal-futbol Malti sakemm infetaħ ilgrawnd tal-Mile End fl-1912. Meta fl-1913 twaqqfet il-Melita Football Association, Balbi sar l-ewwel President tagħha Fl-1886 it-tim tal-Kulleġġ ta’ San Injazju stieden lill-membri tal-Malta Athletic Club għal logħba
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
futbol. L-MAC aċċettaw l-istedina u l-logħba ntlagħbet fid-Diċċ il-Blu barra Bieb il-Bombi fil-15 ta’ Novembru 1886. L-MAC rebħu b’5-0. Bejn l-1886 u l-1906, it-tim tal-Kulleġġ ta’ San Injazju kien fost l-aqwa timijiet li kien hawn Malta. L-istudenti rebħu lil kulħadd: Maltin u Ingliżi tas-servizzi. Fl-1907, il-Ġiżwiti kif diġà rajna, għalqu l-kulleġġ ta’ San Ġiljan u fetħu ieħor f ’Birkirkara. Mal-milja taż-żmien il-bravuri tat-tim talKulleġġ intesew u llum ftit jiftakru bl-isem ta’ St Ignatius Football Team. F’dan il-perjodu il-logħba tal-futbol f ’Malta nistgħu ngħidu li kienet iddominata mit-tim ta’ San Injazju u sa ċertu punt mill-Malta Athletic Club. Dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu flimkien bosta drabi f ’logħbiet ta’ ħbiberija. Fi Frar tal-1888 il-Ġiżwiti fetħu grawnd ġdid fil-Kulleġġ. Dan kien l-uniku grawnd attrezzat li kellna f ’Malta u f ’qasir żmien sar il-mekka tal-ftit timijiet li kien hawn dak iż-żmien. L-istudenti rebħu lil kulħadd f ’darhom, inkluż it-timijiet ta’ Floriana u St George’s li dak iż-żmien kienu għadhom kif ġew imwaqqfa.
19
Storja
www.jesuit.org.mt
Nekroloġija
Miktub minn Fr John Scicluna, SJ
Fr Steno DeRaffaele, S.J.
Steno twieled il-Birgu fil-21 ta’ Marzu, 1934, u kellu ħuh iżgħar. Fl-1940 il-familja marret tgħix f ’Ħaż-Żabbar. Steno beda l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fl-1946, fis-Seminarju talArċisqof, il-Furjana. Fid-19 ta’ Frar, 1953, daħal Ġiżwita u għamel in-novizzjat f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Hu għamel l-ewwel voti fl-24 ta’ April, 1955. Wara l-Juniorate, fl-4 ta’ Ġunju, 1956, mar l-Indja flimkien ma’ tnejn oħra, fejn studja l-filosofija f ’De Nobili College, f ’Pune. Fl-1959 beda r-Regency f ’St Lawrence College, f ’Kalkutta biex jistudja l-Bengali. Imma ftit wara ntgħażel biex ikun inkarigat millIstitut tal-Ġiżwiti tal-iStudji Islamiċi f ’Kalkutta. Għalhekk Steno ntbagħat il-Libanu għallistudji Islamiċi. Sfortunatament, wara l-mewt tal-Fundatur tal-Istitut il-pjan ġie abbandunat. Madankollu, matul ħajtu Steno baqa’ jieħu nteress u jistudja dwar l-Islam. Lura fl-Indja Steno studja t-teoloġija f ’St Mary’s College f ’Kurseong. Kien ordnat saċerdot fis-17 ta’ Marzu, 1965. Wara, fl-1967, beda t-Tielet sena tan-novizzjat f ’St Stanislaus’ College, f ’Sitagara. Fr Steno beda l-appostolat tiegħu fil-Missjoni tas-Santals bħala Viċi fil-parroċċa ta’ Tinpahar. Wara sena huwa mar fl-Istazzjon Missjunarju ta’ Talbaria fejn baqa’ għal sena. Appostolat maż-żgħażagħ
1934 - 2018
għal 14-il sena. Huwa nħatar Direttur tal-Hostel ta’ Sant’Injazju, f ’Sahibganj, għas-subien Santal li jistudjaw f ’St Xavier’s College fl-istess belt. Kull filgħodu kien iqaddes għat-tfal u jagħmel omelija. Wara l-iskola kien jgħin lill-istudenti filhomework, fl-istudju u biex jirrivedu l-lezzjonijiet. Fl-istess ħin kien jgħallem il-ġografija f ’St Xavier’s. Fl-1984 inħatar Rettur u Prinċipal f ’St Xavier’s College, f ’Sahibganj, u kien jgħallem l-Ingliż u l-Letteratura Ingliża. Fl-1990, Steno ġie Malta għall-mistrieħ. Issena ta’ wara mar fil-Kulleġġ tagħna fil-Kajr, l-Eġittu, biex jgħallem l-Ingliż. Imma wara ftit xhur, kellu attakk tal-qalb ħafif u ġie lura Malta. Hu kien joqgħod f ’Xavier House, il-Belt, u għal sena għallem l-Ingliż fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f ’Birkirkara. Minbarra li kompla r-riċerka dwar l-Islam, għamel wkoll ħidma pastorali u ta l-irtiri. Għal xi snin kien ukoll Assistent Kappillan talAppostolat tal-Baħar u kien iqaddes fuq il-vapuri meta kienu jidħlu fil-port il-Belt. Dedikazzjoni Meta, fl-2011 il-komunità ta’ Xavier House, il-Belt, kienet sospiża, Fr Steno mar fil-komunità ta’ Dar Manresa, f ’Għawdex. Tliet snin wara, ilkomunità f ’Għawdex ġiet sospiża wkoll u Steno ngħaqad mal-komunità ta’ Dar Loyola, in-Naxxar, fejn għadda l-aħħar erba’ snin ta’ ħajtu. Fr Steno ħabb bis-sħiħ il-vokazzjoni reliġjuża u saċerdotali tiegħu. Kien jispikka fih is-sens qawwi ta’ dedikazzjoni u mpenn. Għalkemm kien bniedem ta’ ftit kliem kont tieħu pjaċir titkellem miegħu. Matul dawn l-aħħar snin saħħtu bdiet tonqos. Diversi drabi ddaħħal l-isptar. Kont tammirah għal mod kif ġarr is-salib tal-mard b’sens ta’ aċċettazzjoni u rabta mar-rieda ta’ Alla. Nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Lulju, Fr Steno ttieħed l-isptar u t-Tnejn, 16 ta’ Lulju mar jingħaqad malMissier għall-premju ta’ dejjem. Fr Steno kien persuna xi ftit riservata. Imma kien kreattiv u innovattiv. Kien intelliġenti u kkulturat. Kien iħobb jidħol f ’diskussjonijiet serji. Meta kien student, matul il-lekċers spiss kien jagħmel mistoqsijiet intelliġenti u ta’ sfida lillProfessuri. Huwa żamm ruħu aġġornat fit-teoloġija u f ’kwistjonijiet oħra. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
Fl-1970 ingħata appostolat ġdid li dam fih
20
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
Fr Paul Deguara, S.J.
1934-2018 Mater, ir-rivista ta’ kull xahar tal-Kongregazzjoni Marjana. Fil-komunità serva bħala Ministru u Teżorier u fl-1971 inħatar Superjur tal-komunità tal-Kurja tal-Provinċja. Fl-1975 ingħaqad mal-komunità fil-Pietà għal sena u wara mar lura l-Belt fejn dam tmien snin. Għal darb’oħra, fl-1983 kien f ’San Filippu l-Isla u wara sena kien filkomunità ta’ Mount St Joseph, il-Mosta. Fl-1985 inħatar Superjur f ’Dar Manresa, Victoria, Għawdex, sal-1990. Imbagħad reġa’ mar il-Belt u fl-1993 mar il-Furjana fejn dam disa’ snin. Wara sentejn oħra f ’Għawdex, fl-2005 reġa’ kien il-Furjana fejn dam tliet snin oħra. Fl-2008 ġie lura fid-Dar tal-Irtiri, il-Mosta. Għal sentejn Fr Paul mar iservi f ’Għawdex u mbagħad reġa’ rritorna l-Mosta. Fl-2017 ingħaqad mal-komunità f ’Dar Loyola, in-Naxxar, fejn għadda l-aħħar sentejn ta’ ħajtu.
Il-familja Deguara kienet tgħix il-Mellieħa imma Paul twieled il-Furjana fis-7 ta’ Novembru 1934, fl-isptar fejn illum hemm il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Paul kien il-kbir u ħutu kienu 4 subien u 3 ibniet, waħda minnhom soru tad-Dorotej. Paul trabba ġo familja b’valuri Nsara sodi. Għal bosta snin kien abbati fil-parroċċa. Wara li spiċċa l-iskola Primarja, daħal fil-Liċeo il-Belt. Fis-27 ta’ Frar 1955 daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù u għamel in-novizzjat f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Fis-7 ta’ Ġunju 1957 għamel l-Ewwel Voti. Wara l-Juniorate, bejn l-1959 u l-1962, studja l-filosofija f ’St Stanislaus College, Tullamore, l-Irlanda. Lura Malta għallem fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara. Imbagħad fl-1964 mar f ’Ruma u studja t-teoloġija fl-Università Gregorjana. Kien ordnat saċerdot fis-26 ta’ Awwissu 1967, fil-Kattidral tal-Imdina, mill-Arċisqof Mons M. Gonzi. Imbagħad fl-1968 beda t-Tielet Sena tan-novizzjat f ’Seattle, Washington, fl-Istati Uniti. Il-Professjoni Solenni għamilha fit-8 ta’ Diċembru, 1988. Appostolat f’Malta u barra Meta Fr Paul ġie Malta fl-1969 kien fil-komunità f ’San Filippu, l-Isla, bil-ħsieb li jibda jagħmel ħidma pastorali fil-fabbriki u fid-Dockyard. Imbagħad wara sena ingħaqad mal-komunità f ’Xavier House il-Belt, inħatar l-ewwel bħala l-Assistent tal-Promotur Nazzjonali tal-Kongregazzjoni Marjana u sena wara nħatar bħala l-Promotur Nazzjonali u l-Assistent Ekkleżjastiku. Dam 14-il sena u ħa sehem f ’laqgħat fil-Filippini, f ’Ruma u fl-Amerika. Mill-1971 sal-1982 kien editur tar-Regina et Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
Appostolat mal-ħaddiema L-isbaħ deskrizzjoni ta’ Fr Paul hi li kien qassis b’qalb appostolika kbira. Bl-istil umli, sempliċi u uman tiegħu kien milqugħ u maħbub minn kulħadd. Fix-xogħol tiegħu kien organizzat u metodiku. Huwa kellu sens ta’ umoriżmu u kkontribwixxa għall-ħajja tal-komunità. Bejn l-1989 u l-1993 kien Konfessur Straordinarju fisSeminarju tal-Arċisqof u mill-1993 sal-2007 serva bħala Direttur Spiritwali Assoċjat. Ftit wara li kien ordnat saċerdot, Fr Paul beda ministeru pastorali fi stabbilimenti industrijali li hu wettaq b’impenn u lealtà kbira għal 45 sena. Fl-1990 issejjaħ biex ikun Assistent fis-Segretarjat tal-Ħaddiema fil-Kurja tal-Arċisqof. Imbagħad fl-1999, l-Arċisqof Ġ. Mercieca ħatru d-Delegat tiegħu għallMinisteru Pastorali Djoċesan mal-Ħaddiema, fejn serva għal tliet snin. Għal ħafna snin fil-Ħdud u l-Festi kien iqaddes fil-bitħa tal-Bank Ċentrali l-Belt għas-sewwieqa u l-kondutturi talkarozzi tal-linja. Fr Paul kien ukoll direttur spiritwali ta’ xi qassisin u ta’ ħafna sorijiet minn kongregazzjonijiet differenti. Meta kien Għawdex, kien jaqsam regolarment lejn Malta biex iqarar f ’kunventi jew f ’Sarria. Huwa akkumpanja wkoll għadd ta’ seminaristi u persuni lajċi li għamlu l-irtir Injazjan ta’ 30 ġurnata. Kien imfittex ħafna għall-qrar, konferenzi u rtiri f ’pajjiżna, fi Tripli, fil-Kajr u f ’Lixandra, fis-Sudan, fil-Kenja u f ’Ruma. Għal bosta snin kien jikteb b’mod regulari f ’Il-Leħen u fir-rivista tal-MUZEW. Fl-2005 inħatar Rettur tal-Knisja ta’ Sant’Injazju f ’Tas-Sliema. Huwa kien saċerdot mimli żelu u ħeġġa kbira għal Alla u għall-erwieħ. Kullimkien kien imur bit-trasport pubbliku. Nitolbu li l-Mulej jippremjah bil-mistrieħ ta’ dejjem.
21
Nekroloġija
Miktub minn Fr John Scicluna, SJ
Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani
Miktub minn Fr Paul Pace, SJ
Il-Knisja Kattolika tiċħad għal kollox il-piena tal-mewt Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Papa Franġisku approva bidla filKatekiżmu tal-Knisja Kattolika (KKK) li tgħid li issa l-Knisja tqis li l-piena tal-mewt m’għadhiex aktar aċċettata, taħt l-ebda ċirkustanza. “Il-piena tal-mewt hija inaċċettabbli minħabba li hija attakk kontra d-dinjità tal-persuna li qatt ma tista’ tiġi nieqsa”, sar igħid il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika. IlKatekiżmu, li huwa ġabra tat-tagħlim uffiċjali tal-Knisja, ikompli jgħid li l-Knisja “ser taħdem b’saħħa biex il-piena tal-mewt titneħħa madwar id-dinja”. Meta ġie ppublikat għall-ewwel darba fl-1992 taħt ilPapa San Ġwanni Pawlu II, il-Katekiżmu kien “jagħraf id-dritt u d-dmir ta’ min għandu f ’idejh l-awtorita’ pubblika, li jikkastiga lil min ihedded il-ġid komuni b’pieni proporzjonati għat-theddid, fosthom f ’każi gravi fuq li gravi, il-piena tal-mewt.” (KKK n.2266) Madankollu, filwaqt li taċċetta din il-piena f ’każi gravi fuq li gravi, il-Knisja uriet ċar li tippreferi kastigi mhux vjolenti, jekk dawn ‘ikunu biżżejjed biex jiġu mħarsa l-ħajjiet tal-bnedmin kontra min iheddidhom.” (KKK n.2267) Kien biss ftit tas-snin wara, fl-1997, li l-istess Papa poġġa limiti aktar stretti fuq l-użu tal-piena tal-mewt. Ftit wara li kiteb l-enċiklika tiegħu favur il-ħajja, Evangelium vitae, il-Papa kien emenda l-Katekiżmu billi qal li fid-dinja tal-lum, “il-każi li fihom hu meħtieġ li lill-ħati tingħatalu l-piena tal-mewt huma tant rari li prattikament ma jeżistux”. (KKK n.2267) Kien qed igħid li filwaqt li fit-teorija il-Knisja taċċetta l-piena tal-mewt f ’każijiet rari, fil-prattika dawn ilkażijiet ma jeżistux. Kien imiss lilll-Papa Franġisku ikompli jiżviluppa u jiċċara dan it-tagħlim, u issa l-Katekiżmu jiddikjara li, “il-Knisja, fid-dawl tal-Evanġelju, tgħallem li ‘l-piena tal-mewt hi inaċċettabbli għax tattakka l-invjolabbiltà u d-dinjità talpersuna’”. (KKK n.2267) Dejjem favur il-ħajja u d-dinjita’ ta’ kull bniedem Il-Knisja tixtieq tkun għal kollox konsistenti fit-tagħlim tagħha favur il-ħajja u favur id-dinjita’ ta’ kull bniedem, hu min hu u jagħmel x’jagħmel. Il-bniedem, maħluq xbieha t’Alla, għandu dinjita’ li ħadd ma jista’ joħodhielna – aħna stess ma nistgħux nitilfuha, lanqas meta nġibu rwieħna b’mod tassew ikrah u inuman. Fis-snin 80, Joseph Bernardin, dak iż-żmien kardinal ta’
22
Chicago, ħareġ bl-idea li għandu jkollna etika għal kollox konsistenti favur il-ħajja, li trid tkun bħat-tunika ta’ Ġesú, “libsa bla ħjata, minsuġa biċċa waħda minn fuq s’isfel” (Ġw 19:23) Għalhekk saħaq fuq il-bżonn li l-Knisja Kattolika tkun ċara ħafna mhux biss fuq l-abort u l-ewtanasja, imma wkoll fuq dan kollu li jattakka l-ħajja u d-dinjita’ talbniedem, inkluż il-piena tal-mewt. Fejn u kemm teżisti l-piena tal-mewt? Amnesty International, organizazzjoni li taħdem favur iddrittijiet tal-bniedem, ilha ħafna snin impenjata f ’kampanja serja biex titneħħa għal kollox il-piena tal-mewt. Fl-aħħar rapport tagħha, Amnesty tgħid li • Fl-2017 kien hawn mill-inqas 993 eżekuzzjoni fi 23 pajjiż, 4% anqas mill-2016, u kważi 40% anqas mill-2015. • Iċ-Ċina baqgħet l-aqwa eżekutur tad-dinja - imma ma nafux eżatt kemm nies ħadu l-piena tal-mewt fiċ-Ċina għaliex din l-informazzjoni hija meqjusa bħala sigriet talistat: aktarx kienu eluf, li mhumiex inklużi fin-numru li semmejna ta’ 993. • Jekk inħallu barra ċ-Ċina, 84% tal-eżekuzzjonijiet kollha rrappurtati ġraw f ’erba ‘pajjiżi biss - l-Iran, l-Għarabja Sawdita, l-Iraq u l-Pakistan. • Bħalisa hawn 53 pajjiż fejn il-piena tal-mewt għadha aċċettata. • Hemm pajjiżi li jagħtu l-mewt mhux għal delitti ta’ vjolenza imma għal delitti marbuta mat-traffikar tad-droga. Progress, imma mhux biżżejjed Sar ħafna progress matul l-aħħar 50 sena: mad-dinja kollha infirex l-għarfien li m’għadx hawn post għall-piena tal-mewt. Mhux biss għaliex l-istudji juru li din mhijiex deterrent – fejn hemm din il-piena ir-rata ta’ delitti serji fil-fatt ma tonqosx – imma fuq kollox għaliex sirna nagħrfu aktar li meta l-istat jikkastiga lil xi ħadd billi jneħħilu ħajtu, jkun qed jaqa’ huwa stess fil-baxx, imur kontra wieħed middmirijiet ewlenija tiegħu li jirrispetta d-dinjita’ tal-membri kollha tiegħu. M’għandix dubju li din id-deċiżjoni tal-Papa Franġisku hija pass ieħor biex dan il-kastig krudil jitneħħa mill-pajjiżi kollha.
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
Programm ta’ rtiri u seminars
Ċentru Spiritwalità Injazjana
Għal aktar informazzjoni u bookings: Mount St Joseph: 2276 0201 info@mtsjoseph.org
jew Dar Manresa: 21 55 6635 manresagozo@gmail.com Irtir fil-kampanja ispirat minn San Franġisk Dati: 5 Ott 7:00pm - 7-Ott 3:00pm Imexxu: Clare Camilleri, Maria Theresa Portelli & team Post: Mount St Joseph Ir-Rużarju “stil Injazjan” Dati: 13 Ott 9:00am - 14 Ott 3:00pm Tmexxi: Claudette Schembri Post: Mount St Joseph On Good Governance Four sessions based on Lorenzetti’s frescoes Dati: 11, 18 u 25 Ott 7pm sa 8:30pm u 27 Ott 9am sa 12:30pm Imexxu: Sandro Spiteri & Pietre Vive Post: University Chaplaincy “Come aside for a while...” (Mk 6) Irtir għal dawk involuti fl-edukazzjoni Data: 11 Nov 9am-4pm Imexxu: It-tim għall-formazzjoni injazjana mill-Kulleġġ San Alwiġi Post: Mount St Joseph Beatitudes on film Inspiration through animated movies Dati: 16 Nov 7:00pm - 18 Nov 3:00pm Imexxi: Fr Mark Cachia sj Post: Mount St Joseph Living my First Christmas with a Loss Data: 1 Dec 9am - 5pm Tmexxi: Bernadette Briffa Post: Mount St Joseph
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2018
Il-Ġiżwiti Maltin, il-kollaboraturi tagħhom u l-qarrejja ta’ Lil Ħbiebna jifirħu lil Mons Joseph Galea Curmi l-Isqof Awżiljarju l-ġdid u jassigurah mit-talb tagħhom għalih u l-missjoni l-ġdida tiegħu. Studja fis-Sixth Form tal-Kulleġġ San Alwiġi bejn 1979 u 1981
Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin Il-Mosta
Victor Caruana
L-Imsida
Joseph Cassar
In-Naxxar
Joseph Troisi
San Ġiljan
Maria Tabone oħt Fr Robert Wirth SJ 23
21 ta’ Ġunju 2018 - 9 ta’ Marzu 2019
Ġublew ta’ San Alwiġi Gonzaga
Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Lulju - Settembru 2018 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
Qaddis żagħżugħ Ġiżwita li ta ħajtu b’imħabba kbira għal min hu batut Waqt il-Ġublew ta’ San Alwiġi (1568-2018) tista’ tingħatalek l-indulġenza plenarja kuljum billi titlob f ’waħda minn dawn il-knejjes hawn taħt imsemmija, u tagħmel Qrara sagramentali, tqarbina, u titlob għall-intenzjoni tal-Papa: Il-Knisja tal-Kulleġġ San Alwiġi, B’Kara: Nhar ta’ Sibt - 6.00pm - 7.00pm Nhar il-Ħadd u festi: 7.45am - 10.30am Il-Knisja ta’ Sarria, il-Furjana: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa - 7.00am - 8.00am u 12.30pm - 1.15pm Nhar ta’ Sibt - 7.30am - 8.30am Nhar ta’ Ħadd - 7.15am - 9.30am u 11.00am - 12.00pm Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Lija: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa - 7.00am - 9.00am u 5.00pm - 7.00pm Nhar ta’ Ħadd - 7.00am - 12.00pm Il-Kappella ta’ Dar Manresa, Victoria: Kuljum - 6.00am - 12.00pm u 5.00pm - 7.00pm Il-Knisja ta’ San Ġakbu l-Kbir, Victoria: Kuljum - 5.30am - 11.00am
JESUITS 24