02
HBIEBNA Newspaper post
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
lil
2015
Id-Dar tal-Irtiri Mount St Joseph, il-Mosta Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1
Miktub minn Fr Paul Zammit SJ
www.jesuit.org.mt
Il-Qaddis tax-Xahar San Andrea Bobola
Minn xhiex għadda Fis-16 ta’ Mejju 1657, hekk kif spiċċa jqaddes, il-Kożakki attakkaw il-belt tiegħu. Malli rahom ġejjin, Fr Bobola niżel għarkupptejh, għax ħass li s-siegħa tiegħu kienet waslet u għajjat: ‘Mulej, tkun magħmula r-rieda tiegħek!’ F’dak il-waqt il-Kożakki ntefgħu fuqu, ċarrtulu s-suttana u rabtuh ma’ siġra. Qalgħulu waħda minn għajnejh, poġġewlu kuruna taxxewk fuq rasu, sawtuh, ħarqulu ġismu bit-torċi u wieħed minn dawn il-barbari, bi stallett, ittraċċjalu t-tonsura fuq rasu u fuq dahru għamillu 1-forma ta’ pjaneta.! Biex jagħmel dan, dan il-bojja kellu jqaxxar il-ġilda ta’ dan il-martri! B’danakollu dan ma kienx biżżejjed. Daħħlulu l-labar taħt dufrejh! U waqt dawn ittorturi kefrin li bilkemm tista’ tfissirhom, 1-eroj tagħna kien qed jitlob sakemm ix-xiżmatiċi qatgħulu lsienu barra u għaffġulu rasu, Andrea miet ta’ 65 sena. Iżda wara 1-martirju fl-16571-ewwel indifen fil-knisja tal-Ġiżwiti f ’ Pinsk u kien hemm devozzjoni lejh. Wara l-fdalijiet tiegħu ttieħdu f ’Polosk fejn kien anke meqjum mix-Xiżmatiċi. Mat-18-il seklu ħadd ma kien jaf fejn kien il-ġisem tiegħu. Imma fl-1701 wieħed Ġiżwita beda jfittex il-ġisem tiegħu, u fl-aħħar instab. Fl-1719 reġgħu fetħu t-tebut u mill-ġdid sabu li 1-ġisem kien għadu intatt. Ġie eżaminat minn ħames tobba u spiżjara li qalu li kien għadu frisk! Andrea twieled fl-1591 ġo familja nobbli fil-Polonja. Daħal Ġiżwita fl-1611 f ’Vilnius, il-Litwanja. Kien ordnat saċerdot fl-1622 u għamel il-voti solenni fit-2 ta’ Lulju, 1630. Hu serva bħala kunsillier, predikatur u superjur talkomunità f ’postijiet differenti. Fl-1636 beda 1-appostolat tiegħu fil-missjonijiet talLiwanja fejn ħadem ħafna f bosta partijiet tal-pajjiż. Wara l-gwerra bejn il-Polonja u r-Russja (1632-1634) bdiet il-pesta fil-Polonja u Fr Bobola, li kien is-superjur talĠiżwiti fil-belt ta’ Bobruisk, infileġ bil-ħidma kbira tiegħu jgħin ħafna morda matul il-jum u billejl ħdejn is-sodda tal-vittmi. Dan 1-att erojku qatt ma ntesa. Dak iż-żmien il-Kożakki fil-Polonja kienu qed jagħmlu ħerba. Ir-reliġjon Nisranja saret il-mira tal-attakki millKożakki u 1-Protestajti. Il-Ġiżwiti speċjalment sofrew ħafna. Is-suċċess li kiseb Fr Bobola fil-konverzjoni tax-xiżmatiċi kien qed idejjaqhom bis-sħiħ u ġab fuqu r-rabja tal-kbarat li għamlu minn kollox biex ifixkluh fil-ħidma żelanti tiegħu.
2
Patrun tal-Polonja Fl-1922 il-Bolxeviti ġarrew il-ġisem tiegħu lejn il-Mużew tas-Saħħa f ’Moska. Imma l-awtoritajiet kattoliċi ma kenux jafu x’sar minnu. Il-Papa Piju XI qabbad Ġiżwita jfittxu. Sabuh u l-awtoritajiet Russi, b’rikonoxximent għall-ħidma ta’ Fr Bobola waqt il-pesta, ħallewh jieħu l-fdalijiet tal-qaddis li fl-1923 ingħataw lis-Santa Sede. F’Mejju 1924 il-fdalijiet ttieħdu fil-Knisja tal-Ġesú, Ruma. Kien iddikjarat Beatu fit-30 ta’ Ottubru, 1853 u kkanonizzat minn Piju XI fis-17 ta’ April, 1938. Fil-festa tiegħu, fis-16 ta’ Mejju, 2002, il-Papa San Ġwann Pawlu II iddikjarah il-Qaddis Patrun tal-Polonja . Dan il-Qaddis huwa eżempju ieħor ta’ martri tal-fanatiżmu li xi daqqiet jesprimi ruħu anki bħala fanatiżmu reliġjuż, li bħalu qed naraw tant oħrajn illum ukoll. Nitolbu lill-Mulej jgħallimna ngħixu flimkien minkejja d-differenzi tagħna, reliġjużi, politiċi, kulturali u oħrajn.
Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
Kelma mill-editur
2
Il-Qaddis tax-Xahar San Andrea Bobola
4
Ir-realtà ta’ Mount St Joseph
.
Il-ħarsien tal-ħolqien ta’ Alla hu parti mill-missjoni tal-Ġiżwiti
Għeżież ħbieb u benefatturi, Matul dawn l-aħħar xhur, minħabba l-pjan li biswit Mount St Joseph, id-Dar talIrtiri tagħna, il-Mosta, kien hemm proposta għal Shooting Range kbir, il-Ġiżwiti ssemmew u nstemgħu spiss fuq il-mezzi tax-xandir għax il-ħarsien tal-ħolqien kollu ta’ Alla hu parti mis-sejħa ta’ kull bniedem kif ukoll tagħhom bħala Ġiżwiti. Fl-istess ħin ħafna nies kitbu ittri filgazzetti u ħafna eluf oħra poġġew isimhom fuq żewġ petizzjonijiet online u bil-miktub, biex juru ix-xokk u d-diżappunt kbir tagħhom minħabba dan il-pjan. Kollha semmew li proġett bħal dan ser itellef mhux biss il-paci u l-atmosfera ta’ skiet tad-Dar tal-Irtiri iżda ukoll li ser isir żvilupp f ’żona fejn dan mhux permess. Il-Kelma ta’ Alla turina ċar li fil-pjan ta’ Alla l-bniedem ma kellux iqis lilu nnifsu l-padrun tal-ħolqien. Anzi Alla tah irresponsabbiltà li jamministra, iħares u jirrispetta l-ħolqien kollu. L-aħħar Kongregazzjonijiet (Kapitli) Ġenerali għarfu l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent u tal-ekoloġija. Fl-1999 ħareġ dokument bl-isem ta’ ‘A Broken World’. IlKĠ 35 (2008) iddeċidiet li ddaħħal l-isfidi tal-ambjent u l-ekoloġija fil-qalba talmissjoni tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Tajjeb niftakru li qegħdin ngħixu f ’dinja
f’din il-harġa
Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt
Jum ’l bogħod mfarrka mhux biss minħabba kwestjonijiet 6 mill-Kulleġġ iżda tal-ambjent, imma li dan it-tifrik imiss qrib Alla ħafna aspetti fil-ħajja soċjali. Għalhekk ilKĠ 35 għamlet appell qawwi biex ngħixu 8 Kif setgħet spiċċat s-sejħa tagħna fil-qadi ta’ rikonċiljazzjoni il-missjoni ta’ Mount mal-oħrajn, ma’ Alla u mal-ħolqien kollu. St Joseph Imbagħad ħareġ ktejjeb ieħor ‘Healing a Broken World’. Dan jurina li l-ħarsien tal- 9 Għajnuna għat-talb ħolqien ta’ Alla u l-ambjent ukoll hu parti 10 ’l Hawn u ’l Hemm mill-missjoni tal-Ġiżwiti. mal-Ġiżwiti Is-Sinodu Djoċesan ta’ Malta (1999 -2003), fid-Dokument ‘Kultura, Soċjetà u 12 Spiritwalità Injazjana Kontemplazzjoni Knisja’, qal: “Kull sena pajjiżna qed jitlef 2% tas-Saltna ta’ Ġesù tal-art agrikola tajba u l-bini sfrenat qiegħed Kristu kulma jmur inaqqas spazji ta ’ ħdura.” (n. 50). Iżid jgħid li “Il-Knisja f ’Malta tifhem 14 Franġisku u Alla li l-kwestjoni tal-ambjent hija waħda ta’ tas-sorpriżi ġustizzja.” Twaqqfet il-Kummissjoni Ambjent biex “fost l-oħrajn, tkattar l-għarfien, is- 19 Fr Anton Azzopardi SJ sensibbiltà u l-edukazzjoni dwar l-ambjent, speċjalment fid-dawl tal-Kelma ta’ Alla 20 Fr Ġorġ German SJ u tat-tagħlim soċjali tal-Knisja, u tfassal Id-demokrazija trid policy-gwida dwar l-ambjent, kemm għal 22 taħdem għaliha! min għandu responsabbiltà fl-istituzzjonijiet kollha tal-Knisja kif ukoll għal kull nisrani.” (n. 53). 24 GRAZZI! Minn dan kollu joħroġ ċar għaliex ilĠiżwiti għandhom l-obbligu jaħdmu għallħarsien tal-ambjent naturali, u għalfejn ħadmu tant sabiex id-Dar tal-Irtiri tibqa’ oażi ta’ skiet u post fejn kull sena eluf ta’ nies isibu l-paċi u jiltaqgħu ma’ Alla.
Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.
Editur: Fr John Scicluna SJ
Email: hbiebna@jesuit.org.mt
Website: www.jesuit.org.mt
Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Rosanne Debono, Josette Vassallo, Robert Mamo Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606
um
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
ru 2 - 2015
lil
HBIEBNA
N
Qoxra: Id-Dar tal-Irtiri Mount St Joseph, li tinstab il-Mosta Ara pġ 4-5 Ritratt: SJ Communications Office, Malta
Stampar: Gutenberg Press
Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.
3
il-Missjoni tagħna
Miktub minn Fr Robert Soler SJ
Ir-Realtà ta’ Mount St Joseph Fil-ħajja ta’ kuljum nisimgħu l-isem ta’ ħafna Djar: Dar tal-Anzjani, Dar l-Emigrant, Dar tal-Irtiri, Dar tal-Kleru, Dar San Ġużepp u Dar tal-Providenza fost oħrajn. Il-Ġiżwiti m’għandhomx kunventi, imma joqogħdu f ’Kulleġġi (San Alwiġi), f ’Residenzi jew Djar (Dar Loyola, u Dar tal-Irtiri). Fil-Mosta, il-Ġiżwiti jmexxu d-Dar tal-Irtiri bl-isem ta’ Mount Saint Joseph. Id-djar tal-irtiri, bħal l-iskejjel, huma parti integrali fl-istorja tal-Ġiżwiti. Għaliex f ’Malta, u f ’ħafna pajjiżi, jeżistu dawn iddjar tal-irtiri?
Il-bidu tal-Eżerċizzi Spiritwali Fl-1522 Sant’Injazju ta’ Loyola, il-fundatur talKumpanija ta’ Ġesù, kellu esperjenza profonda spiritwali f ’Manresa, belt qrib Barċellona: ħass lil Alla qrib tiegħu ħafna u jagħtih dawl kbir spiritwali. Il-kapolavur tiegħu, il-ktejjeb bit-titlu ta’ Eżerċizzi Spiritwali, jiġbor fih l-esperjenza spiritwali li kellu Injazju. Meta kien għadu lajk, Injazju beda jgħin linnies jgħaddu mis-sensiela ta’ meditazzjonijiet u kontemplazzjonijiet li Alla kien għaddieh minnhom. L-Eżerċizzi, li kien miktub bl-Ispanjol, ġie mifli sew mill-awtoritajiet tal-Knisja, u wara li saret traduzzjoni tagħhom bil-Latin ġew approvati formalment mill-Papa Pawlu II fl-1548. Fl-Eżerċizzi (nr 20), Injazju jħajjar lil min jagħmel irtir biex “jinqata’ minn ħbiebu u minn kull min jafu u minn kull ħsieb tad-dinja”. B’hekk qalbu u moħħu jkunu ħielsa minn kollox biex jikkonċentraw fis-silenzju fuq Alla biss. Injazju u l-ewwel Ġiżwiti kienu jagħtu l-irtiri bis-sistema ta’ direttur spiritwali wieħed għal kull irtirant, (fuq livell individwali) u l-postijiet fejn l-irtiranti kienu jfittxu li jinqatgħu kienu varji, skont kif jippermettu ċ-ċirkustanzi. Id-djar tal-irtiri Id-domanda għall-irtiri kompliet tikber li sasseklu sbatax l-irtiri kienu saru realtà qawwija. Dan il-fatt wassal biex bdew jinbtu djar tal-irtiri mibnija b’dan il-għan.
4
F’Malta l-ewwel dar tal-irtiri kienet San Kalċidonju fil-Furjana: għadha teżisti bħala l-parti l-antika tal-bini fejn illum hemm il-Kuria tal-Arċisqof. Bnewha l-Ġiżwiti fl-1751. Wara l-1768, bdew imexxuha l-kleru djoċesan. F’Għawdex fis-seklu dsatax, dar tal-irtiri simili ġiet mibnija mid-djoċesi hekk kif toħroġ mir-Rabat. Illum din hija magħrufa bħala Dar Manresa. It-tmexxija tagħha ġiet mogħtija lillĠiżwiti mill-Isqof Giuseppe Pace fl-1953. Fil-bidu tas-sittinijiet, il-Ġiżwiti Maltin, li saru Provinċja fl-1947, bdew jaħsbu li jkollhom id-dar tal-Irtiri tagħhom f ’Malta. Fi żmien ilProvinċjalat ta’ Fr Anthony Savona, l-Ġiżwiti, bl-appoġġ sħiħ tal-Arċisqof Mikiel Gonzi u bil-permess tal-Patri Ġeneral, xtraw biċċa art ilBiżbiżija viċin il-Mosta. Il-proġett tal-bini ta’ din id-dar tal-irtiri beda jsir meta Fr Maurice Eminjan kien Provinċjal. F’Ġunju, 1961, l-Arċisqof Mikiel Gonzi bierek l-ewwel ġebla. Imbagħad, fl-20 ta’ Diċembru 1964 bierek u inawgura lil Mount Saint Joseph. Id-disinn ta’ din id-Dar tal-Irtiri Mount Saint Joseph sar mill-perit famuż Carmelo Falzon. Meqjus bħala wieħed mill-aktar mudelli fini talarkitettura moderna f ’Malta, għalhekk illum dan il-bini huwa protett. Il-Kavallier Emvin Cremona ħadem id-disinni tax-xogħol sabiħ tal-ħadid u d-dawl tal-kurituri. L-iskultur Vincent Apap ħoloq l-istatwa oriġinali ta’ dsatax-il pied ta’ San Ġużepp li żżejjen ilfaċċata tad-dar. Il-Brothers u l-benefatturi Fr Joseph Orr, li kien jieħu ħsieb ix-xogħlijiet, u Fr Salvino Darmanin, l-ewwel Superjur talkomunità, ħadmu bla waqfien. Għandna nagħtu krettu kbir lill-Brothers Ġiżwiti Frank Borg, John Bonnici, Ġużeppi Farrugia, Salvu Gauci, Anthony Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
www.jesuit.org.mt
Mallia, Wiġi Sant, Michael Spiteri, Paul Spiteri u Peppi Vella li kkontribwixxew l-enerġija u l-ħiliet tagħhom għall-bini ta’ din id-Dar. Xogħolhom kien jinkludi jaqtgħu l-ġebel mill-barrieri, jibnu, jagħmlu xogħol tal-elettriku, tal-ilma u tal-injam, etc. Numru bla għadd ta’ benefatturi ffinanzjaw ilproġett, fuq quddiem fosthom kien Mr Carmelo Borg. Ħafna ggarantixxu l-finanzi tal-kmamar tal-irtiranti. Il-Mulej bierek ħafna l-ġenerożità talbenefatturi li għamlu li din l-opra tal-irtiri sseħħ. Matul il-50 sena gruppi kbar u żgħar ta’ irtiranti użaw dan il-bini. Id-dar hija mdawra bi ġnien kbir fejn in-nies jistgħu jqattgħu ħin fil-kwiet mal-Mulej f ’ambjent naturali mill-isbaħ. Fl-2006, meta Fr Paul Chetcuti kien Provinċjal u Fr Alfred Micallef Superjur tal-komunità, għalkemm id-disinn strutturali kien inżamm bir-reqqa, saru xi tibdiliet fid-Dar li inkludew ilbini tal-kmamar tal-banju mal-kmamar. Fl-2008 l-istatwa tal-konkrit ta’ San Ġużepp li ddisinja Vincent Apap bdiet titmermer b’tali mod li kellha tiġi mibdula f ’replika tal-fibreglass. Post ta’ silenzju, ġabra u għaqda It-tul ta’ żmien tal-irtiri jvarja, ġeneralment jibdew minn tmint ijiem u jaslu sa weekend. Hemm irtiri li jiġu ppritkati “preached” u l-predikatur jagħti materjal lill-parteċipanti biex jitolbu bih fit-talb tagħhom personali. Iżda ħafna drabi l-irtiri jingħataw fuq bażi individwali “directed” fejn l-irtirant jiltaqa’ darba kuljum ma’ min ikun qed imexxih biex b’hekk il-bonnijiet spiritwali tiegħu jintlaħqu aktar faċilment. Element essenzjali ħafna f ’irtir Injazjan huwa s-silenzju. Meta l-Papa Beatu Pawlu VI żar Nazaret fl-1964, esprima t-tama li s-silenzju tad-dar talLil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
Familja Mqaddsa jgħallimna “kif ninġabru fit-talb, kif nidħlu fina nfusna, kif inrawmu dispożizzjoni ta’ smigħ tal-ispirazzjonijiet tajba u t-tagħlim ta’ Mgħallmin awtentiċi.... il-bżonn u l-valur ta’ kif wieħed jipprepara, jistudja u jimmedita, ta’ ħajja interna personali, u ta’ talb li Alla biss jisma’ fis-sigriet tal-qalb.” Pawlu VI ma kienx qiegħed ikellem biss lir-reliġjużi kontemplattivi, iżda lillKattoliċi kollha, lill-ġenituri mħabbtin bil-familja u lill-ħaddiema. Is-silenzju huwa kundizzjoni li jippermetti lillirtirant jidħol malajr f ’kuntatt ma’ Alla u miegħu nnifsu. Biex wieħed jidħol f ’esperjenza spiritwali m’Alla kif jaraha Sant’Injazju fl-Eżerċizzi, issilenzju jibqa’ indispensabbli. Iżda barra mill-kuntest reliġjuż, il-valur tassilenzju akkwista wkoll tifsira soċjali importanti. Il-ħajja mimlija tensjoni li qed ngħixu u l-livell għoli tal-biża’ tal-ħsejjes madwarna qed joħolqu fina għatx kbir għall-kwiet u paċi. Il-Kardinal Martini, li kien Arċisqof Ġiżwita ta’ Milan, darba qal li fi tmiem il-ġimgħa n-nies jitilqu mill-bliet ilkbar u jmorru fuq il-muntanji fit-Tramuntana għax konxjament jew sub-konxjament iħossu l-bżonn urġenti li jnaqqsu l-pass imgħaġġel u joqogħdu fil-kwiet. Iħossu l-bżonn li jaħarbu mit-tensjoni u mill-ħsejjes. Ir-rwol ta’ Mount Saint Joseph issa żviluppa ċar ħafna. Issa d-Dar għandha rwol sew reliġjuż kif ukoll soċjali. Ħafna li jżuru Mount Saint Joseph jkunu qed ifittxu li jagħmlu esperjenza spiritwali, fejn is-silenzju huwa essenzjali. Oħrajn jibbenefikaw mill-ambjent silenzjuż biex jieħdu ftit nifs u mistrieħ u biex ifittxu skop f ’ħajjithom. Għalhekk id-Dar tikkontribwixxi għall-ġid ġenerali ta’ ’l fuq mid-disat elef viżitaturi li jżuruha. Ikun ta’ benefiċċju kbir fuq kull livell jekk din id-Dar li toffri paċi u kwiet f ’ambjent naturali tiġi miżmuma għal kulħadd għas-snin li ġejjin.
5
Esperjenzi
www.jesuit.org.mt
Jum ’l bogħod mill-Kulleġġ ...iżda qrib Alla
Ta’ kull sena, kull klassi fil-Kulleġġ San Alwiġi tal-iskola Sekondarja ikollha l-irtir annwali tagħha. L-istudenti jingħataw ktejjeb skont il-Form li jinkludu fil-qosor il-ħajja tal-Ġiżwita jew Qaddis li għalih tkun imsemmija l-klassi. Għandna programm ibbażżat fuq l-Eżerċizzi ta’ Sant’Injazju adattat għal kull Form. Fil-fatt hija mixja millForm 1 sal-Form 5: Form 1 – God’s beautiful Dream (Il-ħolma ta’ Alla) Form 2 – The Emmaus Walk (Il-mixja ta’ Emmaws) Form 3 – Searching for Meaning (It-tfittxija għall-verità) Form 4 – Giving meaning to life (Tagħti sens lill-ħajja) Form 5 – Journey to Hope (Vjaġġ ta’ tama) L-esperjenza ta’ ġurnata tinkludi servizz
penitenzjali, diskussjoni fi gruppi, mumenti ta’ riflessjoni, ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u mumenti fejn jissoċjalizzaw flimkien. L-istudenti jkunu jistennew dan il-jum għax minbarra li jgħaddu ġurnata ’l bogħod mill-iskola(!), huma stess jistqarru kif jum bħal dan jgħinhom isiru jafu iktar lilhom infushom u lil xulxin. Okkażjoni bħal din toffri lill-istudenti li jaħdmu f ’Teamwork mhux biss fid-diskussjonijiet imma wkoll waqt il-brejks li jkollhom. Jistqarru wkoll kif mumenti bħal dawn jgħinuhom jiskopru kif jirnexxilhom jgħaddu nofs ta’ nhar mingħajr il-Facebook u l-gadgets li sfortunatament qed joħonqu ’l ħajjitna. Ħadna xi kummenti tal-istudenti tal-Ħames Sena li minn qalbna nawgurawlhom kull suċċċess fl-eżamijiet u għall-futur:
Maximillian Bonello (Alberto Hurtado)
Thomas Taliana (Pedro Arrupe)
“Bdejna l-irtir tagħna b’introduzzjoni żgħira mill-kelliema u tkellimna ftit dwar il-personalità tagħna. Wara din il-konversazzjoni, fejn tgħallimna ftit aktar dwarna nfusna, kellna ħin ta’ rikreazzjoni fejn lgħabna futbol fil-ġonna sbieħ ta’ Mt. St..Joseph... Wara rajna film dwar il-ħajja ta’ Alberto Hurtado. Personalment dan il-film ispirani ħafna għax Alberto kien bniedem altruist. Kien jagħmel xogħlu tajjeb, kif suppost u b’intenzjoni tajba. Bħala student dan l-irtir kien esperjenza pożittiva u informattiva għax tgħallimt veru li fil-ħajja m’għandek qatt tagħmel xogħol bla qalb u b’intenzjonijiet moħbijin.”
“Jien ħassejt li fl-irtir tal-iskola aħna kellna ċ-ċans li nsiru nafu xi ftit aħjar lil sħabna talklassi. Apparti dan, tgħallimna ħafna affarijiet li jistgħu jkunu ta’ ġid għal ħajjitna, kemm għallpreżent u kif ukoll għall-futur. L-għalliema, Ms Xuereb għenitna ħafna biex nifhmu aħjar kif għandna nħobbu lil Alla u lilna nfusna. Għalhekk, jekk wieħed jipparteċipa f ’dawn l-attivitajiet, japprezza aktar il-valuri tajbin tal-ħajja. L-iskola tatna l-opportunità għal din l-esperjenza sabiħa u żgur ser tibqa’ ġo moħħna.”
6
Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
www.jesuit.org.mt
Julian Camilleri (Francis Garate) Studenti jilgħabu waqt break fil-ġnien tad-Dar tal-Irtiri Mount St Joseph. Ir-ritratt iż-żgħir: Fr Godwin Preca SJ imexxi laqgħa mal-istudenti waqt l-irtir tagħhom.
“Peress li dan kien l-aħħar irtir li kien ser ikolli fl-iskola Sekondarja ddeċidejt li nieħu dan l-irtir iktar bis-serjetà u nipprova nagħmel minn kollox biex ninġabar daqsxejn… Bdejna b’diskussjoni ma’ Father Godwin li nzerta kien il-qassis Ii żewweġ lil ommi u lil missieri. Xi ftit punti li laqtuni kienu li s-skiet u l-ġabra għandek bżonnhom bħall-ħobż! Illum il-ġurnata, fil-ħajja tagħna, hemm ħafna affarijiet li jtellfuna... Il-film ta’ Alberto Hurtado kompla jsaħħaħ dan l-argument – is-skiet. L-attur prinċipali kien isib ħin matul il-ġurnata bieżla tiegħu fejn kien imur sal-kappella u jaħseb fuq x’ried Alla minnu. Illum il-ġurnata ħaġa bħal din saret kważi impossibli. Tant il-ħajja saret mgħaġġla li ftit huma n-nies li jsibu ċans jirriflettu. Ukoll, Alberto kien iħoss għal dawk in-nies li kienu jħitu l-aċċetti talqomos (b’sigħat twal u ħlas baxx ħafna) u pprova jagħmlilhom ħajjithom aħjar. Fl-aħħar spiċċajna b’Quddiesa. Dan l-irtir kompla jsaħħaħ ir-relazzjoni tiegħi m’Alla u r-relazzjoni ma’ sħabi. Naħseb dan kien wieħed mill-aktar irtiri li ħalla effett fuqi.” Liam Portanier Mifsud (Rupert Mayer)
“Darba kull sena l-klassi kollha tinqata’ mir-rutina normali tal-iskola biex tmur għall-irtir, li jgħinna nikbru spiritwalment, mentalment u jgħinna nimmaturaw ukoll. Permezz tal-irtiri li ili nagħmel minn meta kont fl-ewwel sena tiegħi fil-Kulleġġ, jiena Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
kbirt. Bdejt niskopri ‘l Alla, xi jrid minni u x’inhi s-sejħa tiegħi. Mill-film ta’ Alberto Hurtado rajna kif minn ġuvni li ma kien jonqsu xejn, telaq kollox biex jimxi wara Ġesu’. Fl-irtir nitgħallmu ukoll dwar diversi suġġetti importanti li jmissuna fleta’ tagħna fosthom kif rajna dis-sena: kif nevitaw it-tħarbit tad-droga u l-alkoħol, kif għandha tkun l-għażla tal-ħbieb li għandu jsir b’mod għaqli. Apparti minn dan ikun hemm ħin fejn wieħed jieqaf, jista’ jilgħab ma’ sħabu jew inaqqar xi ħaġa tal-ikel. Permezz ta’ dan saħħaħt il-ħbiberija tiegħi ma’ ħafna minn sħabi tal-klassi... Kienet esperjenza tassew meraviljuża.” Ricky Galea (Rutilio Grande)
“Father Godwin kien tajjeb ħafna għax ma qagħadx itawwal imma l-punt tiegħu qalu u wasslu b’mod ċar. In-nofs siegha mixja fis-skiet kienet utli ħafna. Fil-bidu ma fhimnix l-iskop tagħha għax fil-ħajja impjenjattiva tagħna ma tantx ikollna ċans nieqfu nippassiġġaw għal dan il-ħin. Iżda wara din l-attività, indunajna bil-valur tagħha. Personalment, ħassejtha bħala serħan tal-moħħ. Tajjeb ħafna li tajtuna ħin ta’ brejk għax fih vera ħassejtni li ngħaqqadna ħafna bħala klassi. Il-film (fuq Alberto Hurtado) kien vera sabiħ u effettiv. Barra minn hekk, naħseb li waqt il-Quddiesa, apparti xi distrazzjonijiet ’l hawn u ’l hemm, kienet pożittiva u għaqqditna kollha flimkien bħala klassi waħda. Grazzi ħafna ta’ din il-ġurnata sabiħa li ppreparajtulna.” 7
Attawalità
Id-dar tal-irtiri Mount St Joseph
Kif setgħet spiċċat il-missjoni
ta’ Mount St Joseph, il-Mosta Kien il-Ħamis, 16 ta’ April, 2015, meta waqt Konferenza tal-Istampa, il-Gvern ħabbar li kien wasal biex jikkonkludi ftehim għall-45 sena biex, fiż-żona tal-Busbesija, fit-tarf tal-Mosta, ħdejn id-Dar tal-Irtiri tagħna Mount St Joseph, ikun żviluppat post għall-isparar (shooting range) enormi.
Il-pjanijiet għaxshooting range kif kienu proposti mill-iżviluppaturi ’l fuq minn 70,000 metru kwadru ta’ art ODZ. Mount St Joseph tidher imdawra b’ċirku aħmar.
8
Din l-aħbar ħasditna u nkwetatna ħafna. Wara li għamilna xi riċerka sibna li dan l-iżvilupp ma kienx limitat biss biex isir fuq iż-żona li jokkupa l-art tal-Gvern, iżda jinfirex għal nofs kilometru fuq 70,000 metru kwadru. X’għamilna Il-Provinċjal Fr Patrick Magro u s-Sur Stephen Scerri, id-Direttur tad-Dar tal-Irtiri ndirizzaw konferenza tal-istampa biex juru t-tħassib serju tal-Ġiżwiti u tal-eluf li f ’Mount St Joseph sabu jsibu oasi ta’ skiet u paċi, għaliex dan il-progett biswit id-Dar tal-Irtiri ser ikollu impatt negattiv fuq l-iskop tad-Dar. Mount St Joseph inbniet aktar minn ħamsin sena ilu għax eluf ta’ Maltin kien ilhom jfittxu u jixtiequ post ta’ paċi u silenzju f ’dinja mimlija storbju u ħsejjes. Iktar minn 10,000 persuna kull sena, minn Malta u barra, għaddew xi żmien f ’din id-Dar biex fis-skiet setgħu jirriflettu, jsibu ’l Alla u lilhom infushom, jieħdu deċiżjoni mportanti eċċ. It-tħassib tagħna ġie wkoll mill-fatt li l-Ġiżwiti ma kienux ikkonsultati u li ma ngħatax biżżejjed każ tan-natura sensittiva tad-Dar u l-atmosfera ta’ skiet li toffri. Din kienet ser issofri anke kieku l-ħsejjes tal-isparar kienu ser ikunu baxxi, għax dak it-tip ta’ ħoss huwa wieħed li jtellef millkonċentrazzjoni. Preokkupazzjoni oħra serja tagħna kienet li l-art huwa kollu ODZ u l-proġett kien ser ikollu impatt qawwi fuq l-ambjent naturali taż-żona. Il-Ġiżwiti ħadmu bis-sħiħ kemm-il darba għall-ħarsien tal-ambjent kif rajna fil-passat bil-ħidma ta’ Fr Jimmy Bartolo SJ kontra l-golf course r-Rabat. Ħaġ’oħra kienet li s’issa f ’pajjiżna
d-dokument tar-regolamenti dwar ix-shooting ranges baqgħet biss draft. Il-Ġiżwiti u t-tim li għinhom għamlu kull ma setgħu, bl-għajnuna ta’ ħafna esperti, ħalli jħarsu u jassiguraw dak kollu li toffri id-Dar tal-Irtiri. Il-Provinċjal kiteb lill-Prim Ministru dwar dan il-każ. Saret laqgħa kordjali mas-Segretarju Parlamentari, imma sa ftit żmien ilu ma kien hemm l-ebda aħbar għajr li, mindu bdejna l-appell tagħna, kienet għadha ma ttieħditx deċiżjoni finali. Trid tissemma wkoll it-tħeddida permezz ta’ invilopp li fih kien hemm ittra u bullet. F’nofs Mejju, f ’Mount St Joseph saret velja ta’ talb. Fl-aħħar, kullħadd b’xemgħa f ’idu, saret purċissjoni madwar id-dar. Il-midja lokali kienet ta’ għajnuna kbira. F’diversi gazzetti nkitbu artikli u ittri, saru wkoll programmi fuq ir-radju u-television. Dan kollu ħoloq għarfien kbir tas-sitwazzjoni xejn sabiħa. L-appoġġ tal-ħbieb tagħna u ta’ ħafna oħrajn kien tassew qawwi ħafna u dejjem jiżdied. Xi nies bdew paġna favur id-Dar fuq Facebook u hemm iktar minn 15,000-il persuna li ssieħbu fiha. Il-membri tal-Komunitajiet ta’ Ħajja Nisranija nidew ġbir ta’ firem f-petizjoni fuq l-internet u nġabru ’l fuq minn 12,000 firma. GRAZZI LIL KULĦADD! Issa li tħabbar li l-Gvern waqaf it-taħdidiet mal-iżviluppaturi tax-shooting range minħabba raġunijiet finanzjarji, aħna fiduċjużi li l-missjoni tad-Dar tal-Irtiri Mount St Joseph tista’ titkompla, u nisperaw illi l-proġett illi jintagħżel minfloku jkun wieħed li jirrispetta l-ambjent u il-missjoni tad-Dar u li ma jtellifx il-kwalita’ tal-ħajja tarresidenti tal-madwar. Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
il-Missjoni tagħna
Għajnuna għat-Talb
Ninġabar: Insib post għall-kwiet u pożizzjoni komda. Niftakar li jien parti minn dinja kbira ta’ bnedmin... li xi wħud minnhom huma mexxejja. Nitlob lill-Mulej jeħodni f ’dawk is-sitwazzjonijiet fejn il-politika ma rnexxilhiex taqdi u ttejjeb il-ħajja tan-nies. Fatt ċkejken: Mill-bidunett, Ernest ħa l-fama ta’ politiku onest, bieżel u deċiż anke mal-klijenti taddistrett fejn kien joħroġ. Għalhekk ħassu skomdu ħafna meta ċertu xwejjaħ baqa’ jinsisti biex jidħol għandu. Dan il-fatt ġara meta, flimkien ma’ oħrajn kien qed iżur, bieb bieb, kwartier mill-iktar fqir. Bir-raġun kollu, in-nies t’hawnhekk kienu jħaqquha kemm jifilħu ma’ kwalunkwe politiku biex ikollhom kundizzjonijiet aħjar fejn jgħixu. Iżda f ’din ittgeġwiġija kollha kien hemm dan it-tali liebes donnu ħożoż, iross fuq id-Dott, kif kien isejjaħlu. Ernest stħajlu bħall-kostitwenti l-oħra, irid xi pjaċir li ma jafx ikunx jista’ jagħtihulu. Ipprova jaħarbu imma x-xwejjaħ baqa’ jagħfas fuqu sakemm, biex jeħles minnu, Ernest qallu: “Niġi iva... wara li nkun dort lil qrabatek kollha”. Il-lejl kien daħal ġmielu u Ernest, mifni kif kien, ħaseb biex jinġabar f ’daru. Iżda x-xwejjaħ kien għadu ħdejh jistenna: “Għandi ma tiġix?” B’nofs Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
Flickr Creative Commons
Naħseb ftit: X’jgħaddi f ’moħħi u f ’qalbi waqt li nirrifletti fuq dan il-fatt? Għandi amment ta’ xi esperjenza fejn il-politika għamlet il-ġid madwari? Il-Papa Franġisku sejjaħ lill-insara biex jagħtu s-sehem tagħhom fil-politika. X’nista’ nagħmel, politikament, biex intejjeb l-ambjent li ngħix fih? Nitlob: Agħtina l-kuraġġ, Mulej, li nsemmgħu l-valuri nsara tagħna fil-politika. Għin lill-mexxejja tagħna biex juru mħabba fil-qadi politiku tagħhom, u ma jinsewx lill-fqir u lil min hu l-aktar fil-bżonn. Kliem ta’ dawl: “Kattoliku tajjeb jindiegħes filpolitika u jagħti l-aħjar li jista’ biex min jiggverna jkun jista’ jmexxi. X’inhi l-aħjar ħaġa li nistgħu nagħtu lil min jiggverna? It-talb tagħna!” - Papa Franġisku, Sett 2013 X’nista’ nagħmel: Għandi xi tip ta’ responsabbiltà fil-familja, fuq ix-xogħol, fi grupp? Naħseb kif nista’ mmexxi aktar bl-imħabba.
www
Jekk trid titlob għal fehmiet tal-Papa b’dan il-mod, tista’ tidħol kull xahar fil-website: www.attmalta.org
sto
Sabiex fil-livelli kollha tar-responsabbiltà politika ngħixu l-imħabba fl-aqwa tagħha
Disinn ta’ John LeMasney 365sketches.org
-Talb tat t la
Appo
Merħba! Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu:
qalb Ernest qatagħlu xewqtu u mexa warajh fi sqaq sakemm wasal ħdejn bieb baxx. X’ħin daħal ġewwa għaraf li ma kienx hemm tieqa f ’dik id-dar b’kamra waħda. L-uniku dawl kien ħiereg minn xemgħa mixgħula quddiem statwa tal-Madonna. Ix-xwejjaħ ġieblu s-siġġu. Bil-qiegħda, Ernest staqsih, “xi trid minni, xwejjaħ?” “Xejn” “Xejn?” “Xejn Dott! Nixtieq biss li nixorbu waħda flimkien. Tieħu tazza ħalib miegħi?” Dan il-fatt stramb kellu effett kbir fuq il-ħidma ta’ Ernest. Dakinhar tgħallem li anke l-politika tista’ tkun il-post fejn tagħti u tirċievi l-imħabba.
9
’l Hawn u ’l He Tiltaqa’ l-Kongregazzjoni tal-Provinċja Wara l-Għid, f ’Mount St Joseph, il-Mosta, iltaqgħet il-Kongregazzjoni tal-Provinċja bi tħejjija għas-36 Kongregazzjoni Ġenerali li ser issir f ’Ruma f ’Ottubru tas-sena li ġejja. Minbarra l-Provinċjal, l-Assistent tiegħu u l-Amministratur Finanzjarju, ħadu sehem 20 membru elett, fosthom żewġ Brothers u erba’ Fathers li għadhom m’għamlux l-Aħħar Voti. Wara d-diskussjoni biex tingħata tweġiba għat-tliet mistoqsijiet li ppropona l-Patri Ġenerali, ġew diskussi s-suġġerimenti mressqa millmembri kollha tal-Provinċja. Wara diskussjoni kienu approvati tlieta biex ikunu diskussi fil-Kongregazzjoni Ġenerali u wieħed kien indirizzat lillPatri Ġeneral. Il-Provinċjal, Fr Patrick Magro, intgħażel biex ikun l-Elettur millProvinċja u Fr Joseph Cassar intgħażel bħala s-Sostitut tiegħu.
Il-Patri Ġeneral Fl-aħħar tas-sena l-oħra l-Patri Ġeneral għaqqad l-erba’ Provinċji fil-Brasil u waqqaf il-Provinċja tal-Brasil. Għamel l-istess meta fl-Istati Maqgħuda għaqqad ilProvinċja ta’ New York u dik ta’ New England fil-Provinċja tan-North East. Hu għaqqad ukoll ir-Regjun tal-Możambik mal-Provinċja ta’ Żimbabwe. F’dawn l-aħħar xhur il-Patri Ġeneral żar Ġerusalemm u wara l-pajjiż tal-Kamerun u ħa sehem fil-laqgħa tal-Provinċjali tal-Afrika u tal-Madagaskar. Żar ukoll il-Provinċja tal-Vjetnam fejn ħa sehem fil-laqgħa li tfakkar l-400 sena mill-wasla tal-ewwel Ġiżwita. Imbagħad mar Hong Kong fiċ-Ċina u wara żar ukoll l-Olanda.
10
Provinċja ġdida F’ittra li l-Patri Ġeneral għadu kif kiteb lill-Provinċjal ta’ Malta u lill-Provinċjal tal-Italja, li tinkludi l-Albanija, ħabbar li fil-31 ta’ Lulju, 2017, ser iwaqqaf Provinċja ġdid li s’issa tkun tinkludi tliet pajjiżi: Malta, l-Italja u l-Albanija. Fix-xhur li ġejjin isiru laqgħat biex titfassal struttura ta’ gvern għat-tmexxija tal-Provinċja l-ġdid biex sal-31 ta’ Lulju, 2016, tintbgħat għall-approvazzjoni tal-Ġeneral. F’Ruma kellu żewġ laqgħat ta’ ħmistax għall-Provinċjali l-ġodda tallingwa Spanjola u tal-lingwa Ingliża. Il-Provinċjal tagħna, Fr Patrick Magro ħa sehem f ’waħda minnhom.
Terremoti fin-Nepal Nhar is-Sibt, 25 ta’ April terremot qawwi ħafna laqat in-Nepal. Minbarra li ġġarraf ħafna bini, eluf mietu u iktar eluf indarbu. Fost il-Ġiżwiti u reliġjużi oħra ħadd ma weġġa’ iżda kien hemm xi ħsarat f ’xi bini tagħhom. Bla dewmien bdew ħidma kbira biex jgħinu l-vittmi li tilfu darhom u kull ma kellhom. Il-Ġiżwiti fetħu l-iskejjel u kulleġġi tagħhom u taw kenn lillvittmi. Marru fl-irħula u pprovdew tined, ħwejjeġ u mediċini. Il-Ġiżwiti fin-Nepal nidew diversi proġetti ta’ riabilitazzjoni u rikonstruzzjoni, organizzaw kampijiet fejn tingħata għajnuna medika u qassmu ikel, ħwejjeg u materjal ieħor. Minbarra li għenu iktar minn 30,000 persuna, huma pprovdew ukoll materjal għattagħlim, għamara u kotba f ’iktar minn 23 skola li huma jmexxu u għenu wkoll lil bdiewa billi tawhom żerriegħa u għodda.
Aħbarijiet qosra Fr Paul Pace ħa sehem f ’kors f ‘Manresa, Spanja, dwar l-ispiritwalità Injazjana biex jissokta jħejji ruħu għall-missjoni ġdida tiegħu li ser jibda wara l-vaganzi tas-sajf. Hu ser ikun wieħed miżzewġ Diretturi tat-Tielet Sena tanNovizzjat tal-Fathers li jsir f ’Dublin. Fr Michael Bugeja ħa sehem f ’laqgħa fil-Polonja bi tħejjija għallJum Dinji taż-Żgħażagħ li ser isir hemmhekk fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju. Huwa wkoll ta seminar f ’Londra. Grupp ta’ ħbieb tal-Ġiżwiti u xi Ġiżwiti ġrew jew imxew fil-Maratona ta’ Malta. Permezz ta’ din l-attività nġabru €6803 għall-progett ġdid għaż-żgħażagħ li ser isir f ’Dar Manwel Magri, ħdejn l-Università. Il-Kunsil Lokali taż-Żejtun ta Ġieħ iż-Żejtun lill-Fr Vincent Magri b’turija ta’ apprezzamant għall-ħidma fejjieda tiegħu f ’Paolo Freire Institute u fil-parroċċa. Ftit snin ilu l-istess Kunsil kien ta dan l-unur lil Fr Edgar Busuttil. Il-Paolo Freire Institute li kien f ’Dar wara l-knisja taż-Żejtun issa qiegħed fi 76 Triq Sant’Anglu. Innumru tat-telefon baqa’ l-istess.
Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
Hemm
mal-Ġiżwiti
Pittur Ġiżwita meqjum fiċ-Ċina Iktar minn 360 miljun telespettur fiċ-Ċina raw l-ewwel wirja tal-ewwel parti minn tlieta ta’ dokumentarju dwar il-pittur fil-qorti imperjali taċĊina, il-Brother Ġiżwita Giuseppe Castiglione (1688-1766), li kien minn Milan. Castiglione kien sar wieħed mill-ikbar u l-iktar pittur ammirat fl-istorja tal-arti Ċiniża. Id-dokumentarju intwera fuq l-ikbar stazzjon televissiv u oħrajn. Iż-żewġ Ġiżwiti li ħadmu dan ilfilm, Fr Jerry Martinson u Fr Emilio Zanetti, minħabba l-fama tal-pittur u s-suġġett tad-dokumentarju, kienu żġuri li kienu ser jaraw ħafna nies, imma ma stennewx dawk il-miljuni.
Portrait of the Emperor Troating for Deer - detail - Pittura tal-Ġiżwita Giuseppe Castiglione (1688-1766)
Fit-30 ta’ Settembru din is-sena d-dokumentarju ser jintwera l-ewwel
Dr Katrine Camilleri waqt iċ-ċerimonja fejn irċeviet il-premju prestiġjuż
Il-Jesuit Refugee Service (Malta) Id-Direttur tal-JRS, Dr Katrine Camilleri, kienet waħda mit-tliet rebbieħa tar-Roland Berger Award li ħadmu għad-difiża tad-drittijiet Umani matul dawn l-aħħar għoxrin sena. Fl-imgħoddi hi rebħet premjijiet oħra għall-ħidma fejjieda tagħha mar-rifugjati. Fil-15 ta’ Mejju, fil-Palazz ta’ Sant’Anton, taħt il-patroċinju ta’ l-E.T. il-President ta’ Malta , ilLil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
JRS ħarġu l-ktejjeb ‘No Giving Up: stories of unfinished journeys’ li jiġbor l-esperjenzi ta’ sitt nisa Somali li qegħdin ifittxu ażil f ’Malta. Matul sessjonijiet fi gruppi bejn April u Ottubru tas-sena l-oħra, dawn in-nisa tkellmu dwar l-għaliex kellhom iħallu pajjiżhom, l-isfidi u l-biża’ li għaddew minnhom matul il-vjaġġ tagħhom li għadu ma spiċċax. Dawn l-esperjenzi ta’ tbatija nġabru fi ktejjeb.
fl-Italja u wara f ’pajjiżi oħra.
Konferenza Internazzjonali f’Kalkutta dwar it-Tibdil fil-Klima Fil-Kulleġġ ta’ St Xavier’s f ’Kalkutta iltaqgħet irRaba Konferenza Għolja Internazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Disastri minħabba l-Ilma. F’din il-Konferenza ħadu sehem Ġiżwiti mid-dinja kollha u ddiskutew id-theddid li l-bnedmin qegħdin jiffaċċjaw minħabba t-tidbil tal-klima fiddinja kollha. Huma ddiskutew x’jista’ jsir biex il-bnedmin iwieġbu għal din il-krizi tat-tibdil fil-klima li qiegħed joħloq konsegwenżi gravi ħafna minħabba n-nuqqas tal-ilma.
11
Spiritwalità
Ritratt: Paro_for_Peace / Flickr - Creative Commons
Miktub minn Fr Reno Grech SJ matul ħajtu 1943 - 2013
Spiritwalità Injazjana Kontemplazzjoni tasSaltna ta’ Ġesù Kristu Bejn tmiem l-Ewwel Ġimgħa u l-bidu tat-Tieni Ġimgħa Sant’Injazju daħħal eżerċizzju li sejjaħlu “Kontemplazzjoni tas-Saltna ta’ Ġesù Kristu”. L-eżerċitant hu mitlub li jagħmel din il-kontemplazzjoni darbtejn biss matul il-ġurnata (waħda filgħodu u l-oħra filgħaxija).
The Two Standards - Stained glass window - Disinn ta’ Dennis Mc Nally SJ li, sfortunatament, qatt ma ġie installat
12
Il-Post ta’ din il-Kontemplazzjoni Is-Sejħa tas-Sultan isservi ta’ daħla mhux biss għat-Tieni Ġimgħa iżda ukoll għall-kumplament talEżerċizzi għax tgħin għall-kontemplazzjonijiet dwar il-ħajja fuq din l-art tas-Sultan Etern, Ġesù Kristu. Ir-rabta bejn din il-kontemplazzjoni u l-kumplament tal-mixja spiritwali fl-Eżerċizzi hi tant qawwija li jekk għal xi raġuni l-eżerċitant ikollu jinterrompi l-Eżerċizzi, ngħidu aħna wara t-Tieni Ġimgħa, din il-kontemplazzjoni trid terġa’ ssir qabel jibda t-Tielet Ġimgħa. Għalhekk il-Kontemplazzjoni tas-Saltna hi meqjusa bħala Prinċipju u Pedament ġdid għallĠimgħat li jsegwuha. Dan il-Prinċipju u Pedament ġdid għall-eżerċitant issa hu Sidna Ġesù Kristu. F’din il-kontemplazzjoni Kristu hu ppreżentat taħt żewġ aspetti: (a) bħala Mexxej ħaj li għadu ma temmx ix-xogħol li Missieru fdalu f ’idejh, u li jsejjaħ lil kulħadd biex jikkollabora miegħu skont il-qjies tal-ġenerożità tal-individwu (Eż. Sp. 95); u (b) bħala Mudell fit-twettiq ta’ dan il-qadi (Eż. Sp. 98). Hawnhekk Kristu jidher bħala Alla u bniedem – ilVerb Inkarnat. Hu s-Sultan ta’ dejjem (91), l-Iben ta’ Alla (95), is-Sid ta’ kollox (97), it-tjubija bla tarf (98). Struttura tal-Kontemplazzjoni Sant’Injazju ppreżenta din il-kontemplazzjoni taħt forma ta’ tixbiha b’żewġ taqsimiet. L-ewwel waħda tirrappreżenta s-sejħa ta’ sultan ta’ din id-dinja maħtur minn Alla nnifsu biex isaltan fuq l-insara kollha. It-tieni taqsima tesprimi s-sejħa tas-Sultan ta’ dejjem, Ġesù Kristu biex isaltan fuq kulħadd. F’kull taqsima nsibu ppreżentat il-proġett, is-sejħa u l-kundizzjonijiet għal min jixtieq iwieġeb għassejħa, u x’għandha tkun l-attitudni tan-nies għal din is-sejħa. Barra minn hekk, fit-tieni taqsima nsibu lil dawk li jridu juru mħabba u ġenerożità ikbar lejn isSultan ta’ dejjem. Huma jkunu lesti li jmorru kontra mħabbiet diżordinati li ma jħalluhomx jagħrfu u jwettqu r-rieda ta’ Alla. Huma jagħmlu l-offerta tagħhom f ’talba lil Sidna Ġesù Kristu. L-għan ta’ din il-kontemplazzjoni hu li jrawwem fl-eżerċitant attitudni ta’ ġenerożità sħiħa u dispożizzjoni totali għall-għażla, skont ir-rieda ta’ Alla, li hu jrid jagħmel iktar ’il quddiem matul l-Eżerċizzi. Din il- Kontemplazzjoni tas-Saltna għandha xi karatteristiċi partikulari. Minflok Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
Ritratt ta’ Danny Plas (Flickr/Creative Commons)
kollokju, kif hemm fl-eżerċizzi l-oħra, insibu talba ta’ offerta lil Ġesù. Barra minn hekk dan hu l-eżerċizzju waħdani li ma jagħlaqx bilMissierna. Aktar milli kontemplazzjoni, dan l-eżerċizzju jista’ jitqies bħala konsiderazzjoni fuq is-Sultan Etern. Din isservi ta’ tħejjija għallkontemplazzjonijiet fil-Ġimgħat ta’ wara. It-Tieni Ġimgħa Din hi l-itwal waħda fost l-erba’ Ġimgħat talEżerċizzi Spiritwali. Matulha l-eżerċitant jibda jikkontempla diversi misteri mill-ħajja ta’ Kristu. L-Għan tat-Tieni Ġimgħa Wara li l-eżerċitant ikun għadda millesperjenza ta’ tisfija fl-Ewwel Ġimgħa, hu jgħaddi għal fażi oħra mdawla mill-prinċipji u l-valuri ta’ Ġesù. Għalhekk l-għan ta’ din il-Ġimgħa hu li l-eżerċitant isir jaf intimament lil Ġesù li sar bniedem għalih, biex iħobbu iżjed u jimxi warajh aktar mill-qrib. Dan insibuh fit-talba ta’ tħejjija li l-eżerċitant jagħmel qabel kull kontemplazzjoni tat-Tieni Ġimgħa (Eż. Sp. 104). Bħal fil-każ tal-Ewwel Ġimgħa, l-għan tat-Tieni Ġimgħa jmiss it-tliet qawwiet tal-bniedem - l-intellett, l-affezzjonijiet u r-rieda - rispettivament. It-Taqsimiet tat-Tieni Ġimgħa It-Tieni Ġimgħa hi maqsuma f ’żewġ partijiet, li fihom insibu kemm l-għan ġenerali tal-Eżerċizzi li hu l-perfezzjoni fil-qadi ta’ Alla f ’kull sitwazzjoni (Eż. Sp. 135) kif ukoll id-dispożizzjonijiet li jgħinu lill-eżerċitant jordna ħajtu skont il-pjan tal-Providenza. L-ewwel taqsima tinkludi l-ewwel tlett ijiem fejn l-eżerċitant hu mistenni li jinġibed iktar lejn il-persuna ta’ Kristu u lejn ħajja ta’ faqar u umiltà kif għexha hu fil-ħajja tiegħu fuq din l-art (Eż. Sp. 116). Matul dawn il-jiem l-eżerċitant jikkontempla t-tfulija u l-ħajja moħbija ta’ Ġesù. It-tieni taqsima tibda fir-raba’ jum bi tliet meditazzjonijiet li jiddisponu l-eżerċitant biex jasal għall-għażla ta’ stat ta’ ħajja jew tiġdid ta’ ħajja skont ir-rieda ta’ Alla. Dawn il-meditazzjonijiet importanti huma msejħin: IżŻewġ Stendardi; it-Tliet Gruppi ta’ Nies u t-Tliet Xorta ta’ Umiltà rispettivament. Wara dawn il-meditazzjonijiet, fil-jiem ta’ wara, l-eżerċitant jikkontempla diversi misteri mill-ħajja pubblika ta’ Ġesù. Il-misteri li jipproponi Sant’Injazju għandhom xejra appostolika qawwija. Il-qofol tal-Eżerċizzi Spiritwali nsibuh lejn tmiem it-Tieni Ġimgħa fejn Sant’Injazju jwassal l-eżerċitant għall-għażla (elezzjoni) jew riforma ta’ ħajtu. Għal dan l-għan Sant’Injazju poġġa Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
serje ta’ dokumenti importanti dwar l-għażla li għandha ssir; dwar xiex għandha ssir l-għażla; dwar tliet żminijiet li fihom wieħed jagħmel għażla, kif għandha tkun u magħmula tajjeb; u flaħħar nett, biex wieħed jagħmel tibdil u riforma f ’ħajtu skont l-istat ta’ ħajtu (Eż. Sp. 169-189) Struttura u kontenut talkontemplazzjonijiet It-tul tat-Tieni Ġimgħa jvarja skont ir-ritmu u l-progress spiritwali tal-eżerċitant u jiġi determinat mid-direttur tal-eżerċizzi. Sant’Injazju jagħti materjal għat-talb sat-tnax–il ġurnata. F’kull ġurnata matul l-ewwel tlett ijiem, l-eżerċitant jagħmel ħames kontemplazzjonijiet. Fl-ewwel tnejn jieħu żewġ misteri mill-ħajja ta’ Ġesù. Imbagħad jagħmel żewġ repetizzjonijiet. Fl-aħħar jispiċċa b’metodu ta’ talb li Sant’Injazju sejjaħlu “applikazzjoni tas-sensi”. Bit-tħaddim tas-sensi permezz tal-immaġinazzjoni l-eżerċitant jidħol iktar fil-fond fil-misteri ta’ Ġesù. Sant’Injazju jħalli dan l-eżerċizzju għall-aħħar tal-ġurnata biex l-eżerċitant jiġbor minn dan l-isforz il-frott kollu spiritwali tal-ġurnata. Fir-raba’ jum Sant’Injazju jibda jħejji lilleżerċitant biex jikkonsidra l-istati differenti tal-ħajja ħalli jara f ’liema stat Alla jridu jaqdih. Hawnhekk l-eżerċitant jimmedita fuq iż-Żewġ Stendardi u jagħmel tliet repetizzjonijiet tiegħu. Fl-aħħar meditazzjoni jieħu l-eżerċizzju tat-Tliet Gruppi ta’ Nies. Mill-ħames sat-tnax-il jum l-eżerċitant jikkontempla l-misteri tal-ħajja pubblika ta’ Ġesù sa Jum il-Palm. Matul dawn il-ġranet, fiż-żmien meta d-direttur jidhirlu li hu adattat, jissuġġerixxi lill-eżerċitant biex jagħmel l-għażla jew irriforma tal-ħajja skont id-direttivi mniżżla minn Sant’Injazju. Immedjatament qabel l-għażla, l-eżerċitant għandu jagħmel l-eżerċizzju dwar itTliet Xorta ta’ Umiltà. Fil-ħarġa li jmiss Fil-ħarġa li jmiss nissoktaw bl-Eżerċizzi tat-Tieni Ġimgħa u naraw fid-dettall ilmeditazzjonijiet prinċipali ta’ din il-Ġimgħa u d-direttivi dwar l-għażla.
13
Intervista
Maqlub għall-Malti minn Fr Charles Delia, SJ
FRANĠISKU
u Alla tas-sorpriżi
Fit-13 ta’ Marzu li għadda, il-Papa Franġisku għalaq sentejn mill-elezzjoni tiegħu bħala Isqof ta’ Ruma. Fr Federico Lombardi, Ġiżwita ta’ 72 sena, hu d-Direttur tas-Sala Stampa tal-Vatikan, ilu mill-2006 fost il-kollaboraturi l-aktar ta’ gewwa tal-Papa: l-ewwel ta’ Benedittu XVI, u minn Marzu 2013, qiegħed fis-servizz ta’ Papa Franġisku, Ġiżwita bħalu. Ftit ilu Fr Lombardi inzerta mar Milan u żar l-uffiċċji tar-rivista Popoli tal-Ġiżwiti Taljani. Fr Lombardi ma jħobbx jagħti intervisti jew minħabba l-karattru riservat tiegħu, jew minħabba l-post delikat li għandu. Imma meta kien hemm, l-Editur talbu jgħidlu kif jara lill-Papa Franġisku mill-qrib.
Popoli: Fr Lombardi, nibdew minn dik il-filgħaxija tat-13 ta’ Marzu 2013: x’kienu l-ewwel ħsibijiet tiegħek meta sirt taf l-isem tal-Papa l-ġdid, u ndunajt li kien il-Ġiżwita waħdieni tal-Konklavi? FL: Nistqarr li l-aħbar ħallietni mbellah, għax ma kontx lest għal riżultat bħal dan, qatt ma kont nobsor li Ġiżwita seta’ qatt ikun magħżul Papa. Kont naf li l-Kardinal Bergoglio kien persuna stmata ħafna u ta’ awtorità, kienu jgħidu li filKonklavi ta’ qabel kien ġab ħafna voti. Kont naf li fil-laqgħat tal-Kardinali qabel il-Konklavi tkellem u saħaq fuq punti sostanzjali, iżda b’dana kollu ma bsartx li seta’ jsir Papa. Father Ġiżwita sar il-punt ta’ riferiment għall-Knisja. Irridu dejjem niftakru li l-Ġiżwiti għandhom rabta speċjali mal-Papa. Għalihom, skond l-fehma ta’ Sant’Injazju ta’ Loyola, il-Papa huwa l-veru superjur tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Ilfatt li l-Papa nnifsu huwa Ġiżwita, isaħħaħ aktar din ir-rabta. Żewġ ħwejjeġ oħra laqtuni fil-fond: l-isem Franġisku, u li dal-Papa ġej mill-Amerika Latina. L-isem Franġisku, magħżul għall-ewwel darba fl-istorja tal-papiet, juri sinjal ta’ kuraġġ kbir u, fil-fehma tiegħi, ried jibgħat messaġġ: mill-ewwel wera l-personalità qawwija ta’ Bergoglio, li ma ħassux marbut minn dak li seħħ qablu u li, meta għażel l-isem, fakkar f ’waħda mill-figuri l-aktar espressivi tat-tradizzjoni Nisranija. Imbaghad, Papa Latin-Amerikan wera li l-Knisja għażlet li tħares lejha nnifisha u lejn id-dinja minn angolu differenti.
14
Popoli: Kont digà tafu lil Jorge Marío Bergoglio? FL: Niftakar li sirt nafu waqt il-Kongregazzjoni Ġenerali 33 tal-Ġiżwiti fl-1983: Fr Bergoglio ta’ dak inhar, kien għamel xi interventi sinifikattivi, iżda ma kellix ċans niltaqa’ miegħu personalment. Inqas u inqas wara, meta kien ordnat isqof, u warrab mill-ħajja ta’ kuljum tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Kelli laqgħa personali biss waqt il-Laqgħat ta’ tħejjija għall-konklavi tal-2013. Popoli: Wara l-elezzjoni, meta ltqajt miegħu l-ewwel darba? FL: L-għada filgħodu ltqajna Santa Maria Maggiore, fejn il-Papa mar jitlob privatament. Franġisku kien imsieħeb minn grupp zgħir li fih kont jien ukoll: bħala direttur tas-Sala Stampa kelli nosserva kemm jista’ jkun mill-qrib dak li ġara wara l-Konklavi. Huwa rani u sellimli bil-qalb u bi ħlewwa kbira. Kelli taħdita qasira, imma li tfisser ħafna. Popoli: Fil-ħidma tiegħek ta’ kuljum, il-Papa tiltaqa’ miegħu spiss? FL: Ħafna jaħsbu li l-kelliem tal-Papa huwa ta’ ġewwa ħafna miegħu; imma dan mhux il-każ. Ma kienx hekk ma’ Benedittu XVI u mhux hekk ma’ Franġisku. Xi ħadd jaħseb li billi ma nkunx dejjem ġej u sejjer għand il-Papa, huwa sinjal li l-ħidma tiegħi qajla għandha riżultati kif imiss, jew li l-ħidma tiegħi titwettaq fil-ġenb. Fil-fatt għandi Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
rispett kbir tal-istruttura sħiħa li taħdem id f ’id mal-Papa. Bħala prinċipju, is-Sala Stampa, li jiena d-Direttur tagħha, tiddependi mis-Segreterija tal-Istat. Naħseb li l-ewwel ma jagħtu pariri lill-Papa huma s-Segretarju tal-Istat, is-Sostitut u s-Segretarju għar-relazzjonijiet ma’ Stati oħra. Imbagħad hemm il-kapijiet tad-dipartimenti għall-kwistjonijiet aktar speċifiċi. Meta jkolli xi mistoqsijiet nibgħat e-mail lis-segretarju personali tal-Papa, li mbagħad iwassal il-messaġġ tiegħu, u t-tweġiba tasalli f ’qasir żmien. Jien qatt ma nċempel personalment lill-Papa, anqas nitlob taħdita miegħu. Hija ħaġa ċara li kull Papa juża s-servizz ta’ dawk li jaħdmu miegħu kif jidhirlu l-aħjar. Il-Papa Wojtyla kien jgħid ta’ spiss lil Navarro-Valls dak li kien jagħmel, mingħajr ma jgħaddi mill-qafas burokratiku, biex insejħulu hekk. Benedittu XVI kien jippreferi t-triq uffiċjali. Ma’ Franġisku r-relazzjonijiet huma differenti: huwa joħroġ mil-linji fissi u jaġixxi bil-libertà kollha. Min-naħa għax ifassal il-ħidma tiegħu b’mod pastorali ħafna, li jfittex li jżomm ukoll bħala Papa; min-naħa l-oħra għax irid juri li mhux wisq marbut ma’ ħbula jew ankri strutturali. Jiġri għalhekk li xi inizjattivi tal-Papa ma jgħaddux minn kanali stabbiliti, imma jeħodhom bil-libertà kollha. Jiena nsir naf għax jew isejjaħli hu direttament, inkella jgħiduli s-segretarji tiegħu,
Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
mingħajr ma jgħaddi mill-kanali uffiċjali tas-soltu. Id-differenza ta’ Papa minn ieħor tidher, ngħidu aħna, minn kif jiġu organizzati l-udjenzi malkapijiet tal-Istati, meta jkolli nħejji l-komunikat għall-istampa: Benedittu XVI kien jiffoka ħafna fuq dak li ntqal fit-taħdita, b’sens waħdieni talirqaqat u tas-sintesi, waqt li Franġisku jieqaf ħafna fuq in-naħa umana u spiritwali tal-laqgħa. Popoli: F’dan l-atteggjament tal-Papa kemm jgħodd il-karattru tiegħu, u, għall-kuntrarju, ninsabu quddiem għażla “politika” quddiem dak li għandu jinżamm mar-regoli stabbiliti? FL: Ma ngħidx li l-Papa Franġisku jrid iwaqqa’ l-istituzzjonijiet. Huwa jgħid ta’ spiss li qiegħed jimxi skont il-linji li wrew il-kardinali waqt it-tħejjija tal-Konklavi: minn Knisja li tidher ċentralista, fejn kien hemm ċertu piż min-naħa tal-Kurja f ’ħafna oqsma (dixxiplinari, dottrinali, eċċ), għal Knisja fejn il-partijiet differenti jkunu mismugħa aktar u għandom rwol akbar fil-bini u fil-kwalità tat-toroq li fihom tavanza t-tmexxija tal-Papa. F’dan il-kwadru, huwa ta’ siwi kbir ilħolqien tal-“Kunsill tal-Kardinali” (hekk imsejjaħ tat-Tmienja) li jagħti aktar wisa’ għall-Knisja dinjija fit-tmexxija tal-Knisja. Popoli: F’dan il-mod ta’ tmexxija xi wħud
15
Intervista
jaraw adozzjoni tat-tmexxija tal-Kumpanija ta’ Ġesù għall-Knisja universali. Taqbel ma’ din l-interpretazzjoni?
tal-Kumpanija ssibhom ħafna u għaldaqstant ma nistagħġbu xejn li narawhom fl-imġiba ta’ Papa Franġisku.
FL: Il-metodu li juża l-Patri Ġeneral tal-Ġiżwiti li jisma’ l-kunsillieri tiegħu u mbagħad li jieħu d-deċiżjonijiet b’mod awtonomu, jixbaħ mingħajr dubju, lil dak ta’ Bergoglio. Iżda ma naħsibx li dan il-mod huwa biss tal-Kumpanija. Insib interessanti u importanti, min-naħa l-oħra, l-isforz tal-Papa li jużà s-Sinodu tal-Isqfijiet u jagħmel minnu l-post tar-riflessjoni u gwida pastorali tal-Knisja, waqt li jqegħedlu quddiemu wkoll suġġetti ta’ siwi kbir biex flimkien jirriflettu dwarhom. Is-Sinodu talIsqfijiet ma kienx ivvintat mill-Papa Franġisku, imma hu pprova jagħtih rwol aktar importanti. Nagħmel enfasi, però, li l-metodu ta’ Franġisku mhux pjan organiku alternattiv, imma huwa mod kif jimbotta u jmexxi ’l quddiem realtà komplessa bħalma hi l-Knisja. Hija Knisja mixja ’l quddiem. Franġisku ma jimponix il-vizjoni tiegħu jew kif għandhom isiru l-affarijiet. Jistaqsi u jisma’ l-pariri diversi. Ma jafx fejn ser immorru: iħalli f ’idejn l-Ispirtu s-Santu. F’din id-dehra tat-tmexxija tal-Knisja inqis ħaġa ta’ siwi kbir id-dimensjoni tal-mixja fil-fidi u fil-fiduċja fl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu. Dan l-aspett huwa importanti għax inkella nibdew nimxu fid-dlam u nħossuna mitlufin.
Popoli: Hemm xi perijodu tal-istorja talKumpanija jew xi Ġiżwita tal-imgħoddi, li miegħu l-Papa jħossu aktar marbut?
Popoli: Fiex jidhirlek li toħroġ aktar biċ-ċar l-identità ta’ Ġiżwita ta’ Bergoglio? FL: Naħseb li din tingħaraf l-aktar flispiritwalità li tinfluwenza l-mod kif ifisser ruħu u fil-maġisterju tiegħu. Din l-ispiritwalità nsibuha l-aktar fl-omeliji li jagħmel ġo Santa Marta. Huwa jqiegħed lilu nnifsu f ’relazzjoni mal-Kelma ta’ Alla u f ’xeħta ta’ wieħed li jisma’ u jipprova jifhem x’inhu jgħidlu l-Mulej personalment, kif isaqsih u b’liema mod jista’ jolqot u jagħmel effett fuq imġibtu u fuq ħsiebu. Huwa għamla ta’ smigħ ta’ wieħed li jsir ħaġa waħda mal-kelma tal-ieħor, jistaqsih u jmissu personalment u li qiegħed f ’rabta konkreta mal-ħajja ta’ kuljum. Għalija dan jaqbel għal kollox mat-tagħlim tal-Eżerċizzi Spiritwali ta’ Sant’Injazju. Hekk kif qiegħda f ’armonija mal-Eżerċizzi l-insistenza bla heda lillinsara biex ikollhom relazzjoni personali ma’ Ġesù u biex jaraw lil Alla f ’kull ħaġa. Aspett ieħor tipiku ħafna tal-formazzjoni tiegħu ta’ Ġiżwita huwa meta jitkellem dwar il-“missjoni”. Dwar il-Knisja li sejra lejn il-fruntieri u li tfittex biex issib fejn twassal il-Vanġelu aktar milli tħares lejha nfisha. Imbagħad, jekk irridu, għandna ħwejjeġ li huma tipiċi ‘tal-Ġiżwita’ bħas-sempliċità fl-għamla tal-ħajja, iċ-ċaħda ta’ kull xorta ta’ trijunfaliżmu. Qabel xejn, naturalment, dawn huma aspetti li jaqblu tassew mal-istess messaġġ tal-Vanġelu, imma huwa minnu li fit-tradizzjoni
16
Sa mill-bidu tal-ministeru tiegħu bħala Papa, Franġisku dejjem kellu fi ħsiebu li jqiegħed aktar fid-dieher il-figura ta’ Pietru Favre. U sa millbidu ħa l-passi meħtieġa biex jiddikjarah qaddis: dan wettqu fis-17 ta’ Dicembru 2013. Favre, li kien sieħeb ta’ Injazju ta’ Loyola, huwa figura li ma tantx hi magħrufa lanqas mill-istess Ġiżwiti. Il-fatt li Franġisku għollieh għall-unur ta’ qaddis u tah bħala mudell lill-Knisja kollha laqatna u fisser kif dal-bniedem għex l-esperjenza talKumpanija. Fil-fatt Favre għaraf iżewweġ b’mod eżemplari u profond il-ħidma appostolika malkontemplazzjoni. Kien tassew “kontemplattiv fl-azzjoni”, skont il-kariżma tal-Ġiżwiti. Ma ninsewx, imbagħad, li l-Papa għamel qaddis ukoll lil José de Anchieta, wieħed mill-figuri tal-Kumpanija ta’ Ġesù bħala Ordni missjunarju. Popoli: Dwar il-Ġizwiti missjunarji, tista’ tagħtina xi aħbar ġdida dwar ilbeatifikazzjoni ta’ Matteo Ricci, li fuqu ilna nisimgħu żmien? FL: Naf li l-postulatur, Fr Anton Witwer, reġa’ beda jaħdem għal dan il-għan, waqt li qabel deherli li kien qisu bħal waqaf kollox. Għalija naħseb li tkun ħaġa sabiħa ħafna li ngħaqqdu lil Matteo Ricci ma’ Xu Guangqi (sieħeb u kollaboratur Ċiniz ta’ Ricci, li kkonverta u sar kattoliku). Jidhirli li l-postulatur miexi f ’din iddirezzjoni. Naħseb li dil-ħaġa tkun tfisser ħafna fir-relazzjonijiet maċ-Ċina, ikun messaġġ qawwi ta’ inkulturazzjoni. Popoli: Inkulturazzjoni, djalogu mal-kulturi, djalogu mar-reliġjonijiet l-oħrajn u ma’ dawk li ma jemmnux: huma “kliem imfietaħ” tal-Ġiżwiti li milli jidher il-Papa għamilhom tiegħu sew… FL: Iva, il-Ġiżwiti għandhom ċerta xeħta f ’ħidmiethom u fl-imġiba tagħhom: sempliċi, diretta, mhux marbuta żżejjed ma’ tħabbil il-moħħ dwar istituzzjonijiet. Iżda għamel ħoss il-fatt li Franġisku diġà darbtejn semma l-botta li jingħad li intqalet minn Atenagora u Pawlu VI “it-teologi nibagħtuhom kollha fuq gżira biex jiddiskutu, u aħna nwettquh l-ekumeniżmu!” Franġisku jmexxi ‘l quddiem id-djalogu tal-laqgħa, il-laqgħa talpersuni. Imbagħad jerġa’ jqajjem dan is-suġġett: kif Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
Intervista għandna nifhmu is-servizz tiegħu bħala isqof ta’ Ruma, b’mod li jkun jista’ jiġi mifhum u milqugħ ukoll mill-oħrajn? Aspett ieħor li fih insib ħafna d-dimensjoni ta’ Ġiżwita fil-Papa hi dik li nsejħulu Alla tas-sorpriżi: Alla huwa dejjem akbar minn dak li bsarna u qisna aħna, dejjem jissorprendina, jiftħilna ixfqa dejjem ġodda, iqegħedna quddiem sitwazzjonijiet ġodda, u jġegħelna nħossuna mixjin. Minn hawn l-idea li l-Knisja hi dejjem f ’mixja, tas-sinodalità, li ma jkollokx proġetti miktubin u lesti, imma li tqis li timxi fuq it-tnebbiħ u r-rieda ta’ Alla, u li tfittixha kuljum. Hawn għandna l-ideja ta’ Injazju pellegrin. Il-Kumpanija ta’ Ġesù tħossha dejjem miexja għal għonq it-triq u dejjem lesta li tisma’ l-Kelma ta’ Alla. Popoli: Papa ieħor, Pawlu VI, sejjaħ lill-Ġiżwiti “nies tal-fruntiera”: tara parallelliżmu mal-insistenza ta’ Bergoglio fuq is-suġġett tal-periferiji? FL: Ċertament, dak li għandu f ’moħħu Frangisku meta jitkellem dwar il-periferiji huwa mod ieħor biex jgħid li l-Knisja qiegħda fi stat ta’ missjoni (li tfisser mibgħuta), mhux iċċentrata fuqha nnifisha. Hemm aspett ieħor, naqra Latinamerikan, u l-Ġiżwiti għexuh ħafna fi żmien il-Patri Ġeneral Arrupe: liema hu l-punt ta’ osservazzjoni biex tifhem u tfisser id-dinja fid-dawl tar-relazzjoni fidi-u-ġustizzja? Il-punt hu l-għaqda u r-rabta soda mal-fqar. Jekk inti setgħan, fil-qalba tal-ekonomija u tas-sistema, qatt m’inti ser tifhem x’inhu dak li ma jaħdimx fid-dinja. Jekk inti magħqud u qrib ta’ min qiegħed ibati, ma’ min iġorr fuqu l-konsegwenzi negattivi tal-ħażen fid-dinja, tifhem aħjar x’għandu jinbidel. Jgħodd ħafna l-punt li Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
minnu tħares lejn u tara d-dinja. U aktarx li l-ħsieb tal-“periferija” ifisser aħjar din id-dimensjoni jekk tqabblu ma’ dak tal-“fruntiera”. Li tmur fil-periferiji jgħin għal dan, u l-Papa wettqu bil-għażla tal-vjaġġi tiegħu: minn Lampedusa sal-Albanija. Ħaġa interessanti li l-Albanija għażilha biex iżurha bħala l-ewwel pajjiż. Il-Papa ma bediex minn Berlin, imma minn Tirana. Popoli: Suġġett li jolqot mhux biss lillĠiżwiti imma lill-ordnijiet reliġjużi kollha huwa l-inżul fil-għadd tal-vokazzjonijet, l-aktar fil-Punent. Jagħmel sens il-ħsieb li l-għażla ta’ Papa Ġiżwita tista’ tkun bħal molla, li terġa’ żżid il-għadd ta’ dawk li jidħlu fil-Kumpanija ta’ Ġesù? FL: Ma naħsibx li dan huwa minnu għal kollox. Il-Papa jwettaq servizz għall-knisja kollha u mhux għall-Kumpanija ta’ Ġesù. It-tnaqqis fil-għadd huwa fatt, għall-inqas fil-Punent, iżda naħseb hija ħaġa diffiċli tfissirha. Ċertament dil-problema tmiss il-ħajja reliġjuża kollha kemm hi, intlaqtu l-kongregazzjonijiet reliġjużi kollha. Dan il-fatt għandu x’jaqsam mal-għamla konkreta ta’ ħajja li fiha tieħu sura x-xhieda Nisranija. F’uħud missekli li għaddew, il-ħajja reliġjuża fis-sens klassiku kienet id-destinazzjoni naturali ta’ ċerta għamla ta’ ħajja nisranija intensa, filwaqt li issa dil-ħajja tista’ tieħu forom diversi. Naturalment, ninsabu fi klima ta’ sekularizzazzjoni, ta’ nuqqas ta’ sens ta’ Alla, tar-rabta personali ma’ Alla. Jonqos il-għadd ta’ Ġiżwiti wkoll, għax il-għadd tal-Insara u ta’ dawk li jemmnu qiegħed jonqos. Il-Papa tkellem fuq l-Ewropa “għajjiena”, dwar l-Ewropa li ma twellidx ulied. Naħseb li l-ħsieb tal-Papa hu dan: li jerġa’
17
Intervista
www.jesuit.org.mt
jagħti l-ħajja u l-ħeġġa lill-Knisja fl-Ewropa bħala servizz ta’ ġens li jidher għajjien u ftit xewqan li jħares lejn il-ġejjieni b’entużjażmu. Popoli: Barra minn xi affarijiet li diġà għedtilna, liema huwa x-xebh u d-differenzi li tislet bejn Franġisku u Benedittu XVI? PL: Nibda bix-xebh. F’Benedittu XVI dak li dejjem laqatni huwa r-relazzjoni tiegħu personali ma’ Ġesù, kif jidher mill-kotba li kiteb. Naraha xhieda mill-isbaħ: Papa li juri li fil-qalba ta’ ħajtu hemm Ġesù Kristu, jgħarbel il-personalità tiegħu u jfittex li jkollu rabta persunali miegħu. Dan l-aspett insibuh fi Franġisku, għalkemm mod ieħor, fl-omeliji ta’ Santa Marta, bil-mod kif ifisser ruħu, jgħallem kif wieħed jitlob li nitolbu. Hawnhekk nara kontinwità assoluta bejn iż-żewġ pontifikati, għalkemm b’modi differenti. L-istess ħaġa ngħid dwar il-ħsieb u l-ħerqa kif imexxu l-Knisja li jħaddnu l-komunità kollha kemm hi. Franġisku jfittex li jġedded il-metodu tal-ħidma tas-sinodu; imma Benedittu wkoll kien ipprova, forsi b’ikbar timidezza. Kien fittex li jdaħħal interventi personali barra minn dawk maħsubin fl-iskemi, huwa wkoll kien ħaseb biex il-konċistorji, jkunu okkażjoni fejn il-kardinali jiltaqgħu u jistgħu jitkellmu bejniethom. Kien attent għall-kolleġġjalità fis-servizz tal-Knisja: din l-attenzjoni nsibuha fi Franġisku, imma kienet preżenti wkoll fil-Papa Benedittu. Id-differenzi huma tal-personalità. Jiddependu wkoll mill-istorja u mill-karattru tal-persuni. Benedittu huwa teologu kbir, bniedem ta’ kultura, u bħala xeħta huwa intellettwali, ukoll bħala interessi u stil ta’ ħajja. Kien arċisqof ta’ Munich għal żmien qasir waqt li Franġisku kien arċisqof ta’ Buenos Aires għal ħafna snin, b’impenn pastorali aktar qawwi. Papa teologu, Papa ragħaj. Dil-ħaġa tinnutaha fil-mod kif ifissru ruħhom, fil-binja tad-diskorsi u tat-tagħlim tagħhom. Benedittu huwa Papa li trid tisimgħu, taqrah u terġa’ biex tifhmu fil-fond. Franġisku m’hu xejn superfiċjali, imma għandu ħila kbira li jidħol f ’relazzjoni ‘hawn u issa’. Jaf jolqot b’espressjonijiet li jolqtu u jidħlu ‘l ġewwa; ħaġa li għal Benedittu kinet aktar diffiċli. Dil-ħaġa għandha effett dirett fuq il-ħidma tiegħi, għax Papa Franġisku daħal u invada l-mezzi ta’ komunikazzjoni, ibda mill-midja soċjali (social media). Żgur li Franġisku huwa l-Papa ideali għad-dinja tal-komunikazzjoni. Iżda, aħna lkoll, li naħdmu fil-midja tal-Vatikan nafu sewwa li ma tistax tgħid li x-xandir tal-Vanġelu fid-dinja u l-komunikazzjoni tal-Vatikan iseħħu biss b’dawn il-għodda. Dawn aħna nużawhom sewwa, iżda ma naħsbux li m’hemmx għajrhom. Popoli: Mill-mod kif il-Papa jarawh u
18
jitkellmu dwaru l-midja, x’inbidel wara ż-żmien diffiċli tal-Vatileaks? FL: Franġisku għamel impatt kbir: dik l-attrazzjoni straordinarja tiegħu kellha effett pożittiv. Imbagħad l-għajnuna tiegħu lil tant nies biex jifhmu li l-qalba tal-qadi tal-Knisja huwa l-messaġġ nisrani tal-imħabba ta’ Alla, il-ħniena, il-maħfra, is-salvazzjoni għal kulħadd. Qabel, min kien jaħseb fil-Knisja jew fir-reliġjon nisranija b’mod nieqes, irqiq u dejjaq (riduttiv) jew negattiv, leħnu kien xtered u jissemma: kien dejjem jagħti x’jifhem li l-Papa ma kienx ħlief jgħid “le” lillomosesswali, “le” għall-abbort, bħallikieku dawn biss kienu jeżistu. Naturalment, dan ma kienx minnu, kien tgħawwiġ tal-fatti : jibqa’ l-fatt li hekk kien imraqqaq minn ħafna l-messaġġ Nisrani ! Frangisku, bil-kemm temmen li rnexxielu jaqleb dis-sitwazzjoni ta’ taħt fuq u l-Knisja saret punt ta’ referenza pożittiva jew bħal fanal fil-port għal ħafna u ħafna nies. Popoli: Ir-relazzjoni tiegħu mal-istampa għandu mnejn marret tajjeb; f’dawn l-aħħar xhur rajnieha aktar kalma… FL: Dil-ħaġa tiddependi mill-bidla tal-klima. Papa Franġisku beda hu stess jiddeċiedi x’għandu jiġi kkomunikat. L-oħrajn għandhom isegwuh u għandhom materjal sabiħ li jieħdu gost ixandruh. F’sitwazzjoni ta’ waqfien, jew ta’ nuqqas ta’ qbil, inkella ta’ preġudizzji negattivi, il-ġurnalisti kienu aktar jieqfu fuq l-iskandli. Is-sabiħ, f ’dak li għandu x’jaqsam mal-istampa, hu, li meta jkollok dawn is-sitwazzjonijiet pożittivi, tista’ terġa’ tinstab is-sejħa professjonali tal-komunikatur għax il-komunikatur ikun li jista’ jirrapporta affarijiet sbieħ. Il-komunikatur li jista’ jgħid affarijiet sbieħ ikun kuntent, m’għandux bżonn jgħid xi ħaġa kerha, li jivvinta xi ħaġa, li jqabbad polemika. Popoli: Int ma titkellimx bħal wieħed li f’qasir żmien ikollu jiġbed l-imqadef fiddgħajsa, imma bħal wieħed b’leħen għoli… FL: Ma nafx…Bħala età, m’inix żgħir, għandi 72 sena. Ma nistax għalhekk naħseb li ser nibqa’ għat-tul ħafna, anke għax il-ħidma tiegħi hija impenjattiva ħafna. B’danakollu, dejjem kont għad-dispozizzjoni tas-superjuri. Kulma għamilt, għamiltu għax talbuni. Irrid inżid, b’idejja fuq qalbi, li mhix ħaġa daqshekk ħafifa, issib lil xi ħadd malajr. Mhux għax naħseb li jien għandi xi ħila speċjali, imma għax hemm ċerta ġabra ta’ esperjenzi u ta’ relazzjonijiet ma’ ħafna atturi fuq il-palk…F’kelma waħda, jien għadni nħossni miexi, għas-servizz tal-Papa u tal-Vanġelu. Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
Fr Anton Azzopardi, SJ 1925-2015
Il-Mulej bierek il-familja tal-Prokuratur Legali Filippo u Giuseppina nèe Borg b’għaxart itfal. Tnejn minnhom li kienu tewmin u żewġ aħwa oħra mietu meta kienu għadhom tfal. Anton, li twieled fl-14 ta’ Jannar 1925, il-Ħamrun, kien it-tieni wild. Wieħed minn ħutu, Salvino, sar Ġiżwita wkoll. Bejn l-1935 u 1942 Anton studja l-Liċeo u wara, bejn l-1942 u 1945, fl-Università ta’ Malta. Kien membru attiv tal-Azzjoni Kattolika. Fis-sajf tal-1945 għamel irtir fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi ma’ Fr Robert Darmanin u hemm iddeċieda li jiddedika ħajtu lill-Mulej u għasservizz tal-oħrajn. Flimkien ma’ sitta oħra, Anton daħal fil-Kumpanija ta’ Ġes fl-1 ta’ Ottubru, 1945, meta nfetaħ in-Novizzjat f ’Malta. Wara n-novizzjat mar jistudja l-filosofija f ’Heythrop, l-Ingilterra. Lura Malta, fl-1950, intbagħat ilKulleġġ San Alwiġi u kien il-Prefett tal-Boarders u għallem l-Ingliż fl-aħħar klassijiet tas-sekondarja. Kien imexxi d-drama, ippubblika l-annwarju tal-Kulleġġ u għamel ir-ritratt kbir tal-għalliema flimkien mal-istudenti. Bejn l-1953 u 1957, studja t-teoloġija f ’Enghien, il-Belġju u fit-28 ta’ Lulju ġie ordnat Saċerdot. It-Tielet Sena tan-novizzjat għamilha ġo Firenze. Għamel il-Professjoni Solenni fit-2 ta’ Frar, 1963. Edukatur Fl-1958, Fr Anton intbagħat Oxford, l-Ingilterra, biex jistudja l-Inġliż fl-Università hemmhekk u kien joqgħod fid-dar li l-Ġiżwiti Maltin kienu għadhom kemm fetħu hemmhekk. Fl-1961 ggradwa bil-B.A. Hons u fl-1965 bl-M.A. Hons. Meta ġie lura Malta fl-1961 inħatar Prefett talIstudji fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u għallem l-Ingliż fil-Form V u VI. Mill-1963 sal-1975 kien wieħed mill-erba’ Konsulturi tal-Provinċjal. Fl-1965 intgħażel biex ikun ir-Rettur tal-Kulleġġ u baqa’ jgħallem l-Ingliż fl-aħħar klassijiet tas-sekondarja tal-Kulleġġ. Beda korsijiet ta’ aġġornament għallgħalliema u waqqaf il-Bord tal-Kulleġġ. Għal ħafna snin kien Membru tal-Kumitat Ekumeniku tad-Djoċesi, is-Segretarju talProvinċja għall-Appostolat Awdjoviżwali, Konsultur fil-Bord Edukattiv tal-Gvern, Membru tal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Privati Maltin, tal-Bord Malti tal-Isports, tal-Kunsill tal-Pagi, u tal-Kunsill Malti tal-UNESCO kif uko0ll Ċensur Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
tal-Films. Ippromwova d-drama u kien jippreżenta reċti mużikali. Fl-1968 kien nominat Superjur tad-Dar talIrtiri f ’Mount St Joseph, il-Mosta, u baqa’ jgħallem fil-Kulleġġ. Il-kwestjoni tal-Iskejjal tal-Knisja Fuq talba tal-mejjet Isqof Nikol Cauchi, fl1970, Fr Anton inħatar Rettur tas-Seminarju Maġġuri u Minuri ta’ Għawdex. Għal disa’ snin għalllem il-Filosofija, u t-Teoloġija Dommatika u Morali. Kien ukoll Moderatur tal-Kunsill Presbiterali Djoċesan. Huwa għadu mfakkar bi gratitudni kbira għall-kontribuzzjoni tiegħu għall-formazzjoni tal-kleru djoċesan f ’Għawdex u kien beda jibgħat saċerdoti ordnati għallispeċjalizzazzjoni f ’Ruma. Meta Fr Anton reġa’ nħatar Rettur tal-Kulleġġ San Alwiġi fl-1978, il-problema tal-Iskejjel tal-Knisja, li kienet bdiet fl-1971, kienet waslet flaktar mument kritiku u kruċjali tagħha. Fr Anton mexxa l-kampanja biex isalva dawn l-iskejjel. Kellu laqgħat mal-Gvern Malti u ma’ uffiċjali tal-Vatikan f ’Ruma. Meta l-kanċell tal-Kulleġġ ġie msakkar b’katina, kompla t-tagħlim billi organiżża klassijiet fid-djar. Fr Anton kiteb l-istorja kollha ta’ din l-avventura ta’ tbatija u inkwiet fir-raba’ volum tal-ktieb tiegħu “Jesuit Schools in Malta”. Dawn is-snin ta’ taqlib għamlu tagħhom fuq saħħet Fr Anton. Iktar kitbiet Wara seba’ snin li qatta’ fil-quċċata ta’ din il-
19
Nekroloġja
Miktub minn Fr John Scicluna, SJ
Nekroloġja
Miktub minn Fr John Scicluna, SJ
kwistjoni, mar sena sabbatika Oxford. Fl-1986 kien membru tal-komunità tal-Ġiżwiti fil-Mosta u fl-1990 ġie assenjat il-Kulleġġ. Matul dawn is-sittax-il sena kompla jgħallem u jikteb. Għal numru ta’ snin kien editur tal-Annwarju talKulleġġ u kien jieħu ħsieb jagħmel l-inkwatri bir-ritratti tal-istudenti mal-għalliema tagħhom. Kien moderatur tal-parroċċa għall-komunità talilsien Ingliż f ’B’Kara. Nhar ta’ Ħadd kien iqqaddes bl-Ingliż u rnexxielu jbiddel l-istatwa miksura tal-Qalb ta’ Ġesù li qiegħda fil-faċċata tal-knisja tal-Kulleġġ. Meta saħħtu bdiet sejra lura, fl-2002 Fr Anton intbagħat f ’Dar Loyola, in-Naxxar li kellha tkun ir-residenza tiegħu għall-bqija tat-tlettax-il sena ħajja li kien fadallu. Iżda ma hemm l-ebda dubju li Fr Anton kien ser jirtira. Anzi kompla jikteb, jittraduċi dokumenti tal-Vatikan u artikli oħra, iservi bħala gwida u enċiklopedija ħajja. Dejjem kien lest li jgħin lil kull min jitolbu l-għajnuna. Fr Anton kien fuq kollox bniedem ta’ Alla u kien iħobb il-vokazzjoni tiegħu ta’ saċerdot Ġiżwita. Kien tassew ġentili fil-manjieri u l-kliem tiegħu. Il-ħajja eżemplari tiegħu kellha mpatt fuq il-ħajja ta’ mijiet ta’ nies, mod speċjali studenti. Kellu ħafna sabar fil-ħafna problemi ta’ saħħa li kellu u kien jaffaċċjahom b’kuraġġ nisrani u Pubblikazzjonijiet: 1981 Ecumenism and the Ecumenical Movement 1990 Literary Terms, Forms and Figures 1991 Min huma l-Ġiżwiti – Ħarġa speċjali ta’ Lil Ħbiebna 1995 A new Geography of the Maltese Islands 2002 It –Tieni Edizzjoni riveduta 1999 Il teatro dei Gesuiti e il suo influsso in Europa 2003 Christian Churches and Reunion 2003 Worker and Apostle: Eugenio Borg SDC (iż-żiju tiegħu)
jaċċettahom b’ħafna paċi minn idejn Alla. Kien ħabib leali għal kulħadd. L-Isqof Cauchi ta’ Għawdex iddeskriva lil Fr Anton bħala raġel fuq l-irġiel, u bis-soltu kumment umeristiku tiegħu żid jgħid li l-unika problema ta’ Fr Anton kienet li kien jaħseb li kulħadd huwa raġel bħalu. L-aħħar ta’ ħajtu waslet ħesrem. Kien wara nofs in-nhar is-Sibt 11 t’April wara li l-Profs. Albert Fenech kien għadu kif ġie jinvistah. Kif dejjem għex, il-qaddej fidil tar bil-kalma għat-tanniqa ta’ Alla l-Missier. Il-funeral sar it-Tnejn, 13 t’April fil-Parroċċa tan-Naxxar. Il-Patri Provinċjal mexxa l-Quddiesa u ħafna Ġiżwiti u saċerdoti djoċesani minn Malta u Għawdex ikkonċelebraw. Numru ta’ persuni li kienu studenti fil-Kulleġġ ukoll ħadu sehem. Fil-11 ta’Mejju, għeluq ix-xahar mill-mewt ta’ Fr Azzopardi, fuq inizjattiva tal-Isqof ta’ Għawdex u tar-Rettur tas-Seminarju, saret Quddiesa b’suffragju għar-ruħu li mexxa l-Isqof fisSeminarju. Ħadu sehem saċerdoti minn Għawdex u Ġiżwiti. Fl-omelija, l-Isqof Grech, li kien seminarista meta Fron kien ir-Rettur, radd ħajr ‘l Alla għall- kontribut kbir ta’ Fr Anton u r-Retturi Ġiżwiti ta’ warajh għall-kontgribut kbir li taw filformazzjoni tas-saċerdoti tad-Djoċesi.
2002 Jesuit Schools in Malta: Vol. 1 1592-1907 2004 Jesuit Schools in Malta: Vol. 2 1907-1934 2006 Jesuit Schools in Malta: Vol. 3 1934-1965 2008: Jesuit Schools in Malta: Vol. 4 1965-2007 2005 Biex tifhem aħjar – Ħarsa madwar il-Fidi Kattolika 2010 A Province in the making – The Jesuits in Malta 1839-1947 Mhux ippubblikat: Nekroloġija ta’ numru ta’ Ġiżwiti Maltin.
Fr Ġorġ German, SJ 1919-2015
“IN-NAGĦĠA L-MITLUFA ĠIET LURA”! Nota tal-Editur: Fid-19 ta’ Marzu 2015 f ’dar Loyola n-Naxxar, twieled għas-sema Fr Ġorġ Ġerman, imwieled l-Isla. Kien Ġiżwita eżemplari li miss il-qlub ta’ ħafna bl-ispiritwalità sempliċi u qawwija tiegħu. Wara li għamel in-novizzjat mar jistudja l-filosofija Franza, għamel sena jgħallem il-Kulleġġ San Alwiġi, mar
20
jistudja t-teologija l-Amerika u kien ordnat Saċerdot fl-1957. L-ewwel ħidma tiegħu kienet il-Kulleġġ bħala għalliem u Direttur Spiritwali tal-istudenti. Imbagħad għamel disa’ snin Mastru tan-Novizzi nNaxxar. Fl-1971 mar missjunarju l-Uganda jgħallem u jagħti l-Eżerċizzi ta’ S. Injazju. Minħabba problemi ta’ saħħa kellu jirritorna Malta fl-1994 u għadda l-aħħar snin ta’ ħajtu f ’Dar Loyola, n-Naxxar. Qed inġibu hawn l-istorja ta’ ħajtu kif irrakkuntaha Fr Ġorġ stess lil Fr Anton Azzopardi sj. Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
ka
Twelidt fl-1919, wara l-Gwerra l-Kbira, iż-żgħir fost għaxart itfal, u għalhekk kont l-aktar imfissed. Kelli familja tal-ġenn, benniena ta’ mħabba. Ġenituri tassew tajbin, speċjalment ommi, li qatt ma ninsa it-tbissima ferriħija tagħha stampata f ’qalbi. Kont tifel normali, mimli ħajja s’intendi, imma, għalkemm qatt ma kont imqareb jew wiċċi tost, xi drabi kont kappriċċuż ukoll. Bdejt immur l-iskola ta’ sitt snin, mort il-Liċeo u għamilt il-Matrikola fl-1939, meta faqqgħet il-gwerra. Għall-ewwel Malta ma ntlaqtetx, imma meta l-Italja daħlet fil-gwerra bdew iż-żminijiet ilkoroh. Meta l-attakki ħraxu sew jien inqbadt bil-lieva u spiċċajt suldat fil-King’s Own Malta Regiment. Żminijiet koroh, mhux biss għax bla ikel u mediċini, imma minħabba l-biża’ li l-għadu seta’ jinvadi lil Malta. Lejl minnhom sibt ruħi għassa Għar Lapsi. Ma kien daqq ebda air-raid. Xejn ħlief dlam u skiet. F’dik il-ħemda smajt leħen ċar kristall jgħidli: “X’se tagħmel b’ħajtek?” Meta, fl-1944 spiċċajt mis-servizz ħassejtni mitluf, sakem iltqajt masSur J.P. Vassallo (li mbagħad laħaq Direttur talEdukazzjoni) li ħajjarni nidħol ngħallem. Dak iż-żmien kien hemm bżonn kbir ta’ għalliema. Bagħtuni ngħallem fi klassi tal-elementarja, Ħal Qormi u mbagħad Birżebbuġa. Kont nieħu gost ngħallem, għax kont nara ħerqa kbira fit-tfal biex jitgħallmu. Imbagħad il-Providenza laqqghatni ma’ Monsinjur Azzopardi, li dak iż-żmien kien għadu sempliċi saċerdot Direttur Spritwali tal-Iskejjel Primarji. Stedinni nidħol fl-Azzjoni Kattolika u bis-saħħa tiegħu dħalt b’ruħi u ġismi fl-appostolat tal-lajċi. Stennejt li fl-Azzjoni Kattolika se nsib posti għall-ġejjieni tiegħi. Imma ma kien xejn minn dan. Ma kont kuntent xejn b’dak li kont qed nagħmel. Kien fl-1946 li mort nagħmel irtir ta’ tliet ijiem li fih stagħġibt mhux ftit meta rġajt smajt l-istess leħen li kont smajt f ’Għar Lapsi: “X’se tagħmel b’ħajtek?” Qisu kien bħal xokk, imma bil-mod ikkalmajt u ħallejt kollox jgħaddi u jgħib. Fl-1947 erġajt għamilt irtir ieħor u ddeċidejt li nitkellem ma’ xi ħadd biex jagħtini ftit dawl u jgħinni nsib ftit paċi ta’ ġewwa. Il-predikatur kien semma l-ħtieġa ta’ Direttur Spiritwali u din tassew laqtitni. Żgur kien il-Mulej li mexxieni sa għand Fr Michael Galea, l-ewwel Ġiżwita li ltqajt miegħu. Tant impressjonani biż-żelu appostoliku u l-ispiritwalità tiegħu li ftaħt qalbi beraħ miegħu. Għedtlu bix-xewqa kbira li kont inħoss li nikber flimħabba u l-qadi tal-Mulej. Fr Galea għenni ħafna, imma meta semmieli l-possibiltà li nsir Ġiżwita, donna laqtitni bomba. Fl-istess ħin waqgħet f ’qalbi paċi kbira. Wara ftit xhur erba’ Ġiżwiti għamluli ‘l-eżami tal-vokazzjoni’ biex jgħarblu x-xewqa tiegħi li nidħol magħhom. Mid-dehra għoġobthom, għax Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
aċċettawni biex nibda n-novizzjat. Telgħatli bħal għoqla fi griżmejja, qisni tħawwadt u spiritwalment ma kontx naf fejn jien sew. Meta mort id-dar iddeċidejt li ninsa kollox u naqta’ minn malĠiżwiti. Dik ma kinitx ħajti, ħsibt. Tad-dar u l-ħbieb ħasbu li addio vokazzjoni għalija. Imma mhux hekk. Fl-1948 erġajt ħassejt bżonn kbir li nkellem lil xi Ġiżwita u nsib x’irid Alla minni. Irrikmandawli lil Fr Savona, Ġiżwita tarruħ u aktarx axxetiku, li laqagħni u bdejt inferra’ għandu dak li kont għaddej minnu. Semagħni b’ħafna attenzjoni u mill-ewwel ħadni għand Fr Ġużeppi Delia, li kien il-Provinċjal tal-Ġiżwiti. Fr Delia laqagħni b’idejh miftuħa u qalli: “Ara, in-nagħġa l-mitlufa ġiet lura!” Bdejna nitkellmu u, bil-mod karatteristiku tiegħu, fetaħli quddiem għajnejja orizzonti kbar ta’ ħidma għal Alla bħala Ġiżwita. Ridt intir bil-ferħ. Iddeċidejna li nidħol fin-novizzjat fl-10 t’Ottubru 1948 Sfortunatament ommi mietet f ’daqqa fis-7 t’Ottubru u kelli nidħol aktar tard, fil-21. Qatt ma ninsa dik il-ġurnata. Bdejt ħajja ġdida, ħajja ta’ intimità ma’ Alla u ħerqa dejjem tikber biex naħdem għall-erwieħ.
21
Nekroloġja
www.jesuit.org.mt
Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani
Miktub minn Fr Paul Pace SJ
Id-Demokrazija
trid taħdem għaliha Ftit tal-ġimgħat ilu kellna r-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, li ġie deċiż b’differenza żgħira ħafna. Qablu kellna r-referendum fuq id-divorzju, fejn id-differenza kienet akbar imma fejn ivvutaw ħafna anqas nies; ftit snin ilu ivvutajna jekk nidħlux jew le fl-Unjoni Ewropea. Kull ħames snin, bejn wieħed u ieħor ikollna elezzjonijiet fejn nagħżlu lil dawk li jmexxuna. Minħabba dawn l-affarijiet aħna kburin li nistgħu nsejħu lilna nfusna demokratiċi. Dan il-mod kif jitmexxa pajjiż la kien minn dejjem u lanqas ma jeżisti fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Sa 50
sena ilu konna kolonja tal-Ingliżi, u sa qabel ilgwerra ma kinux jistgħu jivvutaw il-Maltin kollha. L-aktar pajjiż li fih nies fid-dinja, iċ-Ċina, mhux pajjiż demokratiku, għax m’hemmx għajr partit wieħed li jagħżel huwa stess lil dawk li ser imexxuh, u fl-istess ħin, imexxu l-pajjiż kollu. Bħalu hawn ħafna pajjiżi, anke fl-Ewropa, fejn m’hemmx elezzjonijiet, jew fejn l-elezzjonijiet isiru imma ma jkunux verament ħielsa, u fejn min jirbaħ iġib fuq id-90 jew 95% tal-voti. L-Iraq u l-Libja Imma lanqas l-elezzjonijiet ħielsa ma huma biżżejjed biex il-pajjiż ikun tabilħaqq demokratiku: ilkoll nafu x’effett kellhom l-elezzjonijiet li saru dawn l-aħħar snin f ’pajjiżi li kienu għadhom kif ħelsu minn snin twal ta’ dittatura. L-Iraq ħeles minn Saddam Hussein, u wara elezzjonijiet ħielsa, tella’ gvern li ġab il-maġġoranza tal-voti, imma li jagħti kas biss ta’ dawk li tellgħuh, li huma dawk il-Musulmani li jissejħu Xiiti. Il-minoranza, magħmula minn Musulmani oħrajn li jissejħu Sunniti, tħalliet barra għal kollox mit-tmexxija tal-pajjiż, kif ġralhom
22
l-Insara u minoranzi oħrajn. Dawn il-minoranzi jħossu li l-gvern, għalkemm imtella’ b’elezzjoni, mhuwiex demokratiku għaliex qed iħares biss l-interessi ta’ parti waħda biss tal-popolazzjoni u allura mhux il-gvern ta’ kulħadd. L-istess ġara fil-Libja u f ’pajjiżi oħrajn fejn l-elezzjonijiet ħielsa spiċċaw ġabu aktar tbatija fuq il-minoranzi, li sfortunatement ħassew li kellhom jiddefendu d-drittijiet tagħhom permezz tal-vjolenza. Hemm imbagħad pajjiżi żviluppati fejn f ’kull elezzjoni jivvutaw anqas nies, għaliex iħossu li m’hemmx għażla vera bejn partit u ieħor, jew għaliex iħossu li qabel l-elezzjoni jsiru ħafna wegħdi li mbagħad jibqgħu mhux imwettqa. Dejjem aktar nies jistaqsu min għandu l-aktar setgħa fil-pajjiż, jekk hux il-gvern elett mill-poplu jew dawk li għandhom ħafna flus u għandhom aċċess għall-media jew li lesti jxaħħmu lill-politiċi fil-moħbi. Demokrazija vera Waħda mill-akbar għedewwa taddemokrazija vera hija l-korruzzjoni, li b’xorti ħażina titfaċċa kullimkien. Naħseb li l-aħjar u l-isbaħ definizzjoni tad-demokrazija tibqa’ dik tal-President Abraham Lincoln, li ħalla ħajtu fil-ġlieda kontra t-tneħħija tal-iskjavitu tas-suwed fl-Amerka: huwa qal li d-demokrazija hija l-gvern tal-poplu, mill-poplu u għall-poplu. Pajjiż demokratiku huwa dak fejn it-tmexxija tkun tixhed dan l-istil, fejn iċ-ċittadin, u mhux biss min għandu ħafna flus u setgħa, tabilħaqq jipparteċipa fil-ħajja ta’ pajjiżu. Demokrazija b’saħħitha hija dik mibnija fuq il-valuri li nixtiequ nsaħħu bejnietna u mhux biss fuq qoxra ta’ regoli, fejn in-nies iħossuhom maqtugħin mit-tmexxija. Demokrazija tfisser parteċipazzjoni, solidarjetà mibnija fuq ir-rispett għad-dinjità ta’ kull membru tas-soċjetà u mhux biss ta’ dawk li vvutaw favur min hemm filgvern. Dan iseħħ f ’soċjetà b’livell tajjeb ta’ edukazzjoni u atmosfera fejn jinstemgħu l-ideat ta’ kulħadd. M’hemmx dubju li d-demokrazija għandha ħafna difetti, u ninsabu ’l bogħod ferm minn demokrazija vera. Imma kif qal Winston Churchill, id-demokrazija hija l-agħar forma ta’ tmexxija, ħlief li l-oħrajn huma agħar minnha.
Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin In-Naxxar Il-Qala Il-Mosta In-Naxxar Tas-Sliema Ta’ Xbiex
Fr George German, SJ Fr Anton Azzopardi, SJ Mons Anton Sultana Charles Testa Maria Concetta Attard Vincent Tabone Leonard Vassallo Albert Delia
GRAZZI
Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Ħbieb u l-Qarrejja li bagħtulna l-Offerta tagħhom biex jgħinuna nkopru xi ftit l-ispejjes biex nistampaw u nimpustawlkom LIL ĦBIEBNA. Nilqgħu l-offerti bil-posta: Lil Ħbiebna, 78, Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 Jew tistgħu tagħmlu online donation: www.jesuit.org.mt
Lil Ħbiebna - It-Tieni Ħarġa 2015
Il-Fathers u l-Brothers tal-Provinċja Maltija tal-Ġiżwiti, flimkien mal-qarrejja ta’ Lil Ħbiebna, jifirħu lill-Eċċellenza Tiegħu Mons Charles J. Scicluna għallħatra tiegħu bħala Arċisqof Metropolitan ta’ Malta u jitolbu lir-Ragħaj it-Tajjeb biex ibierku, iħarsu, iżommu qawwi u sħiħ u jgħinu fil-qadi tal-missjoni l-ġdida tiegħu ħalli jmexxi l-poplu qaddis ta’ Alla.
23
Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | April - Lulju 2015 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
Il-Provinċjal Fr Patrick Magro SJ u t-tim li mexxew l-appell reċenti għall-ħarsien talmissjoni tad-Dar tal-Irtiri Mount St Joseph jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod offrew l-għinuna u s-sapport tagħhom matul dawn l-aħħar xahrejn. Il-Gvern ħabbar illi d-diskussjonijiet għall-iżvilupp ta’ shooting range nazzjonali ta’ 70,000 metru kwadru biswit Mount St Joseph issa waqfu, minħabba raġunijiet finanzjarji, u b’hekk l-atmosfera ta’ skiet illi toffri d-Dar m’għadhiex mhedda. Nixtiequ nirringrazzjaw il-midja kollha l-gażżetti, l-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni, u s-siti t’aħbarijiet onlajn - li ħadmu ħafna sabiex iwasslu l-kelma lill-publiku dwar x’kien qiegħed iseħħ u sabiex l-appell tagħna jinfirex. Nirringrazzjaw dawk il-professjonisti kollha periti, inġiniera, avukati, esperti tal-‘health and safety’, xjentisti, ambjentalisti u tant oħrajn - li għenuna tant bir-riċerka u bl-esperjenza tagħhom, tant illi konna ppreparati sew għal kull avveniment. Napprezzaw ħafna l-ħidma tal-Front Ħarsien ODZ u l-għaqdiet kollha tal-ambjentalisti li qegħdin jaħdmu tant biex jitħares l-ambjent
24
naturali ta’ pajjiżna. Il-Ġiżwiti ser jibqgħu jaħdmu għall-ġustizzja ekoloġika kif għamlu fil-passat u kif jagħmlu fid-dinja kollha. Nirringrazzjaw ukoll lill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent għallistqarrija li ħarġet. Eluf ta’ nies ċemplu, bagħtu messaġġi u firxu l-kelma sabiex juru s-sapport tagħhom għal dan l-appell li għamilnih f’isem dawk kollha li użaw id-Dar jew li xi darba jew oħra sejrin jużawha - isskiet li toffri id-Dar Mount St Joseph u l-għajnuna li kulħadd jsib hemmhekk dejjem kienu ta’ ġid kbir fil-ħajja ta’ tant individwi, Maltin u barranin. Nixtiequ nirrigrazzjaw ukoll lil dawk kollha li kitbu fil-gażżetti, li għaddew dak li tellajna onlajn lil sħabhom, u li ffirmaw il-petizzjoni. Fuq kollox napprezzaw it-talb kollu li sar għallħarsien tal-opra apostolika tad-Dar. Għalkemm ir-raġunijiet għat-temm tal-proġett tax-shooting range fil-Busbesija, il-Mosta, kienu finanzjarji, aħna nemmnu illi l-isforzi tagħna u tagħkom xorta swew ta’ ħafna ġid kienu xhieda ta’ kemm ħdimna tajjeb flimkien bl-għajnuna tagħkom, ta’ kemm kien hemm sens ta’ solidarjetà, ta’ kif nistgħu nqumu u niddefendu dak illi nemmnu tant fih, u ġiegħeluna napprezzaw mill-ġdid ir-rwol prezzjuz ta’ Mount St Joseph fis-soċjetà maltija.
GRAZZI!!