04
HBIEBNA Newspaper post
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
lil
2017
San Injazju ordna bħala saċerdot fl-24 ta’ Ġunju 1537... iżda stenna sa lejl il-Milied tas-sena 1538 sakemm ħassu lest jiċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu, quddiem l-altar tal-Maxtura fil-knisja ta’ Santa Marija Maggiore, Ruma.
Il-Milied it-tajjeb lill-qarrejja kollha! Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1
Miktub minn Fr Paul Zammit SJ
Il-Qaddis tax-Xahar
P. Rutilio Grande SJ Martri għall-ġustizzja Rutilio Grande García twieled fil-5 ta’ Lulju 1928 f ’El Paisnal f ’El Salvador. Kien promotur tat-teoloġija tal-liberazzjoni. Kien l-ewwel saċerdot li nqatel qabel ma bdiet il-gwerra ċivili f ’El Salvador. Rutilio studja fis-seminarju ta’ San José de la Montaña fejn sar ħabib mal-magħruf Arċisqof Oscar Romero li kien student miegħu. Ordna saċerdot fl-1959 u kompla l-istudji tiegħu fi Spanja. Imbagħad reġa’ lura f ’pajjiżu fejn għal disa’ snin kien direttur tal-proġetti soċjali fisseminarju ta’ El Salvador. Bejn l-1965 u 1970 kien prefett tad-dixxiplina u professur tat-teoloġija pastorali fisseminarju djoċeżan. Fl-1972 beda jservi fil-parroċċa ta’ Aguilares. Flimkien ma’ Ġiżwiti oħra Grande waqqaf komunitajiet ta’ bażi nisranija (CEBS). Rutilio kkonfronta l-gvern minħabba l-azzjonijiet li dan kien qed jieħu kontra saċerdoti f ’El Salvador. Hekk kien ġara lil P. Mario Bernal Londano, qassis Kolombjan li kien maħtuf u wara safa’ mkeċċi minn El Salvador mill-gvern.
saret, l-Arċisqof żamm kelmtu. Iktar tard ix-xorti li messet lil Rutilio messet ukoll lill-Arċisqof li kien maqtul waqt li kien qed iqaddes fl-24 ta’ Marzu 1980. Flimkien ma’ Ġiżwiti oħra dawn it-tnejn tħabtu kemm felħu favur il-foqra u biex ikun hemm ġustizzja soċjali f ’pajjiżhom. Ħallsu prezz għoli ħafna biex jaqdu l-missjoni tagħhom. Il-kawza tal-kanoniżżazzjoni ta’ Rutilio u żewġ sħabu sejra tajjeb. Il-proċess fid-djoċesi tiegħu ntemm f ’Awissu tas-sena l-oħra u d-dokumenti qegħdin ikunu studjati mill-awtoritajiet fil-Vatikan.
L-Arċisqof Romero Fit-13 ta’ Frar 1977, Grande għamel omelija li bdiet tissejjaħ ‘Il-Priedka ta’ Apapa’ li fiha ikkundanna t-tkeċċija ta’ P. Bernal. Kienet aktarx din il-priedka li wasslet għall-qtil tiegħu. Is-Sibt 12 ta’ Marzu 1977, Rutilio, flimkien ma’ tnejn oħra, kien sejjer iqaddes fir-raħal ta’ El Paisnal. Fi triqthom it-tlieta ġew assassinati! Malli sema’ bil-qtil, l-Arċisqof (illum Beatu) Romero mar il-knisja u ċċelebra hu stess il-Quddiesa. Wara dan hu qagħad jisma’ l-istejjer tattbatija tal-bdiewa u qagħad jitlob magħhom. L-għada filgħodu wara li ltaqa’ mal-kunsillieri u mal-qassisin, Romero ħabbar li ma kienx se jattendi okkażjonijiet statali u lanqas ma kien bi ħsiebu jiltaqa’ mal-president sakemm ma tkunx investigata l-mewt ta’ Rutilio. Billi l-ebda investigazzjoni qatt ma
2
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
f’din il-harġa
Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt
Kelma mill-editur Naqsmu l-ferħ tagħna mal-oħrajn
2
Il-Qaddis tax-Xahar P. Rutilio Grande
Għeżież ħbieb u benefatturi, F’nofs Novembru, tal-ħwienet jibdew ibiegħu oġġetti ta’ tiżjin għall-Milied. Imbagħad it-toroq tal-ibliet jiżżejnu b’ħafna dawl. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied isiru f ’ħafna pajjiżi fejn hemm ftit jew ħafna Insara, iżda f ’pajjiżi li għal ħafna sekli kienu jissejjħu pajjiżi Insara naqset ħafna l-veru tifsira talMilied jew għaliex niċċelebrawh. Tajjeb niftakru għaliex nifirħu u niċċelebraw fil-ġranet tal-Milied. F’dak illejl qaddis u sieket, l-anġlu qal lir-rgħajja “inħabbrilkom ferħ kbir … twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej” (Lq 2:1011). Alla, li hu mħabba, “bagħat lil Ibnu biex ikun ta’ tpattija għal dnubietna” (1 Ġw 4:10). Iva. Ġesù ħa fuqu d-dnubiet tagħna, San Pietru qalilna li Ġesù “tgħabba bi dnubietna sa fuq is-salib” (1 Piet 2:24). Rigali u Festini Fi żmien il-Milied nagħtu u nirċievu rigal. Nieħdu pjaċir nirċievu rigal. Nagħtu rigali, imma lil min? Lil min tana jew min jista’ jagħtina xi rigal? Kemm naħsbu f ’dawk li ma jistgħux jagħtuna rigal? Il-Milied huwa wkoll magħruf għal ħafna festini u ikel. Ftit ilu daħlet id-drawwa sabiħa li jorganiżżaw festini għat-tfal li jgħixu f ’xi istitut. Imma hemm tfal ukoll fil-bżonn li m’humiex f ’istitut. Kemm naħsbu fihom
biex huma wkoll jifirħu fiż-żmien qaddis talMilied? It-tfal fil-familji tagħna jaqilgħu ħafna rigali. Tkun ħaġa tassew sabiħa li l-ġenituri jissuġġerixxu u jderru t-tfal tagħhom biex jagħżlu xi rigal(i) mil-ħafna li jkunu qalgħu biex huma jagħtuh lil xi tifel jew tifla inqas ixxurtjat/a li jafu fil-klassi tagħhom, jew ta’ xi ħadd li jaħdem mal-familja jew xi ħadd millġirien. Hemm post madwar il-mejda? Imbagħad kemm hawn familji li m’għandhomx il-meżżi biex jagħmlu l-ikla tal-Milied? Taf b’xi familja fil-bżonn filparroċċa biex tinfurmaha li fil-Milied sejra ssajjar xi ftit iżjed u taqsam l-ikla magħha? Ma ninsewx lil dawk li jgħixu weħidhom. Kemm inferħuhom jekk fil-Milied inżuruhom u forsi neħdulhom xi ikel. Ta’ min ifaħħar l-inizjattiva li ħa Kappillan mal-voluntiera li organiżża ikla għal dawn in-nies. San Pawl jgħidilna li l-Iben ta’ Alla kien għani u meta sar bniedem, ftaqar biex aħna nistgħanew mill-faqar tiegħu (ara 2 Kor 8:9). X’rigal kbir u sabiħ tana Alla Missierna! Meta nagħmlu xi ħaġa għal Alla aħna nistgħanew bil-barka u l-paċi li jwasslilna Ġesú tarbija. F’isem sħabi l-Ġiżwiti nixtieq lilkom, għeżiez qarrejja, ħbieb, benefatturi u kollaboraturi tagħna, Milied mimli bil-Paċi ta’ Alla u Sena Ġdida mimlija b’kull barka u saħħa.
4
Il-Milied fl-Indja
8 Il-kontribut u t-tbatija tal-Ġiżwiti fiċ-Ċina
10 Edukaturi Ġiżwiti jiltaqgħu l-Brażil
12 Spiritwalita Injazjana Kif tasal għal deċiżjoni skond it-tradizzjoni Injazjana
14 ’L Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti
17 Il-film ‘Silence’ u l-Ġiżwiti
20 Esperjenzi ta’ Ġiżwiti żgħażagħ
22 Ġie għand niesu 23 Programm t’irtiri u seminars organizzati miċ-Ċentru Spiritwalità Injazjana
Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.
Editur: Fr John Scicluna SJ
Email: hbiebna@jesuit.org.mt
Website: www.jesuit.org.mt
Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Josette Vassallo, Robert Mamo Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606
um
Leħen il-Ġiżwiti Maltin
ru 4 - 2017
lil
HBIEBNA
N
Qoxra: Dettall minn pittura madwar il-bieb li jagħti għall-kmamar ta’ San Injazju, Ruma. San Injazju jidher jinkina quddiem il-Madonna u Ġesù Bambin. Ritratt:
SJ Communications Office, Malta.
Stampar: Gutenberg Press
Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.
3
Il-Milied fl-Indja
Miktub minn Fr Joe M. Gauci Sacco, SJ
Il-Milied fl-Indja L-Indja, pajjiż ta’ kulturi u ilsna diversi u pajjiż b’soċjetà reliġjuża, jiċċelebraw ħafna festi u btajjel. Il-btajjel nazzjonali huma erbgħa fosthom il-15 ta’ Awwissu. Fost il-ħafna btajjel pubbliċi oħra fl-Indja kollha jew f ’xi partijiet tal-pajjiż jissemmew żewġ festi tagħna l-Insara. Dawn huma l-Ġimgħa l-Kbira u l-Milied fil25 ta’ Diċembru.
Imma hemm ukoll tliet festi Insara oħra li ma jissemmewx direttament fil-kalendarju tal-btajjel reliġjużi, imma aħna niċċelebrawhom. Dawn it-tliet festi tagħna, li kumbinazzjoni jkunu vaganza, huma l-festa tal-Imqaddsa Verġni Marija, Omm Alla, li taħbat fl-Ewwel tas-Sena, l-Għid il-Kbir tal-Mulej, li dejjem jiġi l-Ħadd, u l-festa tal-Verġni Marija Mtellgħa s-Sema fil-15 ta’ Awwissu, meta l-Indja kollha tfakkar jum l-Independenza li kisbet dakinhar fl-1947. Naturalment, fl-Indja, f ’xi Stat jew f ’xi parti tiegħu, jkunu ċċelebrati festi oħra ta’ xi twemmin ieħor jew marbuta mal-istorja tal-lokalitá jew ta’ xi tribù. Hemm ukoll xi festi li jiċċelebraw it-twelid (jayamti) ta’ xi persuna reliġjuża, p.eż il-Jains għandhom Mahavir Jayanti. Waħda millerbgħa festi nazzjonali hi Gandhi Jayanti fit-2 ta’ Ottubru. Fl-istat tal-Bengal jiċċelebraw it-twelid,
4
fit-23 ta’ Marzu, ta’ Netaji Subhas Chandra Bose u, fid-9 ta’ Mejju, it-twelid tal-poeta Rabindranath Tagore. Matul iktar minn 300 sena tal-prezenza talInġlizi fl-Indja, bil-mod il-mod l-aspett soċjali tal-Milied beda dieħel sew, l-iktar permezz ta’ kartolini, illum spiss bla ebda indikazzjoni reliġjuza dwar it-twelid ta’ Ġesù, festini, kejkijiet u ikel. Fil-bliet ewlenin tal-pajjiż, bħal f ’Delhi, il-belt kapitali, f ’Bombay, f ’Kalkutta u oħrajn, jispikkaw l-aspetti kummerċjali u ta’ divertiment ta’ din il-festa reliġjuża. Il-vetrini tal-ħwienet ikunu mżejnin, Tispikka l-istilla tal-Milied u l-imagini ta’ Father Christmas, riġali, u ħwejjeġ. Ir-ristoranti jirriklamaw l-ikla tal-Milied. It-toroq prinċipali jkunu mżejna bid-dwal u ġieli tisma’ xi kant talMilied imma mhux dawk fejn jissemma’ s-Salvatur u l-paċi li kantaw l-anġli.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
www.jesuit.org.mt
Fil-bliet iż-żgħar fil-Missjoni, bħal f ’Dumka, f ’Raiganj u f ’Sahibganj ikun hemm xi ftit tattiżjin u dwal fit-toroq, iżda l-aktar fid-djar talinsara. Il-Milied fil-parroċċi tagħna Fil-parroċċi tal-Missjoni tagħna u fit-tliet djoċesijiet, inħejju ruħna għal din il-festa permezz tan-Novena tal-Milied. Din tikkonsisti filli nkantaw l-innijiet tal-Avvent u kuljum matul in-Novena ngħidu r-Rużarju bil-misteri tal-ferħ biss. Imbagħad ikun hemm qari millewwel kapitlu mill-Vanġelu ta’ San Luqa u ta’ San Mattew b’daqxejn ta’ riflessjoni wara l-qari. F’dan iż-żmien, is-Santals inaddfu d-djar tagħhom u jbajdu l-ħitan tad-djar u fuqhom ipinġu stampi sbieħ tan-natura bħal għasafar eċċ. Ma jonqosx li kulħadd jipprova jixtri ħwejjeġ ġodda u peress li jkollhom ir-ross ġdid, ibiegħu xi ftit ross biex b’ hekk jixtru l-ħwejjeġ. Fil-ġranet ordinarji wkoll meta jmorru għall-quddies jilbsu l-aħjar ħwejjeġ li jkollhom għax hekk jixraq. Tant hu hekk li kultant meta ma jkollhomx ħwejjeġ Tfal jitolbu ħdejn puliti ma jmorrux għall-Quddies għax ma statwetta żgħira jarawhx xieraq li jmorru għall-Quddies bi ħwejjeġ tal-Bambin żdingati.
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017
Għall-Quddies ta’ bil-lejl jew ta’ filgħodu, tista’ tgħid li ħadd ma jfalli. F’ħafna postijiet il-Quddies kemm ta’ bil-lejl u kemm ta’ filgħodu fil-knejjes, kbar kemm huma kbar, għal din l-okkażjoni ma jesawx il-folla. Għalhekk il-quddies isir fil-beraħ taħt it-tined li jkollhom jikru għall-okkażjoni Is-Santals huma ġenerużi ħafna. Waqt l-offertorju tal-Quddiesa tal-Milied jew tal-Ewwel tas-Sena, minħabba li jkunu għadhom kemm qatgħu ir-ross, barra l-flus joffru wkoll qfief mimlijin bir-ross. Joffru wkoll tiġieġ, ħamiem u xi mogħoża jew nagħaġa. Dawn tal-aħħar ħafna drabi ikunu ta’ xi wegħda li jkunu għamlu. Barra ż-żewġ Quddisiet li jsiru fil-parroċċa, aħna l-Fathers immorru wkoll inqaddsu Quddiesa oħra f ’xi ċentri l-bogħod mill-parroċċa biex kulħadd ikollu ċans jieħu sehem fil-Quddiesa. F’dawn iċ-ċentri wkoll jinġabru ħafna nies u l-Milied jiġi ċċelebrat b’ ferħ kbir. L-għada tal-Milied, kull filgħaxija, it-tfal u l-ġuvintur joħorġu bl-istatwa ta’ Ġesù Bambin u jmorru bieb bieb, raħal raħal ikantaw l-innijiet tal-Milied bis-Santali li huma sbieħ ħafna. Wara li jkunu spiċċaw ikantaw, in-nies jagħtuhom xi ħaġa, per eżempju xi ftit “puffed rice” biex jaqsmu bejniethom, xi ftit flus jew gallettini eċċ. Imbagħad imorru f ’ dar oħra u jagħmlu l-istess.
5
Il-Milied fl-Indja
www.jesuit.org.mt
Dar mżejna għall-Milied
Xi esperjenzi tiegħi Jiena wasalt l-Indja fis-16 ta’ Ġunju 1957, flimkien ma’ żewġ studenti oħra, Anthony Gauci u Albert Said. Morna dritt fir-raħal ta’ Shembaganur, fis-south tal-Indja biex nistudjaw l-filosofija u hemmhekk iċċelebrajt l-ewwel Milied tiegħi fl-Indja, il-bogħod minn Malta. Naturalment, meta beda joqrob il-Milied, u speċjalment nhar il-Milied, ħassejt ftit nostalġija. Il-kulleġġ fejn konna nistudjaw kien fl-għoli ta’ 6,000 pied fuq il-livell tal-baħar. Kien hemm ftit djar, imma ma kienx hemm ħwienet, u għalhekk jinħass l-ispirtu li riesaq il-Milied. Lejlet il-Milied, wara l-ikla ta’ filgħaxija, konna morna norqdu u mbagħad għal xi l-11.30, il-kor tal-istudenti beda jkanta l-innijiet tal-Milied f ’xi kurituri u stembaħna b’dan il-kant hekk sabiħ li daħħalna fl-atmosfera u l-ispirtu kif ukoll ħejjewna għall-Quddies ta’ nofs il-lejl. Stħajjiltni wieħed mir-Rgħajja ta’ Betlehem meta raw u lemħu l-anġli jkantaw fis-sema biex iħabbrulhom it-twelid ta’ Ġesù. Imbagħad ilkoll inġbarna fil-kappella għal quddiesa tal-Milied. Għalija din kienet esperjenza sabiħa ħafna li għadni niftakarha sal-lum. Waqt l-ikla ta’ nofsinhar, mingħajr id-dundjan u l-ħelu Malti, ftakart fl-ikla li konna nagħmlu d-dar u wara f ’Dar Loyola, in-Naxxar. Bla ma trid, il-ħsieb tar lejn Malta u l-familja tiegħi miġburin flimkien u naħseb li huma wkoll bħalissa qegħdin jiftakru fija.
6
Milied fl-irħula Fil-festa ta’ San Gużepp, 19 ta’ Marzu 1966, Fr Albert Said, Fr John Scicluna u jiena konna ordnati saċerdoti fil-kulleġġ tagħna f ’ Kurseong fuq l-għoljiet tal-Himalajas. Ftit wara waslet il-Ġimgħa l-Kbira u aħna, tliet saċerdoti novelli, morna ngħinu f ’xi parroċċa tal-Missjoni tagħna fost isSantals. Ġara l-istess għall-Milied. Fr Joe Borg kien għadu kif beda stazzjon missjunarju ġdid fir-raħal ta’ Talbarija. Wara li Br Paul Spiteri bena knisja kbira u sabiha u d-dar parrokkjali, fuq għolja fir-raħal ta’ Sitapahar, ilmissjoni kienet trasferita hemmhekk u l-missjoni bdiet tissejjaħ bl-isem ta’ Mariampahar (l-għolja ta’ Marija). Għall-Milied, Fr Borg stedinni biex immur Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
www.jesuit.org.mt
Żmien il-ħsad tar-ross
ngħinu. Kont ferħan għax għall-ewwel darba kont sejjer niċċelebra din il-festa sabiħa mas-Santals, in-nies li kont ġejt biex inwasslilhom il-Bxara t-Tajba. Bagħtni fir-raħal ta’ Kundli, fejn Fr Borg diġà kellu l-ħsieb li l-quddiem jibda stazzjon missjunarju ġdid. Illum Kundli hija parroċċa Wasalt Kundli xi jumejn qabel il-Milied u qgħadt ma’ familja fid-dar tagħhom. Bdejt inżur in-nies ta’ dawk l-inħawi u nħejjihom għallfesta tal-Milied, speċjalment biex inqararhom u ninkoraġġihom jiġu jieħdu sehem fil-Quddies ta’ bil-lejl u ta’ filgħodu. F’Kundli ma kienx għad hemm kappella żgħira. Għalhekk il-Quddiesa ta’ bil-lejl u ta’ filghodu kienet fil-beraħ taħt is-siġar. Fl-Indja, fix-xitwa jaqa’ ħafna frisk. It-temperatura tista’ tinżel 10 gradi C. Minkejja dan inġabru ħafna nies. Sakemm sar il-ħin qgħadt nisma’ l-qrar u n-nies qagħdu jgħidu r-rużarju u jkantaw. Wara l-Quddies mort norqod u n-nies baqgħu hemm ikantaw il-Christmas Carols bit-tnabar u daqsxejn ta’ armonju żgħir u jiżfnu sa’ ma sebaħ. Kultant kont nistembaħ u nisma’ dawk l-innijiet ħelwin tas-Santals. Il-Milied u s-“Sohrae”
Fr Gauci Sacco jirċievi l-offerta ta’ serduq waqt ċelebrazzjoni fi żmien il-ħsad, wara l-Milied
In-nies tat-tribù tas-Santals, wara li l-bdiewa jkunu qatgħu r-ross mill-għelieqi u jkunu naddfuh u ħażnuh fid-dar, jiċċelebraw il-festa kbira talħsad li tissejjaħ is-“Sohrae”. Dil-festa ddum sejra għall-ftit ġranet. Kemm qabel jiċċelebraw din il-festa kif ukoll qabel il-festa tal-Milied, is-Santals inaddfu d-djar tagħhom u jbajdu l-ħitan ta’ barra tad-djar u fuqhom ipinġu stampi sbieħ tan-natura bħal għasafar eċċ. Il-festa tas-Sohrae hi waħda kbira. Hi l-festa li matulha jiċċelebraw il-festa talħsad u jixorbu ħafna birra magħmula mir-ross u jkun hemm ħafna żfin u kant. Fil-missjoni tagħna il-festa tas-Sohrae taħbat ftit
Lil Ħbiebna - It-Tielet Ħarġa 2017
wara il-Milied. F’xi postijiet, per eżempju f ’Hazaribag, l-Insara jgħaqqdu dawn iż-żewġ festi flimkien fil-Quddiesa u jgħidu t-talb speċjali li kienet adattata minn talba li jgħidu dawk li m’humiex Insara. “O Alla Missierna, f ’dan il-jum qaddis, niftakru meta Ibnek Ġesù twieled f ’ maxtura tal-annimali. Ġie fostna bħala tarbija ċkejkna u fqira. O Missierna, f ’ dawn il-jiem aħna ġbarna l-ħsad mill-għelieqi tagħna u għalhekk niftakru wkoll filbaqar u l-gniedes li għenuna fix-xogħol. Berikhom nitolbuk. F’ din il-festa tas-Sohrae, ħutna, uliedna u qrabatna ġew mill-bogħod biex jifirħu u jingħaqdu magħna. Għalhekk, Missier, f ’isem Ġesù Ibnek, imwieled f ’ maxtura u l-Familja Mqaddsa tiegħu, bierek il-familji tagħna. B’hekk niftakru wkoll flantenati tagħna waqt li niċċelebraw dawn il-festi b’ ferħ kbir. Dan nitolbuk f ’isem Ġesu Kristu Sidna.” Grazzi, Mulej Dis-sena għalaqt 80 sena kif ukoll 60 sena flIndja. M’għadnix nagħmel xogħol f ’xi parroċċa. Bhalissa x-xogħol tiegħi hu li nippublika r-rivista “Marsal Tabon” (Id-Dawl tagħna) bis-Santali, kif ukoll nippublika kotba reliġjużi u b’hekk inkompli nwassal il-Bxara t-Tajba permezz tal-kitba u l-pubblikazzjonijiet. Iżda fil-festi l-kbar immur ngħin f ’xi parroċċa għallqrar jew għaċ-celebrazzjoni tal-Quddies biex l-oħrajn ikunu jistgħu jmorru jqaddsu f ’ċentri ’l-bogħod fl-irħula. Għar-rigali sbieħ ta’ ħajti, tal-vokazzjoni bħala Ġiżwita, ta’ saċerdot u missjunarju nirringrazzja ’l-Alla u ’l-Madonna kif ukoll lil sħabi u l-ħafna nies li ħdimt magħhom u għalihom.
7
Kultura
www.jesuit.org.mt
Il-kontribut u t-tbatija tal-Ġiżwiti fiċ-Ċina
Is-sena l-oħra (2016), ir-reġista magħruf Martin Scorsese rregalalna film ġdid: Silence. Dan il-film hu bbażat fuq ir-rumanz, bl-istess isem, tal-kittieb Ġappuniż kattoliku Shusaku Endo (1923-1994), li ħareġ fl-l966.
Wieħed millkarattri prinċipali tal-film Silence, il-patri Ġiżwita Rodrigues (Andrew Garfield)f’xena mal-Ġappuniż Nisrani Mokichi Shin’Ya Tsukamoto)
8
Wara li Martin Scorsese qara dan il-ktieb, iddeċieda li jagħmel film dwaru. Dam 27 sena jaħseb u jħejji biex iwettaq il-ħolma tiegħu. Il-film inħadem f ’ħames xhur, minn Jannar sa Mejju 2015, fi tliet postijiet madwar Taipei, il-belt kapitali ta’ Taiwan, pajjiż ħdejn iċ-Ċina. Dan il-film qam ħmistax-il miljun dollaru biex inħadem. Bħalma hemm fil-ktieb, il-film jittratta dwar ittbatija li sofrew xi Ġiżwiti minħabba l-Fidi tagħhom fis-seklu 17 fil-Ġappun fejn il-Kristjaneżmu kien ipprojbit. Eluf ta’ Insara Ġappuniżi sofrew torturi jew sofrew mewt kiefra. Fil-5 ta’ Frar, 1597, sitta u għoxrin Kattoliku Ċiniż inqatlu msallbin f ’Nagasaki, fosthom il-Ġiżwiti Paul Miki, John Goto, u James Kisai. Dawn il-martri ta’ Nagasaki kienu kkanoniżżati fl-1862. Fl-aħħar tas-seklu 19, fiċ-Ċina nibtet is-soċjetá sigrieta bl-isem ta’ “The Boxers” kontra diversi nazzjonalitajiet jaħdmu fil-pajjiż. Fir-Ribelljoni tal-Boxers (1890-1907) ħadu l-martirju eluf ta’ Nsara Ċiniżi u missjunarji fosthom erba’ Ġiżiwti Franċiżi. F-Lulju 1900, Fr Leo Mangin, Fr Paul Denn, Fr Modeste Andlauer u Fr Remy Isore ma’ ħafna Nsara ħadu l-martirju u l-Papa (San) Pawlu II ikkanoniżżahom f ’Ottubru 2000. Il-Ġiżwita Taljan, Fr Emilio Zanetti, ħadem bħala extra fil-film. Ftit ilu kien Ruma u l-Editur iltaqa’ miegħu u għamillu din l-intervista.
LH X’kien li ħajrek titlob lis-Superjuri biex tmur u taħdem f’Taiwan. Kemm ilek hemm u x’inhu l-appostolat tiegħek? EZ Meta kont qiegħed Spanja nistudja t-teoloġija, il-Kumpanija ta’ Ġesù kienet għażlet l-appostolat fiċ-Ċina bħala wieħed mill-prijoritajiet tagħha. Ħassejt li kelli noffri ruħi biex immur naħdem fil-Provinċja taċ-Ċina. Ħassejtni ispirat biex noffri ruħi. Għidt lili nnifsi “M’għandi xejn x’nitlef ’. Tlabt u ktibt lill-Provinċjal tieġħi fl-Italja li laqa’ t-talba tiegħi. Fl-2006, wasalt fil-gżira ta’ Taiwan. Il-pajjiż għoġobni ħafna. In-nies minn tagħna wkoll u l-appostolat hawnhekk hu sabiħ. Iddeċidejt li nibqa’ hawn. Matul l-ewwel sentejn (sena minnhom f ’Beijing, il-kapitali taċ-Ċina) kont nistudja ċ-Ċiniż u wara bdejt naħdem bħala Chaplain u ngħallem filkulleġġ tal-Ġiżwiti ħdejn Taipei. Meta kont naħdem fil-kulleġġ bdejt nagħmel xi videos qosra għall-istudenti. Xi ħadd qieshom bħala “artistiċi” u l-Provinċjal bagħatni Taipei filKuangchi Program Service (KPS) biex naħdem filmedja u l-komunikazzjoni. Il-KPS għandu storja ta’ 60 sena u kien l-ewwel Ċentru nazzjonali f ’Taiwan, imwaqqaf minn Ġiżwita Amerikan, li jħejji programmi biċ-Ċiniż Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
www.jesuit.org.mt
għat-televizjoni. Li tkun taħdem hawn tiltaqa’ mal-aqwa professjonisti. Tgħallimt ħafna. LH Ta’ sikwit, f’diversi rivisti jkun hemm xi kitba dwar il-film Silence li nħadem fTaiwan. X’tgħidilna dwar dan il-film. EZ Mistoqsija interessanti ħafna. Dan il-film hu bbażat fuq in-novella bl-istess isem talkittieb Ġappuniż Shusaku Endo fis-sittinijiet. L-Amerikan Martin Scorsese, direttur li pproduċa diversi films, b’karriera ta’ iktar minn 50 sena, kien qara n-novella xi 25 sena ilu u xtaq jagħmel film ibbażat fuq din l-istorja. Dan il-film jirrakkonta l-istorja tal-missjunarji Ġiżwiti fis-seklu 17 fil-Ġappun, li kienu ppersegwitati flimkien mal-Insara Ġappuniżi. It-titlu tal-film, Silence, hu dwar is-silenzju ta’ Alla f ’din is-sitwazzjoni diffiċli. Fr Rodrigues, missjunarju Ġiżwita millPortugal talab ’l Alla jurih x’għandu jagħmel: jabbanduna l-Fidi tiegħu u jsalva lil ħbiebu jew jibqa’ jżomm il-Fidi tiegħu u jħalli ‘l-ħbiebu jmutu. Talab fuq li talab u baqà bla tweġiba: silenzju! Meta Scorsese ppjana li jagħmel il-film l-ebda reġista ma ried ikollu x’jaqsam għaliex kien diffiċli ħafna ssib flus għal dan it-tip ta’ film. Kien biss snin wara (u dan għaliex hu kien Martin Scorsese) meta ftit reġisti ngħaqdu flimkien u pprovdew il-fondi biex jinħadem dan il-film. Anke l-ħames atturi ewlenin f ’dan l-film ma tħallsux, ħlief xi spejjes żgħar. Dawn l-atturi ġew biss minħabba r-reġista famuż u l-isfidi li raw meta qraw l-iskrit. LH Minn dan li qiegħed tgħidli qed naħseb li inti kellek xi parti bħala attur fil-film Silence. Kif ġara dan? EZ Iva, hekk hu, imma kont involut bħala “extra”. Ir-reġisti kienu qegħdin ifittxu xi wċuħ millpunent. Huma kkuntatjaw diversi uffiċċji f ’Taipei, fosthom l-Uffiċċju Taljan u xi ħbieb Ġiżwiti semmew ismi. LH In ġenerali, x’inhi l-esperjenza tiegħek dwar dan il-film. Il-gvern tal-pajjiż għenkom? EZ Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija. Meta Scorsese u t-tim tiegħu bdew iffitxu esperti u konsulenti huma tkellmu ma’ xi Ġiżwiti minħabba l-fatt li tlieta mill-persuni li jissemmew fil-ktieb huma Ġiżwiti. Huma tkellmu wkoll mal-Ġiżwita Fr. James Martin li jikteb fil-perjodiku “America”. Meta Fr Martin sar jaf li l-film Silence kien ser jinħadem f ’Taiwan hu informa lil-Ġiżwita Fr Jerry Martinson, il-kap tal-KPS u tiegħi, f ’Taipei. Malajr fil-KPS waqqafna tim ta’ konsulenti Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet fil-post fejn kuljum kien ser jinħadem xi biċċa mill-film. Kont fortunat li l-film kien qed jinħadem hawn fil-KPS. Dawk l-erba’ xhur meta kien qiegħed jinħadem il-film kienu tassew esperjenza sabiħa tara dawk l-atturi famużi jaħdmu ma’ Scorsese. Għandi memorji tassew sbieħ ta’ Fr Jerry Martinson li għallimni ħafna imma miet fil-31 ta’ Mejju, 2017. It-tieni parti tal-mistoqsija hi interessanti. Qabel ma beda jintwera l-film f ’Taiwan, irreġisti Amerikani taw Konferenza Stampa. Huma stqarrew li ma kienx ikun possibbli jagħmlu dak il-film mingħajr l-għajnuna kbira ħafna li rċivew mill-gvern ta’ Taiwan u ħafna kumpaniji lokali li taw il-kontribut tagħhom. LH Intom fil-KPS għandkom xi pjan li tagħmlu xi dokumentarji dwar il-Ġiżwita Taljan Fr Matteo Ricci u Ġiżwiti oħra minn diversi pajjjiżi li taw kontribut pożittiv liċĊina? Jekk tagħmlu dan taħseb li jkollkom l-appoġġ u l-għajnuna mill-gvern Ċiniż għal dawn il-proġetti? EZ Ftit ilu semmejt lill-Ġiżwita Fr Jerry Martinson (1942-2017), li kien persuna magħrufa ħafna fil-qasam tat-televizjoni u bniedem b’moħħu miftuħ. Fl-2003 beda jxandar serje ta’ dokumentari li ħdimna aħna fil-KPS flimkien ma’ Jiangsu TV, l-ikbar kumpanjia li taħdem films għat-televiżjoni fiċ-Ċina. Dawn id-dokumentarji kienu mxandra min-National Chinese Television u rawhom mijiet ta’ miljuni ta’ telespettaturi. Ma jirnexxilekx tagħmel dan mingħajr l-appoġġ impliċitu talgvern. Dawn id-dokumentarji kienu dwar il-kontribut tal-Ġiżwiti fiċ-Ċina. L-ewwel wieħed kien dwar Paul Xu Guangqi, il-ħabib Ċiniz ta’ Matteo Riċċi. Fr Adam Schall von Bell, Ġiżwita Ġermaniż kien is-suggett tat-tieni dokumnetarju. It-tielet dokumentarju kien dwar il-Brother Ġiżwita, pittur famuż minn Milan, Giuseppe Castiglione. Issa hu ż-żmien tajjeb biex nagħmlu wieħed li jittratta l-persuna u l-ħidma kbira li wettaq Fr Matteo Ricci. Ġbarna l-flus u diġà ħdimna xi partijiet. Id-dokumentarju sħiħ ikun lest is-sena d-dieħla biex jixxandar fiċ-Ċina u f ’pajjiżi oħra. Minħabba li Fr Jerry kien personalità magħrufa ħafna fuq it-televizjoni fiċ-Ċina, (kemm bħala għalliem tal-Inġliż u produttur ta’ programmi) u maħbub minn uffiċċjali u produtturi oħra, jiena żgur li l-gvern jgħinna biex nagħmlu film tajjeb ħafna dwar Ricci. LH Grazzi ħafna Fr Emilio għal dan ittagħrif interessanti li tajtna.
9
Edukazzjoni
www.jesuit.org.mt
Edukaturi Ġiżwiti jiltaqgħu fil-Brazil Wara tliet snin ta’ tħejjija, bejn il-15 u l-20 ta’ Ottubru, 2017, iltaqgħu f ’Rio de Janeiro, il-Brazil, id-Delegati tal-Edukazzjoni ta’ kull Provinċja tal-Ġiżwiti fid-dinja għall-ewwel Kungress tagħhom. Ħadu sehem 117-il Delegat u oħrajn, irġiel u nisa. Id-Delegat tal-Provinċja Ewro-Mediterranja, Fr Jimmy Bartolo, li hu wkoll ir-Rettur tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, ħa sehem f ’dan il-Kungress Internazzjonali. Id-delegati u parteċipanti tal-Kungress flimkien mas-Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti, Fr Arturo Sosa
10
It-tħejjija għal dan il-Kungress jew Dixxerniment dwar l-appostolat tal-edukazzjoni tal-Ġiżwiti beda wara l-laqgħa internazzjonali tadDiretturi tal-Iskejjel Sekondarji tal-Ġiżwiti li saret f ’Boston, l-Amerika, fl-2012. F’dik il-Laqgħa, ilmexxejja tal-kulleġġi tal-Kumpanija ikkonfermaw l-importanza li tinħoloq network dinjija fost l-iskejjel tal-Ġiżwiti. Imbagħad kien hemm is-sejħa tal-Kongregazzjoni Ġenerali 35, li saret fl-2008, biex inħossu lilna nfusna iktar bħala korp universali b’missjoni universali. Din is-sejħa kienet ikkonfermata f ’Seminar Internazzjonali li sar fl-2014 f ’Manresa, Spanja, dwar il-Pedagoġija u Spiritwalità Injazjana. Id-diskussjoni tkompliet f ’Kungress virtwali li sar f ’Marzu u April ta’ din is-sena. Dan kollu wassal biex jiltaqa’ l-ewwel Kungress Internazzjonali tad-Delegati tal-Edukazzjoni tal-Ġiżwiti li kien organiżżat mill-Latin American Schools Federation of the Society of Jesus u l Jesuit Network for Basic Education in Brazil.
Il-ftuħ Il-ftuħ tal-Kungress sar il-Ħadd, 15 ta’ Ottubru b’Quddiesa li mexxa Fr João Renato Eidt, ilProvinċjal tal-Brażil. Wara sar id-Diskors ta’ Merħba minn Fr José Alberto Mesa, SJ, is-Segretarju fil-Kurja tagħna f ’Ruma għallEdukazzjoni Sekondarja u Pre-Sekondarja talKumpanija ta’ Ġesú. It-tema għall-ewwel ġurnata tal-Kungress, itTnejn, 16 ta’ Ottubru, kienet dwar “Tradizzjoni Edukattiva li titlob tiġdid”. Id-diskors ewlieni sar mis-Sur David Laughlin, il-President tas-St Louis University High School f ’St Louis, Missouri (fl-Istati Uniti). Fid-diskors tiegħu, il-kelliem enfasiżża li t-tiġdid fl-edukazzjoni hu parti mit-tradizzjoni tal-Ġiżwiti u ġibed l-attenzjoni tal-parteċipanti dwar il-post ċentrali li għandhom l-iskejjel tagħna. Fid-diskussjoni il-parteċipanti rriferew għallesperjenzi innovattivi li kienu qegħdin isuru Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
www.jesuit.org.mt
f ’reġjuni differenti u stqarrew l-importanza taddixxerniment biex jgħinna ngħarfu x’jeħtieġ isir ħalli jkun hemm tiġdid fl-edukazzjoni. Id-djalogu interreliġjuż Il-Ġiżwita Indjan, Fr Vincent Sekhar, li hu membru tal-Institute of Dialogue with Cultures and Religions f ’Loyola College f ’Chennai (Madras) għamel iddiskors prinċipali fit-tieni ġurnata. Hu ffoka dwar il-ħtieġa li d-djalogu interreliġjuż għandu jkun parti integrali tal-edukazzjoni tal-Ġiżwiti biex tkun tista’ twieġeb lid-dinja kkaretiżżata mis-sekulariżmu u fundamentaliżmu li dejjem jiżdied. Il-parteċipanti ddiskutew dwar l-importanza li jkun hemm attitudni inklussiva lejn esperjenzi reliġjużi oħra. Din isseħħ permezz ta’ tagħlim, bdil, tolleranza u ċelebrazzjoni li tipprovdi spazju paċifiku li jinkoraġixxi l-ko-eżistenza u ftehim reċiproku. Għalhekk, f ’dinja li qiegħda ssir iktar ikkaretterizzata minn globaliżżazzjoni, kif sejrin inħejju l-istudenti tagħna sabiex ikunu parti mill-kuntest globali? Esperjenza tassew reali Ma tistennix li f ’konferenza internazzjonali isir pellegrinaġġ! Hekk ġara nhar l-Erbgħa, it-tielet ġurnata. Il-parteċipanti għamlu l-esperjenza ta’ pellegrinaġġ u qattgħuh jduru l-belt ta’ Rio de Janeiro, b’populazzjoni belt ta’ 6.3 miljun persuna, biex jikkontemplaw dik ir-realtà fil-komplessità u d-diversità tagħħa. Dakinhar il-parteċipanti ħarġu biex jieħdu sehem f ’ġurnata ta’ esperjenza spiritwali u pellegrinaġġ u kienu mistiedna jikkontemplaw iddinja bl-għajnejn ta’ Alla. Il-parteċipanti nqasmu f ’ħames gruppi u żaru tliet postijiet fin-nofsinhar ta’ Rio de Janeiro: skola tat-tfal taħt is-sitt snin fis-Santa Marta waħda mill-bosta favelaa, l-istatwa ta’ Kristu r-Redentur li tħarees fuq il-belt ta’ Rio, u l-Ġnien Botaniku. Il-Ġustizzja Soċjali u l-Ekologija Il-Ħamis, l-20 tax-xahar, Fr Benny Juliawan, is-Segretarju tal-appostolat Soċjali tal-Ġiżwiti u l-Ko-ordinatur tal-Migrant Network fil-Konferenza Asja-Paċifiku, kien il-kelliem ewlieni dwar it-tema ta’ dakinhar: “Il-Ġustizzja Soċjali u l-Ekologija” żewġ temi Ii għandhom ikunu parti integrali talFformazzjoni li jagħtu l-Ġiżwiti lill-istudenti tagħna biex ikunu individwi konxi u intelletwalment, etikament u spiritwalment maturi. Fid-diskussjoni ssema ħafna l-żonn li jkollna policies ambjentali qawwija fl-istutzzjomnijiet tagħna. Is-Superjur Ġenerali Il-Quddiesa tal-Egħluq, tmexxiet mis-Superjur Ġenerali, Fr Arturo Sosa. Fl-omelija tiegħu fakkar Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
lill-partiċipanti li l-ħmira tal-Fariżej, li għall-Ġesú kien tfisser l-ipokrezija, hi attitudni li jeħtieġ neħilsu minnha. Fr Sosa saħaq dwar il-konsistenza f ’ħajjitna u li għandha tkun parti mill-paradigma eukazzjonali tagħna billi nippruvaw nedukaw l-istudenti tagħna biex ikunu konsistenti kemm fid-dispożizzjoni nterna tagħhom u kemm flattitudni esterna ta’ għemilhom, Wara l-Quddiesa, Fr Sosa għadda l-għodwa kollha mad-Delegati u għamlilhom diskors importanti. Hu beda diskors tiegħu b’ħarsa qasira lejn t-tradizzjoni edukattiva tal-Kumpanija ta’ Ġesù u wera li l-inizzjattiva edukattiva hi parti millmissjoni universali tagħna li “nkunu kumpanji filmissjoni universali ta’ rikoċilljazzjoni u ġustizzja” kif fissret il-Kongregazzjoni Ġenerali 36. Fuq dan l-isfond Fr Sosa saħaq li “dan il-Kungress hu espressjoni tar-ringtrazzjament li nagħtu ’l-Alla u li lill-benefatturi tagħna f ’dan il-qasam, u fl-istess ħin affirmazzjoni tal-importanza tal-appostolat taledukazzjoni kif ukoll biex iħeġġiġna ħalli nfiċċju l-awdaċja tal-impossibbli li tkun tista’ twassalna iktar lil hemm”. Is-Superjur Ġenerali semma’ ftit mill-isfidi speċifiċi li jeħtieġ maħdmu dwarhom bħala edukaturi u bħala istituzzjonijiet edukattivi: (1) sabiex l-istutuzzjonijiet tagħna jkunu postijiet fejn issir investigazzjoni edukattiva u laboratorji tassew ta’ innovazzjoni tat-tagħlim, li minnhom noħorġu metodi jew mudelli ġodda ta’ tagħlim; (2) mingħajr ma neskludu xi klassi soċjali mill-edukazzjoni li noffru, jeħtieġ inkomplu nagħmlu progress billi nedukaw għall-ġustizzja; (3) biex ikun hemm rispett u tingħata kura lid-“dar komuni tagħna” jeħtieġ inħarrġu lil istudenti tagħna fid-dimensjoni ambjentali tarrikonċiljazzjoni; (4) għandu jkun evidenti li l-istuzzjonijiet tagħna jagħmlu l-almu tagħhom biex jipproteġġu l-minuri u persuni vulnerabbli, biex ma nħallux li ssir ħsara u, meta jkun meħtieg, immedjatamen nieħdu passi li jkunu effettivi u trasparenti; (5) noffru taħriġ reliġjuż li jiftaħ ‘l-istudenti għad-dimensjoni traxxendentali tal-ħajja u li tikkultiva l-esperjenza tal-fidi Nisranija li tista’ titrasforma l-ħajja personali u soċjali; u (6) għalkemm il-kunċett ta’ “ċittadin globali” għadu qiegħed jinħoloq, l-edukazzjoni tagħna trid tkun attur kreativ biex dan iseħħ. Fl-aħħar tal-Kungress id-deleghati kollha fasslu “statement of action” għall-istituzzjonijiet jollha marbuta mabuta mat-temi tad-diskussjoni waqt il-ġranet ġewwa Rio. Kien hemm rieda biex millkliem u d-dokumenti naslu għat-twettiq ta’ dak li nemmnu fih għall-ġid ta’ ħafna studenti, familji u membri tal-istaff fl-istituzzjnijiet tal-Kumpanija.
11
Spiritwalità
Miktub minn Fr William A Barry SJ
Spiritwalità Injazjana
Milli jidher, Injazju kien jemmen li permezz tal-fidi l-eżerċitanti jistgħu jesperjenzaw lil Alla jaħdem bi skop fid-dinja. Meta jagħmlu din l-esperjenza, isibu quddiemhom il-mistoqsijiet, l-ewwel jekk iridux, u mbagħad kif jistgħu, jaqbdu personalment l-istess linja tal-azzjoni divina. Fil-prinċipju, kull azzjoni konxja tista’ tkun taqbel iżjed jew inqas mal-azzjoni waħdanija ta’ Alla, li hi d-dinja. Alla hu preżenti
Kif tasal għal Deċiżjoni skond it-tradizzjoni Injazjana (2) Fil-Kontemplazzjoni biex naqilgħu l-imħabba li hemm fl-Eżerċizzi Spiritwali, Injazju jgħid lill- eżerċitant jitlob għall-grazzja biex jesperjenza “kif il-Mulej jgħammar fil-ħlejjaq... Hekk jgħammar fija wkoll: jagħmilni neżisti, ngħix inħoss u nifhem. Barra minn dan, jagħmel minni tempju għalih, ladarba ħalaqni bħalu u nixbaħ lillMaestà tiegħu divina” u “kif fil-ħwejjeġ kollha maħluqa fuq wiċċ l-art Alla jaħdem u jitħabat għalija” (§§ 235, 236).
12
Ritratt ta’ Patrick Fore - Unsplashed
Meta nħarsu lejn l-azzjonijiet tagħna f ’dad-dawl, kollha b’xi mod jidhru importanti, għaliex jew ikunu f ’armonija mal-ħidma ta’ Alla jew ma jkunux. B’mod reali, kull darba li nagħmlu għażla, nistgħu nikkooperaw mal-ħidma waħdanija ta’ Alla jew le. Jekk nifhmuha hekk, Alla għandu interess fl-għażliet kollha tagħna. Il-kwistjoni hi jekk niħdux l-interess ta’ Alla bis-serjetà biżżejjed biex nippruvaw niskopru jekk l-għażliet tagħna jaqblux mal-ħolma ta’ Alla għad-dinja. La Injazju kellu esperjenzja u kien konvint li Alla hu preżenti u jaħdem fid-dinja, m’għandniex għax nistagħġbu li ried ikun żgur li d-deċiżjonijiet u l-elezzjoni tiegħu bħala Superjur Ġenerali kienu jaqblu max-xewqa ta’ Alla. Li kieku aħna konna konvinti bħalu, ma konniex irridu nkunu żguri? Suppożizzjoni ll-mod Injazjan kif nieħdu d-deċiżjonijiet hu bbażat fuq is-suppożizzjoni li Alla għandu skop fil-ħolqien taddinja u ta’ kull wieħed minna. Ta’ spiss ngħidu li qegħdin infittxu r-rieda t’Alla. Dan jista’ jinftiehem li nistgħu niskopru l-pjan etern li Alla għandu għal kull wieħed minna. Iżda r-realtà tista’ tkun aktar ikkomplikata minn hekk. Ngħidu aħna, jidher li Injazju ddixxerna li Alla riedu jgħaddi ħajtu jgħin lin-nies fl-Art Imqaddsa. X’uħud iqisu li dad-dixxerniment Injazju għamlu bħala għażla tipika tal-“ewwel żmien” mit-Tliet Żminijiet li fihom wieħed jista’ jagħmel għażla kif għandha tkun u tajba, jiġifieri, “meta Alla Sidna jaħdem fuq ir-rieda u jiġbidha lejh b’mod li ruħ devota, bla biża’ ta żball u bla ebda lok ta’ dubju, timxi wara dak li rat” (Eż. Sp. § 175). Il-ġrajjiet ta’ wara wrew li Injazju żbalja, talanqas għal dak li kellu x’jaqsam ma’ li jgħaddi ħajtu f ’Ġerusalemm. Il-Provinċjal Franġiskan f ’Ġerusalemm ordnalu jitlaq mill-Art Imqaddsa u heddu bi skomunika jekk ma jobdix. Injazju kkonkluda “li ma kinetx ir-rieda talLil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
Mulej li jibqa’ f ’dawk il-postijiet imqaddsa”.1 Mela mhux dejjem faċli tiddetermina x’inhi r-rieda ta’ Alla; mhux sempliċement tagħmel dixxerniment personali soġġettiv. Dixxerniment ta’ Injazju Injazju jipprovdilna eżempju ieħor. Fl-1552 l-lmperatur Karlu V ta’ Spanja talab lill-Papa Ġulju III jaħtar kardinal lil Fr Franġisk Borgia, li qabel kien id-duka ta’ Gandia u issa qassis Ġiżwita, u l-Papa kien lest li jaċċetta. Injazju bagħat lil Fr Borgia rendikont twil bilmiktub dwar id-dixxerniment tiegħu biex jgħidlu hu, bħala Superjur Ġenerali, x’kellu jagħmel f ’din il-biċċa. Wara tlett ijiem ta’ xi tqanqil emozzjonali u talb, Injazju ikkonkluda li kellu jagħmel minn kollox biex ma jħallihx jinħatar Kardinal. Kiteb hekk: “Dak iż-żmien kont inħoss, u hekk għadni, li, jekk ma nagħmilx hekk, ma kontx inkun nista’ nagħti kont sew tiegħi nnifsi lil Alla Sidna - tabilħaqq, li kien ikolli nagħti kont ħażin. “Għalhekk ħassejt, u nħoss issa, li għandi nopponi dan. Anke jekk oħrajn jaħsbuha mod ieħor u jagħtuk did-dinjità, jien ma narax li jkun hemm xi kontradizzjoni, la l-Ispirtu jista’ jmexxi lili għal din l-azzjoni għal ċerti raġunijiet u lil oħrajn għallkuntrarju għal raġunijiet oħra, u hekk isir dak li jixtieq l-Imperatur. Jalla l-Mulej Alla tagħna jagħmel dak li hu għall-ikbar tifħir u gloria tiegħu”.2 Fatturi fid-deċiżjoni Li ssib “ir-rieda ta’ Alla” fid-dinja reali mhix sempliċement ħaġa tad-dixxerniment personali. Hemm nies u fatturi oħra li jinfluwenzaw. Injazju ppresuma li Alla jista’ jispira lin-nies biex jaslu għal konklużjonijiet differenti dwar l-istess ħaġa. Nitħajjar infisser dan b’dal-mod. Alla jaħdem bid-deċiżjonijiet kollha, anke b’dawk li ma jaqblux mal-ħolma tiegħu. Jogħġobni l-qawl Portugiż li Paul Claudel għażel bħala daħla għad-dramm tiegħu The Satin Slipper (II-Papoċċ tas-Satin): “Alla jikteb dritt b’linji mgħawġa”. L-azzjonijiet kollha tagħna, anke dawk bl-aħjar intenzjonijiet u li saru bl-aqwa dixxerniment, huma linji mgħawġa, difettużi u umani; imma Alla jużahom kollha biex iwettaq is-Saltna. Bħala riżultat ta’ dan li għedna, nippreferi nuża l-kliem “ir-rieda ta’ Alla” f ’das-sens: Alla qed jaħdem il-ħin kollu fid-dinja biex iwettaq l-intenzjoni jew il-proġett tiegħu, is-Saltna t’Alla. II-bnedmin huma msejħa biex iqabblu ħajjithom u kulma jagħmlu ma’ dil-ħidma t’Alla, ma’ dal-proġett ta’ Alla. Alla jaħdem il-ħin kollu
hu dat-twemmin li Alla qed jaħdem il-ħin kollu u li aħna nistgħu ftit jew wisq inkunu fi qbil mal- azzjoni ta’ Alla jew ma nkunux. Għalhekk, meta nagħmlu dixxerniment, ma nkunux infittxu l-pjan etern li Alla ppjana minn dejjem għalina. Imma nkunu qegħdin nippruvaw inqabblu l-azzjonijiet futuri tagħna, mill-aħjar li nistgħu, mal-azzjoni unika ta’ Alla, li hi d-dinja. Nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inqabblu l-azzjonijiet tagħna mal-azzjoni ta’ Alla, imma mbagħad irridu nħallu kollox f ’idejn Alla u għalleffetti li jħallu l-azzjonijiet u l-ġrajjiet li mhumiex taħt il-kontroll tagħna. Dan iwassalna għall-mistoqsija kif inqabblu l-azzjonijiet tagħna mal-azzjoni unika ta’ Alla. Hawnhekk ukoll, Injazju u l-ewwel kumpanji tiegħu juruna kif. Diġà rajna kif ġabu ruħhom meta ġew biex jagħżlu l-ewwel Superjur Ġenerali tal-Kumpanija. Talbu għad-dawl minn Alla u qagħdu attenti għattqanqil li kien hemm - f ’moħħhom u f ’qalbhom. Dan it-tqanqil għarrfuh lil xulxin permezz tal-voti miktuba u r-raġunijiet li taw għall-vot tagħhom. Semgħu lil Injazju jesprimi l-indeċiżjoni tiegħu jekk jaċċettax. Reġgħu talbu, u reġgħu vvotaw. Meta Injazju baqa’ jiddubita, qablu li kellu jkellem lill-konfessur tiegħu. Fl-aħħar Injazju aċċetta l-ġudizzju talkonfessur li jkun qed imur kontra r-rieda ta’ Alla jekk jirrifjuta li jintgħażel Superjur Generali. Dixxerniment soġġettiv u oġġettiv Dan kollu jissuġġerilna li meta niġu biex nieħdu deċiżjoni importanti, jeħtiġilna nżommu ‘l Alla quddiemna u nużaw ir-regoli kollha tad-dixxerniment ħalli nagħrfu t-tqanqil intern li bih Alla jdawwalna. Jista’ jkollna wkoll il-bżonn li nitolbu l-għajnuna ta’ oħrajn fid-dixxerniment tagħna u mbagħad nagħtu kas tal-parir u tar-rakkomandazzjonijiet li jagħtuna. Fi kliem ieħor, għandna nagħmlu kulma nistgħu biex niddixxernu soġġettivament u oġġettivament kif dak li bi ħsiebna nagħmlu jaqbel mal-ħolma t’Alla għalina u għad-dinja. Bħal Injazju, inpoġġu lilna nfusna kemm jista’ jkun f ’armonija mal-azzjoni t’Alla. Darba li nkunu għamilna dixxerniment bl-attenzjoni, nippruvaw inwettqu d-deċiżjoni tagħna f ’dinja kkomplikata fejn m’aħniex l-uniċi atturi. (Jissokta f ’ħarġa oħra)
1
Awtobijografija ta’ Sant’Injazju Loyola, kif miktuba minn Luis Gonzalves da Càmara, SJ, maqluba għall-Malti minn Fr Mario Farrugia, SJ (Pubblikazzjoni Provinċja Maltija tal-Giżwiti, 1990) §47, p.47. Ara ‘Letters of St Ignatius of Loyola’, ta’ William J. Youing SJ (Chicago: Loyola Press, 1959); p. 258 2
ll-fus li fuqu jdur id-dixxerniment ta’ l-ispirti Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
13
Spiritwalità
www.jesuit.org.mt
’l Hawn u ’l He Il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi
Fl-aħħar ta’ Settembru, il-Kulleġġ fetaħ għall-110 sena skolastika. L-istudenti jgħoddu 1,554 u hemm staff ta’ 229 lajci u Ġiżwiti flimkien ma’ 68 ħaddiema oħra. Fil-25 ta’ Ottubru, ir-Rettur talKulleġġ, Fr Jimmy Bartolo, ħabbar li wara ħafna studju, konsultazzjonijiet diversi u dixxerniment, il-Provinċjal tal-Provinċja Ewro-Mediterranja, Fr Gianfranco Matarazzo, ta l-permess biex minn Settembru 2018, fl-iskola Primarja jidħlu bniet u subien. Wara seba’snin ikomplu l-edukazzjoni tagħhom fl-iskola Sekondarja. IsSixth Form dejjem kienet miftuħa għall-bniet u s-subien. Bħalma jsir kull sena, f ’Novembru saru AMDG nights għall-istudenti ta’ Form 2 u 3 u ta’ Form 4 u 5. Matul dawn iż-żewġ funzjonijiet
tkun iċċelebrata l-formazzjoni sħiħa li tingħata lillistudenti billi jkunu rikonoxxuti s-suċċessi fl-aspetti kollha tal-ħajja fil-Kulleġġ: pastorali, ko-kurrikulari u akkademiċi. Il-motto AMDG (Ad Majorem Dei Gloriam – Għall-Akbar Glorja ta’ Alla) jiġbor fih dak kollu li l-Kulleġġ jimmira għalih: l-isforzi tagħna huma mmirati lejn eċċellenza li hija l-akbar glorja ’l Alla.
Ċentinarju F’nofs l-Ewwel Ġwerra Dinjija, fil-15 ta’ Ottubru 1917 il-Papa Benedittu XV waqqaf il-Kongregazzjoni talKnejjes Orjentali u fl-istess ħin waqqaf ukoll l-Istitut
14
Pontifiċju Orjentali bħala Università biex f ’Ruma jkun hemm post adattat għal studji dwar affarijiet orjentali u jkun pont bejn il-punent u l-lvant. Ilum l-Istitut jinsab ħdejn il-Basilika ta’ Santa Maria Maggiore. Il-Papa Piju XI, fl-1922, ħalla dan l-Istitut f ’idejn il-Kumpanija ta’ Ġesù. Imbagħad fl-1928 għaqqad dan lIstitut ma’ żewġ Istituti Pontifiċji, l-Università Gregorjana u l-Istitut Bibbliku u hekk għamel il-Konsorzju Gregorjan. Fl-okkażjoni taċ-Ċentinarju, il-Papa Franġisku żar l-Istitut Orjentali u ħareġ messaġġ u faħħar “is-suċċessi kbar tiegħu” u fakkarhom biex ikunu dejjem attenti “għall-isfidi kbar li jiffaċċjawl-Insara fil-Lvant”. Wara l-Papa mexxa Quddiesa fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore flimkien ma’ ħafna kapijiet ta’ Knejjes Orjentali. Fl-Omelija hu nkuraġġixxa ‘l-Insara fil-Knejjes Orjentali biex jissuktaw bix-xhieda kuraġġuza tagħhom waqt li qegħdin isofru ħafna persekuzzjoni qawwija.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
emm Bidla fir-Romania
Fl-1947 ir-re Mikiel tar-Romania abdika u beda reġim komunista li waqqaf repubblika. Il-pajjiż tfaqqar u kellu dejn kbir. L-ekonomija sfat fixxejn. Kien sar stat tal-pulizija u żdied il-kult tal-personalità. Fl-1989 ilpoplu qam u kien hemm rivoluzzjoni u nqatlu eluf ta’ nies fosthom Nicolae Ceauşescu, il-President tal-pajjiż. Għal bosta snin il-Ġiżwiti firRomania kienu miġbura fi Provinċja. Matul id-dittatorjat komunista ilĠiżwiti sofrew ħafna. Wara r-rivoluzzjoni is-Superjur Ġenerali għamel appell biex xi Ġiżwiti jmorru jgħinnu. Meta Fr Robert Soler spiċċa minn Provinċjal ta’ Malta, fl-1989 il-Ġeneral talbu jmur ir-Rumanija biex jieħu ħsieb il-formazzjoni tal-Ġiżwiti. Wara li tgħallem il-lingwa fetaħ in-novizzjat. Kienu jgħixu ġo flat żgħir. Fixxitwa batew ħafna. Fr Soler dam
mal-Ġiżwiti
hemmhekk kważi tmien snin. Sentejn ilu, is-Superjur Ġenerali talab lil Fr Patrick Magro, ilProvinċjal ta’ Malta biex iżur ir-Rumanija u wara li jiltaqa’ malĠiżwiti u jistudja s-sitwazzjoni jibgħatlu rapport. Ir-Romanija ma baqgħetx Provinċja imma saret Reġjun Indipendenti. Għadu kif tħabbar li mis-6 ta’ Jannar, 2018, ir-Rumanija sejra tkun
Missjoni u flimkien mal-Albanija, l-Italja u Malta tagħmel parti millProvinċja Ewro-Mediterranja. Il-Provinċjal ħatar lil Fr Michael Bugeja, li hu d-Delegat tiegħu għatterritorju ta’ Malta biex ikun ukoll id-Delegat tiegħu għar-Romanija. Bħalissa fir-Romanija hemm 16-il Ġiżwita u għandom 4 Residenzi u parroċċa kif ukoll Dar ta’ Formazzjoni.
Studenti Rifuġjati f’dar tal-Ġiżwiti Xi rifuġjati żgħażagħ daħlu jistudjaw fl-Università ta’ Malta. Huma ħasbu li jagħmlu xi ftit xogħol biex jgħinu ruħhom u jħalsu l-kera. Imma malajr indunaw li biex jaħdmu ma kienx qed ikollhom ħin biex jistudjaw. Għalhekk huma avviċinaw lis-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Rifuġjati (JRS) bil-problema tagħhom. Fiż-Żejtun aħna l-Ġiżwiti għandna dar imma minn sentejn ’l hawn ma baqgħetx tintuża’. Għalhekk, seba’ rifuġjati studenti rġiel ser jibdew joqgħodu fid-dar.
Kien miżżewweġ u daħal Brother Fl-okkażjoni tal-400 sena mill-mewt ta’ San Alfons Rodriguez, is-Superjur Ġenerali Fr Arturo Sosa kiteb ittra lill-Ġiżwiti kollha dwar il-vokazzjoni sabiħa ta’ Brother fil-Kumpanija ta’ Ġesú. Fr Sosa qal li kull Ġiżwita hu msejjaħ biex jifforma parti mill-korp universali u appostoliku ta’ kumpanji fis-servizz ta’ rikonċiljazzjoni fi Kristu u nippromovu l-ġustiżżja tal-Vanġelu. Il-Brothers Ġiżwiti jieħdu sehem fil-ħidma appostolika u missjunarja tal-Kumpanija. Żied jgħid li l-Brothers Ġiżwiti joffru xhieda profetika fi ħdan il-komunità reliġjuża, fil-Knisja u fid-diversità ta’ sitwazzjonijiet soċjali li fihom titwettaq il-ħidma appostolika tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Mixjin wara Kristu fir-radikalità evanġelika tal-ħajja reliġjuża, huma jagħtu xhieda ċara tal-għotja tagħhom infushom għall-qadi tal-bnedmin. Illum fil-Kumpanija il-Brothers huma impenjati bis-sħiħ f ’varjetà ta’ servizzi li fihom għandhom ir-rwol ta’ mexxejja.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
15 15
’l Hawn u ’l Hemm Ħatriet mill-Papa Fit-23 ta’ Novembru, 2017, tħabbar li l-Papa Franġisku għażel lil Ġiżwita Fr Daniele Libanori biex ikun Isqof Awżiljaru tad-djoċesi ta’ Ruma. Fr Libanori hu membru tal-Provinċja tagħna EwroMediterranja. Fr Libanori twieled f ’Ostellato fis-27 ta’ Mejju, 1953. Studja fis-seminarju ta’ Ferrara u kien ordnat saċerdot fil-11 ta’ Ġunju, 1977 għall-Arċidjoċesi ta’ Ferrara-Comacchio. Għal xi snin kien Viċi f ’parroċċa u wara kappillan ta’ parroċċa u fl-istess ħin ukoll Rettur tas-Seminarju tal-Arċisqof. Fl-1991 daħal Ġiżwita u bejn l-1993 u l-1997 ta servizz pastorali fl-L’Aquila fil-Kulleġġ Universitarju ta’ Abruzzo u fil-kappella universitarja. Wara sena fil-komunità f ’Posillipo mar Ruma u għamel xogħol pastorali fil-kappella tal-Università La Sapienza f ’Ruma. Fl-2002 għamel il-Professjoni Solenni fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Bejn l-2008 u l-2016 kien ir-Rettur tal-knisja tal-Gesù f ’Ruma. Fl-2017 inħatar Rettur ta’ knisja San Giuseppe dei Falegnami al Foro Romano f ’Ruma. Fl-istess sena beda jservi bħala membru fl-Uffiċċju tal-Formazzjoni Permanenti tal-kleru. Għandu liċenzjat fit-teoloġija tal-evanġeliżżazzjoni u dottorat fil-teoloġija tal-ħajja Nisranija. Ippubblika diversi kotba. Bħala isqof ser ikun responsabbli biex jakkumpanja s-saċerdoti u d-djakni fil-ħajja spiritwali tagħhom. Saċerdot ieħor u Fr Libanori sejrin ikunu ordnati isqfijiet fit-13 ta’ Jannar, 2018. Nomina oħra tal-Papa Franġisku hi ta’ Fr Giacomo Costa, id-direttur tar-rivista Aggiornamenti Sociali, biex ikun is-Segretarju speċjali fis-Sinodu tal-Iqfijiet li isir bejn it-3 u t-23 ta’ Ottubru, 2018 bit-tema “Iż-żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazzjonali”.
16
mal-Ġiżwiti
“Ċavetta” ġdida Fl-1989 il-Ġiżwiti Maltin bdew joqogħdu f ’dar fi sqaq fiż-Żejtun. Mhux biss bdew jgħixu fost in-nies, imma kienu man-nies, jitkellmu magħhom, jitgħallmu dwar ilħtiġijiet tagħhom ħalli jkunu ta’ servizz għalihom. Fi żmien għaxar snin waqqfu l-Istitut Paulo Freire sabiex iħajru lin-nies jaqraw u jiktbu u għall-iżviluppu komunitarju. L-għan tal-Istitut huwa li jgħin lil kulħadd iqum fuq saqajh f ’ħajtu, jikseb fiduċja fih innifsu u jiżviluppa t-talenti tiegħu. Illum huwa indispensabbli li wieħed ikun jaf jikteb u jaqra. Skont iċ-ċensiment tal-2011 kien hemm madwar 24,000 persuna f ’Malta li ma jafux jaqraw u jiktbu. Għalhekk l-Istitut beda jorganiżża klassijiet għaż-żgħażagħ u adulti biex jitgħallmu. Bil-mod il-mod, Fr Vince Magri, id-Direttur ta’ dak iż-żmien tal-Istitut, ħabbrek biex bl-għajnuna ta’ esperti jiżviluppaw għodda ħalli jindirizzaw l-adulti llitterati. Il-materjal inkiteb minn David Muscat u Carmen Mamo li fl-2011 ingħata l-premju tal-“Aqwa Ktieb Tas-Sena” milKunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ktieb fih 32 attività – li jibdew fuq livell elementari u jsiru progressivament iżjed avvanzati – biex dak li jkun jitgħallem ħiliet bażiċi fil-qari u l-kitba tal-Malti. Iċ-“Ċavetta” li kien ippubblikat fl-2008 mill-Istitut Paulo Freire, hu l-uniku għodda ta’ din ix-xorta li kienet magħmula speċifikament għall-adulti u ż-żgħażagħ. Hija bbażata fuq sett ta’ kotba. Dan kien xogħol estensiv talIstitut fil-qasam tal-edukazzjoni u litteriżmu għall-adulti. Xi sentejn ilu, Fr Vince Magri beda jaħseb biex din l-għodda ma tibqax biss ktieb stampat imma ssir b’forma digitali u hekk ikun aċċessibbli għal kulħadd fuq ilkompjuter jew il-mobile. Bl-għajnuna ta’ diversi esperti tat-teknoloġija ix-xogħol beda u ntemm. F’Novembru ta’ din is-sena l-Istitut u l-Vodafone Malta Foundation nidew iċ-“Ċavetta” b’forma diġitali. Fiċ-ċerimonja li saret fl-uffiċċji tal-Vodafone, tkellem Fr Edgar Busuttil, id-Direttur attwali tal-Istitut, is-Sur Evarist Bartolo, il-Ministru tal-Edukazzjoni u ċ-Chairman tal-Vodafone Malta Foundation, Michel Macelli. Wara li tkellmu iż-żewġ awturi tal-ktieb saret preżentazzjoni diġitali ta’ kif jaħdem dan il-prodott. Dan ir-riżors b’xejn jista’ jiġi aċċessat mis-sit cavetta.org. mt kif ukoll permezz ta’ “app” li jista’ jiġi mniżżel millApple Store jew il-Google Play Store. Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
Kultura
Traduzzjoni ta’ Fr Carmel Delia SJ
Il-Film ‘Silence’ u l-Ġiżwiti L-awtur ta’ dan l-artiklu, il-Ġiżwita Spanjol, Fr Alberto Núñez, kien wieħed millkonsulenti ta’ Martin Socrsese, ir-regista tal-film “Silence”. Fr Núñez kiteb li għalkemm mhux xi espert dwar il-Ġappun tax-Xogunat, u anqas fil-film, ġie mitlub bħala Ġiżwita Ewropew jagħti s-sehem tiegħu bħala konsulent tekniku. Hu joqghod Taipei f ’Taiwan, fejn jgħallem it-Teologija fl-Universita’ Fujen-Bellarmino. Ix-xogħol tiegħu kien li jeżamina x-xeni li fihom jidhru l-Ġiżwiti u l-fidili kattolici waqt li jwettqu azzjonijiet, qagħdiet jew ġesti, inkella juru bixriet reliġjużi ċari, ħalli dawn ix-xeni jkunu rejalistici kemm jista’ jkun. F’dan l-artiklu wara li jitkellem dwar iċ-ċirkustranzi tal-film, jaqsam magħna l-esperjenzi tiegħu.
Is-sena l-oħra (2016), ir-regista magħruf Martin Scorsese rregalalna film ġdid: Silence. Il-film ġie maħdum f ’ħames xhur, minn Jannar sa Mejju 2015, fi tliet postijiet madwar Taipei, il-belt kapitali ta’ Taiwan, pajjiż ħdejn iċ-Ċina. L-istorja tal-film hija bbażata fuq ir-rumanz, bl-istess isem, talkittieb Ġappuniz kattoliku Shusaku Endo (19231994), li ħareġ fl-l966. Is-suġġett tal-ktieb u tal-film huwa r-rabta mwiegħra bejn il-Kristjaniżmu u l-mentalità Ġappuniża tradizzjonali, li tintiseġ mal-ġrajja tattaħbit ta’ żewġ Ġiżwiti fit-tfittxija, donnha detective story, tat-tielet Ġiżwita, waqt li kienu ppersegwitati f ’pajjiż li ma kinux jafu, u li anqas kienu jaħkmu ilsienu. Fl-istess ħin dawn iż-żewġ Ġiżwiti taw ruħhom b’ħerqa liema bħalha biex jaqdu filbżonnijiet spiritwali tagħhom lill-Insara moħbija. Dan il-film eċċitanti jirrifletti tajjeb ħafna iżżmien fl-istorja tal-Ġappun li ġie msejjaħ sakoku jew nazzjon magħluqa, meta l-Kristjaneżmu talpajjiż tax-“xemx tiela’” ma kiex għadu ħlief merħla mxerrda, u kien jgħix fis-silenzju. Iżda l-fidi tan-nies sempliċi kienet tilma bil-qawwa, u tiddi bi sbuħija liema bħalha, kważi supranaturali, per eżempju f ’għarix għeri, fejn xi ħaddiema fqar talfaħam kienu jisimgħu l-Quddiesa tal-missjunarju moħbi madwar in-nar tal-kċina, bħallikieku kienet l-aħħar waħda ta’ ħajjithom… Jew bħal meta Ichizo, is-sekular li kien imexxi komunità Nisranija fil-muntanji (maħdum b’mod eċċellenti minn Yoshi Oida), jgħammed tarbija quddiem ilġenituri ferventi fil-moħbi ta’ daqsxejn ta’ għarix u midluk bid-dinjità ta’ wieħed fqajjar ta’ Yahweh! Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
Il-grajja u l-imaginazzjoni Għalkemm b’ċertu libertà, l-istorja tal-film hija bbażata, fuq fatti li ġraw tassew. F’Ruma kienu waslu aħbarijiet imħawda dwar il-Portugiż Fr Cristobal Ferreira (fil-film, Liam Neeson), missjunarju eżemplari fil-Ġappun għal tlieta u tletin sena, li darba kien superjur tal-Missjoni, kienu qabduh, tefgħuh il-ħabs u ttorturawh billi dendluh fuq fossa (tortura msejħa ana-zuri) ġewwa Nagasaki, u li mbagħad sfortunatament kien caħad il-fidi. Bħala l-protagonist tar-rumanz, Fr Sebastian Rodrigues (fil-film, interpretat minn Andrew Garfield), l-awtur jieħu bħala mudell lill-Ġiżwita Sqalli Giuseppe Chiara, li wasal il-Ġappun fl-1644, bil-fehma li jsib lill-Fr Ferreira. Dan iħabrek biex jaħdem ta’ qassis bil-moħbi, izda malajr kien arrestat mill-pulizija ta’ Nagasaki, jibagħtuh Edo, fejn ikun interrogat minn Inoue (fl-film, l-attur Issel Ogata) ilkap ta’ Chikugo, u kkundannat għat-tortura tal-fossa. Fir-rumanz, żewġ Ġiżwiti oħra, Fr Juan de Santa Maria (li jkollu jieqaf Macao, għax marad) u Fr Francisco Garupe (fil-film Adam Driver), jissieħbu ma’ Fr Rodrigues tul il-vjaġġ twil, mindu salpa minn Lisbona fl-1638. Kienu mqanqlin mill-ħerqa missjunarja u bla sabar biex isiru jafu dwar Fr Ferreira. Tgħid minnu li kien apostata? Meta waslu Macao, art Portugiża fil-kosta tal-provinċja Ċiniża ta’ Canton, marru biex jaraw u jkellmu lis-superjur reġjunali tal-Ġiżwiti, Fr Valignano (Ciaran Hinds, filfilm). Fil-fatt, dan kien diga’ miet f ’Macao fl-1606, u għalhekk ix-xena tal-laqgħa tagħhom ma narawhiex għax mhix biċċa mill-istorja. Madankollu, il-persuna
17
Kultura
www.jesuit.org.mt
L-attur Liam Neeson fl-irwol tiegħu bħala l-Ġiżwita Fr Cristobal Ferreira
ta’ Valignano, bniedem ta’ statura spiritwali bla qjies, tkabbar fir-rumanz il-valur simboliku tal-missjoni mogħtija liż-żewġ saċerdoti Ġiżwiti żgħażagħ, billi fl-aħjar snin ta’ ħajtu, Fr Valignano kien “Viżitatur” tal-Kumpanija ta’ Ġesù, u organizzatur tal-ħidma appostolika tal-Ġiżwiti fil-Ġappun, kif ukoll fost dawk li mexxew ’il quddiem l-adattament tal-Kristjaneżmu maddrawwiet Ġappunizi. Kien hu li għarrafhom dwar is-sura tal-perikli li kienu jistennewhom, u li kellhom ikunu ta’ prova għall-fidi tagħhom. Il-prova Imbaghad naraw lil Fr Rodrigues u lil Fr Garupe qegħdin iħejju l-vjaġġ tagħhom minn Macao waqt li qed jinneguzjaw ma’ neguzjant Ċiniż, li jġibilhom il-passaġġ għall-Ġappun u gwida u interpretu tal-post. Jidher ukoll Kichijiro, li jgħix barra minn pajjiżu (interpretat minn Yosuke Kubozuka), li jiltaqgħu miegħu f ’ħanut tax-xorb tal-port, li diġa jidħer bħala wieħed li jitfa’ l-gebla u jaħbi idu, bħalma narawh matul l-istorja kollha tal-film. Huwa persunaġġ nofs triq bejn Ġuda u Pietru. Ix-xena tal-qrara tiegħu lis-saċerdot, meta waslu l-Ġappun, it-tnejn bilqiegħda fuq xifer ta’ blata għolja weħidha fuq il-baħar, mingħajr dubju tqanqal ħafna emozzjoni fl-ispettaturi. Il-fond ta’ dan il-baħar donnu bla sentiment, li jinfirex wara spallejhom jagħti ħjiel
18
qabel xejn ta’ taqbida ġewwenija li hemm moħbija fl-opra kollha: in-nuqqas ta’ sinjali tal-preżenza ta’ Alla fil-qalba tal-persekuzzjoni jżid prova iebsa u qawwija tal-fidi tal-persunaġġ li jemmen. Madankollu, il-wiċċ ta’ Kristu jidher rifless filfilm f ’għadd ta’ okkazjonijiet. Iżda l-akbar prova li kienet tistenna lill-bniedem tal-fidi klandestin, jekk jaqbduh, ma kenitx l-aktar li jiċħad il-fidi bil-kliem (l-apostasija), iżda li jirfes b’disprezz u jgħaffeg b’saqajh fuq ix-xbieha ta’ Ġesù’. L-ispettatur jinsab quddiem il-ġudizzju diffiċli jekk din iċ-ċaħda ta’ Kristu u nuqqas ta’ lejaltà lejh qattx tista’ tinbidel f ’att ta’ mħabba li tagħder biex issalva lill-oħrajn! Ir-reġista Martin Scorsese kiteb hekk: Rodrigues jitgħallem pass wara l-ieħor li l-imħabba ta’ Alla hija aktar misterjuża minn dak li nistgħu naħsbu, li huwa jħalli ferm iktar spazju għad-deciżjoni tal-bniedem minn dak li nistgħu nimmaginaw, u li hu dejjem preżenti… sahansitra meta jkun sieket,(fis-silenzju). F’intervista ma’ mezzi tax-xandir f ’Taipei, waqt li kien qed jinġibed il-film Silence, Sorsese li kellu 73 sena, stqarr li kien iddeċieda li jiġbed dan il-film l-iktar kontra l-atmosfera tal-lum ta’ Hollywood, li ma tantx huwa favur il-mistoqsijiet insara; huwa ried jagħmel il-film għax l-isfond ta’ fidi li huwa bħallikieku l-għaġna tar-rumanz ta’ Shusaku Endo kien jiġbdu ħafna mindu kien żagħżugħ, għax dik ilfidi Nisranija, li kien jgħix mit-tfulija fi ħdan familja Nisranija Taljana-Amerikana, kienet għenitu biex jiffaċċjja t-taħbil tad-dinja bħala adult. Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
Konsulenti Ġiżwiti fil-film Jiena ma stajtx niċħad l-unur li naħdem ma’ ġenju taċ-ċinema bħal Martin Scorsese. Iżda li ma kienx ikun possibbli nagħmel dax-xogħol ta’ konsulent u nlaħħaq mad-dmirijiet akkademiċi u pastorali tiegħi, kieku ma kenitx l-għajnuna ta’ Fr Jerry Martinson, li minkejja l-ħafna taħbit tiegħu għamilha ta’ konsulent Ġiżwita meta jiena ma stajtx inkun preżenti. Fr Martinson huwa tassew espert f ’dawn il-ħwejjeġ, billi jaħdem fl-Istudju Kuangchi, kumpanija ta’ produzzjoni televiżiva u redjofonika, imwaqqfa mill-Ġiżwiti f ’Taipei. Sieħeb ieħor tat-tim tiegħu, hu l-Ġiżwita Taljan Fr Emilio Zanetti, li ħadem magħhom u saħansitra kien reserve (ara l-intervista tiegħu f ’din il-ħarġa). Għalhekk il-konsulenti Ġiżwiti filfilm kienu tlieta. Għandi ħafna xi ngħid dwar din l-esperjenza interessanti. Esperjenzu li kelli L-ewwel nett: meta tara lil Sorsese jaħdem, ikollok tgħid li wara l-ġenju li hu, m’hemmx biss it-talent, imma ħafna taħbit u dedikazzjoni għallprofessjoni tieghu. It-tieni: Qatt ma kont nobsor li l-ewwel xogħol li kelli nagħmel kellu jkun talba għall-mejtin. Ġara li, malli beda jinħadem il-film inqalgħet diżgrazzja fit-28 ta’ Jannar fil-faċċata ta’ barra talIstudju CMPC ta’ Taipei. Xi ħadiema mit-Taiwan kienu qed isewwu wħud mill-istrutturi qodma u f ’daqqa waħda waqa’ s-saqaf - wieħed minnhom miet u tnejn oħra baqgħu feruti. Sorsese kien talabni biex immexxi talba mal-atturi u mat-tijm li kienu jiġbdu l-film, ħalli nbierek il-bidu talavventura ta’ Silence. Iżda dak li kellu jkun ftuħ sabiħ kellu jinbidel f ’luttu, minħabba dak li ġara. Wara, imbagħad, kollox mar tajjeb, niżżu hajr ’l Alla. It-tielet. Ir-responsabbiltà ewlenija tiegħi mal-atturi, barra milli nagħti każ tal-istil Ġiżwita tal-persunaġġi, kien li nagħti pariri dwar kif jamministraw is-sagramenti. Hekk, ma’ Yoshi Oida ippruvajna kemm il-darba nagħmlu r-rit essenzjali tal-magħmudija, sakemm beda jagħmlu aħjar minni. Dan l-attur Ġappuniż veteran kien ilpersuna li l-aktar impressjonani fost il-grupp talartisti, minħabba l-professjonalità, is-sempliċità, is-simpatija u l-għerf li jmisslek qalbek. Madwar il-mejda kellna taħdidiet fit-tul dwar ħafna suġġetti differenti, u jien kont nibqa’ nisimgħu imsaħħar jitkellem b’dik il-passjoni fuq il-knisjamonument tas-Sagrada Familia ta’ Barċellona,
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
dwar il-ħsieb islamiku fuq Ġesù u fuq il-qbil tal-kristjaniżmu u l-Buddhiżmu, ngħidu aħna. Kif kien isellem b’edukazzjoni liema bħalha u jmejjel rasu ’l isfel kont tħossok rispettat u onorat minn wieħed li seta’ jkun missierek u l-imgħallem tiegħek. L-attur ewlieni Min-naħa l-oħra, Andrew Garfield, biż-żgħożija mħegga tiegħu, kien differenti ħafna fl-imġieba. Kien donnu sikkina bil-ponta fi kliemu, ngħidu aħna fil-mistoqsijiet tiegħu dwar il-Quddiesa bir-rit tridentin (li jien qatt ma qaddist bih, u għalhekk kelli nistudjah qabel). Waqt il-prova ta’ dawn ix-xeni tal-Ewkaristija, l-interpretu magħruf ta’ Spiderman kien ifittex il-perfezzjoni fir-rubriki tal-liturgija, hekk li ma kenitx ħaga ħafifa nikkonvinċih li l-persunaġġ li kien qiegħed jirrappreżenta fir-rumanz, il-Fr Rodrigues, bħala Ġiżwita kif għandu jkun, kien mingħajr dubju jagħti aktar pis lid-devozzjoni ġewwenija u lillaspett pastorali tas-sagrament milli lill-kliem ħomor (jew “rubriki”) tal-Missal. Barra minn hekk, billi kienu jaħdmu bil-moħbi u mingħajr l-ilbies liturġiku tas-soltu, żgur li ma kinux jeżageraw ir-rubriki! Ma kienx diffiċli taħdem ma’ Garfield bħala ħabib. Kienet ħaġa interessanti tisimgħu jaqsam l-esperjenza tiegħu personali tal-Eżerċizzi Spiritwali, li kien għamel ma’ wieħed Ġiżwita fl-Istati Uniti, u l-impressjonijiet tiegħu dwar l-istudju li għamel tal-istil ta’ ħajja Injazjan biex ikun jista’ jwettaq aħjar ir-rwol tiegħu bħala l-protagonista Ġiżwita fil-film. Ta’ min jinnota li l-attur ġej min-nisel Lhudi, u għalhekk ta’ min ifaħħar l-interess tiegħu personali fit-twemmin Nisrani. Sieħbu, Adam Driver, ta’ karattru aktar nervuz, kien jitfixkel fil-Latin tal-Knisja u f ’nofs ix-xogħol tal-film kienet taħrablu xi għajta goffa… Imma mbagħad f ’daqqa waħda kien iħares lejja, li kont qieghed nosserva x-xena minn xi rokna, u b’daħqa fuq wiċċu jtennili: Aħfirli, Father!
Kultura
www.jesuit.org.mt
Mil-lemin, l-atturi Adam Driver u Andrew Garfield fl-irwol tagħhom ta’ Ġiżwiti fil-Ġappun flimkien malatturi Shin’Ya Tsukamoto u Yoshi Oida f’xena waqt il-film Silence
19
Esperjenzi
Miktub minn Arnold Mugliett SJ
Kont ixxurtjat Kull sena, l-istudenti Ġiżwiti li jkunu fil-formazzjoni jkollhom laqgħa. Din is-sena t-tema kienet ‘L-Islam u r-rifuġjati’ u għalhekk kien tajjeb ħafna li saret fil-Libanu fejn iktar minn nofs il-populazzjoni hi Musulmana u laqgħet madwar żewġ miljun rifuġjati. Konna ħamsa u għoxrin Ġiżwita mill-Ewropa kollha kif ukoll wieħed mit-Tanzanija u ieħor mill-Vjetnam. - Jikteb Arnold Mugliett SJ
Arnold Mugliett SJ (liebes flokk aħmar) flimkien ma’ sħabu Ġiżwiti f’mument ta’ mistrieħ waqt l-esperjenza tagħhom ilLibanu
20
Kieku twelidt fil-Libanu kollox kien ikun differenti. Imma kont ixxurtjat għax twelidt Malta u trabbejt ġo familja fejn kien hemm l-imħabba u kelli l-opportunità ta’ stil ta’ ħajja b’saħħtu u li stajt nistudja. Wara li ggradwajt mill-Università u qabel dħalt Ġiżwita kelli l-opportunità li nivvjaġġa. Bħala Ġiżwita għamilt il-vot tal-faqar. Meta nħares lejn il-ħajja ta’ ħafna min-nies foqra li ltqajt magħhom matul il-jiem li għaddejt fil-Libanu staqsejt lili nnifsi x’tip ta’ faqar qiegħed ngħix meta għandi kollox li neħtieġ u iżjed. Matul il-ġranet li għaddejt f ’Beirut, il-belt kapitali, gergirt għax kien hemm is-sħana, jew għax l-air conditioner ma kienx jaħdem, jew meta ħadem bil-lejl ksaħt u ma qomtx nitfih. Gergirt ukoll minħabba t-traffiku jew għax l-ikel ma kienx tajjeb. Meta kont inżur il-kampijiet tar-rifuġjati misSirja u l-Palestina ltqajt mal-ikbar faqar li qatt rajt f ’ħajti. Iltqajt ukoll ma’ żewġ jew tliet familji rifuġjati (b’kollox iktar minn ħmistax-il persuna)
li jgħixu f ’kamra waħda għax ma jistgħux iħallsu l-kera, u smajt l-istejjer tagħhom. Fil-kamp talPalestinjani ltaqjt ma’ raġel ta’ xi ħamsin sena li twieled fil-Libanu u għadu jgħix ħajja ta’ rifuġjat. Qasam miegħi l-ħolma tiegħu li jiftaħ ħanut u jbiegħ il-bżonnijiet li jkollha familja. Smajt stejjer ta’ eluf ta’ tfal żgħar li m’għandhomx l-opportunità li jmorru l-iskola jew li ħarġu mill-iskola u ma sabux xogħol ħalli jgħinu lillfamilja tagħhom. F’kamp ieħor tar-rifuġjati ltqajt ma’ mara Musulmana żagħżugħa li kisbet xi għajnuna żgħira minn NGO lokali. Meta għamiltilha kumment dwar iddaqs tal-ħanut li ġo kamp jidher kbir, din il-mara, li qegħda tgħix f ’kundiżżjonijiet tassew ħżiena, weġbitni “Imma Alla hu ferm ikbar”. Ħallietni bla kliem. Fil-ġranet li għaddejt fil-Libanu smajt ħafna minn esperti li lilna Ewropej ippruvaw ifehmuna s-sitwazzjoni komplessa fil-Lvant Nofsani. Rajt ħafna tbatija u ħafna faqar imma rajt ukoll nisa u rġiel kuraġġużi u determinati li kuljum jiġġieldu għal ħajjithom u jittamaw għal ġejjieni aħjar, mhux tant għalihom infushom, imma għalmenu għal uliedhom. Iltaqajt ma’ ħafna Musulmani li għandhom fidi sħiħa f ’Alla li qatt ma sejjer jabbandunahom. Dan wassalni biex naħseb dwar kemm hi qawwija l-fidi tiegħi. Kont mort il-Libanu bil-ħsieb li nifhem issitwazzjoni u nsib it-tweġibiet. Li naf żġur hu li issa għandi iżjed mistqosijiet milli tweġibiet, iżda naħseb li din hi ħaġa pożittiva. Ir-rifuġjati m’humiex iżjed numri u statistiċi. Issa għandhom wiċċ u isem, nies li għandhom kull dritt ikunu xxurtjati bħali.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
Ħidma fiċ-Chaplaincy
‘Wara li għaddejt sentejn Ruma fejn kont nistudja l-filosofija fl-Università Gregorjana, xahrejn ilu ntbgħatt fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara, ħalli nagħmel il-fażi li jmiss talformazzjoni tiegħi bħala student Ġiżwita, li nsejħulha r-Regency, jiġifieri li naħdem f ’xi kulleġġ jew nagħmel xi esperjenzi oħra. Fil-Kulleġġ jiena qiegħed fit-tim taċ-Chaplaincy, fis-Sixth Form, maċ-Chaplain Ms. Cristina Spiteri. ‘ - Jikteb Rob Rizzo SJ
Ħafna studenti jistaqsuni x’tip ta’ xogħol nagħmel, għax jarawni ma nagħmel xejn... u forsi għandhom raġun. Kif narah jien, ix-xogħol tiegħi hu li ngħin biex jinħoloq spazju fejn l-istudenti jistgħu jħossuhom komdi u, fost ħafna affarijiet oħra, jsibu kamra u bin-nies lesti li jisimgħuhom, jkomplu magħhom, jakkumpanjawhom, u jgħinuhom iħossu u jkunu parti attiva minn dak kollu li jiġri. Naħseb li, jiġri x’jiġri, kulħadd ifittex li jħossu aċċettat, li għandu post u nies għand min jistgħu jmorru ħalli jitkellmu. Jekk ma nsibux nies, u iktar u iktar persuni bi twemmin Nisrani, li juruna kif, fil-ħajja ta’ kuljum, nistgħu nemmnu li Ġesù hekk jagħmel magħna. Jekk nieħdu eżempju mill-ewwel ittra ta’ San Ġwann “Jekk xi ħadd jgħid: “Jiena nħobb ‘l Alla”, u jobgħod lil ħuh, dan ikun giddieb. Għax min ma jħobbx lil ħuh li jara, kif jista’ jħobb lil Alla li hu qatt ma rah?” (4:20). Jekk aħna ma jkollniex esperjenzi ta’ nies li jħobbuna, ma nkunux nistgħu nirċievu u nħossu l-imħabba ta’ Alla u li jaċċettana kif aħna. Imma x’nagħmlu konkretament, biex noħolqu dan l-ambjent, ambjent ta’ familja? Xejn kbir... noffru tè, kafè, hot chocolate, xi biskuttini... wara kollox il- familja mhix mibnija fuq xi pjanijiet idejali, kbar, ta’ barra minn hawn. Imma bil-ħajja ta’ kuljum, flimkien fit-tajjeb u fil-ħażin, fil-ħafif u fid-diffiċli. Niftakar f ’ħaġa li kienet tgħid Mother Teresa “Mhux kulħadd jista’ jagħmel affarijiet kbar. Imma kulħadd jista’ jagħmel affarijiet żgħar b’imħabba kbira.” Għalhekk norganiżżaw attivitajiet, u gruppi, iva. Imma dawn mhumiex iċ-ċentru ta’ x’nagħmlu fiċ-Chaplaincy, dawk huma pjuttost ilfrott ta’ x’nagħmlu. Iċ-ċentru hu il-ħajja ta’ kuljum, mal-istudenti, fl-affarijiet sempliċi. Fl-istess ħin ix-xogħol mhuwiex limitat għad-dinja offline... nħoss li huwa importanti wkoll il-preżenza Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
tagħna bħala Chaplaincy fil-ispazju online, la darba kważi ż-żaħażagħ kollha huma preżenti hemm ukoll. Jien nara id-dinja online, hija bħal pjazza, kif jgħid Papa Franġisku filmessaġġ għall-ħamsin Jum Dinji tal- komunikazzjoni. Allura ix-xogħol jinvolvi kemm il-post fiżiku taċ-Chaplaincy, kif ukoll l-ispazju online. Fl-aħħar mill-aħħar, personalment ma tantx nara r-rwol tiegħi bħala dak li nagħmel, imma iktar dak li jien. Nista’ forsi nagħmel ħafna affarijiet, xogħolijiet eċċ... imma jekk ma nkunx awtentiku f ’dak li nagħmel, iż-żgħażagħ jindunaw millewwel. Meta nkunu awtentiċi, dawk ta’ madwarna jindunaw u b’hekk stess nibdew noħolqu spazju fejn huma jħossuhom komdi li jkunu huma nnifishom, kif inhuma, u jkunu jistgħu jirrelataw magħna.
21
Esperjenzi
Miktub minn Rob Rizzo SJ
Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani
Miktub minn Fr Alfred Micallef, SJ
Ġie għand niesu Ritratt ta’ Omar Lopez - Unsplashed
Il-festa tal-Milied tiċċelebraha kważi d-dinja kollha, ukoll ħafna li mhumiex insara għalkemm il-veru tifsira tagħha nifmuha aħna l-Insara biss. Sfortunatament għalina l-Insara wkoll qed titlef mittifsira fundamentali tagħha. Tant nagħtu mportanza liċ-ċelebrazzjoni li ninsew x’aħna niċċelebraw. Il-Milied hi l-festa tal-Inkarnazzjoni: it-tieni Persuna tat-Trinità Mqaddsa li ssir bniedem bħalna. Dan ilna nisimgħuh ħafna u billi drajnieh sew x’aktarx li ma napprezzawx biżżejjed il-kobor ta’ dan ilmisteru. Aħna nemmnu li Ġesù għandu natura divina u natura umana imma għalina l-bnedmin mhux faċli nifhmu kif dan hu possibli. Dan jispjega għaliex fl-ewwel żminijiet tal-knisja kien hemm l-ereżijiet kristoloġiċi: kienu qed jippruvaw jesprimu dan ilmisteru kbir ta’ Alla bi kliem tal-bnedmin. Għax ma kienx faċli, ma ġabuhiex żewġ mill-ewwel. Fost dawn l-espressjonijiet żbaljati kien hemm dak li jissejjaħ Doċetiżmu. Id-doċetisti kienu jgħidu li Gesù ma kienx veru bniedem imma kien jidher li hu bniedem. Forsi mingħajr ma rridu dan nemmnuh xi ftit aħna wkoll. Meta nħarsu lejn Ġesù narawh bħala Alla kif hu tassew imma ninsew li hu bniedem tassew ukoll. Ninsew xi ftit dak li qalilna l-awtur tal-Ittra lil-Lhud: “Għax aħna m’għandniex qassis il-kbir li ma jistax jagħder id-dgħufija tagħna, imma għandna wieħed li kien imġarrab bħalna f ’kollox minbarra d-dnub” (Lh 4,15). Bil-qawwa tiegħu Meta l-appostli, id-dixxipli u l-oħrajn kollha kienu jaraw u jisimgħu lil Ġesù, kienu jaraw u jisimgħu
22
bniedem bħalhom. Anqas il-mirakli ma kienu biżżejjed biex jaraw lil Ġesù kif narawh aħna. Dan sirna nafuh biss bil-qawmien tiegħu mill-mewt u bil-qawwa taliSpirtu s-Santu “li jgħallimna kollox” (Ġw 14,26). Ġesù nnifsu kien jgħix bil-fidi għax kif kienu jkantaw l-ewwel insara “hu li għad li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir” (Fil 2,6). “Xejjen” (“kenosis” bil-Grieg) tfisser proprju dan: li d-divinità tiegħu nħbiet għal kollox biex hu jgħix fil-kundizzjonijet tagħna kollha. Mela fil-Milied dan hu li qed niċċelebraw: Ġesù li jidħol fil-ħajja tagħna u jaqsamha magħna. Għalkemm bniedem bħalna f ’kollox jgħix ħafna iktar differenti minna għax jgħix f ’sintonija perfetta marrieda tal-Missier, b’imħabba liema bħalha, u b’fedeltà sħiħa għall-missjoni tiegħu minkejja li din kellha twasslu sal-mewt fuq is-salib. Forsi kien dan li qiegħed lilna l-bnedmin fi kriżi. Quddiem l-imħabba tiegħu, għalkemm bis-saħħa tiegħu nistgħu nkunu bnedmin li nħobbu aħna wkoll u għalkemm ħassejna ħtieġa għallkonverżjoni, ma xtaqniex inħallu l-modi ta’ kif ngħixu l-ħajja tagħna. Ippreferejna nibqgħu ngħixu fl-egoiżmu tagħna. Għalhekk lil Ġesù ma ftaħnilux qalbna. U hawn tiġi t-tkomplija tat-titlu li għażilt għal din irriflessjoni: “.... u niesu ma laqgħuhx” (Ġw 1,11). Għall-evanġelista niesu kienu l-poplu Lhudi imma, sfortunatament, spiss din hi l-istorja tagħna wkoll. Għalhekk nieħdu gost nagħmlu ħafna festi fil-Milied imma mingħajr ma nilqgħu l-istedina ta’ Ġesù biex insiru bnedmin ġodda. B’dan il-mod anqas aħna ma nkunu lqajnieh lil Ġesù.
Lil Ħbiebna - Ir-Raba’ Ħarġa 2017
Programm ta’ rtiri u seminars
Ċentru Spiritwalità Injazjana
Għal aktar informazzjoni u bookings: Mount St Joseph: 2276 0201 info@mtsjoseph.org
jew Dar Manresa: 21 55 6635 manresagozo@gmail.com Bereavement Retreat: Rising from loss Data: 19 Jan 6:30pm - 2 Jan 3:30pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Tmexxi: Bernardette Briffa Irtir fil-Kampanja Data: 26 Jan 7:00pm - 28 Jan 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxu: Dr Edward Warrington u Rosaline Scicluna Fil-passi ta’ San Pawl u n-nawfraġju Data: 9 Frar 7:00pm - 11 Frar 2:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Dr Edward Warrington u Prof. Stanley Fiorini Irtir għall-familji Data: 9 Frar 7:00pm - 11 Frar 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Paul Chetcuti sj Irtir għall-qassisin Data: 19 Frar 9:00am - 21 Frar 2:00pm Fejn: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Fr Christopher Vella sj Principle and Foundation depicted in art Data: 23 Feb 7:00pm - 9:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxi: Fr Konrad Grech sj Irtir għall-familji Data: 2 Mar 7:00pm - 4 Mar 3:00pm Fejn: Mount St Joseph, Mosta Imexxu: Fr Pierre Grech Marguerat sj u Cristina Spiteri
Lil Ħbiebna -Ir-Raba’ Ħarġa 2017
Strina għal Lil Ħbiebna Xewqat sbieħ għal Milied hieni u mimli paċi! Kif tafu, Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma tiddependi kompletament mill-offerti talħbieb u l-qarrejja. Għalhekk niddependu ħafna millġenerożità tagħkom. Tistgħu tibagħtulna l-offerta bil-posta (ċekkijiet għandhom jiġu ndirizzati lil ‘Jesuits Malta’): Lil Ħbiebna, 78, Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 jew twassluha f ’dan l-indirizz: Uffiċċju Benefatturi, 1, Pjazza E.S. Tonna, Floriana (ħdejn il-knisja ta’ Sarria eżattament quddiem l-istage). GRAZZI!
Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-ħbieb tagħna mejtin Għargħur Carmen Wettinger Mosta Daphne Caruana Galizia Swieqi Frank Sapienza ħu l-mejjet Fr Anthony, SJ 23
Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Diċembru 2017 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
Tixtieq Tagħti Sehmek fil-Formazzjoni ta’ Ġiżwita? • ITLOB bil-ħerqa lil Alla biex isejjaħ żgħażagħ ġenerużi ħalli jaqduh fil-Kumpanija ta’ Ġesú. • ITLOB lill-Madonna biex tħares liż-żgħażagħ li jħossu li għandhom vokazzjoni u tidħol għalihom biex iwettqu r-rieda t’Alla. • ITLOB għall-perseveranza fil-vokazzjoni ta’ dawk li diġa’ bdew it-triq. • Jekk tinsab marid(a) OFFRI T-TBATIJA tiegħek għall-intenzjonijiet ta’ hawn fuq. • Jekk tixtieq TGĦIN FINANZJARJAMENT, nilqgħu l-offerta tiegħek bil-qalb. Il-formazzjoni ta’ Ġiżwita hija twila u tqum ħafna flus. • Tista’ jew waħdek jew flimkien ma’ oħrajn, f’daqqa jew ftit ftit, TAGĦMEL BORŻA TA’ STUDJU b’tifkira jew suffraġju ta’ xi persuna għażiża għalik. Din is-somma ta’ €700 li tgħin biex titħallas parti min-nefqa ta’ sena waħda biss. • Tista’ wkoll tiftakar fl-istudenti tagħna fit-TESTMENT tiegħek. Donazzjonijiet għandhom jiġu ndirizzati lil ‘Jesuits Malta’ u jintbagħtu lil 78 Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 Għal aktar informazzjoni dwar vokazzjonijiet, tista’ tibgħat email lil Fr Patrick Magro SJ: vocations@jesuit.org.mt
24
Josef Beck, SJ
Andrew Camilleri, SJ
Robert Rizzo, SJ
Arnold Mugliett, SJ
Michael Debono, SJ
Daniel Borg, NSJ
Nicholas Cassar, NSJ
Josef Beck - Qiegħed fl-ewwel sena tal-filosofija, Ruma; Andrew Camilleri - Qiegħed fit-tielet sena tal-filosofija, Ruma; Robert Rizzo - Qiegħed jaħdem fiċ-Chaplaincy fis-Sixth Form ta’ San Alwiġi; Arnold Mugliett - Qiegħed fit-tieni sena tal-psikoloġija, Ruma; Michael Debono - Qiegħed fit-tieni sena tat-teoloġija, Madrid; Daniel Borg - It-tieni sena novizzjat, Ġenova; Nicholas Cassar - L-ewwel sena novizzjat, Ġenova.